The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


KAPITLU 8


PERSPETTIVI BALLISTICI


(p.175) Il-bomba li ghaddiet mill-koppla tajret madwar tliet mitt pied kubu ta’ gebel u kellhom jinqalghu madwar seba’ mitt pied kubu meta gew biex isewwu l-hsara. X’kien jigri kieku l-bomba splodiet? Hafna ilhom li wiegbu din il-mistoqsija u qalu li l-knisja kienet tiggarraf. Verament spluzjoni ta’ bomba bhal dik kellha twassal ghal qerda kbira; izda l-qerda kienet tkun shiha? X’kien jigri ezattament? X’kienu l-forzi li kienu jwasslu biex il-koppla ccedi u x’kien jigri minn strutturi ohra vitali u fundamentali tal-bini massiv li hi r-Rotunda?


B’dawn il-hsibijiet fittixt l-ghajnuna ta’ esperti minn diversi universitajiet, istituzzjonijiet u individwi li minnhom rajt l-ghajnuna u l-kooperazzjoni fis-sens intemazzjonali u universali li t-tiftix ghall-verita biss jista’ jaghtihomlok.


PARTI I


ll-Koppla bhala Struttura Arkitettonika Stabbli


Qabel xejn ta’ min jistharreg ftit in-natura tal-koppla u mnejn tigi s-sahha biex tibqa’ wieqfa, imqar jekk kontrieha jahbtu forzi straordinarji jew tiddamdam minn qawwiet naturali eccezzjonali.


Il-Professur Jacques Heyman tad-Dipartiment ta’ l-Inginenja fl-Universita ta’ Cambridge, illum irtirat, f’papers li baghatli ma’ l-ittra tas-7 ta’ April, 1993, kiteb: “Il-fatt li l-koppla ta’ Santa Sofija ghadha tezisti sa mis-Sitt Seklu, u ta’ hafna vaults irqaq numemzi mis-Seklu Tnax ’l hawn, hafna minnhom tant mibnija hazin li ma kenux jaqghu f’patterns matematici li jingharfu, u suggetti ghal deformazzjonijiet accidentali minhabba li ma strahux b’mod uniformi, jindika li l-qoxra tal-gebel (koppla) hi forma partikolarment stabbli bhala struttura.”1


(p.176) Fl-istess studju li l-Professur Heyman baghatli biex jghinni, hu jikkwota l-konkluzjonijiet ta’ Choisy dwar il-koppli Bizantini u jiehu l-koppla msemmija ta’ Santa Sofija ta’ Kostantinopli. Choisy were li r-rinforz, buttress, b’arkati, b’nofs koppli jew bi tnejn minn kull wahda fuq l-erba’ nahiet tal-koppla, kienu jaghtuha sahha biex izzomm l-ekwilibriju tat-tfigh laterali, thrusts, tal-hitan u tat-tfigh vertikali, compression, tat-toqol tal-koppla nnifisha.2


Fl-istess studju l-Professur Heyman juri li f’arkata voussoir qsim wiehed ma jipperikolahiex. Izda erba’ punti ta’ qsim jikkagunaw zbilanc fil-punt ta’ tfigh, thrust line, li johrog minn bejnu l-extrados u l-intrados ta’ l-arkata, u jikkaguna l-waqgha ta’ l-arkata.3


Fil-kaz tal-koppla tal-Mosta, struttura geometrika tri-dimensjonali, il-fetha tat-toqba wahedha kienet kbira izda meqjusa mal-bqija tal-koppla kienet insinifikanti: mija u tmien piedi kubu kwadru mqabbel ma’ hamsa u erbghin elf pied kwadru. Ghalhekk ma kinitx qasma li zbilancjat il-linja ta’ tfigh migbura b’mod armonjuz fil-qoxra bejn l-extrados u l-intrados. Il-linja ta’ tfigh, thrust line, tal-koppla nistghu nqabbluha ma’ gisem b’xewka dorsali. Il-gisem tfiera f’parti zghira minnu, imma x-xewka dorsali baqghet bla mittiefsa, taghti s-sostenn biex il-gisem jibqa’ jiffunzjona organikament u ma jisfax paralizzat.


Hemm imbaghad konsiderazzjoni ohra. Il-koppla ta’ Santa Marija del Fiore, li ghandha wisa’ ta’ 140 pied, tizen 70,000,000 libbra, skont il-kalkli ta’ Parsons.4 Fuqha ghandha lanterna li tizen hames mitt tunnellata,5 jigifieri l-proporzjon lanterna: koppla jigi 1:70 bejn wiehed u iehor.


Il-knisja tal-Mosta hi bini massicc u ghandha lanterna gmielha li taghfas fuq il-koppla. Kien hemm min beza’ li din twaqqaghha lill-koppla jekk tinbena! X’differenza taghmel balla ta’ 1100 libbra bhala zieda fuq il-koppla? Ahjar nghidu li, peress li l-balla kienet niezla bis-sahha l-qawwa ma kinitx ta’ 1100 libbra biss. Kienet izjed. Izda sakemm nistghu nkabbru din is-sahha? Xorta tibqa’ sahha ta’ ftit libbri kull pied kwadru. Jekk, kif jghid Heyman, qawwa ta’ rih ta’ ghoxrin libbra kull pied kwadru hi zghira mqabbla ma’ strutturi bhal dawn, u jekk lanterna tqila ta’ 500 tunnellata tintrefa minn koppli bhal ta’ Santa Marija del Fiore, kif nistghu nistaghgbu li d-daqqa ta’ l-impatt tal-balla ntlaqghet mit-tessut ta’ l-inginerija mibni fl-istruttura tal-koppla? Spluzjoni biss kienet tgharraq il-koppla; Grognet ma beniex il-knisja biex tilqa’ l-furja ta’ splussivi li kienu ghadhom ma gewx ivvintati u ddisinjati biex jinxtehtu mill-ajru. Izda Grognet bena knisja b’koppla u kien cert li l-bazi tiflah il-koppla sewwa u jibqa’ aktar sahha biex tilqa’ t-toqol tal-franka Maltija.


F’ittra li baghatli bid-data tas-16 ta’ Settembru, 1993, Dr W. Addis ta’ l-Universita ta’ Reading fir-Renju Unit osserva li l-bini tal-gebel hu maghruf ghall-elasticita tieghu. Hafna drabi baqa’ wieqaf minkejja hsara bil-bombi jew mit-terremoti filwaqt li bini modem ta’ l-azzar jew konkrit garrab hsarat akbar. Toqba zghira, nghidu ahna ta’ sitt piedi, f’koppla (p.177) tal-gebel mhix theddida serja lill-istabbilta tal-koppla u tiswija b’mili ta’ gebel tkun bizzejjed.


