The Mosta Archives Banner

Il-Kappella ta' Sant'Andrija

minn Dun Pawl Buhagiar


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 1981


Iz-zewg kappelli ddedikati lil Sant'Andrija fil-Mosta u z-ZurrieqIz-zewg kappelli ddedikati lil Sant'Andrija, dik fuq ix-xellug taz-Zurrieq maghrufa bhala "Ta' Berniga" u l-ohra tal-Mosta

(p.9) Thossok tistaghgeb kif f'tarf iz-Zurrieq u f'tarf il-Mosta hemm zewg keppelli ta' l-istess forma u ghamla iddedikati lill-Appostlu Sant'Andrija u maghrufin, almenu min-nies ta' qabilna, bil-laqam ta' "Berniga."


Min kien dan Berniga li bena dawn iz-zewg kappelli tant imbeghdin minn xulxin? Akille Ferris fil-ktieb tieghu Descrizione delle chiese di Malta e Gozo fuq dik li hemm il-Mosta ma jsemmi xejn u fuq dik taz-Zurrieq ighid li jafuha bhala "Ta' Berniga." Imma dan mhux veru ghax dawn l-inhawi huma maghrufin bhala "Ix-Xarolla" u dik tal-Mosta hi mibnija f'Hal Dmiegh.


Il-Mostin ma jafu xejn fuq Berniga u bir-ragun. Meta kont vici-parrokku z-Zurrieq staqsejt elf wiehed, imma hadd ma kien jaf. Fl-ahhar bdejt immur inqarben lil wahda xiha li kienet toqghod fil-mithna li hemm magenb din il-kappella. Kienet qaltli li kienet qraba tal-familja ta' Leone Grech tal-Mosta. Darba staqsejtha min kien dan Berniga li bena l-Knisja ta' Sant'Andrija u hi qaltli li minn dejjem kienet tisma' lix-xjuh ighidu li f'dawn l-inhawi tax-Xarolla kien joqghod ragel ghani li kien ferm dilettant taz-zwiemel. Il-gurnata kollha ma kontx tarah hlief jilghab jew idur b'xi ziemel.


Darba wahda, bhas-soltu rama z-ziemel biex imur idur dawra. F'daqqa wahda dan ix-xitan nafar u telqilha ghal ghond it-triq imlebbet. Indri Bonnici jew kif kienu jsejhulu n-nies, Berniga, ma seta' jzommu b'xejn. Imwerwer kif kien u kif kienet id-drawwa ta' dak iz-zmien, ghamel weghda mal-qaddis ta' ismu, Sant'Andrija, li jekk isalva, jibni zewg kappelli u jiddedikahom lil dan l-Appostlu, wahda minn fejn telaq u l-ohra fejn jieqaf biz-ziemel. Wara girja bhal dik iz-ziemel ghajja u waqaf Hal Dmiegh, f'tarf il-Mosta.


B'rikonoxxenza, dan iz-Zurrieqi, Indri Bonnici, jew, kif kien maghruf, Berniga, bena dawn iz-zewg kappelli ta' l-istess forma u ghamla u ddedikahom lill-qaddis ta' ismu. Dik taz-Zurrieq tinsab maghluqa u zdingata, kif sa ftit ilu kienet dik tal-Mosta. Illum allahares ma kenitx din il-kappella ghax madwarha mtela bil-bini u qieghda sservi ghall-quddies u taghlim tad-duttrina.


Jekk dan li smajt u ktibt hu veru, il-Mosta tista' tiftahar li ghandha zewg benefatturi miz-Zurrieq, wiehed Indri Bonnici, "Berniga," li madwar 300 sena ilu bena l-kappella ta' Sant'Andrija, u l-iehor Dun Felic Calleja, li madwar 150 sena wara bena l-famuz tempju li ghandna fil-Mosta.