The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantissimu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kif nafhom jien...

minn J.J. Camilleri


(p.40) Fi tfulitna l-hajja sa kenitx bhal tal-lum. Saret bidla shiha, fil-fehma tieghi ghat-tajjeb. Jekk xejn, il-poplu taghna ghandu l-facilitajiet li jitghallem u jeduka lilu nnifsu. Ix-xjuh taghna kienu illitterati u ghalhekk imsieken.


F’Mejju 1838 kienet infethet skola Hal Lija fejn it-tfal mill-Mosta setghu, kieku riedu, imorru. Il-genituri ma kenux obbligati jibaghtu l-uliedhom l-iskola. Hafna kienu jirragunaw li ahjar tifel jaqla’ xelin biex jghin lill-familja milli jmur l-iskola; il-hsieb li kien hemm darba li tinfetah skola fit-Torri Cumbo baqa’ma sehhx. L-iskejjel elementari fil-Mosta tlestew fl-1 ta’ Lulju 1898. Il-bniet u s-subien ma kenux jithalhu bl-ebda mod, tant illi fil-ghodu, l-iskejjel tas-subien kienu jibdew fit-tmienja u jispiccaw fil-hdax, wara nofisinhar bejn is-saghtejn u l-erbgha. Tal-bniet kienu jibdew u jispiccaw siegha wara, li ma jmorrux x’wahda din, il-bniet u s-subien jiltaqghu fit-triq! Sa dakinhar it-tfal kienu jitghallmu fi djar mikrijin. Nafu b'wahda mikrija tmintax-il lira fis-sena. Fit-trejqa ta’ quddiem il-knisja kien hemm ukoll skokla. Ghadhom sal-lum isibuha bhala ‘Sqaq ta’ l-iskola. Il-gvem kien jikri djar kbar bi ftit flus. Min kien ikollu xi dar li ried jehles minnha, l-aktar dawk li kellhom il-fama li fihom jidhru l-erwieh jew il-hares - kif kienu tassew jemmnu whud dak iz-zmien - kienet tintemm fi skola - skola tassew ideali! Fl-iskejjel ta’ l-irhula qrib minn dejjem kien hemm ghadd ta’ ghalliema Mostin. Dawk li ma kienux mill-post kienu jikru xi kamra u jibqghu joqoghdu hemm gimgha shiha biex ma iterrqux kuljum, dan imhabba n-nuqqas ta’ trasport bejn rahal u iehor. Fil-fatt kien hemm zmien li d-Direttur insista b'cirkulari jaghmlu dan.


Fis-sena 1922, il-gvern kien beda jahseb biex ihejji sistema ta’ edukazzjoni obbligatorja f’dawk l-iskejjel fejn kien hemm il-wisa. Il-gvern talab informazzjoni biex ikun jaf kemm kien hemm skejjel li setghu jdahhlu tfal fuq bazi ta’ erbghin tifel kull klassi. F’Ottubru ta' dik is-sena kienu qeghdin jistennew biex jidhlu l-iskola 12,746 tifel u tifla. Biex itaffi xi ftit il-problema, il-Ministru Mons. F. Ferris ghamel appell lil tmienja u tletin kommunita religjuza lokali biex jikkoperaw mieghu u jhallashom jekk huma jibdew jorganizzaw taghlim elementari ghat-tfal. Tlieta biss urew ix-xewqa li jindahlu, l-ohrajn kollha sabu xi skuza jew ohra. Il-ministru meta ra dik l-attitudni negattiva qal li whud kienu qeghdin jopponu l- introduzzjoni ta’ l-edukazzjoni obbligatorja.


Mons. Ferris f’ittra li kiteb lil Dr. Bougillion ta' l-Univeisita ta’ Washington ilmenta li minkejja l-weghdiet li fl-iskejjel se jkun hemm it-taghlim tad-duttrina taht il-kontroll ta l-Isqof, li l-kotba kollha wzati fl-iskejjel ried ikollhom in-nihil obstit tal-Knisja u li l-kappillani setghu jzuru l-iskejjel x'hin u kull meta jridu, xorta wahda kien baqa min oppona l-introduzzjoni ta l-edukazzjoni obbligatorja.