Ghalkemm il-habta tal-bomba ccaqlaq il-binja fil-qrib tat-toqba, il-gebel u l-mili malajr isibu stat gdid ta’ ekwilibriju li jkun daqstant stabbli daqskemm kien qabel.


Rigward il-qsim, l-istrutturi kollha tal-gebel ghandhom qsim u hafna drabi l-ilma ma jidholx6 ghax l-ilma li jidhol johrog bl-evaporazzjoni minghajr problemi, specjalment fi klima shuna fejn ix-xita taqa’ bil-qawwi imma mhix regolari u x’aktarx hi rari.


Ta’ min jikkwota theorem tal-Professur Jacques Heyman, awtorita fuq il-kattidrali Gotici, jissokta Dr Addis: “Jekk, wara li tnehhi s-sapport temporanju mehtieg ghall-bini ta’ arkata jew koppla, din tibqa’ wieqfa hames minuti, allura tibqa’ wieqfa wkoll ghal hames mitt sena.”


PARTI II


Hsarat minn Bombi li ma jisplodux


IR-RAPPORT SMITH - Fis-sajf ta’ l-1992 ktibt lir-Royal Military College of Science, l-Ingilterra, u tlabtu l-ghajnuna biex inkun nista’ nasal ghal konkluzjoni dwar it-toqol ta’ bomba li l-koppla setghet tiehu minghajr ma taqa’. Mhux bizzejjed li bomba ma tisplodix biex ma ggarrafx bini. Bombi ta’ certu kalibru ma splodewx, biss xorta harbtu herba shiha bini ta’ sitt sulari u aktar.


Is-Sur Peter D. Smith, Senior Lecturer tas-Civil Engineering Group, wegibni b’ittra datata 16 ta’ Novembru, 1992. Qalli li l-ittra li bghattlu u r-ritratti flimkien ma’ dettalji diagrammatici tal-kostruzzjoni tal-knisja interessawh hafna.


Hu ddiskutieha ma’ Dr G.C. Mays, kollega tieghu. Kont staqsejt jekk bomba ta’ 2000 kg kinitx bizzejjed, imqar jekk ma tehux, biex twaqqa’ l-koppla.


Is-Sur Smith irrefera ghal taghrif li ghandu f’data base f’kompjuter fuq l-effetti ta’ l-armi.7 Hu sikwit juzah fix-xoghol li jaghmel fir-Royal Military College of Science. Sab li bomba ta’ 1000 kg ghandha diametru fil-kejs taghha ta’ madwar 35-40 cm. Jien kont ghedtlu li t-toqba li ghamlet il-balla kienet kbira bizzejjed kemm jghaddi bniedem. Minn dan it-taghrif u mir-ritratt indikat Nri 2783 li bghattlu hu deherlu li t-toqba kellha diametru bejn 0.75 mu 1.00 m.


(p.178) L-ikbar bomba General Purpose (li l-Germanizi kienu jsejhulha Sprengbombe-Cylindrisch - SC), uzata ghal skopijiet li ggarraf bini, fid-data base tieghu kienet tizen 3000 libbra (1365 kg) u kellha kejs b’diametru ta’ bejn 60 u 65 cm. Is-Sur Smith qalli li ghalhekk hu possibbli li wiehed jispekula li t-toqba maghmula minn ordinju bhal dan kellha jkollha diametru bejn 1.5 u 2.0 m.


Kieku l-bomba kienet ta’ 3000 libbra (1365 kg), kienet tkun bizzejjed biex twaqqa’ l-koppla, imqar jekk ma tisplodix? Is-Sur Smith u Dr Mays jahsbu li kieku saret toqba akbar bejn wiehed u iehor fl-istess post, il-koppla kienet xorta wahda tibqa’ shiha. Izda, kieku t-toqba saret eqreb lejn il-lanterna, li sservi bhal travu tond (ring beam) biex izzomm l-istabbilta tal-koppla, l-istruttura setghet tiddestabilizza ruhha u tibda “ccedi” (cave in) jekk il-lanterna bil-bazi cirkulari taghha kellha taqa’.


Kieku l-bomba habtet ’l isfel fil-koppla fejn il-hxuna hi kbira, sa hames metri, x’aktarx li anke bomba ikbar ma kinitx tidhol mill-koppla. Is-Sur Smith ghamel kalklu fuq kemm bomba tidhol fil-franka ratba u sab li bombi kbar hafna kienu jidhlu biss minn zewg metri sa tlieta.


It-teorija tal-koppli hi kumplessa u ghalhekk is-Sur Smith tani xi taghrif fuq kif il-forzi tal-graviti jghinu biex arkati u koppli jzommu wieqfa.


Is-Sur Smith spicca jiktibli li jiena nirrealizza x’konsegwenzi dizastruzi kien ikun hemm ghall-knisja u ghall-kongregazzjoni kieku l-bomba hadet. Hadd mit-tliet mitt ruh ma kien jehlisha. “The Rotunda has probably got a few years of useful life in it yet!” Dan l-understatement tipiku Ingliz jindika li strutturalment il-koppla ghadha b’sahhitha minkejja l-olokawst li kien lest ghaliha kieku l-bomba splodiet.


IR-RAPPORT HETHERINGTON - Is-Sur J.G. Hetherington, li kien Senior Lecturer fil-Faculty of Military Science, Technology and Management of the Cranfield Institute of Technology, ghamel rapport fis-16 ta’ Mejju, 1988.8


Is-Sur Hetherington jinteressa ruhu principalment fl-effetti ballistici fuq il-bini u ghalhekk huma setghu jfissru l-opinjoni taghhom fuq ix-xhieda li s-Sur Somerville kien ghaddielhom.


Il-bini ta’ gebel bhala forma ta’ kostruzzjoni hu qawwa fil-kompressjoni izda dghajjef fil-kapacita li jirrezisti t-tensjoni. Ghalhekk il-gebel jintuza bhala mezz ta’ bini fi strutturi li fihom jiddominaw il-forzi ta’ kompressjoni. Hu car li pilastri, hnejjiet, hitan riffieda u arkati jaqghu f’din il-kategorija.


