The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 5 - Iz-Zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530)


(p.45) Kien fl-1091 li l-gzejjer Maltin gew attakkati minn qawwa li kienet rebhet il-gzira gara ta’ Sqallija. Dawn kienu n-Normanni li taht il-kmand tal-Konti Ruggieru ta’ Hautville hebbew ghal Malta u kkostringew lill-hakkiema Gharab icedu. Dan ma jfissirx li n-Normanni keccew lill-Gharab minn Malta, anzi, kull ma gara kien li l-Gharab wieghdu li jkunu leali lejn ir-rebbieha Ewropej b’dawn ta’ l-ahhar ihalluhom ikomplu jghixu bla xkiel f’Malta.1


Ta’ min jghid li dan kien ifisser li l-gzejjer Maltin x’aktarx li kienu saru Musulmani u l-Kristjani li kien hawn kienu l-barranin li kienu Isiera. Meta gie Ruggieru, dan heles lil dawn l-ilsiera u dawn marru lura lejn art twelidhom. Ghalhekk l-lslam issabhah izjed u l-abitanti ta’ Malta baqghu Musulmani. Hi hrafa li giet iffabbrikata fi zminijiet ohra li l-Konti Ruggieru rega’ waqqaf ir-religjon Nisranija. Bhal ma hi storja bla bazi li hu ta’ lill-Maltin il-bandiera bajda u hamra li ghadha l-bandiera nazzjonali sal-lum.2


ll-Maltin, u maghhom il-Mostin, jekk f’dak iz-zmien kien hemm nies jghixu fl-inhawi tal-’Mosta,’ baqghu jghixu bhal ma kienu jghixu qabel. Baqghu Musulmani u baqghu ghaddejjin bl-istess attivitajiet ta’ qabel. Kien biss mill-1127 li l-hajja bdiet tibdel xi ftit l-andament taghha. Kien f’din is-sena li Ruggieru II, Re ta’ Sqallija, iddecieda li jirbah darba ghal dejjem il-gzejjer Maltin, u hekk ghamel. Zgur li ma’ din ir-rebha gew suldati biex jghassu fuq l-abitanti Maltin u maghhom hu probabbli li gew qassisin biex jiehdu hsieb il-bzonnijiet religjuzi tan-Normanni Nsara. Jista’ jkun li hekk bdiet mill-gdid il-konverzjoni tal-Maltin ghall-fidi Nisranija.3 Hu zgur li sas-sena 1154 f’Malta u Ghawdex kien hawn komunitajiet ta’ Nsara u Musulmani jghixu flimkien.4


Imma minn dan iz-zmien Malta bdiet gejja lura taht sidien Ewropej mhux biss politikament imma wkoll kulturalment. Mill-hakma Normanna ‘l quddiem il-Maltin bdew jiehdu s-sura ta’ hajja li sawrithom fil-hsieb u l-ghemil tal-popli mill-Ewropa imma minghajr ma tilfu l-gheruq Semitici li kienu dahlu fiz-zmien li l-Gharab damu jghixu fil-gzejjer Maltin. Malta fiz-Zminijiet tan-Nofs ghaddiet minn taht in-Normanni, l-Hohenstaufen, l-Anguvini u l-Aragonizi. Kien f’dan il-perjodu li l-Mosta, jew ahjar dik li kellha tkun il-Mosta, bdiet tifforma bil-mod il-mod.


Il-qaghda fl-artijiet taz-zona tal-Mosta tibda ticcara aktar ma jibda joqrob is-seklu hmistax. Jidher li fis-seklu erbatax kien hemm numru ta’ rhula zghar li kien ikollhom ftit nies, nghidu ahna madwar 10 jew 15-il persuna f’kull wiehed. Zgur li dawn il-ftit abitazzjonijiet ma setghux jinqatghu ghalihom bhala parrocca f’dawk iz-zminijiet bikrin. Ghalhekk dawn kienu jaghmlu parti mill-parrocci tan-Naxxar5 u tal-Mellieha. Dawn iz-zewg parrocci, flimkien ma’ tmien parrocci jew cappelle ohra zgur kienu diga twaqqfu qabel l-1436 u mhux f’dik is-sena kif kien mizmum qabel.6 Ghalhekk dawk l-irhula ckejknin hafna, li wara gew assorbiti mill-Mosta, kienu jaqghu taht iz-zewg parrocci msemmija fuq. Dan gara meta Malta tqassmet f’numru ta’ parrocci u ma baqghetx parrocca wahda, jigifieri l-lmdina. Parti mill-irhula taz-zona tal-Mosta spiccaw fit-territorju tan-Naxxar (jigifieri Rahal Calleja jew Kalleja, u l-Mosta stess) jew fit-territorju tal-Mellieha (jigifieri Rahal Pessa u Rahal Dmigh). Dan nafuh minn dokument importanti jismu Quinterniolus pro concordia taxarum li kien gie ordnat mill-lsqof ta’ Malta Senatore de Mello (1432-45) u li hu komunement maghruf bhala r-Rollo ta’ de Mello.7


