The Mosta Archives Banner

Prezentazzjoni lil Dun Stiefnu Fava

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Mejju – Awissu 2001


Dun Stiefnu flimkien ma' l-Arcipriet Dun Joe Carabott waqt din ic-cerimonja.Dun Stiefnu flimkien ma' l-Arcipriet Dun Joe Carabott waqt din ic-cerimonja.

(p.14) Nhar Hadd il-Palm 8 ta’ April 2001, fir-Rotunda saret cerimonja qasira biex tfakkar tmiem il-kariga ta’ Dun Stiefnu Fava bhala prokuratur tal-Gimgha l-Kbira u ta’ Kristu Rxoxt. Dun Stiefnu kien ilu f’din il-kariga ghal 24 sena.


Huwa nghata din il-kariga minn Dun Joe Carabott li wkoll kien gdid bhala Arcipriet tal-Mosta. Dun Stiefnu, li dahal ghal din il-kariga b’ruhu u gismu, kellu l-Grupp Organizzattiv tal-Gimgha l-Kbira biex jghinu. Il-lista tax-xoghlijiet li saru waqt il-perjodu tieghu bhala prokuratur hija wahda twila u vasta. Se nipprova nsemmi xi ftit u nispera li Dun Stiefnu jiskuzani jekk insejt xi haga. Bla dubju ta’ xejn l-isbah bicca xoghol li saret kienet in-nicca tal-Vara l-Kbira li hemm fis-sagristija, li permezz taghha l-Vara l-Kbira tista’ titgawda s-sena kollha. Din in-nicca hija xoghol il-mastrudaxxa prim Fre Tonna, kif ukoll huma l-bankuni tal-fracen li saru fl-istess perjodu. Saru sett ta’ fracen ghall-vari kollha.


Sar hafna vestwarju gdid, standard ghal quddiem il-purcissjoni, kif ukoll il-bandalori tas-seba’ kelmiet u dawk ta’ l-istazzjonijiet, li jimxu quddiem kull vara. Hawn ta’ min isemm lil hajjata Mary Tonna, li kellha sehem shih fil-hjata ta’ dawn l-opri. Mrs. Tonna hija mart Fre Tonna li semmejt qabel u li ghandu hafna xoghlijiet fir-Rotunda, fosthom il-bankun u l-bradella ta’ l-istatwa ta’ Guda jbus lil Kristu.


Hawn ta’ min isemmi l-garr tal-ktajjen. Qabel ma kien hemm l-ebda uniformita u kienu anki jsiru xi esagerazzjojijiet. Fi zmien Dun Stiefnu saru sett ktajjen kollha ndaqs u moderati fit-toqol. Saru wkoll regolamenti stretti ghal dawk li riedu jkaxkru. Hadd ma seta’ jaghmel dan taht it-tmintax-il sena u dan wara l-approvazzjoni tal-Grupp Organizzattiv. B’hekk din it-tradizzjoni qadima nzammet b’aktar serjeta.


Inbidel is-serduq, in-naghga u simboli ohra li jingarru mit-tfal waqt il-purcissjoni. Izzanzan aquilifier gdid u kbir li jingarr minn suldat Ruman. Saru sett ta’ hbula puliti bi stands biex jikkontrollaw in-nies matul il-pjazza kollha. Il-lizar li kien hemm mas-salib tad-Duluri kien qdiem u ghalhekk sar wiehed gdid, imdawwar bil-bizzilla mahduma minn Mary Tonna.


Saru diversi xoghlijiet konnessi mal-Monument ta’ l-istess purcissjoni. Dawn huma s-simboli tal-fidda li hemm f’idejn l-angli ta’ madwar il-Monunent u l-Faldrappa li saret gdida. Bicca xoghol sabiha ohra kienet l-argentar tal-brazzi tal-Via Sagra.


L-istatwa ta’ Kristu Rxoxt kien jinhtegilha wkoll diversi xoghol ta’ restawr. Dawn saru wkoll bl-inizjattiva ta’ Dun Stiefnu. Dun Stiefnu kien jittallab hafna izda kieku ma kienx hekk, kieku ma kienux isiru dawn l-opri sbieh, li fihom ghaxqa esebiti fir-Rotunda qabel il-Gimgha l-Kbira, kif ukoll isebbhu l-purcissjoni.


L-Arcipriet Dun Joe Carabott fahhar hafna l-hidma ta’ Dun Stiefnu Fava. Qal li jiddispjacih li Dun Stiefnu wasal biex jirtira minn din il-kariga xejn hafifa u rringrazzjah ta’ kollox f’isem il-kleru u l-poplu Mosti. Issa din il-kariga ghaddiet f’idejn l-Arcipriet. L-Arcipriet ipprezentalu album tar-ritratti dettaljati tax-xoghlijiet kollha li saru fi zmienu fost ic-capcip ta’ dawk prezenti. Dawn ir-ritratti ttiehdu kollha minn Victor B. Caruana.


Dun Stiefnu rringrazzja lill-Grupp Organizzattiv tal-Gimgha l-Kbira, li bl-ghajnuna taghhom seta’ jwettaq dawn ix-xoghlijiet. Huwa qal li meta gie l-Mosta, ma kellu xejn, anqas fejn jorqod. Il-Mostin ipprovdewlu fejn joqghod, u tawh kull ma kellu bzonn. Huwa hass li kellu ihallas lura l-generozita li l-Mostin urew mieghu. Huwa ferhan u kburi li permezz ta’ dawn l-opri hallas xi ftit lura minn dan il-gid li rcieva.


Huwa rringrazzja lill-Mostin kollha u awgura hidma tajba lill-prokuratur il-gdid l-Arcipriet Dun Joe Carabott.