Xena fi klassi fl-Iskola Primarja tas-subien tal-Mosta tas-snin sittin u sebghinXena fi klassi fl-Iskola Primarja tas-subien tal-Mosta fejn jidhru l-bankijiet ta’ bi tnejn u t-tfal jixorbu l-halib - xena tas-snin sittin u sebghin

Fis-6 ta Dicembru 1924, ghadda l-Att XXII - l-ewwel pass favur l-edukazzjoni ta’ bilfors. Dawk it-tfal li jinkitbu l-iskola ma setghux ihallu qabel it-tnax-il sena. Imma l-genituri ma kenux obbligati jirregistrawhora l-iskola. Dawk registrati jekk jattendu hamsa u sebghin fil-mija tal-granet ta’ l-iskola ma kenux ikunu qeghdin (p.41) jiksru l-ligi. Kienet ligi taparsi! L-isqtijiet, fuq talba tal-Minisiru, talbu lill-kappillani biex jispjegaw fil-knejjes l-ghanijiet ta' dik il-ligi. Kien hemm zmien fl-iskejjel tal-Mosta li l-klassijiet kienu sal-hames sena. Min ried ikompli s-sitt wahda kellu jmur Birkirkara.


Fazi mill-aktar importanti fl-istorja ta' l-edukazzjoni f’Malta kienet meta fl-1946 saret il-Ligi ta' l-Attendenza Obbligatorja. Nistghu nghidu li ntlaqghet tajjeb mill-poplu. Fil-bidu ma setax jonqos li ma nqalghux ghadd ta’ problem, meta tqis li t-tfal fl-iskejjel bdew jizdiedu bir-rata ta elf fis-sena. Kellhom jinkrew djar privati, inbnew klassijiet temporanji u billi l-ghalliema ma setghux ilahhqu, il-hin tal-lezzjonijiet tnaqqas. Fil-Mosta nfethu klassijiet fl-Oratorju tas-subien u f’zewgt idjar fi Triq Grognet. Minn 1,777 klassi fil-primarji, 561 biss kellhom taghlim il-hin kollu. L-ohrajn nofs ta’ nhar jew anqas ukoll. Fl-1954 gew impjegati 783 (312-il ragel u 471 mara) ghalliema ta’ emergenza, fosthom ghadd kbir ta’ qassisin u sorijiet. Biz-zmien kollha saru tal-post.


Fis-settur sekondarju baqghu l-problemi. Barra li l-postijiet kienu ftit it-taghlim kien bil-hlas. Fl-1940 il-postijiei battala fil-Liceo kienu ta’ disghin. Sal-1955 tmienja fil-mija biss tat-tfal mill-iskejjel primarji kienu jmorru fi skola sekondarja u wiehed fil-mija fi skola teknika. Dik is-sena tnehhew il-mizati. Min ma kienx jghaddi kien ikollu jhalli l-iskola ghal kollox ta’ erbatax-il sena. Meta fl-1974 l-eta ta’ hrug mill-iskola gholiet ghal sittax-il sena, it-tfal kollha bdew imorru fi skola sekondarja.


