The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantissimu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Fejn marru l-emigranti Mostin?

minn Anna M. Cordeiro


L-ahwa Galea, Mostin emigranti f’Mackey,  l-Awstralja jahdmu fil-kannamieliL-ahwa Galea, Mostin emigranti f’Mackey, l-Awstralja jahdmu fil-kannamieli.

(p.62) IL-motto tal-Mosta huwa 'spes alit ruriculam' u dawn it-tliet kelmiet nistghu nghidu li jirreferu ghall-bidwi li kien ipoggi t-tama tieghu fl-art li kien jahdem. Il-Mostin tas-sekli mghoddija zgur li ma kinux semghu b’dan il-motto imma l-kliem kien jghodd propju ghalihom. Il-Mostin ta’ dak iz-zmien kienu bdiewa fil-bicca l-kbira taghhom, b'xi ohrajn jahdmu fil-gebel. Hajjithom kienet semplici, forsi wkoll primittiva, iddur fuq xoghol iebes u b’familja hafna drabi numeruza. Fil-Hdud u l-festi l-knisja kienet tipprovdi ftit tal-mistrieh u wara fuq iz-zuntier kienu jiltaqghu ma' bdiewa ohra. Mill-bqija qajla kienu jhossu l-htiega li johorgu ‘l barra mill-periferija tar-rahal, u ghalhekk qatt ma holmu b’safar, bhan-nies li kienu jghixu n- naha tal-Port il-Kbir. Izda ghal nofs is-seklu dsatax bdew jinqalghu diffikultajiet u fil-Mosta u f’bosta rhula ohra kien hawn faqar kbir. B'hekk bdew ihossu l-htiega li jfittxu x-xoghol il barra minn xtutna.


L-Afrika ta' Fuq


L-ewwel ma marru kienu artijiet madwar il-Mediterran, l-aktar lejn l-Afrika ta' Fuq, specjalment fl-Algerija u t-Tunezija. B'hekk barra li ma tbighdux wisq minn art twelidhom, setghu wkoll isibu xoghol li jghodd ghalihom, jigifieri l-biedja. Hafna minn dawn baqghu hemm ghall-generazzjonijiet shah. Imma fis-snin hamsin tas-seklu ghoxrin kien hemm taqlib shih f’dawn il-pajjizi u billi huma kellhom il-passaport Franciz telqu kollox warajhom u marru lejn Franza fejn ghadhom sal-lum.


Matul il-karriera tieghi bhala gwida turistika, kelli spiss l-okkazjoni li niltaqa ma' gruppi ta' Maltin/Francizi. Jigu hawn biex jaraw din il-gzira zghira li fiha ghandhom l-gheruq taghhom. Kont niehu ferm pjacir meta xi whud kienu jghiduli li antenati taghhom kienu mill-Mosta.


Joseph Dimech qalli li nannuh kien mar Bona ghall-ahhar tas-seklu dsatax. Il-familja kellha oqsma ta' sigar tal-laring u kienet maghrufa ghall-produzzjoni ta’ l-ilma zahar. Pierre Sant li issa jghix f Nantes, kien qalli li jixtieq jiltaqa’ ma’ xi hadd minn qrabatu. Minn ismu, jien azzardajt nghidlu li x’aktarx zewg familji girien tieghu, kienu jigu minnu. U hekk kien tassew, u tghidx kemm ferhu meta ltaqghu flimkien. Ftit taz-zmien ilu kelli wkoll l-okkazjoni niltaqa’ ma’ sekondi kugini tieghi. Dawn gew hawn biex isiru jafuni wara indikazzjonijiet li tahom organizzatur ta' gruppi, li kien igib Maltin/Francizi hawn Malta.


