The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 14 - Is-seklu ghoxrin sat-Tieni Gwerra Dinjija


Il-qaghda ekonomika, l-emigrazzjoni u l-Ewwel Gwerra Dinjija


Ir-Rotunda minn wara.(p.190) Wiehed mill-vapuri li uzaw Mostin fil-vjaggi taghhom lejn l-Amerika – kartolina ta’ emigrant li baghatha fl-1948.

(p.189) Skond ic-censiment ta’ l-1901 jidher li popolazzjonl tal-Mosta kienet tlahhaq l-4,365 ruh u ghalhekk bejn l-ahhar censiment tas-seklu dsatax u dak tal-bidu tas-seklu ghoxrin, ghaxar snin b’kollox, in-nies fir-rahal tal-Mosta kienu zdiedu b’140 ruh biss.


Is-seklu ghoxrin beda fuq nota tajba fl-ekonomija ghax il-pajjiz kien ghaddej minn zmien ta’ certa prosperita li bih gawdew hafna li kienu sa dak iz-zmien bla xoghol. Dan il-gid kien marbut max-xoghol tal-kostruzzjoni fit-Tarzna ta’ Malta u aktar u aktar mal-brejkwoter ghall-Port il-Kbir. Xoghol navali li sar minhabba li Malta kienet bazi important tar-Royal Navy Ingliza fil-Mediterran. Inbnew baciri matul l-ahhar parti tas-seklu dsatax b’nefqa ta’ miljun u nofs liri u mal-bidu tas-seklu ghoxrin beda x-xoghol tal-bini ta’ brejkwoter biex jipprotegi l-flotta mill-grigalati u minn xi attakk bit-torpidows. Kien hemm nefqa ta’ miljun lira sa l-1906 u dan il-progett assorba l-haddiema kollha Maltin li riedu jahdmu fih u kellhom jingiebu aktar haddiema mill-ltalja u Spanja.(p.221) A.V. Laferla, British Malta, ii (Malta, 1947), 163-4.">1


Xi Emigranti Mostin(p.189) Familja Mostija mill-mijiet li marru l-Amerika - Pacifico Felice u l-familja tieghu fl-1921.

Kien hawn xoghol u qliegh ta’ flus ghal dawk li riedu jahdmu, u dan il-gid jidher li nhass sew qalb il-poplu ghax fic-censiment tal-1911 il-popolazzjoni tal-Mosta telghet ghal 5,783 ruh, li ssarraf f’zieda ta’ 1,418-il ruh f’ghaxar snin. Din il-qabza kienet akbar minn kemm zdiedu n-nies fir-rahal matul is-seklu kollu li kien ghadu kif ghadda.


Din ic-certa prosperita ma damitx wisq ghax sal-1905 in-nefqa militari nizlet u maghha tela’ n-numru ta’ nies qieghda li zdiedu ma’ dawk li kienu diga bla xoghol. Id-dilemma ghall-Maltin, u xejn inqas ghall-Mostin, kienet li jew imutu bil-guh jew inkella jemigraw. Kien ghalhekk li hafna raw li l-unika triq li kellhom f’dak il-mument kienet li jemigraw u jittantaw xortihom f’xi art barranija.2


F’din is-sitwazzjoni xi Mostin hassew li ahjar jippruvaw isiefru u jaraw kif imorru. L-Amerika kienet art li dehret interessanti. Kien Dun Pietru Pawl Zarb, kappillan tal-parrocca ta’ Floresville gewwa Texas mill-1898, li kiteb Malta fl-1910 biex ihajjar bdiewa biex jemigraw lejn il-parrocca tieghu. Fil-Malta Herald tal-11 ta’ Novembru 1910 kien hemm miktub li tkun gennata mill-kbar li opportunita tad-deheb bhal din tithalla tintilef.


(p.190) L-appell ta’ Dun Pietru Pawl jidher li ntlaqa’ minn xi bdiewi l-aktar mill-Mosta u minn Hal Luqa. Il-Kumitat ta’ Emigrazzjoni approva l-idea tal-qassis Malti u gie organizzat bank fejn dawk imhajra jemigraw kienu jpoggu s-soldi li jkunu warrbu u b’hekk ikollhom biex ihallsu l-passagg ghal Galveston jew New Orleans u minn hemm jiwjaggaw lejn Floresville bil-ferrovija. Madankollu kienu l-ftit li gemmgbu bizzejjed biex ihallsu l-passagg lejn il-kontinent Amerikan u l-progett ta’ Floresville spicca fix-xejn.3


Emigranti Mostin minn Tal-Hajsu u Ta Gen Gen.(p.190) Il-familja Mostija ta’ Mikiel Fenech ‘Tal-Hajsu’ u Marianna nee Chetcuti ‘Ta’ Genn Genn’ - warn l-mewt ta’ l-omm fl-1939 Mikiel emigra lejn l-Awstralja fl-1947

Din ma kinitx l-ewwel esperjenza ghall-Mostin fl-Amerika. Nafu li anki qabel qaleb is-seklu diga kien hemm numru ta’ bdiewa u ohrajn li jkabbru l-frott li kienu emigraw minn Malta u stabilew ruhhom f’Califomia, fl-lstati Uniti. Dawn kienu emigranti mill-Mosta, Hal Lija, Hal Balzan, H’Attard u Ghawdex.4


Meta x-xoghol ma jkunx assikurat ma kienx ikollok triq ohra hlief li tfittxu x’imkien iehor. San Francisco kienet wahda minn dawn il-postijiet. Hafna Mostin spiccaw hemm. Naghtu bhala ezempju l-kaz ta’ missier Pacikk Vella li kienu jsibuhom bhala ‘tal-Bazwank’. Dan jirrakkonta li meta hu kellu xi tmien snin, madwar l-1913, missieru ddecieda li jmur l-Amerika biex ifittex ix-xoghol. Halla l-familja hawn u erhiela lejn San Francisco. Dan missier Pacikk kien jaqta’ l-gebel mill-barriera, imma fl-ewwel snin tas-seklu ghoxrin ma kienx hawn daqstant attivita fil-qasam tal-bini. Kienu jaqtghu l-gebel u ma johorguhx ghax il-bini kultant zmien kien ikun wieqaf. Ghalhekk emigra u halla lil martu u tlettax-il wild warajh.5


ll-Mostin kienu qed iharsu wkoll in-naha l-ohra u, jigifieri lejn l-Awstralja. Ma kienx vjagg facli imma l-bzonn igieghlek taghmel dak li ma tridx. Il-htiega ta’ xoghol u futur aktar fis-sod heggeg lill-Mostin, bhal ma ghamel lil huthom il-Maltin l-ohra, biex jissograw u jippruvaw. Fil-bidu tas-seklu ghoxrin numru ta’ Mostin bdew jerhulha lejn il-kontinent Awstraljan. Marru hafna lejn Mackay u hadmu kull fejn kien hemm ix-xoghol bhal fil-kannamieri taz-zokkor, imma mhux inqas f’xoghlijiet ohra bhall-garr tal-frott.6 Sahansitra n-nisa kienu jaghtu sehemhom f’dan ix-xoghol. Fid-distrett ta’ Mackay l-ewwel zewg nisa Maltin li ssetiljaw hemm fl-1915 kienu Mostin minn Strada Ponente. L-ewwel tifel ta’ emigranti Maltin li twieled f’Mackay kien minn omm Mostija.7


Dun Guzepp Ta' Censa.(p.191) Il-qassis Mosti Dun Guzepp Dimech "Ta' Censa" bl-uniformi ta’ kappillan militari waqt il-qadi ta’ dmiru f’Gallipoli fl-1915 jassisti lill-Maltin tal-Malta Labour Corps

Il-Maltin fl-Awstralja ma kellhomx hajja facli. Mhux biss ghax ix-xoghol kien iebes, imma wkoll ghax kien hemm diskriminazzjoni kontrihom mill-Awstraljani li ma kinux jarawhom Inglizi bizzejjed, anzi ma kienu jarawhom Inglizi xejn. Kienu mqabbla man-nies ta’ l-Asja. Kien hemm kritika qawwija li l-Maltin jitkellmu lingwa impossibbli biex tifhimha u li kienu jmorru kullimkien hafjin. Ma’ ras l-Awstraljani wehlu l-Mostin, u dawk minn Had-Dingli u z-Zejtun. Skond kitba f’The Daily Malta Chronicle ta’ (p.191) Awissu 1912 intqal li dawn il-ftit emigranti kienu qed iwaqqghu l-fama tal-Maltin. Kienu deskritti bhala injoranti, ikklassifikati bhala nies tal-kulur, u ebda Awstaljan jew Ingliz ma kien irid jahdem maghhom.8


Madankollu, il-Mostin bdew isiefru u dan deher fin-numru tal-popolazzjoni tar-rahal li issa beda niezel. Tant hu hekk li fl-1921 l-ghadd tan-nies fil-Mosta kien 4,866 jigifieri 917-il ruh anqas mill-ghadd irregistrat fic-censiment ta’ ghaxar snin qabel.


Il-qaghda ekonomika matul l-ewwel ghoxrin sena tas-seklu ghoxrin kienet difficli hafna tant li ghaqdiet fil-Mosta raw in-numru ta’ membri fihom niezel sew. Il-Banda Nicolo Isouard, per ezempju, hasset din is-sitwazzjoni tant li kien hemm zmien li kellha tnaqqas drastikament l-attivita taghha. Is-soci bdew jitnaqqru minhabba l-emigrazzjoni. Flus fl-idejn ma kienx hawn, aktar u aktar meta kienet ghaddejja l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-18), u l-fond fejn kien hemm il-kazin tas-Socjeta kellu jinghalaq. Hekk il-bandisti komplew kif setghu.9


Ta’ min jghid li bejn l-1914 u l-1918 kien hemm mill-Gwerra l-Kbira jew ahjar l-Ewwel Gwerra Dinjija. Ghalkemm il-gwerra ma lahqitx ix-xtut Maltin, xorta wahda affettwat il-hajja ta’ kuljum tal-gzira. Numru ta’ Maltin kienu fil-forzi armati u fosthom kien hemm xi Mostin. Jista’ jissemma’ qassis Mosti li mar Gallipoli fl-1915 biex jaghti s-servizzi spiritwali lill-Maltin tal-Malta Labour Corps li kienu qed iservi f’dan it-teatru tal-gwerra. Dan kien Dun Guzepp Dimech ‘Ta’ Censa’ li skond The Daily Malta Chronicle ta’ l-10 ta’ Settembru 1915, akkumpanja sacerdot militari iehor, Dun G. Versin, fil-vjagg lejn id-Dardanelli fuq l-istess vapur.10 Fost il-mejtin matul dan il-perjodu ta’ glied kien hemm ukoll numru zghir ta’ Mostin li hallew hajjithom. Isimhom jinsab ma’ tal-mejtin fi gwerrer ohra fil-Monument ghall-Qalbiena Mostin.


Esperjenza ta’ diffikulta f’dawn iz-zminjiet ghaddiet minnha wkoll il-banda l-ohra tal-Mosta li kienet ghadha kif twaqqfet, il-Banda Santa Marija. Ghamlet madwar sitt snin u kellha taghlaq il-bibien bhala banda ghax hasset l-istess problemi tal-kazin l-iehor ghalkemm baqghet tidher fil-listi tal-baned Maltin ta’ dawk iz-zminijiet.11


Plakka bl-ismijiet tal-vittmi Mostin tal-Ewwel Gwerra. (p.191) Il-Mostin li mietu fl-Ewwel Gwerra Dinjija mfakkra fil-Monument ghall-Qalbiena Mostin.

L-emigrazzjoni u l-qaghda ekonomika mwieghra laqtet hazin hafna wkoll il-Musta Oratory Troop of Boy Scouts li twaqqfet fit-tieni decennju tas-seklu ghoxrin. L-iskawts batew ukoll mill-fatt li l-fundatur taghhom, Dun Edgar Salomone, kien halla t-truppa biex mar iservi bhala kappillan militari fid-Dardanelli matul il-Gwerra l-Kbira. Ftit snin wara (p.192) t-twaqqif, numru ta’ skawts u l-mexxejja taghhom telqu lejn l-Amerika u l-Awstralja biex isibu hajja aktar stabbli.12


Il-Mostin bdew jemigraw bil-kbir. Bizzejjed jinghad li r-rapport fuq l-emigrazzjoni dwar l-1928-29 juri li mill-Mosta marru erbghin persuna lejn l-Awstralja. Dan kien l-oghla numru minn lokalita wahda f’dik is-sena.


U l-fama tal-Mostin ghall-emigrazzjoni jidher li tant kienet maghrufa li kienu jghidu li, “Is-safar ghall-Mostin qisu qeghdin jiehdu tazza ilma.’ U l-aktar li marru l-Mostin kien f’San Francisco fejn sas-snin sebghin kien hemm komunita ta’ madwar 7,000 Mosti minn total ta’ 17,000 Malti li ssetiljaw hemm.13


Xi bzonnijiet tal-Mostin fil-bidu tas-seklu


Bhal f’kull lokalita ohra, anki fil-Mosta, in-nies kienu minn zmien ghal zmien jitolbu permessi biex jaghmlu attivitajiet u xoghlijiet partikulari. Il-Mostin jidher li ma tantx kienu jitolbu affarijiet straordinarji u t-talbiet taghhom kienu konnessi mal-hajja ta’ kuljum u dak li din iggib maghha. F’dawk iz-zminijiet biex issir xi haga kien irid jintalab il-kunsens tal-gvern civili u dan kien isir permezz ta’ petizzjonijiet lis-Segretarju Principali tal-Gvern.14


Naraw, perezempju fl-1901, li Paolo Vassallo, li kien joqghod Strada Reale, talab permess biex jaqta’ gebel ghaz-zrar mis-Sghajtar, limiti tal-Mosta. Dan il-permess kien inghatalu imma bil-kundizzjoni li ma jaqtax izjed minn 200 jarda (152.92 metri kubi). Ghall-istess erja kien hemm ukoll petizzjoni ohra, din id-darba minn Fortunato Mizzi. Dan xtaq jikri bicca art ghal hamsin sena f’Misrah is-Sghajtar biex minn hemm jaqta’ gebel ghaz-zrar ghall-gvern. Kienet talba li l-Gvern ma setax jaccetta ghax soltu kienet tohrog sejha ghall-offerti ghall-kiri ta’ l-art. Barra dan kien ried isir studju tekniku biex jigi ppjanat kollox qabel ma tinghata l-art. Ghall-istess skop ta’ qtugh ta’ gebel ghaz-zrar kien hemm Zona ohra fil-Mosta. Din kienet tinsab hdejn Wied il-Ghasel u fl-1903 Vincenzo Camilleri ta’ Strada Chiesa talab li jaqta’ madwar 200 jarda kubi ta’ dan il-materjal. Sena wara kienu Giuseppe Camilleri u Antonio Agius, li kienu joqoghdu fi Triq Biccerin li talbu ghal permess simili fl-istess post. Dawn it-talbiet kollha gew milqugha imma bl-istess kundizzjonijiet li kienu tpoggew fuq ohrajn bl-istess talbiet.15


Salvu Chetcuti meta kien idur bil-kaxxa tal-hobz.(p.193) Salvu Chetcuti fl-ewwel snin tas-seklu XX idur mal-Mosta u jbiegh il-hobz mill-kaxxa migbuda miz-ziemel.

Ziemel bil-karrettun ghall-festa ta' Sant'Anton Abbati.(p.209) Karrettun biz-ziemel – mezz ta’ transport li llum m’ghadux komuni imma li fil-Mosta, li kien rahal ta’ bdiewa, kien tant numeruz fis-snin imghoddija (hawn jidher waqt it-tberik tal-annimali fil-festa ta' Sant'Anton Abbati).