(p.42) Il-klassijiet tal-kindergarten kienu ghadhom holma, lanqas ma kien hemm il-genn ghall-iskola tal-lum. Wahdiet kienu jithajru jibaghtu ‘l uliedhom l-iskola ta’ dik l-eta. Sa fejn naf jien, fil-Mosta ma kienx hemm skejjel tan-nuna aktar minn wahda l-aktar tnejn. Ma kenux skejjel imma klassi ta' tfal f’xi remissa marsusin ma' xulxin fuq twavel jew bankijiet twal ta' l-injam minghajr ilqugh ghad-dahar f’xi intrata jew f’xi kamra fid-dar ta' xi anzjana jew armla biex taqla' xi haga tal-flus. Ma kienu jitghallmu xejn, il-jum kollu jirrepetu bl-amment u bil-kantaliena t-talb popolari u l-katekizmu, jew jisimghu xi storja - l-aqwa li jghaddi l-hin. Ftit familji Mostin kienu jibaghtu z-zghar taghhom ghand is-sorjiet Agostinjani li kellhom dar qadima fi Triq Wied is-Sir. Lili ommi baghtitni hemm. Fl-ewwel jum kont ghamilt xenata shiha ghax ma ridtx noqghod. Lil Suor Matilda li kienet maghna ggranfajtha u qlajtilha l-kappun imkahhal madwar rasha u ghonqha. Ma setghetx dik tieghi dak iz-zmien ma kenitx haga gravi! Dik is-soru baqghet dejjem tafni u tirrispettani. Kull meta tiltaqa' mieghi fit-triq issellimli bil-qalb u tieqaf tkellimni. Baqghet hekk sa l-ahhar - il-Bambin jaghtiha l-genna.


Jghidu li kont imqareb u ma ncediha lil hadd. Wahda mara darba qalet l-ommi. "Mur zommu lil dan meta jikber." Mid-dehra ommi haditha bis-serjeta ghax niftakar li haditni ghand il-Papas tal-Griegi fil-knisja zghira tieghu biex jaqrali mill-Bibbja fuq rasi - kif kienet il-moda dik il-habta. Min jaf, ghandi mnejn li kelli xi xifajk li ghamilni mqareb. Il-Papas mid-dehra werwru ghax il-minghul harab u hallieni kwiet. Ma bqajtx daqshekk imqarqac, zgur li lil ommi qatt ma nkwetajta kif bassritilha dik il-mara.


Meta ghaddejna ghall-Liceo, hsibna dak iz-zmien li konna ghamilna xi haga gwappa. Mill-Mosta konna ghaddejna minghalija, xi tlieta jew erba’ subien. Barra l-ezami tad-dhul ghamilna iehor, ghax min jghaddi minn dan kien jiffranka li jhallas il-mizati. In-numru kien ristrett hafna, konna ghaddejna minn dan jien u iehor. L-ezami kien ikun tqil, il-karti aktar mahsubin biex l-ezaminatur juri kemm jaf hu, milli kemm kienu jafu it-tfal. Meta snin wara tlajt l-Ingilterra ghall-kors, kont hadt mieghi xi karti ta l-ezami tal-Liceo. Kull min rahom baqa’ mistaghgeb. It-tfal Inglizi ta’ l-istess eta lanqas biss kienu jxommuhom.


L-ghalliema ppreparawna tajjeb kemm fl-Ingliz kif ukoll fis-somom. Il-komponimenti kont tghid li kitbuhom il-kbar mhux it-tfal. L-ghalliem kien imkabbar bina, ghad li mhux l-ewwel darba li l-bravi wehlulu wkoll mill-ezami. Kien igighelna niktbu l-komponimenti fuq il-folji tan-nofs tal-pitazz, biex imbaghad jaqlaghhom biex meta jkollu ghadd mhux hazin jillegahom forma ta’ ktieb. Fl-ahhar tas-sena tghidx kemm-il ktieb kien ikollu x’juri. Min jaf x’sar minnhom! Ghandi kurzita narahom issa li ghadda z-zmien. Dan ta’ l-ahhar sena kien ghalliem tajjeb, izda ta’ dixxiplma u jbati bil-grazzja, miskin hu ma’ min jaqbad. Lili kien igibni, ma nistax nghid kontrieh. Kont tifel fil-klassi tieghu, spiccajt siehbu bhala ghalliem fl-istess skola. Ghamilna wkoll xi zmien nghallmu flimkien il-klassijiet ta’ fil-ghaxija lill-adulti. Kienu jigu l-irgiel li xtaqu jitghallmu ftit Ingliz, kemm wiehed jaqra u jikteb xi haga zghira, l-aktar dawk li kellhom il-hsieb jemigraw. Kienu jhallsuna ghoxrin centezmu kull siegha, erba’ xelini ta’ dak iz-zmien.


