The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA FIZ-ZMIEN IL-HAKMA TAL-KAVALLIERI TA' SAN GWANN

Michael A. Sant

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, 1996.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kunsill jew mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


GHEJUN TA’ L-ISTUDJI DEMOGRAFlCl


(p.1) Ghalkemm l-ewwel censiment ufficcjali f’Malta ma sarx qabel zmien l-Inglizi fil-21 ta’ Marzu 1842 u statistici ta’ twelidijiet, zwigijiet u mwiet ma bdewx jinzammu mir-Registru Pubbliku qabel l-1863,1 xi ghamla ta’ censiment insibu. Jinghad illi l-ewwel ghadd ta’ nies f’Malta sar b’amar ta’ l-Emir Jusuf-al-Futah fis-sena 991 W.K. bil-ghan li jikseb xi privileggi ghan-nies ta’ dawn il-gzejjer. Instab illi kien hawn madwar 21,000 ruh. Imbaghad fiz-Zminijiet tan-Nofs insibu zewg dokumenti ufficcjali: ir-Rapport ta’ l-Isqof ta’ Strasbourg illi gie f’Malta fl-1175 u milli jidher, rapport aktar dettaljat mill-Abati Gilibertus li sar ghall-habta ta’ l-1241. Biss, l-ghadd ta’ nies li jaghtina Gilibertus (jew ahjar li nsibu fil-kopji tar-rapport li waslilna), fih xi haga hazina u l-istorici, fosthom Luttrell, hadmu l-ghadd totali tan-nies ghal madwar 10,000 ruh.2 Lejn tmiem is-Seklu 15, il-popolazzjoni ta’ Malta kienet ta’ madwar 17,000 ruh, li tlieta fil-mija minnhom kienu Lhud.


Fl-1530, meta f’Malta bdew jahkmu l-Kavalieri ta’ San Gwann, jidher li l-ghadd tan-nies kien zdied bi ftit. Matul il-hakma ta’ l-Ordni fi gziritna saru ghadd ta’ censimenti mhux ufficcjali marbutin ma l-importazzjoni tal-qamh minn Sqallija. Il-gzejjer Maltin kellhom il-jedd tat-Tratte, il-privilegg li jgibu l-qamh minn Sqallija bla ma jhallsu dazju fuqu. L-awtoritajiet Sqallin, m’ghandniex xi nghidu, kienu jikkontrollaw l-esportazzjoni tal-qamh ghal Malta biex ma jhallux li l-qamh jinbiegh bi prezz oghla lill-artijiet fil-qrib. Kull meta l-Maltin talbu zieda fl-importazzjoni tal-qamh ghax, kienu jghidu huma, zdiedu l-hluq x’jieklu, dawn it-talbiet kellhom ikunu sostanzjati bl-ghadd (p.2) tan-nies f’Malta illi kultant kien isir ukoll quddiem ghajnejn l-istess ufficcjali Sqallin.3


Zvilupp importanti fl-istatistici demografici ta’ hafna pajjizi Ewropej, maghduda maghhom Malta, sar wara l-Koncilju ta’ Trentu illi ntemm fl-1563. Il-kappillani tal-parrocci issa kellhora d-dmir Ii jzommu hames registri fil-parrocci taghhom (i) il-Liber Baptizatorum, (ii) il-Liber Confirmatorum, (iii) il-Liber Matrimoniorum, (iv) il-Liber Defunctorum u (v) il-Liber de Statu Animarum. Dan ifisser li l-kappillani kellhom izommu lista ta’ min jitghammed, min jircievi l-Grizma ta' l-Isqof, min jizzewweg u min imut. Kellhom ukoll id-dmir illi jnizzlu l-ismijiet ta dawk Ii kienu iharsu l-precetti tal-Knisja u l-aktar bit-tqarbin fi zmien l-Ghid (Status Animarum). Issa dawn ir-regjstri kienu ta' ghajnuna kbira biex wiehed jghid kemm kienet il-popolazzjoni ta’ post jew iehor sal-bidu tas-seklu 19.4


