The Mosta Archives Banner

L-imtiehen tat-thin fil-gzejjer Maltin

minn Clifford Vella


Dan il-ktieb interessantissimu fih informazzjoni dettaljata ta' kull mithna tat-thin tal-qamh li kien hawn u li ghad fadal gewwa l-gzejjer Maltin, komplut b'deskrizzjoniji tal-paritijiet tal-mithna u b'dak kollu li ghandu x'jaqsam mat-thin u l-qamh bhal fosos fejn kienu jahznuh, ecc., jinxtara mill-hwienet ewlenin, u li minnu qed ninkludi biss xi siltiet fejn tissemma l-Mosta, mill-edizzjoni ppublikata fl-2001 (kien hareg edizzjoni ohra wara).


Kelmtejn ta' Qabel


Il-ktieb ta' Clifford Vella fuq l-imtiehen li nsibu f'Malta u GhawdexIl-ktieb ta' Clifford Vella fuq l-imtiehen li nsibu f'Malta u Ghawdex.

(p.vi) L-istorja ta' Malta minn dejjem kont ninteressa ruhi fiha. Sa minn meta kont zghir, minkejja li ma avvanzajtx fl-istudji tieghi dwar l-istorja ta' Malta, jien xorta kont nifli bir-reqqa xi dettalji nteressanti. Jekk perezempju nghaddi minn quddiem xi struttura storika, dejjem bil-hsieb li nkun naf bejn wiehed u iehor meta din inbniet, jew min kien jghammar fiha. Barra minn hekk inhobb nosserva l-iskultura jew disinni li wiehed jista' jara ma' xi faccata ta' post storiku. Gieli tigini l-kurzita' ta' kif missirijietna kien jirnexxilhom jaghmlu dan ix-xoghol kollu bl-inqas mezzi possibbli.


Biex nigi ghas-suggett dwar il-kitba tieghi f'dan il-ktieb, wiehed isib f'pajjizna diversi strutturi ta' mtiehen tar-rih, dawk tat-thin tal-qamh. Pero' qabel niftah il-kitba tieghi dwar dawn l-imtiehen xtaqt naqsam l-esperjenza maghkom dwar x'wassal biex naghmel ricerka dwar l-imtiehen. L-istorja bdiet f’Jannar tal-2007, meta kont qed nippassigga hdejn il-Mithna ta' Kola gewwa x- Xaghra, Ghawdex. Kif diga' semmejt qabel, meta jien nara xi struttura antika tigini l-kurzita' li jekk jista' jkun nidhol fiha, jekk dejjem ikun possibbli. Naturalment, waqt li kont ghaddej minn hdejha din kienet miftuha u jien htaft l-okkazjoni biex naraha minn gewwa. Hekk kif dhalt, tista' tghid li flejt kull dettal li kien fiha u qrajt kull informazzjoni li kien hemm miktuba. Hekk kif kont hiereg, hdejn il-bieb kien hemm persuna nkarigata mill-post u tlabtha fuljett dwar l-istorja ta' din il-mithna partikolari.


Meta mort id-dar u qrajt dan il-fuljett, tant interessajt ruhi li ddecidejt li nibda nigbor xi taghrif dwar imtiehen ohra li jinsabu f'pajjizna. Sa hawnhekk ma kelli ebda ntenzjoni li xi darba mppubblika ktieb dwar dan is-suggett. Ir-ricerka bdiet billi kkuntattjajt il-Kunsilli Lokali ta' kull post li fil-lokalita' taghhom hemm jew kien hemm xi mithna tar-rih sabiex nikseb xi nformazzjom relatata. L-informazzjoni li ghaddewli kienet limitata hafna, pero' napprezza xorta l-interess li hadu. Bosta minn dawn il-Kunsilli rriferewli lil xi persuni storici li ghandhom fil-lokalita' taghhom. Kien hemm bosta minn dawn li tawni nformazzjom sa fejn setghu, pero' I- aktar haga li baqghet stampata f'mohhi kienet li qawwewli qalbi biex inkompli naghmel ir-ricerka tieghi dwar dan is-suggett. Uhud irrakkomandawli biex immur il-Biblijoteka Nazzjonali ta' Malta jew l-Arkiviji Nazzjonali tar-Rabat Malta. Nghid id-dritt ghall-ewwel qisni ma tanx interessajt ruhi naghmel dan il-pass ghaliex l-intenzjoni kienet li nkun naf biss il-bazi tal-istorja taghhom Kien hemm zmien qasir li kont kwazi qtajt qalbi li nkompli naghmel din ir-ricerka. Meta kont nghaddi minn quddiem xi mithna, l-inkoraggiment kien jerga' jibda jinbet fija.