Eucharistic Day fl-lskola Primarja tas-subien tal-MostaEucharistic Day fl-lskola Primarja tas-subien tal-Mosta - 8 ta’ Mejju 1952

(p.43) Meta haduni nghallem il-Mosta sibt ruhi fost ghalliema li hafna minnhom kienu ghallmuni. Is- surmast waddabni fi klassi b’wiehed u erbghin tifel, lanqas blackboard ma kien fiha. Ghamilt xi gimgha hekk, meta bdejt nikteb fuq iz-zokklu tal-hajt il-purtinar taghtu rasu. Sabli wiehed malajr. Is-surmast kien ghadu kif inbidel u gie l-ewwel darba bil-qmis u bil-qalziet qasir riekeb fuq ir-rota. L-antiporta ta' l-iskola nzertat maghluqa u fethitlu ghalliema mara li lemhitu. Kienet wahda mill-anzjani. X’hin ratu staqsietu jekk giex jara l-meter tad-dawl u l-ilma. Saret hamra nar u nfixlet meta qalilha li kien is-surmast il-gdid. Fejn tobsor, ghamlet ghomorha ma' surmast tradizzjonali, ezatt u korrett f’kollox, bil-glekk u bl-ghonq iebes marsus bilkemm jista' jdawwar ghonqu. Baqghet dik taghha c-cajta tal-gimgha!


L-atmosfera fl-iskola primarja tal-Mosta kienet tradizzjonalment wahda tqila, rigida u serja. Kulhadd jaf x’kellu jaghmel u x'kien mistenni minnu, ibda minna t-tfal u spicca fl-ghalliema u l-purtinari. Lill-ispettur ta’ l-iskola u lis-surmast konna ahna t-tfal, kif ukoll l-ghalliema, narawhom kbar bil-lenti. Imbaghad meta ssemmi lid-direttur, ma kienx hemm fejn tasal aktar. Dak iz-zmien id-direttur kien jimpressjona aktar minn kull ministru.


Min jiftakar lid-direttur Albert Laferla jifhem x’irrid infisser. Kien jitfacca fi skola bhal seqer meta wiehed ikun lanqas jistennieh. Il-prezenza tieghu kien ihossha kulhadd u kif jghidu, kien jaf irieghed u jbikki l-aqwa mustaccun. Kien jinteressah mhux hiss x’inhu jigri fil-klassijiet, izda kif l-ghalliem jilbes, ma minn jaghmilha u kif igib ruhu fit-triq. Hu kien kollox, ghad li kellu ministru fuqu. Hu kien iqabbad u jnehhi l-ghalliema, jaghtihom jew izommilhom promozzjoni. Kellu attitudni goffa u dixxiplina stretta, tipikament militari. Imma trid tara kollox fl-ambjent (p.44) taz-zmien. Sab ma wiccu ghadd ta’ problem u kien qieghed jaghmel hiltu biex itejjeb l-edukazzjoni lokali. Minghalih kien iggustifikat juza dik l-imgiba, kien ghalhekk jobghod min jindahallu u jikkritikah. Li kien ghalih, l-ghalliema li fil-fehma tieghu ma kenux ta’ livell, jibghathom il barra bil-pensjoni. Ta’ min jghid li qabel l-ahhar gwerra dinjija ftit li xejn kien hemm tahrig serju ghall-ghalliema.