Problema ohra li jidher li bdiet tahkem sewwa fl-ewwel snin tas-seklu ghoxrin, kienet il-bzonn ghas-servizz ta’ ilma f’postijiet bhal fran u hwienet tax-xorb. Per ezempju fl-1905 Maria Agius ta’ Strada Corta kienet intalbet mid-Dipartiment tas-Sanita biex ticcanga l-art b’materjal li ma jixrobx, tizbogh il-hitan ta’ gewwa b’zebgha taz-zejt u tirranga s-sistema tad-dranagg. Kienet ghamlet kollox barra dak li ddahhal l-ilma fil-post fejn kellha l-forn taghha ghax il-pajpijiet ta’ l-ilma kienu riedu jitqabbdu minn distanza konsiderevoli u dan kien ifisser spiza kbira wisq ghaliha. Talbet lill-gvern biex iwasslilha l-pajpijiet ghas-spejjez pubblici mbaghad hi tqabbad is-sistema mal-post taghha. Il-gvern ma accettax u qalilha li jekk riedet, setghet tqabbad haddiema tal-gvern biex jaghmlu dan ix-xoghol imma thallashom hi. U l-bzonn tas-servizz ta’ l-ilma talbuh furnara ohra wkoll. Paolo Fenech ta’ Strada Molino fl-istess sena kellu bzonn il-mejn ta’ l-ilma u dan seta’ jinghatalu ghal hlas ta’ £5. Jidher ghalhekk li s-sitwazzjoni f’dan il-kaz ma kinitx difficli bhal ta’ qabilha. Mill-banda l-ohra l-ilma ghall-forn, proprjeta tas-Sinjura Margarita Buhagiar, fi Strada San Antonio kien irid jigi minn ftit aktar ‘il boghod. Ma kienx hemm problema biex isir il-hlas ghat-tqeghid tal-pajpijiet imma talbet li x-xoghol tat-trinek, flok thallas nies barranin, jaghmluh familjari taghha li kienu baqquniera. Ghal din it-talba, li saret fl-1906, il-gvern ma sabx oggezzjoni.16


Fil-Mosta fl-ewwel snin tas-seklu kien hemm numru ta’ fran imferrxin mar-rahal. Nghidu ahna kien hemm wiehed fil-bidu ta’ Strada Speranza u tnejn ohra matul Strada Reale jew Triq il-Kbira. Din it-triq f’das-snin ghoxrin kienet ir-rotta principali ghal kull min ried imur lejn in-naha ta’ fuq ta’ Malta.17


Lura ghall-bzonn tas-servizz ta’ l-ilma. Kien hemm Giuseppe Mifsud li fl-1906 applika ghall-permess biex jiftah hanut tal-pastizzi. Gie avzat mid-Dipartiment tas-Sahha li dan ma setghax jinghatalu jekk ma jkollux is-servizz ta’ l-ilma. Ma (p.193) kienx hemm problema biex dan jingieblu sakemm ihallas £25 ghax kellu jinbidel il-mejn biex issir l-estensjoni.18


Ma’ dawn kollha nghaqdu wkoll tal-hwienet tax-xorb. Riedu l-ilma ghall-hwienet taghhom imma mhux dejjem kien facli. Per ezempju fl-1906 Margherita Galea ta’ Strada Biccerin xtaqet tiftah hanut ta’ l-inbid, izda billi l-mejn ta’ l-ilma kien boghod mhux hazin offriet li thallas l-ispejjez dovuti biex is-servizz jitwasslilha sal-hanut taghha. Talbiet ohra ghas-servizz ta’ l-ilma bejn l-1906 u l-1907 saru ghal hwienet tax-xorb ohra, wiehed fi Strada Speranza minn Angelo Camilleri, iehor fi Strada San Antonio minn Anna Falzon u iehor fi Strada Reale minn Salvatore Gauci.19 Kien ghadu zmien tal-bidu tas-servizz ta’ l-ilma u ghalhekk hafna toroq kienu ghadhom bla sistema ta’ l-ilma fit-triq. Dan kien ifisser li whud kellhom bicca tul sewwa biex iqabbdu mal-mejn.


Dwar il-hwienet tax-xorb, jidher li l-Mosta ma kinitx nieqsa minnhom. Biss biss fi Strada Reale fost ohrajn kien hemm il-famuzi ‘erba’ hwienet’ li kienu ezattament erba’ hwienet tax-xorb, wiehed f’kull kantuniera, f’salib it-toroq, ftit ‘l isfel mill-pjazza tar-Rotunda.20


Il-Kungress Ewkaristiku


Kartolina tal-Kungress Ewkaristiku bil-Knisja tal-Mosta.(p.194) Kartolina li tfakkar fil-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta

Kien bejn it-23 u 27 ta’ April 1913 li l-Mosta kienet fic-centru ta’ l-attivitajiet li kellhom x’jaqsmu ma’ l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, avveniment importanti li kien sar f’Malta.21


Li kungress ta’ dik ix-xorta kien ser jigbed mhux biss eluf ta’ Maltin imma sahansitra hafna barranin, kienet haga li kienu qed jissoponuha. Ghalhekk ghal-laqghat generali kienu jinhtiegu post kbir sewwa. L-organizzaturi hasbu li ma kien hemm l-ebda knisja li setghet tilqa’ gemghat kbar bhal dawk li kienu qed jistennew u ghalhekk hasbu li jutilizzaw il-grawnd tal-Kullegg ta’ San Alwigi (tal-Gizwiti) f’Birkirkara, (p.194) fejn ikkalkolaw li setghu jidhlu 10,000 ruh. In-nies ma ghogbithom xejn din l-ghazla, l-ewwel nett ghaliex ma rawhiex haga f’postha li funzjonijiet ewlenin tal-Kungress isiru gewwa bitha, u t-tieni, ghax riedu xi £300 biex jghattu bitha bhal dik u jzejnuha kif jixraq. Fil-Kumitat Generali kien hemm imbaghad min qal li jkun ahjar li minflok il-bitha tal-Kullegg ta’ Birkirkara tintghazel dik ta’ l-lstitut tas-Salesjani f’Tas-Sliema.


Wiehed mill-membri staqsa jekk kienx ahjar li tintghazel ir-Rotunda tal-Mosta, li barra milli kienet kbira, kienet ukoll bini sagru, u barra minn hekk, ma kinitx issir in-nefqa mehtiega biex titghatta il-bitha. Madankollu, kien hemm min haseb li r-Rotunda ma kinitx kbira bizzejjed, u barra minn dan kienet ‘il boghod mill-Belt. Imma hadd ma ta wisq kas dawn il-hsibijiet, ghax kulhadd kien fehma wahda li l-knisja tal-Mosta kienet l-ahjar post fejn isiru dawk il-laqghat.


Kien hemm min xerridha li l-Mostin li batew hafna biex iwaqqfu knisja bhal dik, ma kinux sejrin ihallu l-kungressisti jidhlu kollha biex imbaghad il-bicca l-kbira min-nies tar-rahal jibqghu barra. Bhala twegiba ghal dan id-dubju, fil-5 ta’ Jannar saret laqgha kbira tal-Mostin u dawn weghdu li huma kienu lesti jhallu t-tempju taghhom ghall-kungressisti u mhux kif kienu hasbu xi whud.


Il-pjazza tal-Mosta bil-mistidnin distinti li gew ghall-Kungress Ewkaristiku li kellu jitlaqqa' fil-knisja.(p.195) Mumenti mill-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta juri l-wasla tal-mistednin distinti fil-pjazza tal-Mosta.

F’daqqa wahda, hamest ijiem wara, fil-gazzetta Malta dehret ittra ta’ l-isqof fejn qal li l-ghazla ta’ post ghal dawk il-laqghat kienet saret u ghalhekk ried li tispicca din il-kwistjoni. Dan kien ifisser li l-Kungress ma kellux isir fil-knisja tal-Mosta. Imma donnu li lanqas il-kelma ta’ l-isqof ma ghalqet il-kwistjoni ghax hu stess wara qaghad ghar-rieda tal-Kumitat Generali li mbaghad fil-laqgha ta’ l-24 ta’ Frar 1913 wettaq x-xewqa ta’ kulhadd u ghazel ir-Rotunda biex fiha jsir il-Kungress.


Kif ikkummenta wiehed mill-kittieba ta’ din il-grajja, “ll-lok ta’ din il-gemgha Nisranija kellu jkun tempju, li fl-ghamla tieghu, fis-sengha li biha gie mahdum, fil-qdusija li jigbor fih, kellu jibqa’ tifkira tal-fidi u tas-sagrificcju tal-poplu Nisrani, tifkira tal-qalb u ta’ l-ingenju Malti, u ahjar mill-knisja tal-Mosta ma kienx jiista’ jinsab iehor f’Malta. Knisja l-aktar wiesgha, mibnija mill-gharaq tal-poplu, li kollox jissagrifika ghar-Religjon tieghu, knisja fl-ghamla tonda taghha simbolu ta’ l-Ostja kif ukoll tad-dinja, ghalhekk denja wehidha li tilqa’ Kungress migbur ghall-gieh ta’ Gesu Ostja mid-dinja kollha”.22


Kulhadd ferah b’din l-ghazla, imma l-akbar ferh kien dak tal-Mostin, li raw x’gieh kbir u rari kien gej fuq il-knisja u r-rahal taghhom. Gie mwaqqaf kumitat ta’ nies mill-Mosta biex jiehu hsieb u jipprepara r-rahal u l-knisja biex jilqghu b’mod xieraq lill-kungressisti u lil dik il-festa devota.


Dan il-Kumitat immexxi mill-Arcipriet Dun Pawl Mallia gabar flus minghand il-Mostin ghal tizjin li kellu jsir. L-ewwel triq li giet imzejna kienet Via Nuova Valletta. Kienet it-triq li tidhol minnha ghall-pjazza ta’ quddiem ir-Rotunda. F’tarf din it-triq twaqqaf ark trionfali u matul it-triq tpoggew trofej bi skrizzjonijiet ta’ tifhir lil Gesu Sagramentat. Iddendlu wkoll girlanda min-naha ghall-ohra tat-triq biex b’hekk il-passagg lejn il-knisja gie msaqqaf. It-twieqi u l-gallariji wkoll gew imzejna u tpoggew qsari matul it-triq kollha. Il-gallariji kellhom maghhom pavaljuni bix-xbiha ta’ Gesu Sagramentat. Ma’ dan kollu kien hemm ukoll it-tizjin tal-pjazza nnifisha li kkumplimenta l-armar l-iehor kollu.23


(p.196) Kmieni wara nofsinhar bdew gejjin in-nies biex jaraw il-bidu solenni tal-Kungress, kif ukoll bdew jaslu l-kungressisti minn kull klassi tal-kleru u tal-lajci Maltin u barranin. Ghall-habta tat-tlieta u nofs dehret il-karrozzella b’erba’ zwiemel tal-Legat tal-Papa, il-Kardinal Domenico Ferrata, li kien milqugh bl-akbar ghajjat ta’ ferh u capcip, b’xita ta’ ward, u mill-muzika ta’ l-lnnu tal-Papa mill-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta u d-daqq tal-qniepen.


Kungress Ewkaristiku fil-Mosta bir-Rotunda mballata bin-nies.(p.195) Mumenti iehor mill-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta juri r-Rotunda mballata bin-nies bil-qieghda u bil-wieqfa.

Il-Kardinal Ferrata mar l-ewwel ghand l-Arcipriet tal-Mosta, (wara Monsinjur) Dun Pawl Mallia, fejn iltaqa’ mal-Kardinali Nava u Lualdi. Kien hemm ukoll hafna isqfijiet u l-kumitat organizzattiv Mosti. Minn hawn hargu biex flimkien imorru gol-knisja. Fuq it-tarag taz-zuntier gew milqughin mill-lsqof Angelo Portelli O.P. u mill-Kumitat Ezekuttiv tal-Kungress. Hekk kif dahlu gewwa r-Rotunda, il-kungressisti li kienu qed jistennew hemmhekk, qamu kollha bil-wieqfa. Fuq il-presbiterju, in-naha ta’ l-epistola kien hemm il-postijiet ghall-isqfijiet u n-naha l-ohra ghall-Kumitat Permanent tal-Kungressi Ewkaristici. F’dan il-genb tal-vangelu kien hemm tribuna ghal dawk li kellhom jitkellmu, filwaqt li l-kardinali kellhom il-pultruni homor fuq it-tarag ta’ l-artal maggur.


Saru hafna diskorsi fir-Rotunda u tkellmu nies ghorrief kemm minn fost il-kleru u kemm minn qalb is-sekulari.24


L-ewwel tliet laqghat (l-Erbgha 23, il-Hamis 24 u l-Gimgha 25 ta’ April) saru wara nofsinhar, imma r-raba’ wahda, li kienet is-Sibt u li ghalqet dawn il-laqghat, sarel fil-hdax ta’ filghodu. Wara li l-legat tal-papa spicca il-kliem tieghu f’din l-ahhar laqgha, resaq lejh l-lsqof Pietru Pace mal-Kumitat Ezekuttiv, qara quddiemu indirizz u ta lill-Kardinal Legat Ferrata kalci tad-deheb miksi b’gemmi u disinji sbieh. Ghal din il-qima u mhabba kollha, il-legat wiegeb u ta hajr bil-Latin.


Dakinhar stess, is-26 ta’ April, qabel din l-ahhar laqgha, fir-Rotunda saret quddiesa pontifikali mill-Kardinal Frangisku Bourne. Minn filghodu kmieni bdew resqin lejn il-Mosta mijiet ta’ Kattolici Inglizi kif ukoll hafna Maltin. Mill-banda l-ohra l-Mostin hargu bi hgarhom biex jilqghu lill-kardinal primat ta’ Ingilterra, u ghamlulu laqgha li qanqlitu tassew.


Sadattant il-knisja mtliet bin-nies, nofshom Inglizi u hafna nies important bhad-Duka ta’ Norfolk, Lord Walter Kerr, Lord Clifford, isqfijiet, u kbarat ohra.


Ghall-pontifikal kien hemm kor mill-aqwa. Dan kien maghmul mis-Salezjani mghejjunin minn hafna ohra, taht it-tregija ta’ surmast tal-banda ta’ rigment Ingliz. Dan il-kor, barra mill-membri ta’ l-orkestra kellu wkoll 70 kantant bejn irgiel u nisa, uhud Inglizi u ohrajn Maltin. L-atmosfera hekk sabiha, is-sbuhija tal-funzjoni, u l-hlewwa ta’ kor, qanqlu ferh kbir li hadd minn dawk li kien hemm ma seta’ jinsa.