Ta’ min jghid illi f’xi parrocci dawn ir-registri kienu jinzammu mill-kappillani ferm qabel l-amar tal-Koncilju ta’ Trentu. Il-Baptizatorum ta’ l-Imdina jibda mill-1539 u minn qabel, ukoll, dak tan-Naxxar mill-1546, dak tal-Birgu mill-1552 u dak ta Birmiftuh mill-1556.5


L-awtoritajiet civili fi zmien il-Kavalieri mhux darba jew tnejn inqdew bil-knisja biex jigbru statistika dwar in-nies ghal ghanijiet militari. Ezempju ta’ dan hi l-Lista tal-Milizzja ta’ l-1708. Sakemm il-gvem kien jinqeda bl-istatistika migbura mill-kappillani, qajla kien ihoss il-htiega li jigbor l-istatistika hu.6


Dwar l-iStatus Animarum ta’ min jghid illi fil-listi tal-kappillani kienu jitnizzlu dawk kollha li kienu jaqghu taht l-Isqof, jigifieri ma nsibux imnizzlin membri ta’ l-Ordnijiet Religjuzi (patrijiet u sorijiet) u dawk li kienu jaqghu taht il-gurisdizzjoni ta’ l-Ordni ta’ San Gwann u ta’ l-Inkwizizzjoni.7


L-iStatus Animarum ta’ l-1687 jaghtina, nistghu nghidu, censiment shih tal-popolazzjoni ta’ Malta u Ghawdex fejn mhux biss ghandna l-ghadd tan-nies izda ghandna isimhom, kunjomhom, il-familja taghhom, kemm ghandhom zmien, minn liema belt jew rahal gejjin u kultant xi dettalji ohra wkoll bhal ma huma l-laqam, x’xoghol jaghmlu, fejn jghixu fir-rahal, biex ma nsemmux ukoll “l-istat ta’ ruhhom”, ir-raison d'etre ta’ dawn id-dokumenti.8 Mis-sena 1687 ’il quddiem, bejn (p.3) l-iStatus Animarum u bejn it-taghrif li nsibu fir-registri l-ohra li semmejna, ghandna stampa cara mhux hazin tad-demografija Maltija inzewqa b’xi daqqiet ta’ xejra socjali.


Dahla


Il-Mosta, illum rahal kbir jew ahjar belt, b’popolazzjoni ta’ 12,148 ruh fl-19859 u llum, aktar minn ghaxar snin wara, tqarreb is-17,000 ruh, kien rahal ckejken u mhux mghammar sewwa fl-1530 meta f’pajjizna nizlu jahkmu l-Kavalieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Il-popolazzjoni ta’ madwar l-480 ruh li fl-1419-20 insibuha mxerrda mal-Mosta u ma’ l-inhawi taghha - Rahal Calleja, Rahal Pessa u Rahal Dimeg10 - kienet bdiet tizdied xi ftit sa l-1526, izda f’din is-sena sehhet il-grajja ta’ swied il-qalb meta Rajjes Sinan u l-kursari ta’ Barberija dahlu ghal gharrieda fil-Mosta u jinghad li ttiehdu ma’ l-400 ruh irsiera.11 Il-Mosta tista’ tghid li tbattlet sewwa min-nies u l-faqar fost il-Maltin dam isaltan ghal xi zmien. Bil-mod il-mod, izda, il-Mosta regghet ixxettlet kemm f’dak li hu ghadd ta’ nies u kemm f’dak li hu titjib ekonomiku-socjali. Minn rahal ckejken dipendenti min-Naxxar, il-Mosta saret parrocca ghaliha fl-1608 u sa l-1780 kienet ghaddiet sewwa sahansitra lir-rahal li tnisslet minnu. Minn dak iz-zmien ’il quddiem, il-Mosta ma harset qatt lura.


