The Mosta Archives Banner

Dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna (6): Harsa lejn it-Tieni Ordni, il-Koppla u l-Paviment

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Jannar – Marzu 2002


Id-disinn semplici izda grandjuz  tal-koppla tar-RotundaId-disinn semplici izda grandjuz tal-koppla, xoghol l-inginier Gorg Grongnet, l-arkitett tar-Rotunda u li nhazz b'sengha kbira mill-imghallem Salvu Zahra.

(p.4) Wara li dorna ma l-ewwel ordni tal-knisja taghna, imiss issa li nitfghu harsitna izjed ‘il fuq u filwaqt li nimirhu fil-wisa’, naghtu daqq t’ghajn lejn it-tieni ordni tar-Rotunda.


Minn fuq wicc il-qiegha ta’ l-art sa tarf il-gwarnicun ta’ taht il-gallarija hemm 61 pied. Minn hawn titla’t-tieni ordni li toghla ‘l fuq 31 pied u nofs ohra. Din hija maghmula minn tambur ggant b’sittax-il tieqa bir-ras tonda li minnhom jidhol dawl abbundanti li jdawwal sewwa kemm il-koppla kbira kif ukoll il-kumplament tal-knisja.


‘Il fuq mit-twieqi jghaddi dawramejt il-gwarnicun imponenti daqskemm eleganti li jinkludi fih l-arkitrav u l-friz bl-iskrizzjoni Latina li fih.


Il-vojt ta’ bejn it-twieqi


F’din it-tieni ordni tar-Rotunda, jolqtok bilfors il-vojt ta’ bejn it-twieqi. Skont il-pjanta originali ta’ Grognet, il-vojt ta’ bejn kull tieqa kellu jkun mimli bil-pittura ta’ anglu bi gwinhajh miftuha jzomm f’idu mazzettun tal-fjuri. Grongnet holom knisja mibnija f’gieh l-Assunta u ghalhekk ikkontempla li jaghlaq il-vojt ta’ taht il-koppla meraviljuza tieghu b’girlanda ta’ angli ferhana madwar is-Sultana taghhom f’jum it-Tlugh Taghha fis-Sema.


Matul is-snin l-imghoddija saru attentati biex dak il-vojt jimtela. Cali stess, li kien ghadu kemm mela l-vojt tat-tmien pendenti b’success, kellu l-pjanijiet tieghu kif kellu jimtela l-vojt ta’ bejn it-twieqi, izda sfortunatament minhabba n-nefqa, l-idea kellha titwarrab ghal zminijiet ahjar.


It-tieni attentat kien fi zmien l-Arcipriet Dun Girgor Borg lejn nofs it-Tletinijiet tas-seklu li ghadda. Fuq il-parir ta’ Vincenzo Bonello kien tqabbad il-pittur Karkariz Guze Briffa (1901-1987). Briffa kien beda l-pittura tieghu minn fuq il-kappella ta’ San Rokku, b’kull spazju juri fih sitt angli ferhana b’pozi differenti u b’kuluri jghajtu. Kien diga lesta tnejn mill-ispazji u kellu diga mahzuz it-tielet spazju. Dritt inqalghet kontroversja li dik il-pittura ma kienetx se tkun taqbel ma dik tal-Cali u ghalhekk ix-xoghol waqghaf.


Il-Pittura li thassret


Il-Pittura ta’ Briffa baqghet hemm tul il-parrokat ta’ l-Arcipriet Dun Karm Sciberras, is-successur ta’ l-Arcipriet Borg. Izda gara li fl-1948 hekk kif lahaq l-Arcipriet Dun Pawl Galea, fuq il-parir ta’ l-istess Vincenzo Bonello li kien issuggerixxa lil Briffa, iz-zewg pitturi li kienu lahqu tpittru minn Briffa tghattew biz-zebgha u hekk thassru.


Fi zmien l-Arcipriet Galea kien hemm attentat biex il-pittura jaghmilha l-pittur Taljan Mario Caffaro Rore, izda minhabba l-ispiza, baqa’ ma sar xejn. L-Arcipriet Dun Bert Bezzina kien rega avvicina lill Caffaro Rore izda mill-gdid l-ispiza qatghetlu qalbu. Fl-1973 l-Arcipriet Bezzina qabbad lil Emvin Cremona biex jaghmel xi abbozzi. Cremona kien hejja erba’ abbozzi li juru titli mil-Litanija tal-Madonna. Mill-gdid inqalghu kontroversji li l-pittura ta’ Cremona ma kienetx se tigi taqbel ma’ dik ta’ Cali u ghalhekk thassar kollox.