Wara li spicca l-pontifikal, il-Kumitat tal-Mosta resaq lejn it-tron tal-Kardinal Bourne u l-President Onorarju, Mons. Alfredo Mifsud, qara indirizz bl-lngliz mahsub ghall-imsemmi kardinal. Wara li spicca tawh ukoll bukkett fjuri u ktieb bl-Ingliz fuq il-Mosta miktub minn Dun Edgar Salomone.25 Il-prezentazzjoni saret mil-Tabib Rosario Mizzi li kien il-president tal-Kumitat tal-Mosta ghall-Kungress Ewkaristiku. Il-ktieb ipprezentat kien Musta Memories and Charms.26


Il-Mosta bir-Rotunda taghha kellha l-unur kbir u rari li tilqa’ l-legat tal-papa, b’erba’ kardinali ohra, isqfijiet u hafna kungressisti Inglizi, Taljani, Belgjani, Spanjoli, Portugizi, Kanadizi, Amerikani u ohrajn, barra mill-Maltin. Bhala tifkira ta’ dan kollu t-triq ewlenija ta’ quddiem il-knisja minn Via Nuova Valletta giet imsemmija mill-gdid Via Congresso Eucaristico. Barra dan, il-kardinali tal-Kungress, il-kardinali tal-pontifikal, isqfijiet u hafna kbarat ohra gew mistiedan gewwa ‘Villa Grech Mifsud.’ Dan l-avveniment gie mfakkar billi twahhlet lapida zghira ta’ (p.197) l-irham. Lapida kbira ta’ l-irham mbaghad giet imwahhla mal-faccata tal-’Knisja tal-Kungress,’ ir-Rotunda tal-Mosta. Il-kitba bil-Latin fuq il-lapida kbira ta’ l-irham, xoghol il-Professur Dun Frangisk Sciberras, maqluba ghall-Malti tghid:


FIS-SENA 1913 ILTAQA’ F’DAN IT-TEMPJU BHALA POST EWLIENI L-24 KUNGRESS EWKARISTIKU INTERNAZZJONALI FUQ IL-MISTERU TAL-GISEM U D-DEMM TA’ GESU KRISTU FIL-GRANET 24, 25 U 26 TA’ APRIL FIT-TLIETA TA’ WARA NOFSINHAR. IL-KARDINAL LEGAT TAL-PAPA B’ZEWG KARDINALI KULL NAHA QAGHAD QUDDIEM L-ARTAL MAGGUR. HDEJN L-EWWEL TARGA TIEGHU KIEN HEMM HMISTAX-IL ARCISQOF, HAMSA U ERBGHIN ISQOF, HAFNA PRELATI, GHADD KBIR TA’ KLERU SEKULARI, U RELIGJUZI, KBARAT BARRANIN, PATRIZJI, U NOBBLI MALTIN, KITTIEBA TAL-GAZZETTI TAGHNA, U FL-AHHAR NETT GEMGHA KBIRA TA’ NIES MILL-BELT, MILL-IRHULA, U MILL-IRKEJJEN KOLLHA, LI FIL-WISA’ T’ISFEL MA KIENX FADAL ROKNA VOJTA.
FL-EWWEL LAQGHA NQRAW L-ITTRI TAL-PAPA U L-LEGAT GHAMEL ID-DISKORS TAL-FTUH IMBAGHAD L-ORATURI SAGRI MAGHRUFA MAD-DINJA KOLLHA GHAL GHERF U HEGGA KBIRA BIEX JITKELLMU KIF UKOLL GHORRIEF PROFANI IMMA TWAJBA TKELLMU FUQ L-EWKARISTIJA U QALU HAFNA HWEJJEG B’HAFNA ILSNA FOST IL-WIRI TA’ SPISS TAL-FERH TA’ DAWK LI KIENU JISIMGHU. WARA FIS-26 T’APRIL, IL-KARDINAL FRANGISKU BOURNE GHAMEL PONTIFIKAL, FL-AHHAR NETT IL-LEGAT LAQA’ X-XEWQA LI WREW L-ORATURI, U WAQT LI TA HAJR UKOLL BIL-HEGGA U QAL LI L-QIMA LEJN L-EWKARISTIJA GHANDHA TIGI MGHODDIJA ‘L QUDDIEM KEMM JISTA’ JKUN, IL-KUNGRESSISTI KOLLHA QAMU B’QALB WAHDA ICAPCPU U APPROVAW U FIS-SIEGHA TA’ WARA NOFSINHAR IL-KUNGRESS SPICCA.


Jinghad li mill-ewwel jiem wara li spicca l-Kungress, hafna Mostin hassew li s-salib ta’ l-injam li hemm f’nofs il-frontispizju kellu jinbidel ma’ Sfera Ewkaristika tal-bronz u dan biex ifakkar li r-Rotunda tal-Mosta hi ‘Knisja tal-Kungress Ewkaristiku’ u fl-istess hin jibqa’ rikordju ta’ din il-grajja importanti fil-hajja religjuza ta’ Malta.27


Ghaqdiet u organizzazzjonijiet godda


Matul l-ewwel parti tas-seklu ghoxrin dehru u ssahhu fil-Mosta numru ta’ socjetajiet li wrew kemm il-hajja Mositja kienet wahda dinamika. L-ghaqdiet kienu kemm ta’ xejra socjali kif ukoll ta’ xejra religjuza.


Il-Kazin Nicolo Isuoard


Il-Banda Nicolo Isouard mas-surmast taghha Ganni Vella.(p.197) Il-Banda Nicolo Isouard mas-surmast taghha Ganni Vella fl-1931.

Dan il-Kazin kien twaqqef fis-seklu ta’ qabel u issa kompla bil-hidma tieghu bandistika matul dan is-seklu kollu. Ha sehem fl-attivitajiet importanti kollha li kienu jsiru fil-Mosta minn zmien ghal zmien bhal ma kien l-XXIV Kungress Ewkaristiku ta’ l-1913. Bata hafna bhal ghaqdiet ohra matul is-snin ta’ l-Ewwel Gwerra Dinjija (1914-18). Kien f’dawn iz-zminijiet li nghalaq il-kazin u l-membri li kien baqa’ ggerrew minn post ghal iehor ghax ma kellhomx post fiss.


Infetah kazin gdid fl-1922 u l-hidma taghha regghet irpiljat sakemm faqqghet it-Tieni Gwerra Dinjija (1940-45). Kien Zmien difficli u l-Banda ssospendiet l-attivitajiet sakemm jghaddi l-ghawg. Kien mill-1946 li l-Banda (p.198) Nicolo Isouard kompliet minn fejn kienet halliet u ghadha ghaddejja b’rittmu kostanti billi tkun prezenti u taghti sehemha fl-avvenimenti li jsiru fil-Mosta.28


Il-Kazin Santa Marija


Il-Banda Santa Marija fit-28 ta' Marzu 1986. (p.198) Il-Banda Santa Marija fit-28 ta’ Marzu 1986, l-ewwel darba li harget iddoqq wara li regghet giet ffurmata mill-gdid.

Membri tal-kamra tan-nar Santa Marija.(p.198) Il-kamra tan-nar tal-Kazin Santa Marija bl-ewwel membri attivi taghha.

L-ewwel ghaqda gdida li dehret qalb il-Mostin kif qaleb is-seklu kienet proprju t-tieni banda tar-rahal. Din harget mill-Casino Santa Maria li kien diga twaqqaf u jahdem. Zgur fl-1903. Il-kazin kien fi Strada Reale. Parti mix-xoghol fuq il-gwarnicun li sar fir-Rotunda bejn l-1899 u l-1903 kien thallas mill-president tal-Kazin Santa Marija. Minn xi sorsi jidher, li kif twaqqfet il-banda kien jisimha Circolo Unione qabel ma hadet l-isem ta’ Santa Marija. Kienet zgur qed tiffunzjona bhala banda fl-1905 ghax nafu bi programm muzikali li esegwit fit-23 ta’ Lulju ta’ dik is-sena fil-pjazza tal-Mosta.29 Jidher li l-Banda giet imwaqqfa meta xi bandisti mill-kazin l-iehor tal-Mosta ddecidew li jitilqu u jwaqqfu banda gdida u din holqot xi ftit tal-pika f’dawk iz-zminijiet.30 Jidher ukoll li l-Banda ma baqghetx tiffunzjona bhala tali madwar is-sena 1917 jew ftit qabel. Madankollu baqghet imnizzla mal-lista tal-kazini tal-banda ta’ Malta taht l-isem ta’ ‘L’ Assunta’.31 Mill-1921 infethet camera di lettura fil-Kazin Santa Marija fejn nies kolti kienu jiltaqghu u jaqraw u jiddiskutu. Membri prominenti mill-komunita Mostija kienu jinkludu lit-Tabib Ruzar Mizzi li wara sar deputat fl-Assemblea Legizlattiva u s-Sur Carmelo Dimech, benefattur kbir tar-Rotunda. Fis-snin tletin il-Kazin kien fi krizi u kien bi sforz kbir li baqa’ miftuh.32


Wara l-gwerra dan ill-kazin serva bhala post fejn kienu jiltaqghu numru ta’ ghaqdiet fil-Mosta li ma kellhomx il-post taghhom sakemm fl-1985 ittiehdet decizzjoni li terga’ tigi organizzata banda. Kien nhar il-Gimgha l-Kbira, 28 ta’ Marzu 1986, li l-Filarmonika Santa Marija regghet dehret fit-toroq tal-Mosta billi daqqet fil-purcissjoni.33


Ma’ din is-Socjeta hemm ukoll is-Sezzjoni Piroteknika li ghandha l-kamra tan-nar taghha f’Wied Qannotta, iz-Zebbiegh. Giet inawgurata fl-1 ta’ Awissu 199134 bl-ewwel direttur ikun is-Sur Alfred Magri.


L-Oratorju Qalb ta’ Gesu


L-Oratorju  tas-subien iddedikat lill-Qalb ta' Gesu.(p.199) L-Oratorju tas-subien iddedikat lill-Qalb ta’ Gesu li tlesta mill-bini fl-1935.

Istitut religjuz li nfetah fit-tieni decenju tas-seklu kien l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Kien bit-thabrik ta’ Dun Karm Gauci li talab l-ghajnuna ta’ Dun Gorg Preca biex jghinu jiftah dan l-oratorju. Fis-7 ta’ Gunju 1914 il-holma ta’ Dun Karm saret realta.35 Ghal tmien snin dan l-oratorju kien jiffunzjona minn 189, Triq il-Kungress Ewkaristiku. Hdejn dan il-fond kien hemm ukoll mahzen li kien jintuza bhala kappella fejn kien isir il-quddies nhar ta’ Hadd. Kien bini ta’ Mastru Salvu Zahra, li bena kemm id-dar numru 189, il-mahzen u d-dar ta’ hdejh, u meta l-oratorju mar post iehor, Zahra rranga l-fond numru 191 u baqa’ jghix hemm sa ma miet.36


Mela beda ghaddej iz-zmien gie deciz li jkun tajjeb li jinbena oratorju apposta li fih jinkludi wkoll post fejn ikunu jistghu jilaghbu t-tfal. Twaqqaf kumitat ta’ qassisin u lajci mill-Arcipriet Dun Pawl Mallia biex jiehu hsieb dan il-progett. Il-kumitat beda jahdem u bil-flus ta’ hafna benefatturi nxtrat l-art (quddiem it-triq li wara giet imsemmija Triq l-Oratorju) u (p.199) fil-11 ta’ Novembru 1928 tqieghdet l-ewwel gebla. Ittellghet kappella u ma kull genb taghha nbnew erba’ kmamar ghall-klassijiet, u wara l-klassijiet u l-kappella hemm teatru zghir. Iktar lura mit-teatru tinfirex bitha ghal-loghob, li fiha fuq tomna art. Ix-xoghol gie mholli f’idejn il-Perit Nettu Mifsud Ellul u l-imghallem kien Mastru Salv Zahra. Bl-ghajnjuna tal-benefatturi u bil-hidma tal-habrieki Direttur Dun Karm Sciberras, l-Oratorju kien lest mill-bini ghall-habta ta’ l-1935.


L-Oratorju gie nawgurat nhar is-Sibt 8 ta’ Gunju 1940 wara nofsinhar mill-Arcisqof Dom Mauro Caruana O.S.B. li ried jigi apposta bhala turija ta’ apprezzament ghax-xoghol kbir li kien qed iwettaq Dun Karm Sciberras. L-ghada, 9 ta’ Gunju, tbierek solennement il-bini gdid kollu u wara giet iccelebrata quddiesa solenni mill-eks-Arcipriet tal-Mosta, Mons Dun Pawl Mallia, assistit minn Dun Edgar Salomone u Dun Karm Sciberras, eks-direttur u direttur rispettivament. Fit-Tieni Gwerra Dinjija l-Oratorju ta kenn lir-refugjati li hallew djarhom minhabba l-bumbardamenti fuq l-ibliet taghhom u gew il-Mosta. Dan il-kumpless gie milqut meta fl-20 ta’ Jannar 1942 waqghet bomba f’nofs il-misrah.37


L-Oratorju Marija Immakulata


Il-Kor Shalom tal-Oratorju tal-bniet.(p.199) Il-Kor Shalom li jaghmel parti mill-Oratorju Marija Immakulata li twaqqaf fl-1974.

Barra minn oratorju ghas-subien gie miftuh ukoll wiehed ghall-bniet. Kien ghal darb’ohra Dun Karm Gauci, li ghall-ewwel kien ukoll mghejjun (p.200) minn Dun Gorg Preca tal-Hamrun, li fethuh flimkien ghat-taghlim tal-bniet, fit-13 ta’ Awissu 1914. Ma lahaqx ghadda hafna zmien li Dun Karm ma hax it-tmexxija kollha f’idejh. Barra mit-taghlim tad-duttrina, dan l-oratorju serva ghal xi ftit snin biex fih imorru jitghallmu l-iskola dawk ix xebbiet kbar li ma kinux jafu jaqraw u jiktbu. Mieghu kellu wkoll post fejn xbejbiet u nisa setghu jitghallmu xoghol ta’ bizzilla, tifsil, hjata u rakkmu.


Dan l-oratorju kien fi Triq il-Kbira hdejn l-lstatwa ta’ San Guzepp f’dar qadima izda sabiha u spazjuza mlaqqma ‘tan-Nutar’. Wara li miet Dun Karm Gauci fid-9 ta’ Novembru 1929 lahaq Dun Guzepp Calleja. Malli faqqghet it-Tieni Gwerra Dinjija, dan il-post gie mehud ukoll ghar-refugjati. Madankollu it-taghlim tad-dutrina ma waqafx izda kompla jsir fid-Dar tas-Sorijiet Agostinjani.38 Kien fl-1975 li l-Oratorju Marija Immakulata mar f’dar fi Triq it-Torri fejn ghadu sal-lum.


Il-Musta Oratory Troop of Boy Scouts


Dun Edgar Salomone.(p.200) Il-Fundatur tal-Musta Oratory Troop of Boy Scouts - Dun Edgar Salomone DunEdgarSalamone.

L-iscouts tal-Mosta fl-1946 ma Dun Karm Sciberras(p.200) It-truppa tal-Mosta Boy Scouts fl-1946 flimkien ma’ Dun Karm Sciberras

Kien imiss li titwaqqaf il-fergha ta’ l-iskawts fil-Mosta u dan ha hsieb jaghmlu Dun Edgar Salomone li dak iz-zmien kien id-direttur ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Billi l-ewwel truppa kienet twieldet fl-Oratorju kienet maghrufa bhala Oratory Troop. Giet inawgurata fis-7 ta’ Jannar 1917. L-ewwel uniformi kienet qmis hadra skura, maktur celesti u kappell tradizzjonali ta’ kulur kannella. Fl-ewwel zminijiet it-truppa kienet tghodd 72 skawt. Il-bandiera tat-truppa giet imbierka solennement mill-Arcisqof Mauro Caruana fil-11 ta’ Frar 1917 f’Misrah il-Palazz, il-Belt Valletta, waqt rally kbir ta’ l-iskawts ta’ Malta. Dun Edgar telaqhom biex mar bhala kappillan militari fil-Balkani ghall-ahhar ta’ l-1917. Baqghu ghaddejjin sakemm l-emigrazzjoni kissret it-truppa billi hafna bdew isiefru biex isibu hajja ahjar barra l-pajjiz. Wara snin ta’ telqa kien fl-1932 li t-truppa regghet hadet il-hajja u taht it-tmexxija tas-Sur Carmelo Tabone Adami regghu ingabru skawts anzjani u flimkien bdew kampanja ta’ reklutagg. Saret l-investitura tal-membri godda fil-pjazza tal-Mosta f’Gunju 1932 u din kienet l-ewwel darba li l-iskawts dehru mill-gdid quddiem il-poplu libsin l-uniformi. Meta faqqghet it-Tieni Gwerra Dinjija xi skawts inghaqdu ma’ l-A.R.P. u ghenu waqt iz-zmien tal-gwerra.39


L-iskawts regghu ssahhu fis-snin ta’ wara l-gwerra u baqghu ghaddejjin bil-hidma taghhom u zviluppaw u kibru. Illum ghandhom il-kwartieri taghhom fi Triq it-Torri u jissejhu l-Mosta Scout Group.