CAQLIQ DEMOGRAFIKU


Zieda fil-Popolazzjoni ta’ Malta u Ghawdex


Fl-1530 meta l-Kavalieri ta’ San Gwann rifsu fuq dawn il-Gzejjer, il-popolazzjoni ta’ Malta u Ghawdex kienet tisboq xi ftit l-20,000 ruh. Dan meta nqabblu x’ghandhom xi jghidulna Quintinus, Abela, il-Kummissjonarji ta’ l-Ordni fl-1524 u rapprezentanti mibghuta ghand il-Vici-Re ta’ Sqallija fl-1535. Mal-wasla ta’ l-Ordni, il-popolazzjoni zdiedet ghaliex ma’ l-istess Kavalieri, l-ilsiera u l-qaddejja taghhom, li kienu jghoddu madwar it-3,000 ruh, waslu ma’ l-Ordni ghadd ta’ nies minn Rodi, forsi madwar 500 ruh.


(p.4) Sakemm intemm is-seklu sittax sehhew f’Malta zewg grajjiet ta’ importanza demografika u dawn fi zmien qasir ta hmistax-il sena bejniethom. Fl-1551 Sinan Pasha u Dragut Re’is b’ghadd sewwa ta' Misilmin ghamlu herba mill-gzira t’Ghawdex u garrew fil-jasar f’Kostantinopli tista’ tghid il-popolazzjoni kollha tal-gzira, madwar 5,000 ruh bejn irgiel, nisa u tfal. Madwar 700 ruh irnexxielhom jaharbu, 40 xih helsuha hafif u xi ftit mill-Ghawdxin ghonja ma damux ma nhelsu b’rahan. Izda l-ghadd tan-nies f’dawn il-gzejjer naqas sewwa b'dan il-hbit. Imbaghad fl-1565 armata qawwija Torka ta' madwar 35,000 ruh meghjuna mill-kursari ta' Barberija u mmexxija ghal darb'ohra minn Dragut innifsu, regghet habtet ghal Malta. F’assedju ta' hames xhur intilfu eluf ta’ hajjiet Maltin, ghalkemm forsi mhux terz tal-popolazzjoni bhal ma qalu xi kronisti.12


Il-qalb kbira tal-Maltin u ta’ l-Ordni dehret aktar wara r-rebha ta’ l-1565 u Malta bdiet twarrad mhux biss fl-ghadd tan-nies izda wkoll f’dak li hu investiment f’bini u infrastruttura ekonomika. Sa l-1590, f’Malta biss, l-ghadd tan-nies kien tela’ ghal madwar 27,000 ruh, erbat elef minnhom joqoghdu fil-belt il-gdida, Valletta. [Axa Tabella I] Minkejja l-imxija tal-pesta li fl-1592-93 hegget u garret 3,000 ruh, maghduda 40 Kavalier, il-popolazzjoni ta’ Malta u Ghawdex fl-1614 lahqet is-36,736 ruh u sa l-1632, tmintax-il sena wara, telghet ghal 48,866 ruh. X’aktarx, minhabba l-qerda tal-karestija u l-guh li hakmu lil dawn il-gzejjer fl-erbghinijiet, il-popolazzjoni jidher li naqset b’madwar sebat elef ruh ghal 41,815 fl-1645. Biss sa tlettax-il sena wara, fl-1658, l-ghadd ta’ nies tela’ ghal 49,568 ruh u zdied xi ftit ukoll fit-tnax-il sena li gew wara hekk illi fl-1670 insibu 50,629 ruh f’dawn il-gzejjer. Issa r-rassa fl-ibliet u l-aktar fil-Belt Valletta fejn insibu l-Mandracho (il-Mandragg) gabet qaghda kerha fejn beda jahkem kull ghamla ta’ hmieg u mard. Sa l-1666 il-qaghda kienet kriehet tant illi n-nies ta’ l-irhula ma thallewx aktar imorru jghixu fil-Belt Valletta u fit-Tlitt Ibliet.