Kien ghassa fuq l-ghalliema. Xejn ma kellu opinjoni tajba taghhom u qieshom ma kenux kapaci jhejju l-iskeda tat-taghlim. Ghalhekk kien favur sistema centralizzata fejn kollox kellu jigi ppjanat mill-Ufficju ta’ l-Edukazzjoni. Haga naturali illi kien fi zmienu li bdiet tidher oppozizzjoni organizzata, specjalment meta l-ghalliema organizzaw rwiehhom fi trade union. Fl-1919 twaqqfet l-MUT bil-ghan li thares u ggib ‘il quddiem l-interessi tal-ghalltema u biex tittratta dak kollu li kellu x’jaqsam mal-hajja u mad-dmirijiet professjonali tal-membri, u tiohu kull azzjoni li dehrilha tkun mehtiega.


Fit-28 ta’ Jannar, 1923, is-Segretarju tal-MUT, L.J. Doublet, kien kiteb lill-Ministru ta’ l-Istruzzjoni Pubblika, Mons. F. Ferris, u talbu biex il-gvern jibda jaghraf ufficjalnient lill-MUT. Il-pariri tal-Ministru lill-Kap      tal-Ministri, Joseph Howard, kien li l-union kienet qieghda taqla' l-inkwiet u li twaqqfet bi spirtu ta’ insabordinazzjoni. Fil-fatt kien hemm ga tilwima mal-MUT meta l-Ministru Mons. Ferris ma laqax ittra li A. Conti, is-Segretarju tal-union, baghatlu fis-17 ta Novembru, 1922. Hass li l-kliem – "... beg to protest in the name of the whole union against the attempt to stifle the rights and privileges of the union ..." ma kenux rispettabli. Fit-8 ta Mejju 1925 id-Direttur irrapporta lill-Ministni li d-dixxiplina fl-iskejjel kienot qieghda tigi mminata, li l-President tal-MUT, J. Giordano, kien qieghed ilaqqa' l-ghalliema u jheggighom biex ma jhallux min jitterrorizzahom, u jinsinwa li s-superjuri kienu qeghdin jimxu bil-favuri. Laferla qallu li hu nnifsu kien gie akkuzat li qieghed iwerwer lil kulhadd, semma l-ghadd ta' ittri anonimi li dehru fil-gazzetti jikkritikaw lid-dipartiment. Mons. Dandria waqqaf kumitat ta’ inkjesta. Wara li tressqu sbatax- il xhud, hareg rapport. Giordano gie mwissi biex ma jirrepetix dak li gara, ghad li hu cahad l-akkuzi kontrieh. Id-dipartiment hareg cirkulari fl-iskeiiel dwar id-dixxiphna. ll-Ministni deherlu li kien ghadu z-zmien biex il-gvem jaghraf lill-MUT ufficjalment - il-mimstri fil-kabinett qablu mieghu.


Niftakar li s-surmast ta l-iskola tas-subien kien ta’ dixxiplina, la kien ikellem u lanqas jithallaw wisq ma’ l-ghalhema. Baqa’ dritt u wieqaf sa ma miet, xi tletin sena wara li hareg bil-pensioni. Kien mill-klassi l-qadima tas-surmastrijiet li bil-personalita taghhom biss kienu jmexxu skola wahidhom. Bil-kejl taghna tal-lum kellhom hafna nuqqasiiiet, izda hafna tajjeb ukoll. Illum qajla ssib tal-kalibru taghhom. Kull min kien jintbaghat ghandu b’kastig, kulhadd denbu bejn saqajh kien johrog. It-tfal li ghal xi raguni kienu jfallu l-iskola, l-ghada fil-ghodu ma kenux imorru tard fil-klassi, izda jistennew fl-intrata. Is-surmast kien jistaqsihom wiehed wiehed ghaliex fallew u min l-iskuza ma tinzillux kien ixenxlu mill-barbetti. Xorta wahda, minkejja dan kollu, kont issib min jiskarta l-iskola. Jien qatt ma batejt minn dixxiplina stretta, ghandi mnejn ghax dejjem kont fil-klassi t-tajba. ll-klassi t-tajba kien ikollha l-ahjar ghalliem, l-ahjar kamra u privileggi ohra. L-ghalliema kienu stretti, u fosthom kollha wiehed biss kellu r-reputazzjoni li jhobb jiccajta u jghid xi storja tad-dahk. (p.45) Kien popolari u fil-bidu tas-sena s-subien kienu jitolbu li jitilghu fil-klassi tieghu. Lili qatt ma ghallimni. L-iskola tal-bniet kellha sinjora gwejda, habrieka u ta' l- affari taghha.