L-lstitut tas-Sorijiet Agostinjani


L-istitut  li bnew is-Sorijiet Agostinjani.(p.201) L-istitut li bnew is-Sorijiet Agostinjani u li tbierek fl-1954

Meta l-Komunita tas-Sorijiet ta’ Santu Wistin xtaqet tiftah dar ohra barra dik li kellhom f’Hal-Qormi, l-isqof ta’ Malta hajjarhom jifthu istitut (p.201) fil-Mosta, fejn, billi ma kienx hemm sorijiet ohra, kienu zguri li se jkunu milqughin hafna.


Il-ftuh ta’ dan l-istitut sar fl-14 ta’ Ottubru 1928 u ghal din l-okkazjoni kien hemm prezenti l-Arcisqof Mons. Maura Caruana, li kien mghejjun mill-arcipriet u l-kleru tal-Mosta.40 Dan l-istitut kellu l-ghan li jeduka lit-tfal zghar, kemm bniet u kemm subien, u jsir ukoll it-taghlim ta’ rakkmu, hjata u kull xorta ta’ xoghol tal-labra lill-bniet ta’ kull daqs.


Dan l-ewwel istitut kien fi triq wara l-knisja parrokkjali imma billi l-ghadd ta’ studenti beda jikber hassew il-htiega li jibnu post gdid. Kien fid-19 ta’ Marzu 1952 li tqieghdet l-ewwel gebla mill-Arcisqof ta’ Malta Mons. Mikiel Gonzi. L-istess isqof bierek solennement l-istitut il-gdid li jinsab fi Triq Ponsonby fit-12 ta’ Ottubru 1954. Id-disinn kien tal-Perit Micallef u l-bennej kien il-Mosti Pacifico Falzon u l-kullegg gie msemmi ghal Theresa Spinelli li kienet il-fundatrici ta’ l-Ordni tas-Sorijiet Agostinjani. Bhala skola din tilqa’ fiha studenti sa l-eta tal-primarja u tfajliet fl-eta tas-sekondarja. Kienet mahsuba wkoll biex isservi ghall-aspiranti li xtaqu jinghaqdu ma’ l-Ordni Agostinjan.41


Il-Mosta Football Club


Celebrazzjonijiet football Mosta fl-1985.(p.201) Celebrazzjonijiet fl-okkazjoni tal-promozzjoni ghall-Ewwel Divizjoni fl-1985 tal-Mosta Football Club.

Ghalkemm fil-Mosta kien diga jintlaghab il-futbol fil-bidu tas-seklu ghoxrin kien biss fl-1935 li tim mill-Mosta nghaqad mal-Malta Football Association (MFA). Dan it-tim laghab fil-kompetizzjoni ta’ l-MFA fir-Raba’ Divizjoni. Kien jismu Mosta United F.C. Fil-verita dan ma kien tim mill-Mosta xejn imma grupp ta’ zghazagh minn Tas-Sliema li kienu jilaghbu b’dan l-isem. It-tim veru Mosti kien qieghed jilghab biss loghbiet ta’ hbiberija. Fl-1938 tlesta l-grawnd tal-Mosta li ssemma’ l-Creasy Ground. Dan ghen biex il-loghba tal-futbol fil-Mosta tiehu spinta ‘l quddiem. Fl-istagun 1939-40 il-Mosta United F.C. saru Mosta Rovers F.C. Kien imbaghad fl-istagun 1943-44 li biddlu l-isem ghal Mosta Olympics u ftit wara, fl-istagun 1946-47 saru Mosta Athletics u bdew jiehdu sehem fil-loghob fit-Tielet Divizjoni. Il-Mosta F.C. marru fil-klabb prezenti taghhom fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fl-istagun 1964-65. Kien fl-istagun 1986-87 li rebhu l-promozzjoni ghall-Premier Division ghall-ewwel darba.42


Xi ghaqdiet ohra


F’dan l-istess perjodu twaqqfu ghaqdiet u organizzazzjonijiet ohra ta’ xejra religjuza.


Fergha tal-Konferenza ta’ San Vincenz de Paule, ghaqda tal-karita, giet imwaqqfa fil-Mosta fit-13 ta’ Awissu 1919 u kienet miftuha mill-President tal-Kunsill Partikolari ghal Malta, il-W.R. Mons. Isidoro dei Conti Formosa. F’dik l-ewwel laqgha barra mill-membri ufficjali ta’ l-imsemmi kunsill, kien hemm ghoxrin membru, u dakinhar intghazel l-Arcipriet Mallia bhala President Onorarju u t-Tabib Rosario Mizzi, bhala President Effettiv. Din l-ghaqda baqghet matul it-tmien tahdem ghal-gid tal-Mostin.43


Ix-Xirka ta’ l-lsem Imqaddes t’Alla dahlet fil-Mosta fis-27 ta’ April 1930. Kien bit-thabrik ta’ Gio Maria Schembri u Frangisk Mangion li sehh dan.44


(p.202) Ftit snin wara dahlet ukoll l-Azzjoni Kattolika. Dan gara nhar il-Milied ta’ l-1936. Kien Dun Salv Sammut li beda l-fergha tal-guvintur.45 Kienu jiltaqghu fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Madwar l-istess zmien twaqqfet ukoll il-fergha tax-xebbiet li kienet tiltaqa’ fl-Oratorju Marija Immakulata. Il-fergha ta’ l-irgiel twaqqfet fl-1945 u fl-ahhar twaqqfet ukoll il-fergha tan-nisa fl-1951.


Fi zmien it-Tieni Gwerra Dinjija twaqqfet fergha tas-Socjeta tad-Dutrina Nisranija jew M.U.S.E.U.M. (Magister Utinam Sequator Evangelium Universus Mundus: Mghallem, mhux li kien li d-dinja kollha timxi wara l-Evangelju!) fil-Mosta. Il-M.U.S.E.U.M. tan-nisa twaqqaf fl-1941. L-ewwel superjura kienet Felicita Pisani. Fl-1975 il-qasam mar fi Triq il-Pont fejn ghadha sal-lum.46


Il-Mosta u l-politika nazzjonali


It-Tabib Ruzar Mizzi fil-Mosta fuq l-ispallejn wara rebha tal-PN fl-1932.(p.202) Il-Mostin jifirhu fil-pjazza tal-Mosta lit-Tabib Ruzar Mizzi li kien ghadu kif gie elett fl-Elezzjoni Generali ta’ l-1932 (Innutaw l-faccata tas-Sur Pawl kemm gabuhilu ottu bl-istickers politici).

Fl-ewwel elezzjoni taht il-Kostituzzjoni ta’ l-1921, li tat lil Malta Gvern responsabbli, id-distrett li minnu kienet taghmel il-Mosta ghall-elezzjoni ta’ l-Assemblea Legizlattiva kellu mieghu lil Birkirkara, Hal Balzan, Hal Lija. H’Attard, Hal Gharghur, in-Naxxar u l-Mellieha.


Dan id-distrett tella’ lill-Konti Gerald Strickland tal-Constitutional Party, li gab aktar minn zewg kwoti. Il-voti zejda tieghu, 731 b’kollox, tellghu mit-tieni ghadd lill-kollega fl-istess partit, Walter Salamone.47 Minn dan l-istess sitt distrett gew eletti wkoll zewg kandidati tal-partit Unione Politica Maltese. Dawn kienu l-Avukat Francesco Buhagiar u l-Perit Luigi Borg.48 Il-Mosta kellha 416-il votant registrat f’din l-ewwel elezzjoni u kellhom jitfghu l-vot taghhom fil-post tal-votazzjoni fil-berga tal-gvern - 144, Triq il-Kungress Ewkaristiku.49


Rigward id-deputat tal-Partit Kostituzzjonali, Walter Luke Salamone, dan kien Mosti u gie elett f’kull elezzjoni wara dik ta’ l-1921, jigifieri fl-1924, fl-1927 u fl-1932. Jerga’ kien gie appuntat ministru ta’ l-agrikultura u sajd (1927-9) u ministru ta’ l-industrija u l-kummerc (1929-30) fil-gvern mirbuh mill-Constitutional Party li kien shab mal-Labour Party.50


F’din l-ewwel elezzjoni taht gvern responsabbli saret ukoll votazzjoni ghas-Senat. Malta kienet maqsuma f’zewg distretti u l-Mosta kienet taghmel mat-tieni distrett.51 Kien hemm 48 votant li kellhom id-dritt ghall-vot li kellhom jitfghuh fl-istess post tal-votazzjoni bhal dawk (p.203) ghall-Assemblea Legizlattiva, u kienu telghu Mons. Ignazio Panzavecchia u l-Avukat Massimiliano Debono, it-tnejn ta’ l-Unione Politica Maltese, u l-Prof, Dun Mikiel Gonzi ghal-Labour Party.52


Fit-tieni elezzjoni ghall-Assemblea Legizlattiva fl-1924, in-numru ta’ votanti fil-Mosta kien zdied ghal 505 bhal ma kien ghamel ghat-tielet elezzjoni fl-1927 meta tela’ ghal 553. Mhux l-istess jista’ jinghad ghall-votanti ghas-Senat. Meta l-elezzjoni saret fl-1927 il-Mostin bi dritt ghall-vot kienu 36. F’din it-tielet elezzjoni nbidel ukoll il-post tal-votazzjoni li issa kien fl-ghassa tal-pulizija - 100, Triq il-Kungress Ewkaristiku.53 Ta’ min jghid li fil-Mosta nfetah l-ewwel kazin politiku fl-1926 meta l-partit ta’ Lord Gerald Strickland fetah il-Constitutional Club.54


Fl-1932 regghu saru elezzjonijiet kemm ghall-Assemblea Legizlattiva u kemm ghas-Senat. Fl-ewwel elezzjoni l-votanti registrati fil-Mosta kienu 1,044 u kellhom jivvotaw f’wiehed minn zewg postijiet tal-votazzjoni - l-ghassa tal-pulizija, 100, Triq il-Kungress Ewkaristiku, jew fil-berga tal-gvern, 8, Triq it-Torri. Mill-banda l-ohra, ghas-Senat, Mostin bi dritt ghall-vot kien hemm 114. Fost il-kandidati eletti kien hemm it-Tabib Rosario Mizzi ghall-Partit Nazzjonalista li rebah siggu fl-Assemblea Legizlattiva.55


Dr Ruzar Mizzi kien mill-Belt imma ghall-habta ta’ l-1907 mar joqghod il-Mosta. Xtara dar go Via Nuova Valletta (Triq il-Kungress Ewkaristiku) u integra ruhu fil-hajja Mostija. Kien president tal-Camera di Lettura li kienet tiltaqa’ fil-Kazin Santa Marija u bejn l-1924 u l-1932 kien ukoll president tal-Banda Nicolo Isouard.56 It-Tabib Mizzi dam deputat sa Novemebru 1933 meta l-Gvernatur Campbell xolja l-gvern u ssospenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta.57


Wara numru ta’ snin fejn ma sarux elezzjonijiet nazzjonali, inghatat kostituzzjoni gdida li bis-sahha taghha saret elezzjoni fl-1939. Malta giet maqsuma f’zewg distretti bil-Mosta titpogga mat-tieni distrett elettorali.58 Il-votanti kellhom jeleggu deputati ghall-Kunsill tal-Gvern.59 Fil-Mosta kien hemm eligibbli ghall-vot 1,240 u kellhom jivvutaw fl-ghassa tal-pulizija ta’ Triq il-Kungress Ewkaristiku.60


L-ahhar elezzjoni taht din il-kostituzzjoni saret fl-1945 u fiha wiehed mill-kandidati eletti kien it-Tabib Anthony Schembri Adami61 li ghalkemm ma kienx mill-Mosta kellu jkollu konnessjonijiet mill-qrib mal-Mosta.62


It-trasport


Matul is-seklu ghoxrin kien hemm zvilupp kbir fil-qasam tat-trasport f’Malta. It-trasport bil-bhima kompla ghal hafna snin imma beda diehel ukoll bil-mod il-mod it-trasport mekkanizzat. Dan naturalment iffacilita dejjem aktar il-moviment tan-nies minn post ghall-iehor u heggeg lill-awtoritajiet jibnu toroq godda u aktar efficjenti biex ikunu jistghu jaqdu l-bzonnijiet taz-zmien.


Rigward il-Mosta, ghall-ewwel snin tas-seklu ghoxrin il-mezz principali kien iz-ziemel ghax la l-ferrovija u lanqas it-tramm ma kienu jaqdu lill-Mosta b’mod dirett. Ta’ min jghid li l-ferrovija li mill-Belt Valletta kienet tibqa’ sejra sar-Rabat, ma kienet tersaq xejn vicin il-Mosta u l-istazzjon l-aktar qrib fejn kienet tieqaf kien dak ta’ H’Attard. Ta’ min jghid li kien hemm pjan biex mill-ahhar stazzjon ta’ l-lmtarfa tinbena linja li tkompli sejra lejn l-lmgarr, Ghajn Tuffieha l-Mellieha u l-Marfa.63 Li kieku dan sehh, l-Mosta xorta ma kinitx tkun moqdija ghax l-istazzjoni l-aktar vicin kien ikun fl-lmgarr.


Madankollu jrid jinghad li l-Mosta f’xi zmien kienet ukoll fil-hsieb ta’ xi whud li pproponew progett tal-ferrovija f’Malta. Jekk immorru lura sas-sena 1870, J. Scott Tucker kien ressaq progett quddiem il-gvern biex tiddahhal il-ferrovija. Il-pjan ta’ Tucker kien jahseb biex il-linja titlaq mill-Belt Valletta u tghaddi lejn il-Furjana, haz-Zebbug, ir-Rabat, il-Mosta, Burmarrad u tispicca San Pawl il-Bahar.64


Fl-1873 il-Maggur Flutchinson ukoll pogga l-proposta tieghu ghall-linja ferrovjarja. Bi hsieb li jibni l-linji fuq pilastri tal-hadid biex ma jihux l-art, Hutchinson hazzez linja li tibda mill-Belt Valletta u tispicca fil-Mosta b’rotta li tghaddi mill-Furjana, il-Hamrun, Santa Venera, Birkirkara, u H’Attard. Fl-istess sena mbaghad, il-Perit Edward Rosenbush ippropona linja tal-ferrovija li tibda vicin il-Victoria Gate (jew Marina Gate) u tghaddi mill-Furjana, il-Hamrun, (p.204) Birkirkara, H’Attard u r-Rabat. Dan il-progett ippropona li mbaghad tinfetah ohra minn H’Attard ghall-Mosta.65 Ghalkemm il-progett propost minn Rosenbush gie addottat, il-parti li tmur lejn il-Mosta ma saret qatt.


Barra l-ferrovija kien hemm ukoll it-tramm, li beda f’Malta fl-1905, imma lanqas dan ma kien jersaq vicin il-Mosta. L-aktar lokalita vicin moqdija bis-servizz tat-tramm kienet Birkirkara,66 imma din kienet boghod hafna mill-Mosta.


Il-hanut tax-xoghol ta' Bastjan fejn kien jahdem il-karrettuni.(p.204) Il-hanut tax-xoghol ta’ Bastjan fejn kienu jaghmlu l-karrettuni - dan kien jinsab fi Triq il-Kbira vicin l-istatwa ta’ San Guzepp - ritratt tas-snin ghoxrin tas-seklu l-iehor.

Pietru Calleja fuq il-karrettun tieghu.(p.205) Mezz tat-transport komuni qabel dahlu l-karrozzi – il-karrettun ta’ Pietru Calleja fis-snin ghoxrin tas-seklu XX.