Kanada u l-Istati Uniti


Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija kien hawn hafna nuqqas ta’ xoghol, u zghazagh bdew jithajru jemigraw lejn il-Kanada u l-Amerika. Ma kinitx xi haga facli, biex isibu xoghol u jissetiljaw specjalment f’Toronto, fejn hemm il-bicca -kbira tal-Mostin illum. Ta' min jaqra l-ktieb The Great Exodus ta' Patri Lawrence Attard, Dumnikan, biex ikollu idea tad-diffikultajiet li ltaqghu maghhom l-ewwel Maltin (p.63) li marru hemm. Hafna ohrajn ippreferew imorru lejn New York u Detroit. Ghal dawn ried ikun hemm xi hadd li jaghmel tajjeb sakemm isibu xoghol u akkomodazzjoni.


Bhalma qed naraw, il-bidu ma kienx facli, imma maz-zmien, bil-ghaqal u l-bzulija rnexxielhom jibnu hajja ahjar ghalihom u l-familja taghhom. Mostin ohrajn marru fi stati aktar ‘il boghod, bhas Sur Carmelo Dimech li mar Galveston, Texas. Meta gie lura Malta, kien ghani sewwa. Ta bniedem generuz li kien hallas ghal hafna opri fil-knisja taghna. Insemmi l-monument grandjuz tal-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Ghal dan ipprovda wkoll il-mahzen fejn jinzamm matul is-sena billi hallas ghalih hu. Hallas ukoll ghal ventanal tal-metall li jintrama fil-festa ta’ San Guzepp. Id-dekorazzjoni tal-koppla minn gewwa giet ukoll iffinanzjata minn        minnu. Ghal din il-generozita kbira tieghu gie mahtur Kavallier ta San Silvestru mill-Papa.


Il-Mostin f’Kalifornja


Uhud mill-Mostin ippreferew imorru San Francisco, fejn il-klima kienet aktar tqarreb lejn dik ta’ Malta. In-numru ta' dawn zdied wara l-ahhar Gwerra Dinjija. Fost dawn insemmu lis-Sur Charles Vassallo K.O.M. li serva ghall-36 sena bhala konslu Generali ta' Malta f’San Francisco. Hu hadem hafna u zamm kuntatt tajjeb mal-Mosta. Fl-1997 inghatalu l-unur Gieh il-Mosta mill-Kunsill Lokali tal-Mosta. Fil-gazzetta Il-Mosta tal-Milied 2003, hemm artiklu interessanti ddedikat lilu. Fost ohrajn li ghexu San Francisco u ma nsew qatt lil Mosta, insemmu wkoll lil Anthony Camilleri li halla mitt elf dollaru ghall-bzonnijiet tal-knisja. Grazia Sciberras halliet somma kbira bhala ghajnuna ghall-Oratorju Qalb ta’ Gesu. Hafna mill-Mostin ta’ San Francisco issa marru jghixu fil-Belt ta’ Millbrae, li tigi fil-qrib ta' l-ajruport ta' San Francisco. Kien ghalhekk li l-ewwel Kunsill Lokali tal-Mosta haseb ghall-gemellagg ta’ din il-belt mal-Mosta fis-sena 1996.


Zgur li l-akbar numru ta emigranti Mostin, jinsab fl-Awstralja. Ftit huma dawk il-familji li m'ghandhomx qraba jew hbieb f’din il-gzira continent. ll-Mostin jinsabu mxerrdin ma' l-Awstralja imma l-aktar f’Sydney u Melbourne. Ktieb interessanti li jitkellem l-aktar fuq il-komunita ta’ Mostin f’Mackay hu From Hum­ble Beginnings miktub minn Carmel I. Barretta u Lorraine Scembri. F’dan il-ktieb hemm hafna ritratti antiki ta' dawn il-familji.


Gheluq


Biex naghlaq din il-kitba nixtieq insellem lil Mostin ohrajn, irgiel u nisa, li wkoll tbieghdu minn art twelidhom, mhux biex ifittxu xoghol imma biex jahdmu bhala missjunaiji u jwasslu ghajnuna lil dawn in-nies fil-bzonn imxerrdin mad-dinja kollha.


Artikli ohra mill-ktieb