Eucharistic Day fl-lskola Primarja tas-subien tal-MostaIc-cerimonja tal-Konsagrazzjoni ta’ l-Iskola Primarja tas-subien tal-Mosta lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija – 2 ta’ Dicembru 1949 – bl-istudenti jgorru inkwatru tal-Madonna mir-Rotunda sa l-iskola.

L-ghalliema li kelli jien fiz-zewg skejjel stinkaw u ghallmuna, xi drabi hwejjeg ukoll li ftit konna nehtiegu. Kienu serji, responsabbli u tad-dixxiplina, l-aktar in-nisa. Gieli ghafsuna zzejjed u stennew minna l-mirakli. L-aktar zewg suggetti li tista' tghid kulhadd kien jobghod kienu l-parsing bl-lngliz u s-somom mentali. Kienu jmarduna ghall-mewt u qalb kulhadd ittaqtaq li ma jmurx jitfixkel kelma u flok nominattiv jghid akkuzattiv jew kumplimentari jew ma jaghrafx jekk dak il-verb hux awziljarju, kontinwu jew passiv. Dawn it-termini kelli nerga naghmilhom meta dhalt il-Liceo u bdjen nistudja l-Latin. L-ghaxar minuti ta’ qabel il-lezzjoni tas-somom kienu ddedikati ghas-somom mentali. Kienu ghalina ghaxar minuti ta’ martirju, ghaxar minuti ma jibbastaw jghaddu qatt. Kienu jisparawlek mistoqsija wahda wara l-ohra u konna mistennija nwiegbu malajr daqs kalkulatur elettroniku modem li kien ghadu ma wasalx zmienu. Trid thaddem mohhok fl-anqas hin possibli, tistenna minn hin ghall-iehor li jmissek twiegeb int, l-ghalliem jahsdek u – x’wahda din - int ma jkollokx il-kalkolu lest f’mohhok. Kienu zmenijiet ohra, ma nghidx li dawk il-metodi ma kellhomx is-siwi taghhom ukoll. Ahna konna nbatu, izda l-ghalliema kienu jithabtu u jbatu wkoll. Illum dan nifhmu aktar. Jien ukoll kelli l-vantagg ta l-ghajnuna bla heda ta zija li qabel irtirat kienet ghalliema. Din kienet ukoll trid kollox sewwa. Tghidx kemm hdimna kotba tas-somom minn qoxra sa qoxra, kemm komponimenti u ezercizzi ta’ l-lngliz ma jinghaddux ghamilt bl-insistenza taghha. Il-Mulei jaghtiha l-genna.


(p.46) Wara l-bieb la’ l-iskola kien jigi tal-gelat, wiehed shih kien sold. Stajna nixtru nofs wiehed b’sitt habbiet. It-tfal kienu jilaghbu ghall-gelat, wicc jew irgejjen. Jekk ma taqtax, is-sold jiehdu tal-kaxxa u tibqa’ bla gelat, jekk taqtghu jkollok gelat b’xejn. Kien hemm min b’sold jirbah tuzzana, dan iqassamhom u jsir eroj.


Fl-iskola primarja dejjem niftakar fil-klassi xi zewgt itfal ghalihom fbank wara. Kien ikollhom it-trakoma. Fil-bidu tal-marda ma kenux jithallew jattendu l-iskol,a kienu jibdew jigu wara xi zmien. Kienet marda komuni hafna billi titiehed. Kultant kien jigi jarahom tabib u n-ners biex tqattrilhom il-medicina f’ghajnejhom. Kien hemm genituri li kienu joggezzjonaw ghal dik il-kura.