L-irhula tal-madwar


(p.46) Kif diga ghedna, kien hemm numra ta’ rhula zghar bi ftit abitazzjonijiet f’kull wiehed li kienu jdawwru l-Mosta, u li hi stess ma tantx kienet wisq ikbar minnhom. Dawn l-imkejjen kienu Rahal Calleja, Rahal Hobla, Rahal Pessa jew Bise, Rahal Sir, Rahal Dmigh jew Dimekk, Rahal Kircipulli, u Rahal Brabar.8 Ma’ dawn irid jizdied Rahal Mlit9 li, madankollu ma jissemmix f’dokumenti Medjevali imma aktar tard.10


Rahal Calleja jew Kalleja


Rabat Calleja jidher fl-atti notarili tan-Nutar Gr. Vassallo tat-28.ii.1495. u f’dawk tan-Nutar C. Chanchur tas-7.iv.1515, kif ukoll jissemma’ fil-Lista tal-Milizzja ta’ l-1419.11


Dan ir-rahal jidher li kien vicin hafna tar-rahal tal-Mosta ghax kemm fil-lista tal-milizzja tal-1419-20 kif ukoll f’dik ta’ l-1425 qeghdin miktubin flimkien u l-irgiel li kienu msemmijin biex jaghtu dan is-servizz tpoggew fi grupp wiehed daqs li kieku z-zewg lokalitajiet kienu bost wiehed. Dan ma jfissirx li kienu rahal wiehed ghax f’dokumenti tas-seklu sittax nies joqoghdu jew gejjin minn Casali Calleya kienu jigu indikati specifikament li huma minn dan ir-rahal. Dan l-irhajjal jidher li kien imbela’ mir-rahal gar tal-Mosta zgur sat-tieni decennju tas-seklu sbatax ghax fis-sena 1616 insibu li Hal Calleja kien deskritt biss bhala ‘spatio nel casale di Musta’.12 Fil-fatt Rahal Kalleja jew Calleja hu meqjus bhala wiehed mill-irhula mitlufa u li ghebu bejn l-1530 u l-1800.13 B’mod aktar preciz, jidher li Hal Kalleja kien ghad kellu ghallinqas resident wiehed fl-1549 imma kien tbattal ghal kollox sa l-1610.14


Rahal Hobla


Dan kien rahal ckejken lehor qrib hafna tal-Mosta. Jissemma per ezempju fl-atti notarili tan-Nutar Brandano De Caxario tal-20.iii.1538.15 Xi fdalijiet imgarrfa ta’ l-abitazzjonijiet ta’ Hal Hobla jew Hobula kien ghadhom jidhru fil-bidu tas-seklu sbatax. Fl-1538 Hal Hobla kien issemma bhala li qieghed ‘in contrata Casalis Calleya’ imma sa l-1618 kien sar parti mill-Mosta u indikat bhala ‘spatio publico’.16 Hu probabbli li Hal Hobla qatt ma kien aktar minn ftit abitazzjonjiet u c-cokon tieghu jidher ukoll mill-fatt li rgiel minn hawn ma jidhrux fil-listi tal-milizzja ta’ l-1419 u l-1425 u lanqas fil-lista ta’ l-Angara ta’ l-1485. Jista’ jkun ukoll li jekk kien hemm xi rgiel li jaqghu taht l-obbligu tal-milizzja jew tax-xoghol b’xejn ghall-pajjiz, dawn tpoggew fil-lista kombinata tal-Musta/Kalleja. Ipotesi li ma tistax tigi skartata hi li Rahal Hobla kien vibin hafna, jekk mhux ukoll, l-istess Rahal Kalleja.17


Rahal Sir


Dan js-sit ma tantx jidher li kien importanti u forsi juri wkoll ic-cokon tieghu. Jissemma’ darba fl-atti tan-Nutar G. Buttigieg fid-19.vi. 1538.18 Jissemma’ wkoll ic-Cens ta’ Hal Sir, ‘clausura in contrata rahal sir’ fl-atti ta’ l-istess nutar tat-3.xi.1536.19 Madankollu dan l-isem jista’ jigi assocjat ma’ Wied Ziri li qieghed vicin ir-Rotunda tal-Mosta.20 Dan il-wied jissemma’ hafna qabel Hal Sir ghax jidher fl-atti tan-Nutar J. Sabbara tad-19.x.1496.21 Hu mahsub li kemm Hal Sir kif ukoll Hal Kalleja kienu diga gew abbandunati qabel ma gew assorbiti mir-rahal tal-Mosta.22