Fi zmienna nqala’ l-benefattur kbir Mosti Anthony Camilleri li kien joqghod l-Amerika. Dan kien halla 100,000 dollaru Amerikan biex issir l-imsemmija pittura, izda wara hafna kwistjonijiet, sa llum ghadu hadd ma jaf x’gara sewwa jew x’se jigri. Din kienet fil-qosor hafna l-istorja tal-vojt ta’ bejn it-twieqi tal-knisja taghna li sal-lum id-destin riedha li tibqa’kif inhi.


L-iskrizzjoni tal-Friz


Fil-Friz ta’ taht il-gwarnicun li jaghlaq it-tieni ordni tal-knisja naqraw il-kliem Latin ta’ wahda mill-antifoni li l-Knisja ferhana tkanta fl-okkazjoni tas-Solennita tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Mqaddsa Marija li tghid hekk: Maria Virgo Assumpta Est Ad Aethereum Thalamum In Quo Rex Regum Stellato Sedet Solio: bil-Malti tfisser: il-Vergni Marija Hi Mtellgha fis-Sema Fejn is-Sultan tas-Slaten qieghed fuq Tron Kollu Kwiekeb.


Kliem mill-isbah maghzul mill-arkitett Grongnet stess li kien jaf tajjeb il-Latin u li joqghod tant tajjeb taht dik il-koppla li tfakkrek fil-firxa tas-smewwiet fejn jiddu l-kwiekeb u fil-gmiel tal-genna fejn Marija tiddi bhala l-isbah kewkba.


Il-Koppla


(p.6) Minn fuq il-gwarnicun tat-tieni ordni tibda tielgha l-koppla li fiha nnifisha hija bicca xoghol ta’ inginerija kbira. Xi nghidu mbaghad ghad-disinn tqil u sabih imma fl-istess hin semplici, li hejja ghaliha Grongnet! Hija mzejna b’576 kwadrett inkluzi n-nofsijiet. Kull kwadrett ghadu rozetta fih u bejn kull kwadrett u iehor hemm ruzun. Il-kwadretti jickienu izjed ma jitilghu ‘l fuq sa ma jilhqu t-trufijiet tal-petali ta’ ruzun qisu raggiera li johrog dritt mill-fetha ta’ taht l-anterna. Id-dijametru tal-koppla fin-naha t’isfel taghha huwa 118-il pied.


L-gholi tal-koppla minn fuq il-gwarnicun ta’ tahtha sa taht il-gwarnica fejn tibda l-fetha ta’ l-anterna huwa ta’64 ½ piedi. Ma’ dawn inzidu 5 piedi ohra li hu l-gholi tal-gwarnica ta’ taht il-gallarija ta’ l-anterna, li l-gholi taghha jilhaq 16-il pied. Minn fuq il-paviment sas-saqaf ta’ l-anterna hemm 180 pied, li hu l-gholi tar-Rotunda minn gewwa.


Biex saret l-iskultura u l-induratura ta’ din il-koppla tar-Rotunda taghna kien sar armar specjali li kien inbeda f’Settembru ta’ l-1928 u dam sejjer sena. L-iskultura tal-kwadretti kienet inbdiet f’Marzu ta’ l-1930 wara li kienet giet mahzuza b’sengha kbira mill-imghallem Mosti Mastru Salvu Zahra. L-armar biss kien sewa Lm750. Fl-induratura kienu nhlew 200,000 folja deheb. B’kollox intefqu Lm5,000 li thallsu kollha mill-benefattur kbir tar-Rotunda s-Sur Carmelo Dimech li bir-ragun kollu kien gie onorat bid-dekorazzjoni ‘Pro Ecclesia Et Pontifice’!