Dak iz-zmien ma kienx hemm servizz mediku fl-iskejjel u l-pazjenti kienu jiddewwew fil-berga. Kien gie ssuggerit mill-Kumitat tat-Trakoma biex jibda jitwettaq servizz mediku fl-iskejjel, izda r-rapport kien sab l-oppozizzjoni tal-Professur Preziosi. Qal li dan kien affront ghat-tobba tal-berga. Ir-rapport baqa’ fuq l-ixkaffa. Xi tobba offrew li jaraw it-tfal b’xejn, bhat-tabib Salvinu Debono li offra li jara tliet pazjenti fil-gimgha. Il-Gvern kellu tliet sodod fil-War Memorial Hospital for Children li fihom kienu jigu kkurati tfal li jbatu bl-adenoids.


Il-marda tat-trakoma kienet serja u komuni hafna. F'xi rhula bhal Hal Qormi, iz-Zejtun, ir-Rabat, il-Mosta, il-Qrendi, iz-Zurrieq, in-Nadur, il-Qala u x-Xaghra, in-numru tal-morda kien kbir. Kien gie ssuggerit li t-tfal imniggsa jigu izolati mill-ohrajn u li jkun hemm ligi li ggieghel lin-nies jikkuraw ruhhom bil-fors u li dawk morda ma jithallewx jemigraw u lanqas jigu impjegati.


F’Mejju 1923, Dr. L. Preziosi u Dr. A. Vassallo kienu ghamlu ezami fl-iskejjel ta’ Ghawdex u minn 2,512-il student li raw, sabu 467 li kellhom il-trakoma, l-aktar fix-Xaghra u fil-Qala (erbghin u tlieta u tletin fil-mija). Dik il-problema baqghet ligi diskussa ghal hafna snin. F’Marzu 1928, il-Ministru A. Bartolo hatar kumitat taht il-Professur R. Galea biex jistudja l-possibilita li jitwaqqal is-servizz mediku fl-iskejjel. Ir-rapport ikkonkluda li minhabba l-problema ta’ flus dak ma kienx possibli, lanqas fi zmien qrib.


Interessanti l-istqarrija li darba jien qrajt ta’ certa Rozina Azzopardi mill-Qrendi ghax hija tipika ta’ zmienha. F’Mejju 1927, dik il-mara gergret man-nies dwar it- tabib Milanes, li kien miz-Zurrieq. Dehrilha illi t-tifel taghha li kien qieghed jigi kkurat ghat-trakoma, kien sejjer lura flok ‘il quddiem. Meta t-tabib wassallu xi hadd x’qalet il-mara, ma riedx jibqa’ jikkurah. L-omm irrapurtatu lis-Sanita u l-kaz gie investigat. L-omm riedet tiehu lit-tifel l-isptar biex jarah specjalista, izda t-tabib ma qabilx ma’ dan. Qal car u tond li jekk it-tifel imur l-isptar hu jirrifjuta li jarah qatt aktar. Kif spiccat il-bicca ma nafx.


Il-hames snin li ghamilt il-l.iceo ma ninsiehom qatt. Dak iz-zmien wiehed kien bla ma jrid ihossu mkabbar li qieghed il-Liceo. Niftakarna darba nipprotestaw fit-toroq tal-Belt meta deputat fil-parlament kien ippropona li l-isem tal-Liceo jitnehha, jew jinbidel. L-iskola kollha harget tipprotesta. Is-surmastrijiet ghogbithom dik id-dimostrazzjoni, fil-fatt kien hemm min heggigna u rewhilna biex nipprotestaw.