(p.179) Il-bennejja bikrin tal-pontijiet zviluppaw strutturi ta’ arkati, mibnija mill-briks, li fihom il-mejl ikkagunat mit-taghbija li tkun ghaddejja kienet tittiehed bhala forza ta’ kompressjoni (ghafis ’l isfel) fl-arkati. Bhalma taf mill-esperjenza ta’ kuljum, hitan tal-briks huma dghajfa hafna biex imilu u ghal din ir-raguni taghbijiet orizzontali qatt ma jitqieghdu fuq hitan vertikali u lanqas jinbnew cangaturi orizzontali, bhal qiegha ta’ l-art fuq gebel. Din id-dghufija fil-kapacita li hitan weqfin tal-gebel imilu gejja mill-fatt li l-mejl dejjem jikkaguna kompressjoni f’faccata wahda tac-cangatura jew hajt, li l-gebel jista’ jiflah, filwaqt li jikkaguna tensjoni fil-faccata l-ohra, li l-gebel hu dghajjef wisq biex isostni.


Il-koppli huma essenzjalment arkati fi tliet dimensjonijiet. L-istruttura tiddependi fuq il-forzi ta’ kompressjoni li l-piz taghha stess jiggenera biex jaghtiha s-sahha li ghandha. Ir-rizultat hu li, filwaqt li koppli mibnija bil-gebel huma b’sahhithom that bil-piz normali taghhom, huma jista’ jigrilhom hsara meta jkun hemm mejl lokalizzat fihom. Il-grajja li inti ddeskrivejt tista’ tispjegaha b’mod car hekk.


Il-bomba kbira niezla b’velocita kbira laqtet il-koppla tal-gebel u kkagunat stressijiet gholja hafna ta’ mejl lokalizzat Dawn kienu bizzejjed biex jeghlbu r-rezistenza relattivament baxxa li l-gebel ghandu ghall-mejl. Il-bomba ppancjat triqtha min-nisga tal-koppla u gibdet maghha xi blokki ta’ gebel mill-qrib hafna ta’ mnejn dahlet meta habtet. Il-vojt li halliet meta ghaddiet ma kienx kbir ladarba l-gebel kien jifforma arkata fuq il-vojt u kien iqassam il-piz kull naha tat-toqba.


Il-koppla ghalhekk baqghet wieqfa ghal dawn ir-ragunijiet L-ewwelnett hi pprovdiet rezistenza zghira hafna lill-bomba minhabba d-dghufija minnha nnifisha li tmil malajr. It-tieninett il-vojt li holqot il-bomba kien zghir bizzejjed imqabbel mal-kobor tal-koppla biex jippermetti l-istruttura li tibqa’ shiha b’effett bhal ta’ arkati mahluq fuq il-vojt.


Il-mistoqsija specifika tieghek kienet, “Liema piz ta’ UXB kien ikun bizzejjed biex iwaqqa’ l-koppla tar-Rotunda?” Nispera li tinduna minn dak li ktibt li l-piz tal-bomba kien relattivament mhux importanti, ladarba l-bomba ma pprovdiet ebda rezistenza, l-istess bhal x’jigri meta vlegga tinfed karta stirata. Il-fattur kwantitattiv ewlieni, key parameter, kienet il-cross-sectional area tal-bomba mqabbla ma’ l-arja shiha ta’ wicc il-koppla. Ladarba din kienet ftit fil-milja ta’ l-arja tal-koppla, il-vojt ma kienx kbir bizzejjed biex jikkawza l-kollass tal-koppla. Bhala stima ta’ fuq fuq, nobsor li l-bomba kellu jkollha madwar ghoxrin fil-mija ta’ l-arja tal-koppla biex (p.180) setghet twaqqaghha minghajr ma tisplodi. Is-Sur Hetherington osserva li hu kkummenta fuq it-taghrif li rcieva. Jekk dak it-taghrif kien tajjeb, il-konkluzjonijiet kienu tajbin, stqarr is-Sur Hetherington f’gheluq l-ittra.


IR-RAPPORT ROYLES - B’ittra tat-22 ta’ Lulju, 1993, Dr R. Royles tad-Department of Civil Engineering and Building Science, The University of Edinburgh, Skozja, osserva li l-koppla hadet daqqa minn oggett niezel wahdu mill-ajru li beda b’certa velocita, orizzontali u vertikali, li giet mill-ajruplan hu u jixhetha. Il-velocita ahharija sakemm il-bomba laqtet il-koppla kienet ikbar minn dik tal-bidu ghax oggett izid il-heffa ma’ kull sekonda li tghaddi hu u jaqa’. La tizdied il-heffa li biha oggett jahbat ma’ oggett iehor, ikbar tkun il-hsara. Dan wiehed jarah jekk iwaddab gebla bil-mod lejn hgiega, kemm kemm tmissha. Il-hgiega tibqa’ shiha. Imma jekk iwaddabha bis-sahha l-hgiega tinfaqa’.


Il-qoxra tal-koppla hi hoxna, ta’ hxuna varjanti, li taghfas qatigh fuq it-tanbur li jwizinha u li jilqa’ t-taghbija taghha billi jassorbiha bhalma membrana tassorbi, nghidu ahna, likwidu f’organu haj u anke billi jmil taht it-toqol, ghalkemm il-mejl ma jidhirx ghall-ghajn tal-bniedem.


Issa l-qawwa tal-gebel tal-koppla bhala massa, izjed u izjed li hu ngastat, seta’ farrak il-bomba. Kien hemm bosta kazi meta balal waqghu b’qawwa enormi, lahqu nqasmu bid-daqqa qabel ma c-carg elettriku lahaq sploda l-isplussiv, inqasmu u b’hekk ma hadux. Dr Royles haseb li fl-ittra li bghattlu jien dan li kont qieghed nghid: “Biex janalizza l-qoxra halli jistabilixxi l-forza mehtiega biex tikkaguna l-falliment (tal-bomba li tisplodi) wiehed jehtieg taghrif dwar il-qawwa tal-bini tal-franka tal-koppla biex jghattan il-bomba. Il-kobor tal-forza trid tkun ferm ikbar minn dik tal-bomba ghax wiehed ghandu ghax jifhem li l-bicca l-kbira tal-momentum tal-bomba nqerdet mal-habta.”


Dr Royles b’hekk fetah orizzonti godda ghad-diskussjoni. Fl-istudji dwar ’l ghala hafna bombi ma hadux kulfejn il-gwerriera tqabdu fl-ajru nstab li dawn waqghu b’impatt qawwi u nfethu u ma tawx cans lill-fuze jiehu.