In-natura ma damitx ma sabet mezz biex iggib bilanc mill-gdid fil-popolazzjoni ta’ dawn il-gzejjer. Fl-1675-76 Malta sofriet wiehed mill-aghar attakki tal-pesta fl-istorja taghha u madwar 11,000 ruh tilfu hajjithom, 9,000 minnhom nies li kienu jghixu fil-Belt Valletta u fit- Tlitt Ibliet.


(p.5) Minkejja dan kollu sa l-1687, hdax-il sena wara l-imxija qerrieda tal-pesta, l-ghadd tan-nies f’Malta rega’ tela’ bejn wiehed u iehor ghal li kien fl-1670 u minn hemm ’il quddiem baqa’ dejjem jikber. Il-popolazzjoni ta’ dawn il-gzejjer telghet ghal qrib is-57 elf fl-1702, ’il fuq minn 65 elf fl-1716, izjed minn 87 elf fl-1784 u qrib l-94 elf fl-1797, sena qabel dawn il-gzejjer kellhom iduqu l-hakma qasira tal-Francizi f’Malta.13 U minn hemm ’il quddiem, fi zmien l-Inglizi, gara dak li kien gara fit-18-il seklu: l-ghadd tan-nies f’Malta u Ghawdex baqa’ dejjem tiela’ u johloq dejjem aktar ugigh ta’ ras.


Tikber il-Popolazzjoni tal-Mosta


Fl-1571 meta gie jzurna l-Vizitatur Appostoliku Mons. Pietru Dusina [ara Tabella III] instab illi kien hawn 116-il dar fil-Mosta, li jekk nikkalkulaw hamsa min-nies f’kull dar, jaghtuna popolazzjoni ta’ madwar 580 ruh. Ma kinitx aktar minhabba, kif ghedna, il-hbit tal-furbani li kien battal sewwa l-Mosta min-nies fl-1526. Minkejja li l-popolazzjoni naqset f’Malta meta fl-1592-93 faqqghet il-pesta u garret 3,000 ruh, sebgha u ghoxrin minnhom fil-Mosta,14 minkejja li t-tfal kienu jmutu kotrana u minkejja kollox, il-popolazzjoni tar- rahal tal-Mosta telghet ghal madwar 900 ruh fl-1614, ghal 1,579 ruh fl-1632, nizlet ghal 1,214 ruh fl-1645 [ara Tabella IV], nizlet ghal 1,078 ruh fl-1658, telghet ghal 1,181 ruh fl-1670, ghal 1,300 ruh fl-1680 u nizlet ghal 1,243 fl-1687. Minn din is-sena ‘l quddiem insibu taghrif aktar dettaljat dwar il-popolazzjoni tal-Mosta. Harsa lejn Tabella V turina illi f’medda ta’ 116-il sena bejn l-1687 u l-1803 il-popolazzjoni tal-Mosta telghet minn 1,243 ruh ghal 3,158, zieda ta’ 1,915 -il ruh. U dan minkejja l-inzul fl-ghadd tan-nies fil-Mosta, nghidu ahna bejn l-1707-1717, l-1734-1736 u l-1796-97. L ikbar zieda fil-popolazzjoni sehhet bejn l-1736 u l-1737 meta f’sena wahda biss l-ghadd tan-nies fil-Mosta tela’ b’145 ruh, jew aktar minn ghaxra fil-mija.15


M’hix haga hafifa tghid bl-ezatt ghaliex il-popolazzjoni ta’ belt jew rahal, fil-kaz taghna l-Mosta, tkun telghet jew nizlet. It-titjib ekonomiku-socjali li gabu l-Kavalieri mal-migja taghhom u l-aktar wara l-1565, ghen sewwa biex tikber il-popolazzjoni f Malta u, (p.6) m’ghandniex xi nghidu, fil-Mosta. Il-Kavalieri taw spinta qawwija lill-industriji lokali, specjalment fil-bini ta’ vapuri, xoghol ta’ l-insig u xoghol ta’ qlugh, fethu toroq godda ghan-nies b'sens ta’ avventura u fuq kollox, gabu sens ta’ sigurta billi l-fortifikazzjonijiet li bnew f’pajjizna bieghdu tista’ tghid darba ghal dejjem il-periklu Tork minn xtutna. Imbaghad irridu niftakru wkoll illi l-Kavalieri tejbu l-qaghda tas-sahha u tas-servizzi medici f’pajjizna, l-aktar bil-bini u t-tmexxija tas-Sacra Infermeria.16 Skond Blouet, imbaghad, il-popolazzjoni tal-Mosta kibret ukoll billi l-Ordni ta’ San Gwann ta bicciet ta’ art lin- nies li xtaqu jibnu djarhom fil-Mosta.17