Mezz aktar semplici ta’ trasport li fil-Mosta, li kien post rurali, kien uzat hafna, kien il-karrettun. Imma ma kinux juzawh biss, kienu wkoll jaghmluh fil-Mosta. Din is-sengha kienet tant imqabbda fir-rahal li l-Mosta kienet fost l-ahhar postijiet f’Malta fejn baqghu jahdmu l-imghallmin li jispecjalizzaw fil-kostruzzjoni tal-karrettuni qabel ma din is-sengha ghebet.67


Fil-Mosta mill-bidu tas-seklu ghoxrin kien hawn numru ta’ hwienet li jaghmlu l-karrettuni. Kollha kienu maghrufa bil-laqam taghhom. Kien hemm wiehed fil-pjazzetta fejn hemm l-istatwa ta’ San Guzepp u dan kien maghruf bhala ‘Ta’ Wiza.’ Kien hemm imbaghad ‘Ta’ Gannikol,’ ‘Tat-Tajra’ u ‘Ta’ Soks,’ fost ohrajn.68 Mghallmin ohra tal-karrettuni fil-Mosta kien hemm ukoll certu Bastjan, ‘Tas-Sus,’ u ‘Ta’ Lippu.’ Hu kkalkolat li l-Mosta kellha ghaxra jew aktar minn dawn il-hwienet tax-xoghol tal-karrettuni. Jidher ukoll li kienu mpikati bejniethom min jaghmel l-ahjar karrettun. Karrettuni kien hemm kemm ghal zwiemel u kemm ghal bghula. Anki l-prezzijiet kienu jvarjaw. Kellek karrettuni jqumu hmistax-il lira u ohrajn ta’ ghoxrin lira. Id-daqsijiet kienu jafuhom bhala tac-cinku u ta’ l-ottu, b’ta’ l-ahhar ikun l-ikbar karrettun.69


U qabel ma dahlu l-karrozzi tal-linja u karrozzi privati, il-mezz tat-trasport l-aktar komuni kien bil-vettura migbuda miz-zwiemel. L-aktar uzat kien il-karrozzin. Il-Mosta kif rajna, ma kinitx moqdija b’mezzi tat-trasport mekkanizzati sa l-ewwel parti tas-seklu ghoxrin. Billi l-karrozzini kienu hafna fin-numru, kienu dejjem jinkrew skond il-bzonn, u kienu jmorru kull fejn ikun jixtieq il-klijent, dawn kienu l-mezz uzat biex tilhaqq lokalitijiet li ma kienu moqdija b’ebda mezz iehor. Kien hemm nollijiet skond id-distanza jew il-hin u dawn varjaw matul iz-zminijiet, u ma kinux irhas lanqas.70


Il-Mosta ma kinitx daqstant vicin il-Belt Valletta u kull kirja kienet titkejjel (p.205) mill-belt kapitali. Jekk niehdu sena partikulari, l-1913 - is-sena tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali - in-nollijiet kienu mahdumin l-istess, immaterjali jekk kienx karrozzin, karrozzella jew xi mezz iehor, sakemm dan kien ikun migbud minn ziemel wiehed. Jekk kien ikun migbud minn zewg zwiemel in-noll kien jirdoppja. Kull min ried jigi l-Mosta u jitlaq mill-Belt jew il-Furjana, distanza ta’ 5 mili (madwar 9.3 kilometri), kien irid ihallas noll ta’ 2 xelini u 9 soldi / 13c 7) jekk il-vettura tkun ta’ ziemel wiehed.71


L-ewwel xarabank tal-Mosta b'Mattew Scicluna Ta' Matti.(p.206) L-ewwel karozza tal-linja tal-Mosta li kienet ta’ Mattew Scicluna maghruf bhala ‘Matti’ (xellug), jidher ibnu Anglu li kien ix-xufier u t-tifel huwa Gorg Grech ‘Ta’ Simbla.’
Din kienet karozza, jghidula tal-gallarija, b’magna Daimler. Giet mill-Ingilterra second hand u kellha chassis ta’ l-injam, u nbniet Hal Lija. Ir-roti kienu ta’ l-injam b’tal-lastiku solidu u kienet tahdem b’tahlita ta’ pitrolju u zejt. Il-fanali l-kbar kienu jixeghlu bl-acitilena u l-fanali z-zghar tal-gnub kienu jixeghlu bil-pitrolju. Il-passiggieri kienu joqghodu bil-qieghda fuq fallakki, wahda kull naha tal-kaxxa u fuq il-bakijiet kien hemm imhaded mimlijin bit-tiben fuq x’hiex kienu jpoggu l-passiggieri. Dawn kienu jisiccaw ihokku wara li jinzlu minn fuq ix-xarabank. Fin-nofs bejn il-bankijiet kienu jtellghu l-oggetti li kellhom maghhom li kienu jinkludu xi moghza, xi rota, xi xkora bil-fniek jew xi bixkilla bajd.
Ghall-aktar informazjoni ara video imtellgha minn tal-Malta Bus Archive fuq il-familja Scicluna Ta' Matti (Ta' Mattew) bis-sehem taghhom fix-xarabanks u wiehed minnhom bhala l-agent tar-Reo fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fejn sallum ghad hemm il-hanut "Scicluna Bearings".

Il-Mosta bdiet tigi milhuqa ahjar meta dahlet Malta l-karrozza tal-linja jew kif kienu jsibuha, ix-xarabank. Ghal habta ta’ nofs is-snin ghoxrin kien hawn l-ewwel xarabank tahdem fuq ir-rotta tal-Mosta. Din il-karrozza kienet tal-marka Reo. Ftit wara dehret ukoll xarabank ohra, din id-darba tal-marka White. Dawn il-karrozzi kienu ta’ lewn kannella,72 il-kulur li gie addottat ghax-xarabankijiet tal-Mosta.


B’mod ufficjali kien fl-1930 li gew mahruga l-ewwel skedi ghas-servizz tax-xarabank bejn il-Belt Valletta u l-Mellieha bir-rotta tghaddi mill-Mosta u San Pawl il-Bahar. Kien hemm ukoll servizz separat bejn il-Belt u l-Mosta fl-istess zmien.73 Ghalkemm ma nafux kemm kien jiehu hin vjagg bejn il-Belt u l-Mosta bix-xarabank f’dawn l-ewwel zminijiet, skond l-iskeda li harget fl-1958, kien ikkalkolat li l-karrozza tal-linja kienet tiehu 29 minuta biex taghmel vjagg bejn dawn iz-zewg lokalitajiet.74


Fis-snin tletin kien hawn numru ta’ xarabankijiet fuq ir-rotta tal-Mosta u wahda minnhom, bin-numru 3252, kienet ta’ wiehed jghidulu ‘il-Hajsu.’ Din inxtrat minn Guzeppi Grech (li wara sar maghruf bhala ‘il-Paramount’) fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija (1940-45) u kienet wahda mill-ewwel karrozzi tal-linja fil-flotta li bena.75


Bejn l-1930 u l-1973 il-karrozzi tal-linja nghataw ilwien skond id-destinazzjoni taghhom. Fuq ir-rotta tal-Mosta, il-karrozza tal-linja kienet tkun mizbugha kannella u kellha faxx taht it-twieqi mad-dawra kollha li kien kannella wkoll.76 Billi fis-snin sittin is-sidien tal-karrozzi tal-linja tal-Mosta ftiehmu ma’ dawk li kienu jahdmu fuq ir-rotta tan-Naxxar u Hal Gharghur u nghaqdu f’kumpanija wahda, zebghulhom faxx kannella skur madwar il-vettura kollha li kien jghaddi minn taht it-twieqi.77 Kien wara xi diskussjonijiet x’ghandu (p.206) jigri mill-kuluri li gie deciz li mill-1973 dawn ir-rotot kollha jingabra fi tlieta. Il-Mosta tpoggiet ma’ Grupp B u l-kulur tal-karrozzi tal-linja ghal dan il-Grupp kien abjad bil-faxx blu mad-dawra kollha taht it-twieqi.78 Dan dam sal-1975 meta mbaghad il-karrozzi kollha gew mizbugha hodor cari sakemm fl-1995 regghu biddlu l-kulur ghal dak li ghandhom illum, jigifieri, isfar lewn il-laringa car b’faxx lewn il-laringa skur.79


L-arkati ta' Triq il-Kostituzzjoni qed jinbnew.(p.207) Il-pont ta’ Triq il-Kostituzzjoni waqt li qed jinbena – jidhru l-haddiema jhejju x-xoghol biex jghaqqdu l-pont tal-gebel man-naha ta’ fuq tat-triq.

Triq il-Kostituzzjoni tinghata sodda taz-zrar.(p.207) Fazi mill-kostruzzjoni ta’ Triq il-Kostituzzjoni fejn tidher is-sodda taz-zrar qabel jinghata l-wicc – jidher ukoll rahhal bil-merhla tal-moghoz tieghu.

Mappa bi Triq il-Kostituzzjoni mmarkata.(p.208) Il-mappa tan-nofs tas-seklu ghoxrin li turi Triq il-Kostituzzjoni lesta u b’xi blokki ta’ bini fuq kull naha (il-triq immarakata b’linja miksura)

Il-Wied taht l-arkati ta' Triq il-Kostituzzjoni bl-ilma.(p.208) Isfel jidher ritratt xitwi tal-pont ta’ Triq il-Kostituzzjoni li l-Mostin jafuh bhala ‘l-arkata’- il-wied ta’ taht hu mimli bl-ilma wara x-xita.

U maz-zieda tat-traffiku u n-numru ta’ karozzi fit-toroq, anki l-Mosta kellha taddatta ghal dan l-izvilupp. Diga kienet inbniet it-triq ta’ quddiem ir-Rotunda - Via Nuova Valletta li wara l-1913 saret Via Congresso Eucaristico Issa kien imiss li tinfetah triq ohra wiesgha u komda li taghti lejn it-tramuntana ta’ Malta Din kienet dik li ssemmiet Triq il-Kostituzzjoni. Sakemm inbniet din it-triq gdida, it-traffiku kollu tiela’ lejn il-Mellieha kien jghaddi min-naha ta’ l-lsperanza. Kien f’Novembru 1929 li l-prim ministru ta’ dak iz-zmien, il-Konti Gerald Strickland, iddecieda li jiftah triq parallela ma’ Strada Parrocchiale. Kellha tibda mir-rokna tal-punent tal-pjazza tar-Rotunda u tigbed ‘il fuq lejn Targa Gap. Bhala parti mit-triq inbena pont tal-gebel bi tliet arkati li kien jaqsam il-wied. Issemmiet Triq il-Kostituzzjoni b’tifkira ta’ l-ewwel kostituzzjoni li tat lil Malta gvern awtonomu fl-1921.80


Kienet triq li saret importanti u popolata hafna. Kien car li l-hwienet se jkunu parti integrali minn din it-triq. L-ewwel hanut li fetah fiha kien ibigh il-hwejjeg u kien jinsab fejn issa hemm il-bus shelter hdejn il-parkegg ta’ biswit ir-Rotunda. Dak iz-zmien dan il-post kien blokk bini u dan il-hanut kien parti minnu. Kien tal-familja Vassallo li wara fethu l-hanut ‘Best & Less’.81


L-edukazzjoni tal-Mostin


(p.210) Il-Mosta issa kellha skola primarja mibnija apposta. Kienet skola tat-Tieni Klassi bi staff ta’ disa’ ghalliema fl-iskola tas-subien u tnax fl-iskola tal-bniet. Kien hemm ukoll kap ghall-iskola tas-subien u ohra ghal dik tal-bniet.82


Barra l-iskola ta’ matul il-jum, kien beda jigi offrut ukoll taghlim fil-ghaxija. Ghalkemm dan is-servizz beda mill-ewwel snin tas-seklu ghoxrin, jidher li ghal bidu l-Mostin ma tantx approfittaw irwiehhom minnu. L-iskola ta’ bil-lejl kienet ghall-irgiel biss u kienet tiffunzjona bejn is-7.00 u d-9.00 ta’ fil-ghaxija. Il-konkorrenza ghal dawn il-klassijiet bdiet tizdied maz-zmien u sa madwar l-1920 kien hemm tliet klassijiet, wahda bi 53 student u tnejn ohra bi 42 student f’kull wahda. F’din l-istess sena gew ukoll introdotti l-klassijiet ta’ filghaxija ghan-nisa. Il-Mosta kienet wahda mill-ewwel lokalitajiet bi skola ta’ bil-lejl ghas-sess femminil. Dawn il-klassijiet ghan-nisa jidher li kienu jibdew fil-4.45 pm u f’xi zmien inghataw ukoll fil-Hdud bejn id-9.00 u l-11.00 ta’ filghodu.83


U ma jistax jonqos li f’rahal li minnu kienu qed jemigraw tant nies, ma jkunx hemm xi forma ta’ ghajnuna biex dawn jippreparaw ruhhom qabel jitilqu. Fil-fatt fl-1919 zgur li kien hemm klassijiet ghall-emigranti fl-iskola tal-Mosta u fl-1920 il-klassi kien fiha 27 student. L-iskola tal-Mosta rat numru ta’ ghalliema u studenti jhalluha biex jemigraw fi zmien meta dan l-ezodu kien xi haga ta’ kuljum.84


Matul dan iz-zmien kollu l-iskola kienet attiva hafna. Barra t-taghlim fil-klassi l-istudenti kienu minn zmien ghal zmien jittiehdu biex jaraw postijiet ta’ interess kulturali. Hekk f’Marzu 1900 l-istudenti subien flimkien ma’ l-ghalliema taghhom marru sa l-lmdina, Had-Dingli u l-Buskett. Il-mezz tat-trasport uzat kien il-karrozzin. Aktar ‘il quddiem, fl-1923 l-istudenti marru Birzebbuga. Matul it-triq waqfu biex jaraw it-Tempji ta’ Hal Tarxien, l-lpogew ta’ Hal Saflieni u l-ajrudrom ta’ Kalafrana. Kienu marru l-klassijiet il-kbar - 37 student b’kollox.85


Fl-1929 l-iskola regghet organizzat harga ghall-istess nahat. Din id-darba kienu 120 tifel u (p.211) kellhom jingarru permezz ta’ tliet xarabankijiet ta’ 26 persuna l-wahda u xarabank ohra ta’ 48 persuna. U fl-istess sena l-istudenti ttiehdu postijiet ohra. Marru l-Buskett, il-Villa Rumana (kif kienet maghrufa dak iz-zmien), Hagar Qim, l-Imnajdra, Hal Far, Kalafrana u l-lpogew ta’ Hal Saflieni.86


It-tfal ta’ l-iskola tas-subien ma naqsux ukoll li jduqu l-izviluppi li kienu qed isiru fic-cinematografija. Kien fl-1937 li huma marru jaraw film fir-Roxy ta’ Birkirkara. Kien film talkie ghax barra l-istampa kellu wkoll il-hoss.87


L-iskola tas-subine fl-1918.(p.210) L-iskola tas-subien fi Triq Grognet b’ritratt li juri l-istudenti kollha u l-ghalliema taghhom fl-1918.

Festin tal-iskola fl-1919.(p.211) Festin tal-Milied fl-iskola primarja tal-Mosta fl-1919.

L-iskola primarja kif tidher illum.(p.212) L-iskola primarja ta’ Triq Grognet illum – il-bini huwa s-sular t’isfel ghax is-sular ta’ fuq inbena fis-snin tletin minhabba li zdiedu l-istudenti.