Rahal Pessa jew Bise


Dan ir-rahal kien wiehed minn dawk li damu jezistu bhala lokalita identifikabbli zgur sas-seklu sbatax. Ismu x’aktarx li gej mill-kunjom Di Pisa li biz-zmien sar Pisan, u aktar tard, Pisani. Kien vicin u marbut ma’ Hal Dimekk. Hal Bise jew Pessa kien mifrux mhux hazin u kien jinkludi dik l-art kollha mill-Besbizija sa fejn illum tinsab il-Fortizza tal-Mosta. Hal Bise kien marbut ukoll mal-knisja ddedikata lil San Zakkarja u li biz-zmien tat isimha liz-zona tal-madwar. Hekk Zakkarija sas-seklu sbatax saret Zokrija23 u hekk ghadna nafuha sal-lum. Tant hu hekk li f’dokument li juri l-beni tal-Kattidral ta’ l-lmdina ta’ l-1629 insibu ‘di S. Zaccaria o ta zocria, clausura in contrata di S. Zaccaria sive hal pissa’.24


Il-firxa ta’ dan ir-rahal hi indikata min-Nutar M. Attard li fil-15.iii.1624 jiddeskrivi l-Knisja ta’ (p.47)
Santa Katerina li tinsab fil-wied taht il-Fortizza tal-Mosta bil-kliem ‘in contrada ta Hal Pissa sive Wied il Ghasel’.25 Konferma li Hal Pessa kien ghadu zgur abitat sal-bidu tas-seklu sbatax taghtihulna nota fil-ktieb tal-maghmudija tal-Parrocca tan-Naxxar li tindika li fil-15 ta’ Settembru 1609 Dun Gwann Bezzina ghammed lil Vincenzo, iben Gregorio Xerri li l-parrinu tieghu kien Gulju Bezzina ‘de Casali Musta domicilio in Hal Pisa’.26


Hal Pessa jissemma’ bhala rahal bisse fl-atti tan-Nutar Gr. Vassallo tas-17.ii. 1487. L-istess nutar f’att iehor isejjah dan il-lok casalis pisse fis-17.ii. 1529 u jissejjah bl-istess isem fil-ktieb tal-prebende tal-Katidral ta’ l-lmdina fl-1536. Ir-rahal jissejjah casalis pixe fl-atti tan-Nutar Br. De Caxario tas-16.xii. 1544.27


Jidher li Hal Pessa kien rahal ta’ certu importanza meta mqabbel ma’ rhejjel ohra taz-zona tal-madwar u wiehed minn dawk li damu jezistu l-izjed qabel gie assorbit mill-Mosta. Madankollu jghidilna G.F. Abela li sa nofs is-seklu sbatax ma kien baqa’ xejn minn dan ir-rahal hlief ir-rikordju ta’ ismu.28


Rahal Dimekk jew Dmigh


Il-Kappella ta' Sant'Andrija qabel ir-restawr(p.47) Il-kappella ddedikata lil Sant’ Andrija maghrufa bhala ‘tal-Qares’ li tinsab fil-parti tal-Mosta fejn kien hemm Hal Dimekk - tidher il-kappella qabel ir-restawr li sar fuqha.

Dan l-irhajjal kien vicin Hal Pessa ghax fil-lista tad-Dejma ta’ l-1419-20 jitnizzlu flimkien. Jissejhu Casali Bise et Dimag. Hemm indikazzjoni li Rachal Dumeh jew Dumag jew Dimech, gie abbandunat matul il-perjodu bejn l-1420 u l-1425 ghax ma baqax jikkontribwixxi rgiel izjed ghall-milizzja u n-nies li kienu jghixu hemm jidher li marru joqoghdu fl-irhula l-ohra tal-vicin (u wiehed mar l-lmdina).29 Naturalment kull ragel li kien mizzewweg jew jghix mal-familja tieghu, ha lil qrabatu mieghu u hekk ir-rahal tbattal.


Dan ir-rahal, anki jekk battal, baqa’ jissemma’ fl-atti notarili. Nghidu ahna n-Nutar Gr. Vassallo f’dokumenti notarili tat-8 u t-13.x. 1488, isemmi contrata fir-rahal dumag u jerga’ jindikah bhala rachal dumeh meta jsemmi contrata fl-14.xii.1530.30 F’dan l-ahhar dokument tissemma’ l-ghalqa tal-Qares (tal cares),31 post li ghadu marbut sal-lum mal-Kappella ta’ Sant’ Andrija, appunta maghrufa bhala ‘tal-Qares’. Madwar nofs is-seklu sbatax Gan Frangisk Abela jghid li minn dan ir-rahal ma kien baqa’ xejn wieqaf hlief ismu.32


Rahal Mlit


Dan ir-rahal fis-seklu sbatax kien deskritt minn G.F. Abela bhala territorio u jsejjahlu Ta’ Milit.33 Kif diga ntqal qabel, dan il-lokal s’issa ghadu qatt ma nstab f’dokumenti ta’ sekli ta’ qabel.


