The Mosta Archives Banner

AD MAIOREM CASALIS MUSTAE GLORIAM


B'dan il-motto "GHALL-GLORJA AKBAR TAR-RAHAL TAL-MOSTA" qed niddedika dan is-sit, ghalissa bhala subdomain ta' website ohra minhabba xi diffikultajiet, biex iservi ta' repozitorju ghal dak kollu li ghandu x'jaqsam mal-kultura u l-istorja tal-Mosta, u li jiddistingwina minn irhula ohra u jaghmilna kburin li ahna Mostin. Kien hemm hafna aktar artikli li xtaqt indahhal li l-hin u r-rizorsi limitati tieghi ma ppermettewlix, u nistieden lil kull minn ghandu artikli fuq il-Mosta li mhux inkluzi fis-sit biex jibghathomli halli flimkien noholqu l-akbar enciklopedija fuq l-istorja ta' rahalna u sors ewlieni ghall-kull min irid jirricerka fuqu.


(Ghall-kliem li jinkiteb differenti bhal Grognet/Grongnet, Girgor/Gregorio, Gio Maria/Gio Marija, ecc. l-ahjar tfittex biz-zewg verzjonijiet separatament)



Mapep tal-Mosta


Kotba fuq il-Mosta


Artikli / videos taf minn siti ohra fuq il-Mosta jew Mostin

  • Xhieda ta' meta l-bomba nifdet il-knisja: Xhieda ta' Frankie Calleja (u dawn il-links: 1, 2 u 3), Lorenza Falzon, Dun Ang Camilleri, Dun Salv Magro, Dun Karm Mifsud u certu Maria. Ara wkoll ix-xhieda ta' ohrajn imsemmija fil-ktieb "Il-Hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda" Kapitli 2 u 3.
  • L-istorja tal-familja Vella ta' Mundlos u l-magni tal-hjata.
  • Peppi Mangion il-Parell fuq it-tragedji fil-kmamar tan-nar.
  • Franġisk Fenech Ta' Vangiela, "bin Ġużeppi u Anġela née Galea, imwieled Mosta fil-31 ta' Lulju 1939, u joqgħod Mitħna tal-Gvern, Ġesù Nazzarenu, Triq il-Mitħna l-Qadima." Miet fit-8 ta' Frar 2014.
  • Il-qniepen li Gorg Debono z-Ziz rama fil-garaxx tieghu fejn kien jahdem ta' mechanic.
  • Certu Mosti Gamri Cuschieri li jidher li pprova japprofitta ruhu mill-immunita li kienet tgawdi l-Kappella tal-Hlas f'Hal Qormi biex jevadi l-gustizzja fi zmien Pinto u spicca hazin.
  • Video imtellgha minn tal-Malta Bus Archive fuq il-familja Scicluna Ta' Matti (Ta' Mattew) bis-sehem taghhom fix-xarabanks u wiehed minnhom bhala l-agent tar-Reo fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fejn sallum ghad hemm il-hanut "Scicluna Bearings".
  • Video interessanti fuq muzew tal-biedja, sors t'ghajxien principali tal-Mostin snin ilu, fejn anki tidher magna tal-hjata 'Mundlos' li l-agent taghhom kien wiehed Mosti.
  • Tliet videos mill-Imperial War Museums fuq Malta fejn tidher il-Mosta.
  • Video juri meeting politiku tal-1964 li kien sar fejn il-kappella ta' Sant'Anton Abbati.
  • Video li nhadem fl-2015 f'gheluq l-40 tal-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari jirrakkonta din l-grajja tal-1975 u iehor f'gheluq il-25 anniversarju meta tpoggew 12-il kewkba madwar l-istess kuruna.
  • Zewg videos b'mudelli 3D ta' fortifikazzjonijet fil-Mosta minn Stephen Spiteri

Dokumenti / lapidi bil-Latin


Uhud mill-Vizti Pastorali li saru fil-Mosta

(Dokumenti mehuda mis-sit tal-Arkivji tad-Djoceci ta' Malta. In-numri li jidhru (ez. 83-87 fil-kaz ta' Dusina) huma n-numri tal-pages li trid tfittex darba taghfas Preview biex titlalek it-tali page. Fejn hemm 'Latin text' hi decifrazzjoni tieghi ta' dak li suppost hemm miktub - m'hiniex cert mija fil-mija, hemm fosthom xi zbalji li meta jkolli cans irrid indurhom ghax waqt li tikteb dejjem titghallem li tali kelma taf riedet tinkiteb mod iehor, u rrid ukoll nimmarka n-numri tal-pages bil-folio retro u verso kif suppost. Ghal min interessat, l-awtur Mosti Stanley Mangion kien hareg 2 kotba, jinxtraw mill-hwienet ewlenin, bit-traduzzjoni bil-Malti tal-4 visti pastorali mill-Isqof Cocco Palmieri u wahda ta' De Bussan li kienu saru fil-Mosta)


Status Animarum

  • Volume 2: Seventeen different compilations dated 1687 - Old enumeration retained Indexed Attard; Balzan; B'Kara; Kirkop; Qrendi; Naxxar; Qormi; Dingli; Zejtun; Gudja; Ghaxaq; Lija; Luqa; Mqabba; Mosta; Mdina; Rabat.

    264, 265, 266, 267, 268, 269, 270, 271, 272, 273, 274, 275, 276, 277, 278, 279, 280, 281, 282, 283, 284, 285


Gazzetta Il-Mosta