Izda kien dan il-kaz tal-SC 500 kg tal-knisja tal-Mosta? Dr Royles xtaq taghrif dwar il-bomba: il-punt kardinali kien kemm kienet tizen u mhux il-qawwa ta’ l-isplussiv. Dr Royles talab dan it-taghrif ghax ktibtlu li l-bomba kien fiha taghtina u, peress li ma kellux informazzjoni ohra, haseb li l-bomba ma splodietx minhabba d-daqqa li hadet mal-qoxra massicca (p.181) tal-knisja. X’uhud qaluli li l-bomba kienet qisha maqsuma fi tnejn; kaz li jsahhah l-argumenti favur dawk li jahsbu li l-qawwa ta’ l-azzar tkissret mill-qawwa tal-gebla tal-franka Maltija mahduma ngastata f’koppla ta’ qisien vasti. Kienet “qisha” u “kwazi” ghax fil-fatt il-bomba baqghet shiha. Kobox kien f’postu. Difetti mekkanici u elettrici ma kienx hemm. B’danakollu Dr Royles ghamel analisi brillanti mill-flit tagfrif li kellu u li lilu hassbu li l-bomba ddizintegrat mekkanikament bid-daqqa.


Is-Sur W.D. Scott xehed9 li l-balal kollha, maghduda s-SC 500 kg, li nehhewlhom il-fuze fil-knisja u madwarha, ma kellhomx ic-carg elettriku biex jisplodi l-gaine. Peress li Scott hadem mal-BDS li nehhiet il-fuze u x-xhieda tieghu hadha mid-djarju li kien izomm, din hi l-ispjega ewlenija. Minghajr carg elettriku mghoddi mill-ajruplan lill-bombi mill-pilota qabel jinxtehtu, dawn il-bombi SC u SD ma setghux jiehdu.


IR-RAPPORT SELBY - Ghall-mistoqsija tieghi dwar x’toqol ta’ bomba seta’ jwaqqa’ r-Rotunda, jekk ma tisplodix, Dr A.R. Selby ta’ l-Universiti ta’ Durham, l-lngilterra, li zar ir-Rotunda ghall-habta ta’ l-1975, kitibli li t-toqol f’dan il-kaz mhux ta’ importanza kbira. Kull bomba li tahbat mal-koppla tippancjaha billi taghmel fetha bejn wiehed u iehor id-daqs tad-diametru taghha u hsara li tohrog ’il barra f’angolu ta’ madwar 60°. Dr Selby irrimarka li “koppla hi struttura stabbli hafna u tiflah hsara lokalizzata.” Fil-fehma tieghu l-uniku mod biex teqred koppla hi li tixhtilha ghadd ta’ bombi flimkien.


Fl-ittra, li ggib id-data tat-18 ta’ Awissu, 1993, Dr Selby pingieli skecc ta’ kif jizviluppaw il-linji tal-hsara bid-daqqa ta’ l-impatt, dak li hu maghruf bhala “shear failure plane”.


B’dawn b-qisien il-volum ta’ materjal li kiebu jaqa’ kien V = 1/3πr2h jigifieri ta’ 6.25m3 jew 220 pied kubu (220ft3). Jekk l-angolu jizdied ghal 70° kienu jaqghu 15.1m3 jew 530ft3. Ghalhekk il-figura li kkwotajbu ta’ 330ft3 kienet stima kredibbli hafna tal-volum ta’ gebel li nqala’ minn postu bid-daqqa tal-bomba. Haga cara wkoll, ikkummenta Dr Selby, li ried jitnehha kull periklu qabel jibda xi xoghol ta’ tiswija.


Ma’ l-ittra Dr Selby baghatli kopja ta’ paper li nqrat f’Bath, l-lngilterra, ‘STREMA 2’, 1993, mill-Professur D. D’Ayala tad-Dipammento di Ingegneria Strutturale e Geotecnica, Universita ‘La Sapienza’, Roma, Italja. F’din il-paper, Analytical Method for the Assessment of the Safety Levels of Domes, D’Ayala jghid li hemm kazi meta l-blokki ta’ koppla jistghu jizzerzqu (p.182) minghajr ma jikkawzaw periklu li taqa’. L-ekwilibriju jiddependi mill-forma geometrika gdida.


Punt important iehor li jsemmi D’Ayala mill-konkluzjonijiet ta’ l-istudji tieghu fuq il-kneijes Taljani ta’ San Eligio degli Orefici, San Giovanni di Fiorent, Santa Maria di Carignano, Santa Maria di Loreto, San Carlo al Corso, Santa Maria dei Miracoli, Chiesa del Gesu, Sant’Agnese in Agone, San Ignacio de Loyola, Superga, San Pietro u Santa Maria del Fiore hu li l-qsim li jidher fihom illum mhux gej mit-toqol taghhom infushom izda minhabba kawzi ohra. Dawn jistghu jkunu t-toqol tal-lanterna, il-qawwa tar-rih, is-sostenn strutturali li fuqu jistriehu u l-effetti tas-shana u tat-terremoti.


Fl-esperiment tieghu biex jiddeteimina l-livelli ta’ sigurezza ta’ koppli, D’Ayala jsemmi r-rizultati li kiseb. Fost dawn hemm l-effett li l-blokki jizzerzqu bit-toqol ta’ lanterna fil-parti ta’ fuq tal-koppla. Koppla elittika ghandha rezistenza ikbar minn koppla sferika.


Minn dan johrog car li d-daqqa tal-bomba, li waqghet b’impatt lokalizzat u baqghet diehla ma kinitx bizzejjed biex twaqqa’ l-koppla. Spluzjoni hi kaz iebor. Jekk il-koppla taghna felhet lanterna ghal aktar minn mitt sena u baqghet wieqfa mingfiajr sinjali ta’ hsus, stress jew qsim fl-istrutturi, kienet tiflah daqqa ta' bomba ta’ 500 kg. Kienet prova ohra tas-sahha organika tal-koppla u tal-mekkanizmu dinamiku li bih inbniet, mottiv li gieghel lill-kummissjoni ta’ periti mwaqqfa biex tezamina l-progett tar-Rotunda qabel inbniet, issostni li mill-aspett ta’ l-inginerija l-progett kien san u seta’ jsir.10


SINTESI


Sintesi tad-diversi rapporti migburin s’issa nsibuha fl-ittra bid-data tad-19 ta’ Awissu, 1993 li kitibli l-Professur Bill Cranston, Professur tar-Ricerka fl-Universita ta’ Paisley fir-Renju Unit. Il-Professur Cranston osserva li toqob zghar f’koppli huma accettabbli bl-istess mod kif wiehed jaccetta twieqi f’hitan. It-taghbijiet kumpreasivi tal-koppla jsibu triqthom (“find their way round”) madwar it-twieqi.