Kultant l-ghadd tan-nies fil-Mosta kien jinzel u mhux jitla. Mard qerriedi bhall-pesta jnaqqas il-popolazzjoni izda waqt li f’pajjiz shih dan hu minnu - ghandna l-grajjiet ta’ niket ta’ l-1592-93 u ta l-1676-77 bhala ezempju - f’rahal jew belt partikulari dan jista ma jigrix. Nghidu ahna l-pesta ta’ l-1592-93 qerdet 3,000 ruh minn Malta izda fil-Mosta mietu biss 27 ruh. Il-popolazzjoni bejn l-1571 u l-1614 telghet u mhux nizlet. Jew niehdu l-epidemija tal-pesta ta l-1675- 6; f’Malta ntilfu madwar 11,000 hajja, izda dawn mietu, bhal ma ghedna, l-aktar fil-Belt Valletta u fit-Tlitt Ibliet fejn il-qaghda sanitarja kienet mill-aghar. Il-popolazzjoni tal-Mosta zdiedet u mhux naqset bejn l-1670 u l-1680 meta minn 1,181 telghet ghal 1,300 ruh. Fattur aktar important mill-imwiet, hu dak ta’ l-emigrazzjoni u l-immigrazzjoni minn belt jew rahal ghal iehor. Dan kien isehh, m’ghandniex xi nghidu, minhabba xi zwigijiet, izda l-aktar minhabba l-htigijiet ekonomici-socjali li kienu jgaghlu n-nies jiccaqilqu minn post ghal iehor. Abbundanza jew nuqqas ta’ xoghol, djar fejn wiehed jghammar, htigijiet socjali, tfittxija spiritwali u x’naf jien - kollha ghenu biex isir ic-caqliq tal-popolazzjoni. Ghal ragunijiet ekonomici-socjali, nghidu ahna, il-Belt Valletta u t-Tlitt Ibliet kienu hafna drabi bhal kalamita ghan-nies ta’ l-irhula.18 Harsa lejn Tabella IV turina li xi kultant zieda fil-popolazzjoni tal-Mosta turi xi tnaqqis fil-popolazzjoni ta’ rhula fil-qrib; ghall-kuntrarju, tnaqqis fil-popolazzjoni tal-Mosta jixhed zieda fil-popolazzjoni ta’ rhula vicin. Biss x’aktarx dan ma jsehhx u huma l-gibdiet tal-popolazzjoni lejn in-nahiet tal-port fejn kien hemm l-aktar xoghol illi jfissrulna l-ghaliex sar certu caqliq fil-ghadd tan-nies fil-Mosta u fi nhawi ohrajn ta’ Malta19 [Ara Tabella IV].


Tabella I

(p.52)

IL-POPOLAZZJONI TA' MALTA U GHAWDEX MILL-1590 SA L-1807
Sena Malta Ghawdex B'Kollox
1590 27,000 - -
1614 34,081 2,655 36,736
1632 47,249 1,617 48,866
1645 38,874 2,941 41,815
1658 45,645 3,923 49,568
1670 44,129 6300 50,629
1680 43,129 5,700 48,829
1687 45,288 - -
1702 51,133 5,657 56,790
1716 58,890 6,356 65,446
1726 57,453 6,900 64,353
1736 62,527 - -
1745 69,079 - -
1760 72,347 - -
1784 74,860 12,809 87,669
1797 81,425 12,331 93,656
1807 83,329 12,829 96,058