Il-Paviment


Mill-gholi ta’ l-anterna bit-tmien mensoli taghha maqlubin ‘il gewwa, nitfghu fl-ahharnett harsitna fuq il-paviment ta’ l-irham li jinfirex taht saqajna. Paviment kbir li jghaxxaq bi gmielu ‘l kull min ihares lejh, l-aktar jekk titla’ tarah mill-gallerija ta’ fejn hemm it-twieqi tat-tanbur! Ma nafx biex taqbad tistaghgeb l-aktar, jekk hux bis-sengha ta’ l-imghallem li poggewh jew inkella bil-genju ta’ l-arkitett Grongnet li ddisinjah. Wirja tassew ta’ disinn, kuluri u moviment li flimkien jaghmlu minn dan il-paviment opra verament artistika li zzejjen mhux ftit lil dan is-Santwarju ta’ Marija Assunta.


Ix-xoghol biex sar dan il-paviment inbeda f’Gunju ta’ l-1909 u dam sejjer sentejn, jigifieri sa Awissu ta’ l-1911. L-imghallmin, bhal fil-kaz tal-presbiterju, kienu t-Taljan Mariano Spina meghjun minn Antonio Galea minn Birkirkara. Sar bit-thabrik tal-Prokuratur li kellha l-knisja dak iz-zmien, iz-Zabbari Dun Ang Camilleri, u sewa b’kollox £2,018 7 xelini u 3 soldi, somma kbira ghal dak iz-zmien u kbira biex tigborha f’dawk iz-zminijiet ta’ ghaks. Dan il-paviment grandjuz kien gie sahansitra inawgurat mill-Isqof Mons. Pietru Pace nhar l-1 ta’Awissu 1911, b’sodisfazzjon kbir tal-kleru u l-poplu Mosti kollu.


Kienet tassew hasra li dawn iz-zewg opri hekk kbar, tal-koppla u tal-paviment, kellhom isofru tant hsarat matul l-ahhar gwerra dinjija meta l-bomba Germaniza nifdet il-koppla nhar id-9 ta’ April, 1942. Wiehed jittama li bhalma kien issewwa l-irham imkisser tar-ruzun u tal-bqija tal-paviment, hekk ukoll ghad tigi restawrata l-hsara tal-koppla minn gewwa.


Il-Pulptu


Minn fuq il-paviment tar-Rotunda jintrafa’ fuq tliet targiet il-pulptu maestuz. Jinghad x’jinghad dwaru zgur li jibqa’opra denja tal-knisja taghna. Huwa maghmul kollu kemm hu minn injam tal-gewz fuq id-disinn tas-Sur Carmelo Tonna tar-Rabat ta’ Malta. Huwa mzejjen bi tmien panewwijiet tal-bronz, xoghol l-iskultur imsemmi Vincent Apap. Dawn it-tmien ‘basso’ riljievi jirraprezentaw is-Seba’Doni ta’ l-Ispirtu s-Santu filwaqt li dak ta’ quddiem juri l-Inkurazzjoni tal-Madonna. Il-pulptu zzanzan fl-1932 u bla dubju ta’ xejn huwa ezemplar mill-isbah ta’ xoghol fin fl-injam kif ukoll ta’ skultura mill-iktar fina li tidher l-aktar fil-mazzettuni li ghandu jzejnuh dawra mejt.


B’hekk gejna fit-tmiem tad-dawra taghna madwar ir-Rotunda minn gewwa. Ghad baqa’ li naghtu daqqa t’ghajn lejn is-sagristijiet u l-kannierja. Wara dan induruha minn barra wkoll u hekk bil-ghajnuna t’Alla ntemmu d-dawra madwar il-Knisja Arcipretali taghna ddedikata lill-Vergni Marija Assunta.


Riferenzi

  1. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha, E.B.Vella – 1930, pagni 186-187.
  2. Storja tal-Mosta migbura minn E.B.Vella u Ohrajn – 1972, pagni 180, 181, 182.
  3. Tifkira ghaziza tas-Sac. Dun Ang Camilleri – Il-Paviment 1927.
  4. Mosta the Heart of Malta – The Rotunda and Its Artistic Treasures/Church Furniture, Gerald Bugeja, pagna 103.
  5. L-Inawgurazzjoni tal-Koppla. Wara li saru l-Iskultura u l-Induratura (1928-1936) – Il-Hadd, 6 ta’ Dicembru, 1936, Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard 1991, Anthony Camilleri, pagni 59 sa 63.
  6. Il-Pittura bejn it-Twieqi tat-Tanbur, John A. Sant B.A.(Gen.), Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Festa Santa Marija 2001, pagni 71 sa 73.