Jum fost l-ohrajn dahhaltha f'rasi li naghmel il-pass li kienu nkoraggewni diversi storici, dak li mmur il-Biblijoteka Nazzjonali ta' Malta u l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat Malta. Bl-ghajnuna t'Alla (p.vii) u bl-ghajnuna tal-istaff ta' dawn iz-zewg postijiet, l-informazzjoni fuq ir-ricerka bdiet gejja bil-bosta. Minn din ir-ricerka bdejt niskopri meta dawn l-imtiehen kienu nbnew, min kienu t-tahhana taghhom, kemm kienu l-kirjiet li kienu jinkrew, meta ghalqu mis-servizz tat-thin u aktar informazzjoni relatata mal-istorja taghhom.


Persuni ohra ghaddewli xi ritratti antiki tal-imtiehen kif kienu fil-bidu tas-seklu l-iehor. Napprezza wkoll il-fatt li d-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici tani kopji ta’ diversi pjanti ta' dawn l-imtiehen. Ir-ricerka komplejtha b'xi ntervisti ma' nies avvanzati fl-eta' li forsi ghadhom jiftakru xi esperjenza li sehhet f'xi wahda minn dawn l-imtiehen tar-rih.


Inkompli fejn hallejt fit-tieni paragrafu dwar l-imtiehen u nsemmi li dawn bdew jinbnew ghall-ewwel darba f’pajjizna kwazi f'nofs is-seklu sittax, ftit wara l-wasla tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Gwann f'pajjizna. Diversi Gran Mastri holqu Fondazzjonijiet ghalihom. Dawn l-imtiehen baqghu jinbnew sa ftit wara n-nofs tas-seklu dsatax. Tant kellhom importanza f'pajjizna li f'diversi mapep antiki, barra li kont issib immarkati fejn huma l-knejjes, kont isstb ukoll fejn qeghdin dawn l-imtiehen tar-rih.


Dawn komplew jizdiedu wara l-1838, hekk kif il-Gvernatur Ingliz ta' Malta kien nehha I monopolju fuq l-imtiehen tar-rih. Dan kien wassal biex min ried seta’ jibni mithna tar-rih ghan- negozju. Dan kien wassal ukoll biex diversi tahhana habbtu wicchom mal-problema tal-kompetizzjoni.


Jekk wiehed isemmi cifra ta’ xi kemm kien hawn imtiehen tar-rih fil-gzejjer Maltin, wiehed jista' jasal biex jghid li dawn kienu jammontaw ghal madwar 75 wahda. Illum sfortunatament ghad fadal biss madwar 51, u xi wbud minnhom waslu biex jiggarrfu jekk mhix ser tittiehed azzjoni immedjata fl-istruttura taghhom.


L-imtiehen tar-rih kienu tilfu l-importanza taghhom fil-bidu tas-seklu ghoxnn, hekk kif kienu gew introdotti l-imtiehen tal-isteam f'pajjizna.


Nixtieq li kull min sejjer jaqra dan il-ktieb japprezza aktar l-importanza li kellhom dawn I- imtiehen tar-rih. Il-hajja mghaggla li gibna ahna b'idejna qeghda teqred il-fulkrum tal-identita' taghna, dik li hija l-apprezzament tal-istorja ta’ pajjizna. Ghalhekk kull wiebed u wahda minna ghandna naghmlu kull mezz biex dak li nitghallmu nghadduh Iill-uliedna.


Clifford Vella, 1 ta' Gunju 2011


Kapitli ohra mill-ktieb