Il-popolazzjoni tal-Mosta u l-irhula tal-madwar


Harsa lejn il-ftit dokumenti li jigbru fihom il-parti l-kbira ta’ l-irgiel ta’ kull lokalita f’Malta, taghtina hjiel tal-popolazzjoni fdawn l-istess postijiet matul is-seklu hmistax Dawn id-dokumenti principali huma tnejn, li jinkludu l-lista ta’ l-irgiel li kellhom jaqdu fil-milizzja Maltija ghad-difiza ta’ arthom. Dawn iz-zewg sorsi jgibu (p.48) d-dati ta’ l-1419-20 u l-425. Ma dawn insibu wkoll lista ohra msejha ta’ l-Angara, jigifieri roster ta’ xoghol b’xejn (jum fix-xahar) li l-irgiel kollha (barra taz-Zejtun li kellhom xoghol iehor) riedu jaghtu, x’aktarx biex jitlesta l-foss ta’ l-Imdina. Dan id-dokument jgib id-data ta’ l-1485.


Jidher ghalhekk li jekk isir kalkolu ragonat, il-popolazzoni ta’ Calleya-Musta kienet tlahhaq madwar 353 abitant fl-ewwel kwart tas-seklu hmistax.34 Mill-banda l-ohra, ir-rahal ta’ Bise jew Pessa, bl-istess kalkoli jidher li madwar is-sena 1420 kellu xi 70 abitant u r-rahal l-iehor ta’ Dimag kien jghodd madwar 50 ruh. Dawn iz-zewg irhejjel zghar osfru fix-xejn sa l-ahhar decenni tas-seklu hmistax. Meta tigi miflija l-lista ta’ l-1485 li taghti listi ta’ rgiel mill-Mosta wehidha, min-Naxxar ghalih u grupp iehor imsejjah Mosta/Naxxar, hemm indikazzjoni li, filwaqt li n-nies fil-Mosta baqghu bejn wiehed u iehor l-istess, bhal fl-ewwel parti tas-seklu hmistax, dawk tan-Naxxar, mill-banda l-ohra, komptew jizdiedu.35


Harsa lejn il-kunjomijietr ta’ dawn il-Mostin taz-Zmien tan-Nofs mill-listi msemmija, jidher li l-kunjom Galea kien koncentrat l-aktar fil-Mosta. Dettal iehor interessanti hu li certu kunjomijiet tista’ tghid li kienu jinstabu biss fit-tramuntana ta’ Malta jigifieri f’Birkirkara, in-Naxxar, Hal Lija, Hal Balzan il-Mosta u Hal Gharghur. Dawn il-kunjomijiet kienu Borg, Seichel, Xerri, Fenech, Bartolo u Xiberras (dan ta’ l-ahhar ghall-habta ta’ l-1480).36 Fis-seklu hmistax dawn il-kunjomijiet kienu jinkitbu xi ftit differenti mil-lum. Ghalhekk Borg kien Borgi; Seichel kien Seikil jew Seykil; Xerri kien jinkiteb jew l-istess bhal-lum jew Xurri; Fenech kien Fenec; Bartolo kien Bartalu jew Bartholu; u Xiberras kien Xeberasi, Xebirasi Xebiras jew Xaberrasi.37


Servizz militari ghad-difiza tal-pajjiz


L-irgiel li kienu jifilhu kienu jridu jaghmlu servizz ta’ bil-fors ghall-harsien tal-gzejjer Maltin.


Kien hemm dak is-servizz imsejjah il-Mahras. Dan kien jikkonsisti f’xoghol ta’ ghassa bil-lejl max-xtut Maltin kontra xi nzul ta’ l-ghadu.38 Dan is-servizz origina f’Malta fl-1375 imma ma jidhirx li nizel tajjeb mal-Maltin li kienu jiddejqu jkollhom jaghmlu xoghol iebes, u b’xejn ukoll. Ghalhekk kienu jaraw kif jizolqu minnu jew ihallsu biex jigu ezentati mis-servizz.39 Kien fl-ewwel snin tas-seklu hmistax, probabbli ghall-habta ta’ l-1417, li sar attentat mill-awtoritajiet biex dan is-servizz isir bis-serjeta. Irgiel bejn is-16 u l-65 sena kellhom jaghtu lejl wiehed fil-gimgha biex jghassu x-xtut ta’ Malta.40


Il-Mahras kien jikkonsisti f’numru ta’ postijiet madwar il-kosta u kull wiehed minn dawn kien jiehu hsiebu grupp ta’ rgiel gejjin minn irhula tal-vicin. Jidher li kien hemm numru ta’ esenzjonjiet u filwaqt li f’xi rhula n-numru ta’ dawk li kienu jgibu permess biex ma jaghmlux is-servizz ta’ l-ghassa kien zghir, f’ohrajn l-irgiel esenti kienu aktar. Per ezempju fl-1417 minn 62 ragel li setghu jibaghtu bejniethom Hal Calleja u l-Mosta, 18 biss ghamlu is-servizz taghhom.41