(p.47) Lilna ta’ quddiem fl-isfilata dahhluna l-qorti u l-pulizija ghamlulna ruxxmata mistoqsijiet. Fil-parlament kien hemm min tkellem favur taghna u qabez ghalina u ahna, b’cajta tipika ta' l-istudenti, mar-ringrazzjamenti taghna konna bghatnielhom ukoll kaxxa mustardini tal-grizmejn. L-isem baqa’ ma nbidilx.


Kollox ma’ kollox l-istudju ma tantx habbatna. Konna intelligenti - ftit studju kuljum, naghmlu x-xoghol li jaghtuna l-ghalliema u daqshekk! Mill-ezamijiet konna nghaddu bla tahbit u ghalhekk is-surmastrijiet kellhom simpatija lejna. Friski bhal hassa dejjem b’xi praspura. F’dik l-eta, minn tfal imqarqcin u fuq taghhom tistenna kollox. Kellna tim tal-futbol qawwi, konna nilaghbu kontra timijiet lokali u tas-Servizzi li dak iz-zmien kienu fl-aqwa taghhom. Il-loghbiet kienu isiru fl-Empire Stadium tal-Gzira. Id-delettanti tal-ballun drawha dik taghna ta kull nhar ta' Erbgha. Dejjem kien ikollna hafna spettaturi, spiccajna offruti minn tal-imhatri l-hames xelinijiet biex il-gowler taghna jhalli xi gowl ghaddej. Niftakar meta fil-kompetizzjoni ta’ taht it-tmintax-il sena tlajna final mal-Ajax tal-Floriana f’loghba akkanita l-Hadd fil-ghodu bi grawnd mimli nies, kulhadd jispara l-murtali u s-sfafar. Il-bicca l-kbira kienu jzommu mal-Floriana ghax ahna ma konniex hlief tim ta l-iskola.


Fil-bidu tal-kors tal-Bacellarat ta’ l-Arti kont ghazilt il-filosofija bhala wiehed mis- suggetti. Iddizappuntajt ruhi, ghax fil-fehma tieghi, in-noti stampati li l-professur kien ikahhlilna ma’ wiccna u li konna nixtru tant il-folja, kienu antikwati, rigidi u li jxaqilbu lejn naha wahda biss, halliha li ghandi mnejn kelli zball. L-atmosfera fil-klassi waqt il-lezzjoni tieghu kienet ukoll tqila u monotona. Lejla wahda, jien u habibi l-mibki Mike Sant ma dhalniex ghal-lezzjoni ghax f’mument iddecidejna li flok il-filosofija nibdew nistudjaw l-ekonomija. Hekk kif hrigna mill-Universita qabditna x-xita u dhalna nistkennu f’dahla ta' hanut. Kien hemm zewg tfajliet ahwa bhalna ghall-kenn, li bdejna nitkellmu maghhom. Meta waqfet ix-xita wassalniehom bicca triq. Jien bqajt niltaqa’ ma’ wahda minnhom, illum marti, omm il-tliet subien li ghandi. Il-monotonija tal-professur tal-filosofija kellha s-siwi taghha wkoll!


Meta ggradwajna ghamilna festin. Fost l-istudenti kellna Brother ta’ De Le Salle li ndahal biex ihejji l-koktejl. Sirna nafu meta ghadda kollox, li biex jiffranka xi ftit mill-ispejjez xtara l-fliexken tax-xorb minn dawk li kienu fl-ahbarijet. Dik il-habta kien inkixef skandlu ta’ wiski u xorb iehor li sar minn neguzjant Malti bi spirtu velenuz, fil-fatt kienu mietu n-nies. Hlisniha b’wicc il-gid. Il-Brother seta qatilna lkoll facilment.


Li kelli nissokta nhammem ma nieqaf qatt. L-istejjer ma naqsu qatt, lanqas meta kont nistudja l-Universita ta' Londra. Kienu zmenijiet sbieh, nostalgija taz-zghurija u z-zghozija taghna.


Artikli ohra mill-ktieb