L-iskola primarja kellha wkoll numru ta’ zjarat matul l-ewwel snin tas-seklu ghoxrin. Kien proprju fl-14 ta’ Frar 1901 li l-iskejjel tal-bniet u tas-subien, laqghu lil Lord Gerald Strickland - is-Segretarju Principal tal-Gvern - u Lady Strickland. It-tfal gew ezaminati minn Lord Strickland fil-Malti, l-lngliz u t-Taljan, u martu staqsiet xi domandi bl-lngliz lis-subien ta’ l-iskola. Fit-18 ta’ Dicembru 1902 kien imiss lill-Gvernatur Lord Grenfell u bintu li jzuru Iiz-zewg skejjel Mostin. Kien hemm numru kbir ta’ mistednin distinti u hafna nies ohra li Ikoll attendew ghal programm imtella’ mit-tfal ta’ kant, rectar, u ginnastika ritmika akkumpanjati minn siltiet muzikali.88


Zjarat ohra minn persuni distinti saru per ezempju, fl-1905 meta l-Professur Napuljun Tagliaferro u martu qassmu l-premjijiet lill-istudenti ta’ l-iskola, u fl-1907 meta t-tqassim sar mill-General F.T.F. Storkes u martu. Ma’ dawn kien hemm ukoll il-Gvernatur Lord Metheun li zar l-iskola tas-subien fil-21 ta’ Frar 1916. Hu rrimarka li kien kuntent b’din l-iskola. Kompla li l-emigrazzjoni lejn postijiet bhal San Francisco u l-Awstralja tal-Punent kienet fethet ghajnejn il-genituri biex iheggu lil uliedhom jitghallmu l-Ingliz u xi sengha jekk xtaqu jirnexxu fil-futur. Spicca biex qal li ghalih din l-iskola kienet qed taghti edukazzjoni ta’ kalibru oghla minn skejjel ta’ livell medju f’Malta. Zjara ohra mill-istess gvernatur saret fl-1917.89


Fl-istess sena zar l-iskola l-Arcisqof ta’ Malta Dorn Maurus Caruana. Hu hass li l-istudenti subien tal-Mosta kellhom intelligenza medja oghla minn dik ta’ kull skola li kien zar. Konferma ta’ din l-impressjoni li kellu l-arcisqof halliha t-Tenent Gvernatur William Robertson li zar l-iskola fis-26 ta’ April 1918. Kellu kummenti tajbin fuq ix-xoghol ta’ l-istudenti u l-gherf li wrew fir-risposti, fuq id-dixxiplina u l-ordni, li hu ddeskriviha bhala eccellenti. Dwar l-iskola tal-bniet, Robertson ikkumenta li t-taghlim kien oghla minn tal-medja. Is-Sinjorina Whelan li kienet qed takkumpanjah rat ix-xoghol tal-bizzilla tat-tfal Mostin u stqarret li dawn l-istudenti kellhom talent kbir.90


Zjara ohra li saret lill-iskola tas-subien kienet dik ta’ l-ewwel ministru ta’ l-edukazzjoni taht gvern responsabbli fl-1921, Mons. Francesco Ferris. Kellu rimarki ta’ tifhir ghax-xoghol tajjeb li kienu qed jaghmlu l-kap u l-ghalliema. Ammira b’mod specjali l-indafa fl-iskola. Dwar l-iskola tal-bniet, Ferris qal li laqtuh il-harsa intelligenti u l-indafa ta’ l-istudenti u kompla li mid-domandi li ghamel lit-tfal ta’ l-oghla zewg klassijiet, innota kemm kienu Iventi fil-manjieri taghhom. Fahhar ukoll lill-kap ta’ l-iskola ghall-amministrazzjoni taghha.91


(p.212) Sadanittant bdew jizdiedu dawk li riedu jinkitbu u dan in-numru kompla zdied meta ghaddiet il-ligi ta’ edukazzjoni obbligatorja fl-1924. Is-sular addizzjonali beda jinbena fl-1931 u sakemm jitlesta t-tfal li ma kellhomx fejn jitghallmu tpoggew fi djar ohra privati li gew mikrija mill-Gvern ghal dan l-iskop. Is-sular dam xi ftit ma tlesta. Waqt li kien ghaddej ix-xoghol tal-bini gie mdahhal ukoll id-dawl elettriku fis-sular l-antik (t’isfel). Is-subien bdew igawdu minn dan is-servizz fl-1931 u l-bniet sena wara.92 Matul it-Tieni Gwerra Dinjija mbaghad l-iskola ttiehdet biex taqdi necessitajiet li nholqu b’din is-sitwazzjoni gdida u t-tfal gew imqassma f’binjiet ohra sakemm bdew jirritomaw fil-bini principali fl-1943.93


Ma l-iskola primarja tal-Mosta hemm ukoll marbuta l-istorja tal-librerija pubblika tal-Mosta. Meta f’Awissu ta’ l-1932 infethu l-ewwel seba’ libreriji ta’ l-irhula, il-Mosta kienet fost dawn l-ewwel seba’. Id-direttur ta’ l-iskejjel elementari offra klassi mill-iskola tal-Mosta biex jitpoggew l-ewwel kotba li fornew din il-librerija. Kien hemm b’kollox 52 kiteb u 19-il perjodiku ghall-uzu mill-pubbiku. Fi ftit xhur sa Marzu 1923 il-kotba kienu telghu ghal 247. Bejn meta fethet fid-19 ta’ Awissu 1922 u Marzu 1923 is-self kien lahaq 733 ktieb biex b’hekk il-Mostin kienu kklassifikaw fit-tielet post f’dak l-ewwel perjodu mis-seba’ libreriji miftuha. Il-progress baqa’ mantnut matul is-snin. Kien f’Novembru 1988 li din il-librerija marret fl-iskola tas-snajja’ li kien hemm f’tarf il-Mosta msejha Albert V. Laferla (dik lil illum hi l-iskola sekondarja tal-bniet ‘Lily of the Valley’). Dan gara ghax il-primarja giet bzonn il-kamra uzata bhala librerija. Billi jidher li l-Mostin hassewha difficli biex imorru sikwit fil-post il-gdid minhabba t-tul tat-triq, il-librerija damet biss hawnhekk sentejn. Ghalhekk garret ghal gewwa kamra zghira fic-Centru Civiku tal-Mosta. Il-konkorrenza tant zdiedet li fl-1992 minn fergha saret librerija regjonali u bdiet tiftah kuljum mit-Tnejn sas-Sibt. Bil-hidma tal-Kunsill Lokali tal-Mosta ttiehed ufficcju fit-tieni sular tac-Centru Civiku li qabel kien jintuza mill-pulizija u l-librerija giet trasferita hemm. Giet inawgurata fl-4 ta’ April 2000.94 Din il-librerija giet imsemmija ufficjalment Librerija Dun Karm Schembri nhar it-18 ta’ Gunju 2001.95


It-Tieni Gwerra Dinjija


Il-monument fil-Mosta li jfakkar il-vittmi tal-gwerer.Il-mitjar f’Ta’ Vnezja bil-knisja fl-isfond li kien jintuza mill-qawwiet ta’ l-ajru Inglizi kien maghruf bhala Ta’ Qali u kien vicin hafna tal-Mosta – ir-rahal kien sikwit jintlaqat bil-bombi meta l-ghadu kien jigi jattakka dan il-mitjar. Ritratt tal-1943.

Il-monument fil-Mosta li jfakkar il-vittmi tal-gwerer.(p.213) Il-badge tar-Royal Air Force ta' Ta' Qali.

(p.213) Bhal bicca l-kbira ta’ l-ibliet u l-irhula Maltin, is-snin tat-Tieni Gwerra Dinjija kienu difficli ghall-Mosta wkoll. Kienu snin fejn il-Mostin u dawk li marru bhala refugjati sabu li l-bombi, il-guh u t-tbatija laqtuhom bhal ma laqtu lil huthom il-Maltin bnadi ohra. Il-Mosta kienet ukoll fil-mira ta’ l-ghadu ghax kienet vicin hafna l-mitjar ta’ Ta’ Qali li kien stallazzjoni militari ta’ importanza kbira waqt is-snin tal-gwerra.


Meta l-possibilita ta’ gwerra fl-Ewropa bdiet issir aktar cara, l-awtoritajiet f’Malta bdew jahsbu b’aktar impenn biex jippreparaw il-gzejjer Maltin ghal din ir-realta gdida. Twaqqfu ghalhekk kumitati distrettwali. Il-Mosta, li kienet taghmel mad-Distrett tat-Tramuntana, kellha wkoll kumitat distrettwali.96 Il-Kumitat Distrettwali tal-Mosta fl-1940 kien kompost minn disa’ membri. Dawn kienu: l-Arcipriet Dun Girgor Borg bhala cermen; l-Avukat O. Gollcher, protection officer, P. Sammut, segretarju onorarju; it-Tabib V. Briffa, ufficjal mediku distrettwali; il-Perit A. Mifsud Ellul; C. Mifsud; G.M. Camilleri Borg; N. Abela u J. Galea. Dan il-kumitat ha hsieb problemi lokali konnessi ma’ l-Air Raid Precautions u sitwazzjonijiet ohra mahluqa bil-gwerra, bhal ma kienu t-talbiet ghall-ghajnuna u li dan l-kumitat kellu d-dover li jivverifika.97


Il-gwerra ma ggibx biss maghha nies imwegga,’ imma kienet thalli wkoll hafna bini mwaqqa’. Ghalhekk kien previst li kwantita ta’ nies kienu se jitilqu biex jabitaw u jfittxu x’imkien anqas perikoluz. Dawk li jitilfu darhom kienu se jfittxu x’imkien iehor fejn joqoghdu f’xi parti ohra ta’ Malta jew imorru lejn Ghawdex. Biex dawn ir-refugjati jkollhom xi forma ta’ kenn, l-awtoritajiet kellhom isibu mezz kif jipprovdulhom xi post alternattiv. Bi gwerra imminenti mhux biss l-awtoritajiet civili izda wkoll dawk ekklezjastici hadmu biex jghinu lil dawn l-imsejkna. Il-Knisja Kattolika f’Malta poggiet ghad-dispozizzjoni tal-gvern xi bini minn taghha ghall-uzu ta’ nies bla dar. Harget lista ta’ postijiet li c-cwievet taghhom kienu jinsabu ghand il-kappillan ta’ kull lokalita partikulari. Kien hemm eccezzjoni wahda, jigifieri li l-knisja parrokkjali ta’ kull parrocca kellha tithalla barra mil-lista ta’ bini pprovdut u dan biex jithalla post fejn in-nies setghu jibqghu (p.214) jipprattikaw ir-religjon taghhom. Fil-Mosta il-Knisja offriet disa’ postijiet bejn knejjes, kappelli u bini iehor. Kull post kellu kalkolu ta’ kemm jesa’ nies bil-wieqfa. Il-postijiet kienu l-kappelli Ta’ Wejda (40 ruh), San Anard (50 ruh). San Anton Abbati, Ta’ l-lsperanza, u San Silvestru (80 ruh kull wahda), Tal-Kuncizzjoni u Santa Margerita (50 ruh kull wahda). Kien hemm ukoll l-oratorji tas-subien u tal-bniet (10 kmamar kull wiehed).98 Ma’ dawn, l-awtoritajiet civili wkoll krew postijiet ohra fil-Mosta biex jakkomodaw lil dawk bla dar.


Il-monument fil-Mosta li jfakkar il-vittmi tal-gwerer.(p.216) Il-monument li jfakkar it-tbatija li ghaddew minnha l-Mostin specjalment matul it-Tieni Gwerra Dinjija – il-Monument lill-Qalbiena Mostin (fuq) u l-ismijiet tal-vittmi ta’ din il-gwerra qerrieda (isfel).

Il-monument fil-Mosta li jfakkar il-vittmi tal-gwerer.(p.213) Kmajra fix-xelter tal-pjazza li turi l-ambjent li kienu jghixu fih il-Mostin matul it-Tieni Gwerra Dinjija (fuq ix-xellug kif kienet qabel giet irrangata fil-forma kif tidher fuq il-lemin).

Decizjoni ohra li ttiehdet biex nies fil-bzonn waqt il-gwerra jkunu mghejjuna ahjar, kienet li Malta nqasmet f’regjuni u kull wiehed minn dawn tpogga taht regional protection officer. Il-Mosta kienet taghmel parti mir-Regjun tat-Tramuntana.


Ix-xoghol tal-protection officer kien jinkludi l-ghajnuna lil dawk li jitilfu darhom biex tinstabilhom akkomodazzjoni alternattiva, il-hrug ta’ permessi ghal bzonnijiet partikulari bhat-thaffir ta’ kmamar fix-xeltrijiet, u harsien tal-popolazzjoni tar-regjun biex din ikollha l-bzonnijiet bazici ta’ ikel u hwejjeg.99 Kull regional protection officer kellu ufficcju u numru ta’ nies biex jghinuh fil-koordinament ta’ dawn il-bzonnijiet u ohrajn. Imbaghad kien hemm ufficcju iehor f’kull wiehed mic-centri li kienu jaghmlu parti mir-regjun. Ghalhekk, fir-Regjun tat-Tramuntana, kien hemm ufficcji fil-Mosta, in-Naxxar, Hal Gharghur, l-lmgarr, il-Mellieha u f’San Pawl il-Bahar.100


Ir-Regjun tat-Tramuntana, li l-Mosta kienet taghmel parti minnu, biddel l-istruttura tieghu kemm-il darba matul is-snin tal-gwerra. Bejn Gunju 1940 u t-30 ta’ Jannar 1941 kien iffurmat minn Hal Gharghur, il-Mellieha, il-Mosta, l-Imgarr, in-Naxxar u San Pawl il-Bahar. Mil-31 ta’ Jannar 1941 sal-31 ta’ Lulju 1942 zdiditlu mieghu Kemmuna, biex imbaghad mill-1 ta’ Awissu 1942 regghet tnaqqset Kemmuna.101


Jidher li l-Mosta ma kinitx ikkunsidrata bhala zona ‘perikoluza’ ghax tpoggiet taht protection officer (PO) go regjun taht regional protection officer (RPO). Iz-zoni kkunsidrati perikoluzi kienu jaqghu taht district commissioners jew assistant district commissioners. Dawn il-kummissarji saru kollha RPO jew PO mill-1 ta’ Awissu 1942.102 Iz-zoni li kellhom district commissioner kienu hamsa: il-Kottonera, il-Hamrun, il-Marsa, Tas-Sliema, u l-Belt Valletta.103


L-ewwel RPO tar-Regjun tat-Tramuntana kien l-Imhallef Harding. Dan okkupa l-poziizzjoni bejn is-17 ta’ Gunju 1940 u l-21 ta’ Jannar 1941. Warajh lahaq il-Markiz Barbara di San Giorgio. Il-PO ghall-Mosta kien l-Avukat O.F. Gollcher li ha l-pozizzjoni f’Gunju 1940.104


Ir-RPO tar-Regjun tat-Tramuntana kellu l-ufficcju tieghu f’numru 325B, Triq San Pawl, San Pawl il-Bahar. Kellu jghinuh staff ta’ erbgha min-nies. Is-segretarju tar-Regional Relief Committee kien Paul V. Galea.105 L-ufficcju tal-PO tal-Mosta kien jinsab f’Mustina,’ Triq il-Kostituzzjoni.106


Il-monument fil-Mosta li jfakkar il-vittmi tal-gwerer.(p.218) Ritratt li ghal zmien twil kien maghdud erronjament li juri t-tim militari li gie biex inehhi l-bomba li nifdet il-koppla tal-Mosta fl-1942 - ara link ghall-ispjega.

Fl-10 ta’ Mejju 1940 gie wkoll imwaqqaf korp gdid biex jghin lill-Pulizija ta’ Malta. Kien maghruf bhala Special Constabulary. Persuni minn kull belt u rahal gew ingaggati f’dan il-korp li kien maghruf fil-qasir bhala ‘Specials.’ Kellu l-ufficjali tieghu li kienu b’kollox 53 spettur, il-bicca l-kbira gejjin mid-Dipartiment ta’ L-Edukazzjoni u kienu kapijiet ta’ skejjel.107 Mill-Mosta kien hemm tliet spetturi - Nazzareno Abela, Salvatore Gatt u Joseph Sciberras.108


Korp importanti iehor kien l-Air Raid Precautions (ARP). Kien hemm Centru ta’ l-ARP kwazi f’kull zona jew distrett ta’ Malta. Kull wiehed minn dawn ic-centri kien responsabbli mill-ibliet u l-irhula u art ohra li taqa’ taht il-kontroll tieghu. Kien hawn 18-il centru ta’ l-ARP fil-gzira ta’ Malta, u Ghawdex kellu l-ARP tieghu wkoll. Il-Mosta kienet wahda mic-centri ta’ l-ARP.109


Ic-Centru tal-Mosta kien taht il-kmand ta’ supretendent ta’ l-ARP. Ghalhekk il-Mosta kienet tikkoordina erba’ skwadri ta’ l-ARP, kull wahda maghmula minn surgent u tmienja min-nies. Fuq l-erba’ skwadri flimkien kellek surgent maggur, u kulhadd taht is-supretendent. Dan it-tim kien jiehu hsieb ir-Regjun tat-Tramuntana li kien jikkonsisti fil-Mosta, in-Naxxar, Hal Gharghur, San Pawl il-Bahar, l-lmgarr, il-Mellieha u l-art kollha tal-madwar.110


Grupp tal-Air Raid Precautions tal-Mosta.(p.215) Il-grupp tal-Mosta tal-Air Raid Precautions li kien stazzjonat fl-iskola primarja.