It-deni, kif jafisibha l-Professur Cranston, it-toqba fil-kaz partikulari tal-knisja tal-Mosta, tista’ titqies zghira (u ghalhekk ma pperikolatx l-istruttura u ma waqqghethiex).


It-tielet, qsim (“cracks”) li seta’ Irien hemm fl-istruttura tal-koppla bid-daqqa tal-bomba kien zghir.


(p.183) Ir-raba’, jekk ma jidher ebda caqliq jew zbilanc fl-arja tal-lanterna, m’hemmx lok ghal thassib.


Il-Professur S.H. Perry ta’ Trinity College, Dublin, jahseb li l-fatt li wara hamsin sena l-koppla ghadha shiha u soda hu prova, fih innifsu, tal-kundizzjoni tajba taghha.


Naturalment, wiehed seta’ jithasseb, kif thassibt jien, dwar l-effetti tad-daqqa li johorgu, bhal mewg, f’kull direzzjoni (ripple effects), ghax dawn jistghu jaqsmu xquq bit-tensjoni (tension cracks) sa distanza konsiderevoli mill-post mnejn dahlet il-bomba. Biss il-Professur Perry jahseb li, ladarba dan il-qsim ghalaq, ma kellha tinqala’ ebda problema.


Il-Professur Perry irrimarka li, jekk il-franka Maltija hi ratba, bhalma generalment hi l-franka, l-ilma li seta’ jidhol fix-xquq kien bil-mod il-mod isoddhom.


PARTI III


F’Kaz ta’ Spluzjoni tal-Bomba ta' 500kg


IR-RAPPORT MARTIN FERTAL (A) — Is-Sur Martin J. Fertal P.E., espert Amerikan u ricerkatur ta’ l-isplussivi, hejjieli rapport dwar l-effetti tal-bomba ta’ 500kg kieku splodiet. Kont ili li ktibtlu permezz tal-Professur Shephard. Ir-Rapport Fertal igib id-data ta’ l-1 ta’ Gunju, 1994 u hu msemmi “Stima tal-Konsegwenzi li seta’ jkun hemm fuq ir-Rotunda tal-Mosta kieku bomba Germaniza ta’ 500kg splodiet.”


Dahla


Fid-9 ta’ April, 1942 il-Luftwaffe Germaniza attakkat Ta’ Qali, Malta G.C. Bhala konsegwenza r-Rotunda tal-Mosta, struttura maghrufa li ghandha t-tielet l-ikbar koppla bla sapport, intlaqtet minn balla Germamza ta’ 500 kilogramma. Il-bomba, mixhuta minn Junkers 88, ma haditx. Ghalhekk ir-Rotunda setghet tibqa’ wieqfa filwaqt li sostniet hsara relattivament zghira.11


Issa tqanqlet il-mistoqsija dwar x’kienet tkun il-hsara lir-Rotunda kieku l-balla splodiet. L-analisi pprezentata f’din il-karta ser tipprova twiegeb din il-mistoqsija billi tezamina karatteristici fundamentali ta’ bomba Germaniza ta’ 500kg , tanalizza l-effetti fizici prodotti mill-bomba, u tistima l-mod ta’ reazzjoni ta’ l-istruttura tar-Rotunda.


Analisi


(p.184) It-tip ta’ bomba wzata kontra r-Rotunda kienet is-Sprengbombe-cylindrisch (SC) 500 Germaniza. Din l-arma tizen nominalment 500kg, ghandha qoxra ta’ azzar ta’ 280kg u gewwieni ta’ splussiv ta’ 220kg. L-isplussiv l-aktar probabbli kien it-TNT, izda 60/40 Amatol kien kultant jintuza.12 Il-fuze kien jiehu ma’ l-impatt b’carg elettriku, x’aktarx issettjat minn qabel biex jiehu mal-habta. Il-hin ta’ dewmien (delay time) fil-fuze “instantanju” kien tipikament ta’ madwar 0.01 ta’ sekonda. Bombi mixhutin minn gholi ta’ 10,000 pied kienu jahbtu b’velocta li hi stmata li tvarja minn 700 sa 1000 pied fis-sekonda (pfs); hafna rizultati ghalhekk huma kkwotati fuq il-bazi ta’ 850 pfs.


Minhabba l-ghamla x’aktarx tonda tal-manhar ta’ SC 500, meta bomba kienet tahbat ma’ targets iebsa f’angoli “oblique”kien jigrilha li tibbawnsja minflok li tidhol gewwa. Minhabba li l-bomba li laqtet ir-Rotunda dahlet gewwa, wiehed jista’ jassumi li l-orjentazzjoni ta’ l-arma mal-laqta kienet kwazi perpendikulari ma’ wicc il-koppla. Wara l-impatt, kieku l-bomba hadmet sewwa, il-fuze kien jibda l-ispluzjoni. Id-dewmien minn x’hin jibda l-process sakemm tasal l-ispluzjoni kien jaghti cans lill-bomba biex ittaqqab bizzejjed fil-koppla u tisplodi gewwa.


Ma’ l-ispluzjoni l-arma kienet tipproduci mal-20,000 bicca b’velocitajiet bejn l-4000 u s-7000 pied fis-sekonda. Il-bicciet kienu jixterdu mill-post ta’ l-ispluzjoni; il-bicca l-kbira taghhom kienu jigu mill-parti cilindrika tal-bomba (inqas kienu jigu mill-manhar u mid-denb). Madanakollu, ejja nassumu tifsila (pattern) ta’ tifrik ippropagat f’ghamla sferika (kif hu komuni); tista’ ssir stima bejn wiehed u iehor ta’ l-ghadd ta’ bicciet li jolqtu partijiet varji tal-gewwieni tar-Rotunda. Minhabba li l-bomba kienet tkun kwazi tmiss mal-wicc ta’ gewwa tal-koppla meta tisplodi, dan ir-regjun kien ilaqqat l-ikbar koncentrazzjoni ta’ bicciet, madwar 75 kull pied kwadru. It-tanbur tar-Rotunda kien jintlaqat minn medja ta’ minn wahda sa zewg bicciet kull pied kwadru, u l-art taht il-koppla kienet tintlaqat minn madwar bicca wahda kull seba piedi kwadri. Ghalkemm dawn il-bicciet ma kenux jikkawzaw wisq hsara strutturali (hlief ghall-inhawi tal-koppla madwar l-ispluzjoni), setghu jikkawzaw sfigurament sever ghal medda gmielha tal-koppla, hitan u dak kollu li kien fiha r-Rotunda.