L-irgiel ta’ madwar il-Mosta kienu assenjati ghases vicin ta’ l-irhula taghhom. Dan biex ma tkunx daqshekk difficli biex dawn l-irgiel, wara gurnata xoghol, ikunu jistghu jmorru bil-mixi darba fil-gimgha ghall-ghassa ta’ bil-lejl fil-post assenjat lilhom. Fil-posta ta’ l-lmgarr fl-1417 kien hemm irgiel minn Hal Dimag flimkien ma’ ohrajn minn irhula ohra. Il-posta ta’ Ghajn Tuffieha kienet mghassa l-aktar min-nies ta’ Hal Calleja u l-Mosta. Dik ta’ Bir il-Bahar (bejn Ras Ghallis u Bahar ic-Caghak) kellha fost ohrajn irgiel minn Hal Dimag u Hal Bise (Pessa).42


Mil-lista tad-doveri tal-milizzja ta’ l-1419-20 johrog li l-irgiel minn Calleja/Mosta li kellhom jaghtu s-servizz taghhom ta’ ghassa kien ta’ 62, filwaqt li minn Bise/Dimag dan lahhaq 33.43


Servizz iehor ta’ milizzja kien dak imsejjah tad-Dejma. L-eta ghas-servizz kienet minn 18 sa 60 sena.44 Kien hemm zewg tipi ta’ servizz militari ghalkemm it-tnejn kienu obbligatorji ghall-irgiel Maltin kollha minghajr differenza ta’ klassi socjali. Dawn xogholhom kien li jghassu l-ibliet u l-irhula fix-xhur tas-sajf meta kien hemm aktar periklu ta’ attakki fuq Malta.45 Id-Dejma jidher li bdiet hafna wara l-Mahras u l-ewwel indikazzjoni cara ghaliha tmur lura ghall-1462 u jista’ jkunji din wkoll is-sena ta’ l-origini ta’ dan is-servizz.46


(p.49) Dawn l-iskemi ta’ difiza ma kinux fil-vojt ghax il-gzejjer Maltin kienu jigu attakkati regolarment minn ghedewwa l-aktar mill-artijiet ta’ l-Afrika ta’ Fuq. Dan il-hbit tista’ tghid dejjem kien ihalli tbatija u taqlib qalb il-popolazzjoni u dan, il-Maltin kienu jafuh u kienu jaghmlu li jistghu biex itaffu l-konsegwenzi koroh.


Attakk qawwi sar fl-1429 meta Qa’id Ridawan, b’armata ta’ 18,000 ruh migjuba fuq 70 gifen, habat ghal Malta fit-13 ta’ Settembru. Ghamlu herba shiha u baqghu tilghin sas-swar ta’ l-lmdina u waqfu biss meta waslu hemm. Il-qlubija tal-Maltin ghamlet li setghet biex trazzan il-qilla ta’ l-ghadu. Hafna hadu kenn wara l-hitan tal-belt kapitali imma mhux kulhadd kien daqshekk ixxurtjat jew hafif. Il-milizzja Maltija, inkluz il-kontingent tal-Mosta, offriet rezistenza u hallset il-prezz tal-gwerra. Jidher li tnejn mill-Mosta gew prisi (maqbuda) u dawn kienu Fidiriku Xuerib u Culajtu Galie. Kien numru zghir, probabbli ghax il-Mosta kienet vicin l-lmdina u hekk in-nies ta’ l-inhawi lahqu dahlu wara l-hitan tal-kapitali. Ma kinux daqshekk ixxurtjati nies minn inhawi aktar boghod.47


It-Torri Cumbo(p.49) It-Torri Cumbo kif inhu fi zminijiet moderni - qablu kien hemm torri aktar antik li minnu kwazi ma baqa’ xejn.

Kwazi mitt sena wara, fl-1526, il-Mosta sfat attakkata direttament din id-darba minn Ra’is Sinan. Skond kif jirrapporta Gan Frangisk Abela, il-Mosta giet sakeggata u mharrbta minn dan il-kursar famuz. Hu nizel man-nies tieghu s-Salini, ghadda minn Wied il-Ghasel fis-satra tal-lejl u meta wasal hdejn il-Mosta habat ghaliha ghal gharrieda u kaxkar madwar 400 abitant bhala Isiera barra dawk li nqatlu waqt li kienu qed jiddefendu ruhhom u l-familji taghhom. Minn hawn Sinan telaq malajr lura lejn ix-xwieni tieghu li kienu marru jistennewh fil-bajja ta’ San Pawl il-Bahar ghax beza’ li jintlahaq mill-kavallerija Maltija.48 Ma’ din il-grajja Guze Cassar Pullicini jorbot il-leggenda ta’ l-Gharusa tal-Mosta49 li skond din l-istorja kienet qed ticcelebra t-tieg taghha fit-Torri Cumbo50 li kien tal-familja importanti Cumbo.51