Uhud li kienu jiffurmaw l-ARP tal-Mosta.(p.217) Skwadra ta’ l-ARP mic-Centru tal-Mosta - mix-xellug: is-Surgent Spiteri, u l-Privates Tonna, Chetcuti, Fenech, Micallef u Muscat.

Mit-twaqqif tac-Centru sal-bidu ta’ l-1942 is-supretendent kien Joseph Galea. Imbaghad (p.215) mis-17 ta’ Frar 1942 gie appuntat minfloku Anthony Woods li kien diga serva fiz-Zurrieq u fil-Belt Valletta.111 Wara s-supretendent, fl-ordni tal-kmand, kien hemm surgent maggur. Sa Awissu 1940 jidher li dan kien Carmelo Meli, li meta rrezenja gie sostitut minn Joseph Fenech mill-Mosta b’effett mis-26 ta’ Awissu 1940.112 Warajh, mhux aktar tard mill-bidu ta’ l-1942 kien hemm is-Surgent Maggur Scalpello.113


Fost l-istaff ta’ l-ARP kien hemm numru ta’ ghalliema mill-Mosta. Skond is-Supretendent Joseph Galea tac-Centru tal-Mosta, dawn l-ghalliema offrew l-ghajnuna taghhom. Galea assenjalhom xoghol ta’ l-ewwel ghajnuna.114


Ma’ l-ARP hadmu numru konsiderevoli ta’ nies inkluz xi zghazagh. Insemmu liz-zewg boy scouts Mostin Charles J. Vella u Amadeo Fenech li ta’ 14-il sena kienu jaghmlu xoghol ta’ operaturi tat-telefon fic-Centru tal-Mosta fi zmien is-Supretendent Woods.115


L-ARP tac-Centru fil-Mosta kienu joperaw mill-iskola primarja tal-Gvern fi Triq Grognet. Din l-iskola116 kienet tintuza bhala post ta’ dekontaminazzjoni u l-ewwel ghajnuna, fost funzjonijiet ohra.117 Il-bini ta’ l-iskola kellu jittiehed fil-bidu tal-gwerra u gie mqassam f’sezzjonijiet biex jaqdi bzonnijiet medici u klinici li setghu jinqalghu matul l-attakki u l-konsegwenzi taghhom.


L-iskola tal-Mosta baqghet tintuza bhala Centru ta’ l-ARP sat-30 ta’ Settembru 1943. Wara din id-data regghet ittiehdet ghall-uzu originali taghha. Inzammu biss temporanjament zewgt ikmamar biex jitpogga xi taghmir fihom. Sadattant, in-nies ta’ l-ARP gew provduti b’post altemattiv f’dar privata.118


Fl-10 ta’ Gunju 1940 Malta dahlet ufficjalment fit-Tieni Gwerra Dinjija, wara li l-ltalja kienet iddikjarat gwerra fuq l-lngilterra. L-ewwel attakk fuq Malta sar fil-11 ta’ Gunju u mietu l-ewwel Maltin.119


(p.217) L-ewwel attakk mill-ajru fuq il-Mosta sar il-Hadd, 16 ta’ Gunju fis-2.55 ta’ wara nofsinhar. Skond rapport ufficjali ta’ l-ARP tal-Mosta, bomba High Explosive (HE) waqghet fiz-zona tal-grawnd tal-futbol fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Il-wajer ta’ l-elettriku gie maqtugh izda ma kienx hemm vittmi. F’dan l-istess attakk gie bbumbardjat ukoll Ta’ Qali, bil-mitjar u l-gibjuni f’Ta’ Vnezja. Intefghu erba’ bombi HE li laqtu numru ta’ djar fi Triq San Silvestru vicin l-imtiehen tar-rih. Ma kienx hemm imwiet imma persuna wahda sofriet kommozzjoni celebrali u giet salvata tarbija ta’ seba’ xhur minn wahda mid-djar milquta. Il-gvernatur li kien qed jaghmel zjara fil-Mosta mar ukoll fiz-zona msemmija.120 Fil-fatt il-General Dobbie kien fuq zjara lic-Centri tal-Malta Volunteer Defence Force u l-Mosta kellha I wiehed minnhom.121


Lapida max-xelter ta' Triq Gafa fejn saret it-tragedja fi zmien il-gwerra.(p.220) Il-lapida li tfakkar l-akbar tragedja ta’ xelter fil-Mosta - dik ta’ Triq Gafa.

Fil-21 ta’ Marzu 1942 fis-2.37 p.m. sar attakk I mill-ajru b’numru ta’ direct hits. Kienu ntlaqtu djar fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Fi Triq Cassar intlaqtu djar ohra. L-aghar li marret kienet Triq Gafa ghax barra li ntlaqtu d-djar intlaqat ukoll ix-xelter li kien jinsab f’din it-triq. L-ARP irrappurtaw 68 midruba u 27 mejta.122 Ix-xelter ta’ Triq Gafa ma setghax jehlisha ghax laqtuh zewg bombi li splodew wahda fil-bokka ta’ naha u l-ohra fil-bokka tan-naha l-ohra. Hekk in-nies ta’ gewwa ma setghu johorgu minn imkien.123 Dan kien l-aghar attakk fuq Malta minn meta l-qawwa ta’ l-ajru Germaniza kienet bdiet tuza l-bazijiet fi Sqallija f’Dicembru 1941. F’dak il-jum ta’ Marzu kien hemm attakki kontinwi matul il-gurnata mill-ajruplani Germanizi f’formazzjonijiet ta’ bejn 50 u 75 ajruplan.124


Ghall-Mosta, minbarra l-attakk tal-21 ta’ Marzu 1942, li kien halla tant vittmi, kien hemm jum iehor li baqa’ wkoll imnizzel b’mod specjali fl-istorja ta’ dawn is-snin. Kien id-9 ta’ April 1942 meta ntlaqtet ir-Rotunda tal-Mosta. Fil-knisja f’dak il-hin ta’ l-attakk kien hemm mat-300 ruh. Hadd ma gralu xejn.125 U f’dan l-attakk mhux bomba wahda laqtet jew nizlet vicin il-knisja parrokkjali, izda diversi. Il-hsara li saret kienet minima ghalkemm il-koppla kienet giet minfuda minn wahda minn dawn il-bombi.126 Il-hsara setghet kienet hafna akbar bhal ma kien gralhom knejjes ohra f’Malta li ntalqtu mill-bombi ta’ l-ghadu. Fil-Mosta kien hemm numru ta’ kappelli li gratilhom hsara bil-bombi. Dik tal-Kuncizzjoni (Ta’ Durumblat) li kienet tinsab vicin sew tal-mitjar ta’ Ta’ Qali ggarrfet ghal kollox u regghet inbniet meta spiccat il-gwerra. Dik tal-Vizitazzjoni tal-Vergni Marija (Ta’ Wejda) ukoll sofriet hsara u giet irrangata meta l-gwerra fuq Malta kienet ghodda spiccat.127


Ir-Rotunda fil-gwerra bil-blast walls quddiem il-bibien.(p.219) Ir-Rotunda fis-snin tal-gwerra – jidhru t-tliet blast walls, wiehed quddiem kull bieb tal-knisja.

Minhabba l-attakki qliel li diversi partijiet ta’ Malta kienu qeghdin isofru, hafna nies li kienu jghixu f’dawn il-postijiet milquta ddecidew li jerhula lejn zoni ta’ inqas periklu. Hafna Maltin, specjalment miz-zona tal-Port il-Kbir, irhewla lejn it-tramuntana ta’ Malta, u lokalita li kienet popolari ma’ dawn ir-refugjati kienet il-Mosta. Mhux facli tifhem ir-raguni, ghax il-Mosta kienet qrib il-mitjar ta’ Ta’ Qali u l-Fortizza tal-Mosta u ghalhekk kienet fil-mira ta’ l-ghadu. Madankollu nafu minn statistika li kienet tinzamm li n-numru ta’ nies fil-Mosta kiber gmielu. Barra r-residenti, kien hemm numru sostanzjali ta’ Maltin ohra li ghaddew il-gwerra fil-Mosta. Skond censiment tal-popolazzjoni ta’ l-20 ta’ Awissu 1942, fil-Mosta kien hemm 6,266 resident tal-post u 1,104 refugjati, ghal total ta’ 7,370.128 Sa Jannar 1943 ir-refugjati kienu naqsu bi ftit u anki n-nies tal-post. Kien ghadu zmien ta’ bumbardamenti. Madankollu fl-1943 il-gwerra bdiet tnaqqas mill-intensita taghha fuq Malta, u aktar u aktar matul l-1944. Ghalhekk il-popolazzjoni fil-Mosta rejjghet bdiet gejja ghan-normal. Ir-refugjati bdew jonqsu u r-residenti stabilizzaw fin-numru.129


L-iskarsezza ta’ l-ikel, specjalment fl-eqqel snin tal-gwerra, dehret cara ghax anki l-aktar ikel baziku bhall-hobz, kien jinghata bir-razzjon, u l-kwantita ghal kull persuna kienet ta’ kwart u nofs (300 gramma), ammont baxx hafna anki biex taqta’ l-guh, ahseb u ara biex tmantni ruhek. Il-gvern kien irrazzjona numru ta’ prodotti bhal ma kien il-corned beef, il-halib tal-bott, it-te, u l-gallettini, fost hafna prodotti ohra. Dawn kienu bir-razzjon ghal kulhadd. Anki l-ARP kienu jaqghu taht din ir-regola.130 Oggetti bir-razzjon kienu jistghu jinkisbu minn hwienet tal-merca awtorizzati u min-NAAFI. Skond ir-Rationing (Registration) Regulations, 1942, il-familji kellhom jirregistraw ma’ hanut tal-merca biex minn hemm jixtru l-prodotti razzjonati. Kellhom ktieb tar-razzjon bil-kupuni li kienu jiswew skond kif il-gvern jiddeciedi fuq kull kaz.131 Statistika ufficjali taghti n-numru ta’ persuni registrati ma’ dawn il-postijiet li jbieghu oggetti bir-razzjon u li tinkludi nies li kienu jghixu f’istituti, monasteri u skejjel (boarding). Fil-perjodu mill-21 sat-30 ta’ Novembru 1942, fil-Mosta kien hemm 1,903 familji jew 7,162 ruh ikkonsidrati bhala ‘buying population’.132 Fil-perjodu bejn is-6 u l-15 ta’ Lulju (p.219) 1943, fil-Mosta dawn naqsu ghal 1,878 familja jew 6,867 persuna.133 In-numru tal-hwienet tal-merca li kienu jbieghu oggetti bir-razzjon fil-Mosta kien ta’ 32.134


Irgiel Mostin u ohrajn li kienu jahdmu l-fortizza tal-Mosta.(p.219) Irgiel Mostin flimkien ma’ ohrajn li kienu jahdmu fil-Fortizza tal-Mosta li kienet centru tal-manutenzjoni – ritratt ta’ c. 1942.

Barra l-hwienet b’ikel razzjonat, kienu twaqqfu wkoll il-Victory Kitchens organizzatti mill-Communal Feeding Department. Dawn il-kcejjen kienu jsajru ikla wahda kuljum ghal-nofsinhar jew fil-ghaxija u fihom kien jithejja ikel bhal minestra, ghagin, hut u laham.135 Dawn baqghu jahdmu sakemm dahlet fis-sehh is-sistema tar-razzjon u l-ammont ta’ ikel u fuel f’Malta kien sar anqas skars.136 Anki fil-Mosta kien hemm numru ta’ Victory Kitchens u jidher li kien hemm kcejjen fi Triq it-Torri, fi Triq il-Gnejna u fi Triq il-Kungress Ewkaristiku.137 Jidher li fi Triq it-Torri kien hemm aktar minn Victory Kitchen wahda.138


U f’din il-krizi ta’ l-ikel kienet haga important li kulhadd jaghmel li jista’ biex tikber il-produzzjoni agrikola. Il-gvern nieda progett imsejjah ‘Dig for Victory’ billi nfethu centri li jheggu t-tkabbir ta’ aktar prodotti tar-raba’. Fil-Mosta, li kienet zona rurali u agrikola, l-inkarigat kien Emanuel Bajada u kien ibbazat fi Triq il-Kostituzzjoni.139 Il-Mosta, flimkien mas-Siggiewi, kienu meqjusa bhala centri ewlenin ta’ gbir ta’ qamh. Dan ic-cereali kien jingabar mill-inhawi ta’ madwar il-Mosta fejn l-ghelieqi kienu l-element principali tal-pajsagg ta’ l-erja kollha.140


Il-Mosta daqet mit-tbatija tal-gwerra.141 Ta’ dan m’hemmx dubju. Barra d-distruzzjoni (p.220) tal-proprjeta, it-tharbit tal-hajja ta’ kuljum, il-biza’ u t- taqtigh il-qalb, il-Mosta rat ukoll hafna minn uliedha mwegga’ u sahansitra maqtula. Ghal dawn ta’ l-ahhar inhass li jkun xieraq li jitwaqqaf mafkar biex isimhom jibqa’ mfakkar. Dan il-munument ifakkar il-vittmi kollha Mostin ta’ kull konflitt izda l-akbar numru ta’ vittmi hu dak ta’ zmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-Monument ghall-Qalbiena Mostin gie mikxuf mill-President ta’ Malta Censu Tabone nhar l-1 ta’ Novembru 1992 u hu xoghol ta’ l-iskultur Mosti Ganni Bonnici.


Hekk zmien il-gwerra fil-Mosta ma jintesa qatt.