Flimkien mal-bicciet il-bomba kienet tipproduci effetti ta’ airblast sostanzjali. Tipikament ghal dak li jigri meta bomba tisplodi fi struttura, wiehed ghandu jqis x’sahha ghandha l-istruttura biex tiehu fiha u tkabbar (p.185) l-effetti tal-blast.13 Izda l-volum miftuh tant kbir tar-Rotunda hu tali li dan jista’ jithalla fil-genb f’dan il-kaz. B’danakollu S-SC 500 kienet tipproduci pressjonijiet ta’ blast incidentali qrib il-bomba li kienu jammontaw ghal 2500 libbra kull pulzier kwadri (lpk). Dawn il-pressjonijiet kienu jitkabbru mal-habta mal-wicc gewwieni tal-koppla u jipproducu pressjonijiet riflessi immedjati ta’ madwar 25,000 lpk. Dawn il-pressjonijiet riflessi kienu mbaghad jisfumaw minn sahha qawwija li tikber u tinfirex mad-dwar f’qisu 1.5 milliseconds. Din il-forza, flimkien mal-bicciet, kienet tkun bizzejjed biex tixkana u twaqqa’ parti mill-koppla fil-qrib immedjat tat-toqba, u thaffer hofra x’aktarx id-doppju tat-toqba li saret meta ttaqqbet il-koppla.


Minhabba l-post fejn laqtet l-arma li kellha tisplodi, il-koppla tar-Rotunda kienet tkun suggetta hafna ghall-hsara. Biex tistima l-effett tal-blast fuq il-koppla, l-ewwel wiehed jiddiskuti r-reazzjoni bazika tal-koppla. B’mod generali l-koppli ghandhom l-istabbilta strutturali taghhom mill-hnejja latitudinali (meridional-latitudinal-arch action) u mic-crieki tac-cirkonferenza (circumferential-longitudinal-hoop action). Il-pizijiet tal-hnejja, arch stresses, huma kumpressivi, hoop stresses, fil-parti ta’ fuq tal-koppla, sal-punt fejn wicc il-koppla jaghmel angolu ta’ 52° mal-kuruna. Taht din il-parti l-istress isir tensili.


F’koppla parzjalment emisferika, bhalma hi r-Rotunda tal-Mosta, taghbijiet tal-wicc mifruxin b’mod uniformi huma mxerrda b’azzjoni ta’ hnejja, arch action, ghat-tanbur, li kontinwament jissapportjahom. Peress li t-tanbur jipprovdi biss reazzjonijiet vertikali, isiru crieki fit-tarf biex ma jhallux stressijiet meridjonali li jmejlu. Bhala tali, il-koppla tar-Rotunda tal-Mosta ghandha tkun esklussivament f’qaghda ta’ kumpressjoni (meridjonali u cirkumferenzjali). Minhabba f’hekk il-koppla ma kienx ikollha kapacita minnha nfisha biex tirrezisti l-forzi tensili tal-blast tal-bomba.14 Meta wiehed jistima l-kobor u z-zmien li ttul il-forza tal-blast billi juza a single degree-of-freedom analysis system, wiehed isib li l-izlugar ta’ elementi tal-koppla kien iwassal ghal numru ta’ pulzieri. Dan kien tkun bizzejjed biex jaqla’ elementi mill-pozizzjoni ta’ ekwilibriju taghhom, jaqsam gonot tat-tajn, u jikkawza hsarat ohra ghall-istabbilta tal-koppla. Wara l-blast, l-effett kombinat bejn il-hofra kbira maghmula mill-balla u l-instabbiltajiet strutturali differenti kawzati minn koppla mhezza, kien ikun x’aktarx bizzejjed biex jikkaguna l-kollass strutturali immedjat progressiv tal-koppla kollha kemm hi. Bicciet ohra tar-Rotunda tal-Mosta, maghdud it-tanbur, crieki tat-truf u hitan ewlenija x’aktarx li kienu jibqghu shah.


(p.186) Ma l-effetti tal-blast ta’ l-arja mgarrba mill-koppla, partijiet ohra tar-Rolunda kienu jhossu wkoll pressjonijiet sostanzjali ta’ blast ta l-arja. Pressjonijiet riflcssi kontra t-tanbur kienu jkunu madwar 52 kull pulzier kwadru u jahbtu ma’ l-art b’velocita ta’ 11-il libbra kull pulzier kwadru. Ghalkemm ma kenux ikunu kbar bizzejjed sostanzjalment biex jikkawzaw hsara strutturali, dawn il-pressjonijiet kienu jkissru jew jifqghu l-hgieg kollu espost. Effetti ohra mill-blast kienu jkunu gmied minn prodotu splussivi parzjalment imqabbda. Dawn kienu jsewdu kwazi l-ucuh esposti kollha tar-Rotunda.


Ovvjament, il-piz tad-debris mill-koppla niezla kien jeqred kwazi kollox tahtu u kien jhedded sostanzjalment il-hajja ta’ kull individwu espost. Theddid iehor lil persuni fir-Rotunda kien ikun mewt jew feriment mill-bicciet15, pressjoni zejda tal-blast ta’ l-arja, airblast overpressure,16 jew spustament tar-rih tal-blasl.17


Konkluzjonijiet


F’gieh struttura kbira bhalma hi r-Rotunda tal-Mosta, kienet tassew xorti li l-arma li laqtitha nhar id-9 ta’ April, 1942 ma splodietx. Li kieku splodiet, l-istima turi li x’aktarx li l-koppla kienet taqa’, u hsara kbira kienet issir lill-bqija ta’ l-istruttura. Ma’ dan jinghad li individwi fir-Rotunda kienu jkunu esposti ghal effetti li setghu jew joqtluhom jew iferuhom.


(B) F’ittra ta’ 1-10 ta’ Gunju, 1994 is-Sur Fertal kitibli: “Minn meta baghttlek l-ewwel analisi tar-Rotunda tal-Mosta, kelli c-cans nerga’ naqra l-karta tieghi kemm-il darba, u jidhirli li jkun f’waqtu li nispecifika xi punti.