Inghad mill-kunsill ta’ l-Universitas (il-gvern lokali) li dan il-hbit kien sar ghax in-nies tal-mahras m’ghamlux xogholhom sew. Dan il-gudizzju kien bazat fuq problema li l-Universitas kellha biex issib irgiel ghall-ghassa tal-posta vicin Selmun (Ghoxx il-Bies) u li fl-1499 kienu l-irgiel tal-cappella tan-Naxxar (li l-Mosta kienet taghmel parti minnha) li kellhom jidhlu ghal din il-bicca xoghol iebsa. L-istess gara meta kien hemm il-hsieb li jitwaqqfu ghases ohra f’Santo Zacharia - vicin Targa Gap - il-Besbezija, u f’Tat-Targa, in-Naxxar. Hawn ukoll kellhom jidhlu ghal dan ix-xoghol in-Naxxarin u l-Mostin.52


Dover iehor li tghabbew bih il-Maltin ghall-ahhar parti tas-seklu hmistax kien dak li jqattghu foss ghal quddiem il-belt fortifikata ta’ l-lmdina. Kellhom jaghtu gurnata fix-xahar xoghol b’xejn biex jitlesta dan ix-xoghol minhabba l-biza’ ta’ xi attakki mit-Torok u ghedewwa ohra, bhal dawk li diga kienu graw. Dan kien piz li l-Maltin gergru kontrih hafna ghax hassew li kien qed idahhalhom f’tip ta’ servitu fewdali.53 Dan ix-xoghol li beda mill-1480 involva l-Mostin li, bhal shabhom ta’ l-irhula l-ohra, gew imqassmin b’roster skond meta jmisshom xoghol.54


Attivitajiet ta’ natura socjali u ekonomika


Il-Mosta kienet art imdawwra bl-ghelieqi u ghaldaqstant ma setghax jonqos li b’mod generali l-popolazzjoni ta’ l-inhawi kienet imdahhla b’ruhha u gisimha f’attivita agrikola. Il-motto tal-Mosta, Spes Alit Ruricolam, jindika car l-gheruq antiki tal-lokalita fix-xoghol tar-raba’


Mill-lista tal-milizzja jidher li fil-Mosta u l-irhejjel tal-vicin, fl-1419-20 kien hemm biss ragel (p.50) wiehed tas-sengha – imsejjah mastru – u li sa l-1425, dan kien garr ghall-Imdina. Ma kienx hemm lanqs juculari u falcuneri. Dan jindika bla ebea dubju Ii l-biedja kienet ix-xoghol ta’ dawn in-nies. Dan aktar ssahhah jekk jigu ezaminati att notarili li hemm tas-seklu hmistax li jikkoncemaw il-Mosta.55


Jidher li kien hemm hemm certa gid u li l-poplu Mosti kellu xi ftit tal-flus x’jonfoq matul is-seklu hmistax. Ghallinqas din jista’ jkun li kienet ir-raguni ghalfejn il-Mostin kienu jilaghbu l-loghob tal-azzard. Fl-1479 inhareg bandu (ordni) mill-kunsill ta’ l-Universitas fejn ipprojbixxa lill-Mostin milli jilghabu r-rullu u r-rucellu f’Bieb Guytan li kien fil-fimfti tar-rahal. Min jinqabad jikser din il-projbizzjoni kien jehel piena ta 30 karlin.56


Biss, jekk sa dak iz-zmien il-Mostin kellhom flus x’jissograw dan ma jidhirx li baqa’ l-kaz fis-seklu sittax. Wara l-hbit mill-kursar Ra’is Sinan ta’ l-1526 li kaxkar jew qatel prattikament il-popolazzjoni kollha Mostija, iz-zona waqghet f’faqar kbir. Dan ghaliex, jghidilna Abela, biex jinfdew dawk il-Mostin li kienu ttiehdu bhala Isiera, kellhom jinbieghu l-ghelieqi li kellhom biex jingabar l-flus ghall-fidwa taghhom. Dan faqqar lil kull min kellu xi artijiet fil-Mosta u l-madwar.57


Lura lejn is-seklu hmistax, naraw zewg persuni li jidhru li kienu xi ftit aktar tat-tajjeb minn ohrajn. Meta madwar l-1450 il-kunsill ta’ l-Universitas kellu bzonn jissellef flus biex jixtri qmuh ghall-pajjiz, dan dar fuq min seta jikkontribwixxi ghal hekk. Mill-cappella tan-Naxxar instabu zewg Mostin li kienu Nardu Buras u Fidiriku Xiklune.58


Minn madwar l-1477 b’ordni tal-vicire ta’ Sqallija bdew jattendu b’regolanta rapprezentanti mill-irhula fil-kunsill ta’ l-Universitas. Kaz partikulari fejn dawn ir-rapprezentanti hassew li ghandhom jikkooperaw mal-kunsill kien fil-qbil li jsir xoghol ta’ l-angara biex tissahhah id-difiza ta’ l-lmdina. Dawn hassew li dan kien ta’ gid ghal kulhadd. Gew appuntati constabuli mill-irhula biex jikkoordmaw dan ix-xoghol u mil-listi ta’ angara jidher li kien hemm il-kuntistabbli Frangisku Galie mill-Mosta u l-kuntjstabbli Bendu Cauki minn Mosta/Naxxar.59 Dawn il-constabuli komplew anki wara l-migja ta’ l-Ordni ta’ San Gwann u r-responsabiltajiet taghhom komplew jizdiedu.