Barbara Louis Chetcuti John Mary Gauci Jimmy St. John Nazzareno
Barbieri Mary Cuschieri John Mary Gauci Mary Scerri Salvina
Bartolo Carmelo Cuschieri Teresa Gauci Vincent Schembri Grezzju
Bartolo Joseph Degiorgio Anthony Grech Emanueal Schembri Joseph
Bezzina Albino Degiorgio Carmela Grech Joseph Schembri Horatio
Bezzina Francis Degiorgio Mary Grech Mary Sciberras John
Bezzina Carmel Deguara Joseph Grech Rosemary Spiteri John
Bonanno Matthew Dimech Saviour Haig Jessie Tabone Pina
Bonanno Paul Dougall Giorgina Mangion James Tabone Lawrence
Borg Doris Fabri John Micallef Catherine Tonna Elia
Borg Emanuel Falzon Pacifico Micallef Domenica Tonna Joseph
Borg Mary Fenech Carmela Micallef Peter Tonna Joseph
Borg Vincent Fenech John Micallef Rita Tonna Santu
Bugeja Carmel Fenech John Mary Mifsud Carmel Vella Batholomeo
Bugeja Carmelo Fenech John Mary Mifsud Concetta Vella Carmel
Bugeja Ives Fenech Joseph Mifsud Rev. Joseph Vella Evangelista
Bugeja Joseph Frendo Giovanna Mifsud Ellul Annetto Vella Joseph
Bugeja Mary Galea Grazio Montanaro Alfred Vella Joseph
Bugeja Marianne Galea John Montanaro John Vella Paul
Buhagiar Joseph Galea Saver Montanaro Mary Vella Sebastian
Calleja Luigi Galea Saverina Muscat Carmel Vincenti Edwige
Camilleri Emanuel Galea Saviour Pizzuto Marietta Vincenti John
Camilleri Gerald Galea Vitorin Riolo Assunta Xuereb Therese
Caruana John Gatt Edwin Riolo Francesca Zammit George
Cassar Carmela Gatt Francis Sant Paul Zammit Saviour
Cauchi John Mary Gatt Joseph St. John Alfred Zammit Vincent
Chetcuti Francis Gatt Kalang St. John Olga Zarb Jane

Noti u Riferenzi

    Xarabank tal-Mosta kif kienet tkun mizbugha fuq lewn kannella.(p.209) Il-karrozza tal-linja tal-Mosta bil-kulur kannella bil-faxx kanella skur, qabel ma nbidlu l-kuluri fl-1973.
  1. (p.221) A.V. Laferla, British Malta, ii (Malta, 1947), 163-4.
  2. A.G. Clare, ‘Features of an Island Economy,’ V. Mallia Milanes (ed.), The British Colonial Experience: The impact on Maltese society (Malta, 1988), 152.
  3. L.E. Attard, Early Maltese Emigration (1900-1914) (Malta, 1983), 31-3.
  4. Ibid., 34.
  5. P.P. Borg, Snajja’ u Xoghol il-Maltin, i (Malta, 2000), 254-5.
  6. C. Baretta u L. Schembri, From Humble Beginnings: Mackay Maltese pioneers 1883-1940 (Mackay, Queensland, 2001), 267, imma ara matul il-ktieb ghal ezempji ohra.
  7. Ibid., 248-9
  8. Attard, 51.
  9. Ara dwar il-Banda f’dan iz-zmien, G. Bonnici, 125 sena mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta 1871-1996 (Malta, 1996), 10-1; S. Dimech, ‘Zminijiet ta’ sfida ghas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard,’ M.D. Schembri (ed.), Mustensia, i (Malta, 2002), 22-6.
  10. J.A. Mizzi, Gallipoli: The Malta connection (Malta, 1991), 103.
  11. G.A. Grech, ‘ll-bidu u l-ewwel zminijiet tas-Socjeta Filarmonika Santa Marija tal-Mosta,’ G. Cassar (ed ), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 8.
  12. C. Vella, ‘ll-bidu ta’ l-lscouts fil-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2002 (Malta, 2002), 49.
  13. E.B. Vella et al., Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972/1986), Zieda XV, 506.
  14. Dawn il-petizzjonjiet jinsabu fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Malta, r-Rabat.
  15. P. Cassar, ‘Petizzjonjiet ta’ Mostin madwar il-bidu tas-seklu ghoxrin,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2004 (Malta, 2004), 71-2.
  16. Ibid., 74.
  17. J.V. Sammut, ‘L-Erba’ Hwienet,’ G. Cassar, M.D. Schembri u A. Spiteri (ed.), Il-kelma li tmantni r-ruh: Antologija ta’ kitbiet minn awturi Mostin (Malta, 2004), 115, 117.
  18. P. Cassar, 74.
  19. Ibid.
  20. Sammut, 117.
  21. Ghal taghrif dettaljat fuq il-Kungress kollu ara, J. Bonnici u M. Cassar, Tifkira tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali Malta 1913 (Malta, 1988).
  22. F. Azzopardi, ‘L-XXIV Cungress Eucaristiku Internazionali f’Malta,’ (Malta, 1913), 28-33.
  23. R. Cauchi, ‘L-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali f’Malta,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Marija 2002 - Mosta (Malta. 2002), 58.
  24. Ara, per ezempju, L. Farrugia, Ricordo del XXIV Congresso Eucaristico Intemazionale (Malta, 1914); Azzopardi, imsemmi diga.
  25. Barra mill-gurnali ta’ Malta, irrappurtaw dwar dan il-Pontifikal il-gazzetti barranin La Croix (April 1913), Catholic Times (9 ta’ Mejju 1913), u The Tablet (10 ta’ Mejju 1913).
  26. W.L. Zammit, Impenn ghan-nazzjon: Il-politici f’Birkirkara (Malta. 2000), 21.
  27. J.G.M. Borg, ‘Grajja mill-kbar nett ghall-Mosta u l-knisja taghha: il-Kungress Ewkaristiku ta’ l-1913,’ G Cassar, M.D. Schembri u A. Spiteri (ed.), Il-kelma li tmantni r-ruh Antologija ta’ kitbiet minn awturi Mostin (Malta. 2004), 22.
  28. Bonnici, passim.
  29. (p.222) Grech, 3-4.
  30. J.J. Camilleri, ‘Is-Socjeta Santa Marija: minn Kazin ghal Socjeta Filarmonika,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Musts (Malta. 2005), 13; Bonnici, 9.
  31. Grech, 8-10.
  32. Camilleri, 14.
  33. Ibid., 19-20.
  34. Ara aktar dwar is-Sezzjoni Piroteknika fil-kitba ta’ J.J. Camilleri u G. Cassar, ‘Mitt sena ta’ hidma: Is-Socjeta Filarmonika Santa Marija - A.D. 1905,’ G. Cassar (ed.). Il-Ghid ta’ l-Assunta - Lilek Marija: Oratorju (Malta. 2005), 7.
  35. E.B. Vella et al., Zieda XV. 253.
  36. G. Cassar, ‘Mostin li ghamlu isem: l-lmghallem Salvu Zahra (1874-1960),’ Il-Mosta, ii/1 (Malta, 2006), 18.
  37. Ara, Il-Mosta, Nri 52. 53, 61, 62.
  38. Ara, Il-Mosta, Nru 54.
  39. C. Vella, Il-Mosta, Nri 47. 49, 51.
  40. Ara l-gazzetta Malta (18.x.1928).
  41. Ara, Il-Mosta, Nru 56.
  42. Ghal aktar taghrif ara, http://www.mostafc.com/ (website m’ghadix online)
  43. E.B. Vella et al., 259.
  44. F. Mangion, ‘Xirka ta’ l-lsem Imqaddes t’Alla,’ E.B. Vella et al., 306.
  45. F. Mangion, ‘L-Azzjoni Kattolika - erba’ frieghi,’ E.B. Vella et al., 309-12.
  46. E.B. Vella et al., 320.
  47. H. Frendo, Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese experience (Malta, 1991), 189.
  48. M.J. Schiavone, L-Elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja Fatti Cifri (Malta, 1992), 72.
  49. E.B. Vella et al., 555.
  50. Ghal aktar taghrif fuq Walter Salamone ara, M.J. Schiavone u L.J. Scerri, Maltese Biographies of the Twentieth Century (Malta, 1997), 484; J. Borg u J.A. Sant, It-Toroq tal-Mosta: Ismijiet u taghrif dwarhom (Malta, 1998), 129.
  51. F’dan id-distrett kien hemm ukoll l-lmdina, ir-Rabat, Had-Dingli, in-Naxxar, Hal Gharghur, Birkirkara, H’Attard, Hal Balzan, Hal Lija, l-lmgarr, San Pawl il-Bahar, il-Mellieha, iz-Zurrieq, il-Qrendi, Hal Safi, il-Marsa, Hal Qormi, HaZ-Zebbug, is-Siggiewi, Hal Tarxien, Hal Luqa, Paola, Haz-Zabbar, il-Kalkara, iz-Zejtun, il-Gudja, Hal Ghaxaq, Birzebbuga, Marsaxlokk, Hal Kirkop, l-lmqabba, u Ghawdex.
  52. E.B. Vella et al., 555-6; Schiavone. 62-3.
  53. E.B. Vella et al., 556-8.
  54. Ibid., 260.
  55. Ibid., 559-60.
  56. J.J. Vella, ‘Dr. Ruzar Mizzi: President tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard (1924-1932),’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta, Festa Santa Marija 2006 (Malta, 2006), 114-5.
  57. Schiavone, 145.
  58. F’dan id-distrett kien hemm ukoll H’Attard, Hal Balzan, Birkirkara, Had-Dingli, Hal Gharghur, il-Gzira, il-Hamrun, Hal Lija, il-Marsa, l-lmsida, il-Mellieha, l-lmgarr, l-lmdina, in-Naxxar, tal-Pieta, ir-Rabat, tas-Sliema, San Giljan, San Pawl il-Bahar, Santa Venera, Ghawdex u Kemmuna.
  59. Schiavone. 153-7.
  60. E.B. Vella et al., 561.
  61. Ibid., 562.
  62. Ghal taghrif fuq Anthony Schembri Adami, ara Kapitlu 15.
  63. G. Lanfranco, L-lstorja tat-Trasport f’Malta (Malta, 1999), 114-5.
  64. (p.223) C.B. Spiteri, Tifkiriet ta’ l-lmghoddi (Malta, 1989), 53.
  65. Ibid., 53-4.
  66. Lanfranco, 124.
  67. Lanfranco, 25.
  68. P.P. Borg, 255.
  69. Ibid., 264.
  70. Lanfanco, 74.
  71. Ara tabella tan-nollijiet fil-ktejjeb li kien hareg biex jghin lill-kungressisti li kienu hawn Malta ghall-Kungress Ewkaristiku. The Committee, XXIV International Eucharistic Congress - Malta 23-27 April, 1913: The Congressist’s Vademecum (Malta, 1913), 71.
  72. Taghrif moghti mis-Sinjuri Joseph Vella u Mario Riolo.
  73. H. Bowen-Jones, J.C. Dewdney u W.B. Fisher, Malta Background for Development (Durham, 1960), 175.
  74. Ara mappa, ibid., 174.
  75. P.P. Borg, ‘Guzeppi Grech - il-Paramount,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2000 (Malta, 2000), 48.
  76. Lanfranco, 146.
  77. E.B. Vella u ohrajn, 534.
  78. http://www.website.lineone.net/Calan_c_edwards/buscolour1.html (accessat fit-12.xii.2006).
  79. Ibid., Lanfranco, 147.
  80. G. Cassar, Il-Mosta il-bierah u llum: Kalendarju 2006 (Malta, 2006), Gunju.
  81. V.B. Caruana, ‘Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Marija 2003 (Malta, 2003), 220-1.
  82. G. Cassar, Grajja ta’ Skola: L-iskola primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (Malta, 1999), 29.
  83. Ibid., 42-4.
  84. Ibid., 56.
  85. G. Cassar, ‘L-lskola Primarja tas-Subien tal-Mosta: Xi waqtiet mill-hajja skolastika,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2000 (Malta, 2000), 68-9.
  86. Ibid., 69.
  87. Ibid.
  88. G. Cassar, ‘Kwart ta’ seklu ta’ zjarat lill-lskola Primarja tal-Mosta (1900-1925),’ G. Cassar, M D Schembri u A. Spiteri (ed.), Il-kelma li tmantni lir-ruh: Antologija ta’ kitbiet minn awturi Mostin (Malta, 2004), 55-6.
  89. Ibid., 56-7.
  90. Ibid., 58.
  91. Ibid., 60.
  92. G. Cassar (1999), 81-5.
  93. Ibid., 90-101.
  94. P. Borg, ‘L-lstorja tal-Librerija fil-Mosta,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 14 (Malta, 2000), 19.
  95. J.A. Sant, ‘Fil-Librerija Dun Karm Schembri Donazzjoni ta’ kotba minn qrabatu,’ Il-Kunsill Tieghek Lehen il-Kunsill tal-Mosta, 16 (Malta. 2001), 19.
  96. A(rkivju) N(azzjonali ta’) M(alta), L(ieutenant) G(overnor’s) 0(ffice) 890/1939, 8.iii.1939
  97. NAM, A(ir) R(aid) P(recautions) Bundle 15, n. 5, ARP 79/40. 23.x.1940.
  98. NAM, ARP Bundle 14, n 7. ARP 68/40. 20.v.1940, ‘Billeting.’
  99. A Zarb-Dimech, Mobilisation in Action A History of Civil Defence - Malta 1940-1943 (Malta, 2003), 108-12.
  100. ANM, ARP Bundle 14, ARP 77/40. Circular No 362.
  101. ANM, ARP Bundle 14, ARP 77/40, ‘Changes in the constitution of Protection Regions.’
  102. (p.224) Ibid.
  103. Zarb-Dimech, 109.
  104. ANM, ARP Bundle 14, n. 13. ARP 77/40. ‘Regional Protection Offices, etc. Refugees and Posts.’
  105. ANM, ARP Bundle 14, ARP 77/40. Circular No 362. Statement ‘A,’. ‘Staff Employed - Duties (i) Regional Protection Office (a) Office Staff, (b) Minor Employees.’
  106. ANM, ARP Bundle 14, ARP 77/40, Circular No 362, Statement ‘E,’ ‘(c) Offices & Official Residences.’
  107. Zarb-Dimech, 48. 50.
  108. ANM, ARP Bundle 15,n. 13. ARP 86/40. 24.vi.1940. ‘List of Inspectors of the Special Constabulary,’ vide, Malta Police, Police Order No. 263. 31.v.1940, ‘General Instructions to Special Constables,’ Appendix I, p. v.
  109. Zarb-Dimech, 56. 58, 59.
  110. E.B. Vella et al., 433.
  111. Ibid.
  112. ANM, ARP Bundle 13, n. 19, ARP 120/40, 28.viii.1940.
  113. ANM, ARP Bundle 41. n. 4, 5.i.1942.
  114. ANM, ARP Bundle 14, n. 4, 29.vi.1940.
  115. Taghrif moghti mis-Sur Charies J. Vella fis-26 ta’ Marzu 2005.
  116. Dwar l-iskola fis-snin tal-gwerra ara, G. Cassar (1999), 90-101.
  117. ANM, ARP Bundle 15. n. 13, ARP 86/40, 24.vi.1940, App. iii, p. vii, ‘ARP, Centres for Decontamination, First Aid, etc.’
  118. ANM, ARP Bundle 13, n. 5, ARP 49/40, ARP Dept. Quarterly Report 1st July 1943 – 30th September 1943, 3-4.
  119. M. Galea, Malta Diary of a War 1940-1945 (Malta. 1992), 2-4.
  120. ANM, ARP Bundle 41, ARP n. 2, pk 14, ‘Air-Raids on Mosta,’ 17.vi.1940.
  121. Galea, 9.
  122. ANM, ARP Bundle 41, ARP n. 2, pk 14, ‘Air-Raids on Mosta,’ 24.iii.1942.
  123. E.B. Vella u ohrajn, 416.
  124. Galea, 112-3.
  125. E.B. Vella et al. 422-3.
  126. A. Camilleri, Il-Hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda tal-Mosta (Malta, 1992), 26-51.
  127. E.B. Vella et al., 433; G. Cassar, Kappelli fil-Mosta: Katendarju 2004 (Malta, 2004), Marzu, Mejju.
  128. ANM, ARP Bundle 14, ARP 77/40, ‘Census of Population Northern Region,’ 20.viii.1942.
  129. Ibid., NAM, ARP Bundle 15, ‘Census of Population Northern Region.’
  130. ANM, ARP Bundle 19. n. 1, ‘Rationed Foodstuffs Monthly Returns,’ ez. 28.ii.1942, 1.ii.1943.
  131. Zarb-Dimech, 31.
  132. ANM, ARP Bundle 19, n. 3, ‘Statistics of Buying Population Period 21/30th Nov, 1942, Issue 22nd.
  133. Ibid., Period 6/15 July 1943, Issue 13th.
  134. ANM, ARP Bundle 19, n. 3, ‘Number of grocers selling rationed commodities,’ bla data.
  135. Galea, 178.
  136. Zarb-Dimech, 38, 40.
  137. E.B. Vella et al., 431
  138. ANM, ARP Bundle 41, n. 4, Hd Tr-A/D of E, 9.ix.1943.
  139. E.B. Vella et al., 432.
  140. Ibid.
  141. Ghal taghrif dettaljat fuq it-Tieni Gwerra Dinjija u kif din laqtet lill-Mosta ara, G. Cassar, ‘Rahal fi Gwerra: il-Mosta matul it-Tieni Gwerra Dinjija,’ G. Cassar (ed ), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 161-212.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. - Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).