Tabella II: Graph tal-popolazzjoni ta’ Malta

(p.53)


Tabella III: Popolazzjoni u djar fl-irhula fi zmien iz-zjara ta’ Dusina

(p.54)

POPULATION AND HOUSEHOLDS FIGURES DURING DUSINA’S VISIT1
Village Population Number of Houses
Attard (including Balzan) 665 165
Balzan 300 60
Lija 400 80
Zebbug (including Hal Dwil and Hal Muxi) 1,200 260
Hal Bordi 60 17
Hal Man 50 12
Bormla 1,200 -
Rabat and Mdina 800 -
Mosta - 116
Tarxien - 100
Zabbar - 60
Zurrieq - 203
Hal Millieri - 15
Luqa - 130
Qrendi - 54
Gharghur - 80
Gudja - 80

1. See J. Cassar-Pullicino, op. cit., p. 24.
(Carmel Calleja Aspects of the Social History 1630-1650, p. 10)


RIFERENZI

  1. S. Fiorini,“Status Animarum I: A Unique Source for 17th and 18th Century Maltese Demography", Melita Historica VIII No. 4 (1983), p. 329.
  2.  A. T. Luttrell, Approaches to Medieval Malta (1975), pp. 38-39.
  3. Census 85, Vol. I: A Demographic Profile of Malta and Gozo (Malta 1986), p. 9.
  4. S. Fiorini, op. cit., (1983), p. 326.
  5. Ibid., pp. 326-327.
  6. Ibid., pp. 330-331.
  7. S. Fiorini. “Status Animarum II: A Census of 1687", S. Fiorini (Ed.), Proceedings of History Week 1984 (Malta 1986), p. 44, N. 18.
  8. Ibid., p. 44.
  9. Census 85, op. cit., p. 52.
  10. G. Wettinger, The Militia List of 1419-20: A New Starting Point for the Study of Malta's Population (1969), p. 5.
  11. G. A. Vassallo, Storja ta' Malta Miktuba ghall-Poplu (Malta 1948), p. 74.
  12. S. Fiorini, "Demographic Growth and the Urbanization of the Maltese Countryside to 1798", V. Mallia Milanes, Hospitaller Malta 1530-1798, pp. 297-302.
  13. Ibid., pp. 303-306.
  14. E.B. Vella, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha migbura minn E. B. Vella u ohrajn (Malta S. N.) 1972 (ie. 1986), verzjoni riveduta ta’ l-original ta’ l-1930 u biz-zidiet sa l-1984, pp. 76-77. “Fil-Mosta hemm tifkira ta’ din il-pesta.... Dan huwa c-cimiterju zghir li hemm quddiem il-knisja ta Santa Margarita, fejn barra minn dawk is-27 li semmejna tal-pesta, gew midfuna mill-matrici tan-Naxxar u minn Hal Gharghur, 283 impestat, u li jigu mberkin kull sena fix-xahar ta’ Novembru ..."(Ibid., p. 77).
  15. Ara S. Fiorini, op. cit. (1983), Appendix, Table II.
  16. J. Cassar Pullicino, “Malta in 1575: Social Aspects of an Apostolic Visit”, Melita Historica II, No. 1 (1956), pp. 28-29.
  17. B. Blouet, The Story of Malta (London 1967), p. 96.
  18. S. Fiorini, “The Resettlement of Gozo After 1551”, Melita Historica, IX, No. 3 (1986), p. 213.
  19. Dan jidher sewwa jekk wiehed jifli l-istatistika li nsibu f’ S. Fiorini, op. cit. (1983), Appendix, Table II.

Kapitli ohra mill-ktieb

Introduzzjoni, (Studji demografici), Mosta issir parrocca, Hjiel ekonomiku, Hajja Socjo Religjuza, Ismijiet / Kunjomijiet, Zwigijiet, Twelidijiet, Imwiet, Gheluq, Appendici.