Il-hajja religjuza


ll-Fidi Nisranija hi normalment manifestata mill-prezenza ta’ knejjes u kappelli li huma postijiet fejn tigi pprattikata r-religjon mill-poplu. Fil-Mosta, bhal f’kull lokalita ohra f’Malta, kien hawn minn zminijiet bikrija, kappelli li qdew din il-htiega religjuza. Kappelli li kienu jezistu fil-Medju Evu jinkludu dik ta’ Santa Marija ta’ Wied Ziri li kienet zgur diga wieqfa fl-1496, dik ta’ San Zakkarija li nsibuha sahansitra fl-1399, ta’ Sant’ Andrija tal-Blat li kienet wieqfa diga fl-1522, u ta’ San Nikola tal-Lwatam li nsibuha fl-1524.60


Barra dawn il-kappelli kien hemm ukoll knisja akbar u ta’ certu importanza. Tant hu hekk li waqt iz-zjara tieghu fil-Mosta. Mons Pietro Dusina fl-1575, kien ddeskriviha, b’mod zbaljat, bhala knisja parrokkjali. Din il-knisja kienet iddedikata lit-TIugh fis-Sema ta’ Marija. Jidher li kienet l-ghira ta’ l-irhula tal-qrib ghax fl-1496, meta kienu se jpittru l-abside tal-knisja ta’ Rahal Attard, qalu lill-pittur, Fra Johannes Antonio Pulcella, biex jimxi fuq dak tal-knisja ta’ Santa Marija ta’ Wied Ziri. Hu probabbli li l-pittura li Pulcella kien qieghed jintalab jimita mill-knisja tal-Mosta kien pittirha hu stess.61 Biex lil Pulcella jhegguh jaghmel sforz akbar, weghduh li jekk dak li jpitter fil-knisja ta’ H’Attard jisboq fl-isbuhija lil dak tal-Mosta mal-hlas dovut jaghtuh ukoll muntun kastrat. Jekk mill-banda l-ohra xoghlu jkun ta’ livell inqas jitlef hlasu kollu.62 Jidher li dan l-affresk li Fra Pulcella kien ftiehem li jaghmel bil-kuntratt tad-19 ta’ Ottubru 1496 fl-atti tan-Nutar Jacobo Saliba, ma kienx xi haga unika. Pulcella (dokumentat bejn l-1496 u l-1508) li kien Karmelitan, kien jghix minn fuq il-piki bejn l-irhula u kien jigri minn rahal ghal iehor jaghmel dan ix-xoghol ta’ arti skond ix-xewqat tar-residenti fl-irhula differenti.63


Il-Medju Evu jasal lejn tmiemu mad-dhul ta’ l-Ordni ta’ San Gwann f’Malta. Bhal f’hafna oqsma ohra, Malta damet ftit izjed tkarkar biz-Zmien Nofsani. Raguni wahda kienet ghax hi gzira maqtughha bil-bahar mill-bqija ta’ l-Ewropa. Barra dan il-Kavallieri damu jahsbuha biex jibdew jintroducu tibdil sostanzjali f’art li ma kinux jafu jekk jibqghux fiha jew le. Madankollu, taht l-Ordni Malta rat zviluppi kbar u l-introduzzjoni tar-Rinaxximent.