L-ewwel, f’pagna tnejn, l-analisi tghid: “Minhabba li l-bomba kienet tkun kwazi tmiss mal-wicc ta' gewwa tal-koppla meta tisplodi, dan ir-regjun kien ilaqqat l-ikbar koncentrazzjoni ta’ bicciet (madwar 75 kull pied kwadru)”.


Nixtieq inzid li din il-figura (75 bicca kull pied kwadru) ghandha x’taqsam mat-toqba mberma mill-arma, u li kien ikun hemm fetha ta’ ghadd ta’ piedi bejn il-bomba u l-eqreb parti tal-koppla li ma kinitx bil-hsara.


Ukoll, nixtieq inzid ftit kummenli fuq kif il-koppla kienet tirrcagixxi ghall-blast ta’ l-arma. Kif ghedt fl-analisi wiehed jistenna li l-blast u l-ambjent frammentarju madwar il-bomba, maghqudin flimkien, kienu fis ikabbru t-toqba ghal madwar id-doppju ta’ dik originali. Dan kien ukoll idghajjef u johrog barra minn posthom hafna mill-elemenli madwar il-toqba (p.187) mkabbra. Imbaghad, kif mistqarr (l-analisi, pressjonijiet ta’ blast li jagixxu fuq l-ucuh gewwenija kienu jaqilghu minn poslhom elementi tal-koppla, 'il fuq u 'I barra mill-pozizzjoni ta’ ekwilibriju taghhom. Minhabba l-hxuna tassew kbira u t-toqol tal-koppla, il-kobor ta’ dan l-izlugar ma kienx ikun daqshekk kbir, u kien ivarja minn ftit sa ghadd ta’ pulzieri.


Dak li issa nixtieq niccara hu li dan l-izlugar, peress li hu relattivament zghir, ma jikkonfermax ghal kollox li l-koppla kienet tikkollassa. Izda, minhabba l-kostruzzjoni tal-koppla, nemmen li dak li kien jigri wara l-blast kien ikun fix-xehta ta’ chain reaction. Fil-fatt, minhabba li l-koppla kienet iddisinjata biex tkun kollha fi stat ta’ kumpressjoni, rinforz (bhal b’reinforcement bars uzati tipikament f’bini tal-konkrit) ma kienx jezisti u b’hekk ikun jista’ jilqa’ l-istressijiet li jmejlu u dawk tensili, stressijiet li kienu jitqanqlu hekk kif l-elementi mahruga minn posthom irreagixxew taht il-forza tal-gravita. Il-fatt li l-koppla ma kinitx tista’ tissappoitja lilha nfisha kien ikun fl-aghar tieghu madwar it-toqba mnejn dahlet il-bomba, minfejn il-kollass progressiv kien jibda. Imbaghad, ghax l-elementi kollha fil-koppla huma b’xi mod dipendenti fuq ta' magenbhom ghall-istabbilta, il-kollass kien jinfirex ma’ kwazi l-koppla kollha, jekk mhux kollha kemm hi.


(C) Minn ittra tat-30 ta’ Gunju, 1994 nichdu dan li kiteb is-Sur Fertal: “Kieku l-bomba kienet issettjata biex tisplodi hdax-il sekonda wara li tolqot il-koppla, nemmen li l-bomba ma kenitx tkun qrib bizzejjed tal-koppla biex tikkagunalha l-hsara sinifikanli li jiena stmajt originarjament u, fil-fatt il-koppla x’aktarx li kienet tibqa’ wieqfa shiha.”


IR-RAPPORT ANGLO-AMERIKAN TOOMEY-NICHOLLS-ELLIS - L-investigazzjoni ballistika maghmula mill-iStaff College ta’ Cambertey, l-Ingilterra, iggib id-data tad-19 ta’ Novembru, 1993 u ntbaghtet lili minn Wing Commander R. (Bob) Iredale MRIN, RAF. Wing Commander Iredale ha l-okkazjoni biex jgharrafni li kien ghadu kif ghadda l-kmand ta’ l-Iskwadra Nru 24 tar-RAF, li fi zmien il-gwerra, kontra dak li ghadu emmnut minn bosta, kienet hi, u mhux Lord Gort, li gabet il-George Cross f’Malta. Wing Commander Iredale kitibli li ghadu jghozz bosta memorji sbieh ta’ Malta.


B’ittra tal-5 ta’ Ottubru, 1993 Lt Colonel C.J. Nicholls RA gharrafni li l-misloqsijiet tieghi kienu qeghdin jigu mistharrga bl-ghajnuna ta’ student Amerikan li habat li kien qieghed jistudja fil-kullcgg. Dan kien il-Maggur (p.188) C.J. Toomey PE, USA, li studja akkuratament b’mod mill-aktar xjentifiku u teknologiku l-problemi mressqin lilu u taghrif li jien stajt nghaddilu, li hu semmieh Memorandum from Mr Anthony Camilleri, dated 5th September, 1993.


Jien staqsejt: (a) X’kien l-impatt fuq il-qoxra tal-koppla ta’ bomba li tizen 1100 libbra, li ma haditx, imwaddba minn ajruplan ghaddej b’xi 300 sa 350 mil fis-siegha wara hdax-il sekonda li nxtehtet? (b) X’kienu jkunu r-rizultat kieku l-bomba splodiet? Il-koppla kollha kienet taqa’, l-aktar meta wiehed iqis li din m’ghandhiex sapports? Il-hitan li fuqha tistrieh kienu jibqghu shah?


Il-Maggur Toomey, fir-rapport lil Lt Colonel Nicholls jissottometti dawn il-konkluzjonijiet, imsahhin minn stharrig matematiku u xjentifiku f’Annex A tar-rapport:

  1. X’aktarx li l-bomba ma kenitx taghmel toqba daqsha (clean hole the size of the round) izda ikbar.
  2. Kien hemm possibbilta li jidhru xi xquq (fatigue cracking). Din kienet possibbilta, izda wiehed kellu jinvestiga l-istruttura nnifisha u jikseb aktar taghrif. Ix-xquq kienu kieku jikbru mal-moghdija taz-zmien u kieku t-tahsir jigri aktar malajr fix-xitwa.