Noti u Riferenzi


  1. (p.51) A.P. Vella, Storja ta’ Malta, i (Malta, 1974), 74.
  2. M. Buhagiar, ‘The Norman Conquest of Malta: History and Mythology,’ P. Xuereb (ed.), Karissime Gotifride (Malta, 1999), 49-50, 52.
  3. Ibid., 53; J. Bezzina, L-lstorja tal-Knisja f’Malta (Malta, 2002), 64.
  4. C. Dalli, Iz-Zmien Nofsani Malti (Malta, 2003), 43.
  5. M.A. Sant, ‘Mosta Through the Ages,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 22.
  6. Ara kjarifika fuq dan il-fatt, C. Cuschieri, Il-Parrocci ta’ Malta (Malta, 1979), 8-12; A.T. Luttrell, Approaches to Medieval Malta,’ A.T. Luttrell (ed.), Medieval Malta: Studies on Malta before the Knights (Londra, 1975), 63.
  7. Bezzina, 86.
  8. S. Fiorini, ‘ll-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 59.
  9. Li jissemma’ minn G. Wettinger, ‘The Lost Villages and Hamlets of Malta,’ Luttrell (ed.), A.T. Luttrell (ed.), Medieval Malta: Studies on Malta before the Knights (Londra, 1975), 181.
  10. Fiorini (2005), 96.
  11. G. Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta, 2000), 87.
  12. Fiorini (2005), 59.
  13. Wettinger (1975), 185.
  14. Ibid., 188.
  15. Wettinger (2000), 322.
  16. Fiorini (2005), 60.
  17. Wettinger (1975), 189.
  18. Wettinger (2000), 289.
  19. Ibid., 94.
  20. Fiorini (2005), 60.
  21. Wettinger (2000), 591.
  22. Wettinger (1975), 189.
  23. Fiorini (2005), 61-2.
  24. Wettinger (2000), 634.
  25. Fiorini (2005), 62.
  26. Ibid.
  27. Wettinger (2000), 285.
  28. G.F. Abela, Della Descrittione di Malta (Malta, 1647), 70.
  29. Fiorini (2005), 62-3.
  30. Wettinger (2000), 274.
  31. Ibid., 434.
  32. Abela, 70.
  33. Ibid., 83.
  34. Fiorini (2005), 66.
  35. Ibid., 67-9.
  36. (p.52) G. Wettinger, ‘The Distribution of Surnames in Malta in 1419 and the 1480s,’ Journal of Maltese Studies, 5 (Malta, 1968), 29.
  37. Ibid., 30-48.
  38. Dalli, 232.
  39. S. Fiorini, ‘Id-Dejma, il-Mahras and the defence of the Maltese Islands in the late medieval and early modern times,’ Sacra Militia, 2 (Malta. 2003), 19.
  40. Ibid., 20.
  41. G. Wettmger, ‘The Militia Roster of Watch Duties of 1417,’ Armed Forces of Malta Journal, 23 (Malta, 1979), 29.
  42. Ibid., 28-9.
  43. G. Wettinger, ‘The Militia List of 1419-20: A new starting point for the study of Malta’s population,’ Melita Historica, 5/2 (Malta. 1969), 82.
  44. Vella, 140.
  45. S. Fiorini (2003), 24.
  46. Ibid., 23.
  47. Fiorini (2005), 71-3.
  48. Abela, 442.
  49. G. Cassar Pulfiano, ‘The Folklore of Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 126.
  50. E.B. Vella li kien qed jikteb ghall-habta ta’ l-1930 jaghti xi taghrif fuq dan it-torri li fi zmien l-istorja ta’ l-Gharusa tal-Mosta ma kienx it-torri li hemm mibni llum. Jghid: “It-Torri tal-Kombu l-gdid huwa wiehed mill-isbah palazzi li ghandna f’Malta. It-Torri biss fih fuq 70 pied tul, 36 pied wisa’ u, minghajr it-turretta (fuq 11 -il pied) ta’ fuq, igib 50 pied gholi; qieghed imqassam fi tliet sulari, wiehed ghola mill-iehor. Iddur gallarija mal-erba’ faccati kbar tieghu u l-palazz ghandu mieghu gonna sbieh, dar ghas-servi, remissi ghal karozzi, ecc. Dan it-torri xtratu l-Barunissa Bonnici Testaferrata minn ghand Dr. Marmara fit-30 Marzu 1840 u llum huwa tal-Markiz Danieli Testaferrata Bonnici Ghaxaq.” E.B. Vella et al., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972/1986), 59.
  51. Fuq il-familja Cumbo, E.B. Vella jghid: “Fis-sena 1524 niltaqghu ma’ Gulju Cumbo bhala wiehed mill-gurati ta’ Malta. Dan Gulju kien bin Wistin Cumbo, avukat mill-aqwa u kriminalista famuz ta’ dak iz-zmien. Li tkun gurat ta’ l-Universita (kif kien jisseijah il-gvern ta’ dak iz-zmien) kien wiehed mill-ikbar unuri li jista’ jixtieq sinjur Malti.
    Din il-familja Cumbo kienet wahda mill-ahjar familji ghanjin li kellna Malta u ghalhekk huwa qisu zgur illi t-torri Cumbo kien ta’ din il-familja u illi Gulju ghamel il-festa tat-tieg ta’ bintu f’dan it-torri li mhux boghod mill-belt il-qadima (l-lmdina) u li qieghed tista’ tghid fl-isbah pjanura li ghandna f’Malta.” Vella, 61.
  52. Fiorini (2005), 74-5.
  53. Ibid., 75.
  54. Ara ibid., 68, Tabella 3
  55. Ibid., 76-82.
  56. Ibid., 80.
  57. Abela, 83.
  58. Fiorini (2005), 84.
  59. Ibid., 85.
  60. Ibid., 88.
  61. Ibid., 90-1.
  62. M. Buhagiar, The Iconography of the Maltese Islands 1400-1900 (Malta, 1987), 30.
  63. M. Buhagiar, The Late Medieval Art and Architecture of the Maltese Islands (Malta, 2005), 184.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. - Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).