Dwar it-tieni mistoqsija l-Maggur Toomey josserva:

  1. Hu evidenti li biex taqa’ l-koppla l-bomba trid tkun dahlet imqar ftit fil-qoxra taghha. F’kaz bhal dan, kieku l-bomba dahlet kollha fil-qoxra u mbaghad splodiet, parti mill-koppla kienet taqa’.
  2. Ladarba l-koppla m’ghandhiex sapports (unsupported dome), hi zzomm f’postha minn forzi kumpressivi (compressive forces) li gejjin minn fuqnett. Meta dawn il-forzi jitwarrbu, parti mill-koppla ccedi u ftit wara l-koppla kollha. Kemm minnha kienet taqa’ wiehed ma jistax jghid. Il-hitan li fuqhom hi mibnija x’aktarx kienu jibqghu shah.

Meta l-grupp ta’ espeiti u studenti fi Staff College, Camberley, iddiskutew il-materja waslu ghall-konkluzjoni ahharija li l-koppla kollha kienet taqa’ u l-materjal bejn l-arkati u l-kolonni kien itir ukoll. L-arkati x’aktarx li kienu jibqghu f’posthom minhabba l-hxuna tal-bazi taghhom. Hekk kiteb f’isimhom Flight Lieutenant Tim J.R. Ellis BSc, CEng, MRAeS, RAF lil Wing Commander Iredale fl-10 ta’ Novembru, 1993 meta ssottomettielu r-rapport tal-Maggur Toomey, li tqabbad minn Lt Colonel Nicholls.


Wing Commander R.D. Iredale gabar il-konkluzjonijiet f’sentenza wahda meta gentilment kitibli personalment biex jghaddili l-frott ta’ xhur ta’ ricerka tan-nies tieghu: “Haga tidher zgura; kieku l-bomba ppenetrat u splodiet l-arkati biss kienu jibqghu weqfin!”


(p.189) Dawn huma konkluzjonijiet validi msahhin minn konkluzjonijiet bhalhom ta’ esperti ohra. Il-Maggur Toomey qal sewwa li l-bomba m’ghamlitx hofra d-daqs tal-manhar taghha. Ic-cirkunferenza kienet ta’ madwar ghoxrin pied, filwaqt li hi kellha cirkunferenza izghar ta’ madwar zewg piedi. Dan it-taghrif ma tajlhulux jien izda wasal ghalih hu.


IR-RAPPORT FRANCE RENARD — Il-Professur J. Renard ta’ l-Universita Franciza ta’ Orleans, Laboratoire de Recherche Universitaire, servizz ta’ l-Energija, Spluzjonijiet u Struttura, b’ittra ta’ l-1 ta’ Dicembru, 1993 wegibni ghall-mistoqsijiet li ghamiltlu dwar t-effetti ta' l-ispluzjoni kieku hadet is-SC 500 kg.


Qalli li hemm diversi incertezzi li ghandhom x’jaqsmu man-natura ta’ l-isplussiv, il-kwantita ta’ l-isplussiv, il-post fejn setghet issir l-ispluzjoni kif ukoll l-istruttura nnifisha: kemm ghandha rezistenza dinamika, il-massa volumetrika taghha, x’aperturi hemm fiha u kwistjonijiet ohra.


Ghalhekk xtaq josservali li t-twegiba li kien ser jaghtini kellha tittiehed b’certa rizerva. B’danakollu ried jaghtini twegiba biex ikolli hjiel.


Dwar il-koppla bomba ta’ 500kg b’250kg splussiv fiha:

  • Jekk tisplodi fic-centru tal-koppla ta’ diametru ta’ 40m, tipproduci superpressure ta’ DELTA Pi, ekwivalenti ghal 0.65 bar u superpressure Odessa ta’ DELTA Pr, ekwivalenti ghal 1.65 bar.
  • Il-koppla prattikament tinqered ghal kollox bl-effelti tal-blast, souffle, u l-qasma tal-koppla, rupture de la voute.
  • B’forza magguri jekk l-ispluzjoni ssir qrib il-qoxra minn gewwa tal-koppla.

Ghal dak li ghandu x’jaqsam mat-tanbur:

  • Jekk l-ispluzjoni ssir fuq l-assi tat-tanbur ikun hemm l-istess superpressure bhal qabcl. Il-hitan tat-tanbur jibqghu weqfin qrib it-twieqi.

IR-RAPPORT GERMANIZ RUDOLPH — Is-sustanza ta’ dak li kkonkludcw il-Professur Renard, il-Maggur Toomey u Flight Lieutenant Tim Ellis tinsab fir-rapport ta’ Dr. Ing. Rudolph tal-Bundesamt Für Wehrtechnik Und Beschaffung. Dr. lng. Rudolph semmieli fl-ittra tas-27 ta’ Awissu, 1993 li kien jara zewg possibbiltajiet ta’ x’seta’ gara kieku l-bomba splodiet. F’kaz ta’ spluzjoni barra l-qoxra tal-koppla, il-hsara kienet tkun zghira. Fit-tieni kaz immaginabbli, spluzjoni tal-bomba fil-knisja, qrib il-koppla, kienet twaqqaghha.


(p.190) Ghalkemm ma tanix l-ispjega ’l ghala, malajr fhimt kif dan jigri. Il-qawwa ta’ l-ispluzjoni barra l-koppla kienet linfirex fl-arja miftuha u l-qoxra kienet tbati mill-forzi ta’ kumpressjoni fl-arja ta’ l-ispluzjoni. Izda kieku hadet gewwa fil-hxuna tal-koppla stess, il-forza ta’ l-isplussiv kienet tahbat iddamdamha u tfarrakha u tkompli taghfas biex tohrog sakemm tigi fix-xejn u tintilef fi spazji usa’, l-istess bhalma meta jiehu murtal jiftah il-qoxra, li ssir bicciet.


Il-Professur Tommaso Scalesse, Direttur tad-Dipartimento di Scienza, Storia dell’Architettura e Restauro ta’ l-Universita “G. Chieti D’Annunzio”, Pescara jaqbel ghal kollox mal-Professur Renard u Dr. Ing. Rudolph, fost ohrajn li semmejna. B’ittra tal-14 ta’ Ottubru, 1993 irrimarkali li, kieku l-bomba hadet mad-daqqa mal-koppla jew gewwa l-knisja, il-koppla kienet tikkrolla bix-shockwave, I’onda d’urto. Il-Professur Scalesse qalli li kien zar il-knisja sabiha tal-Mosta u jiehu gost li l-knisja helsitha u setghet tkun restawrata perfettament, kif jidher ukoll mir-ritratti li bghattlu.


Ta’ l-istess fehma dwar id-destin ahhari tal-koppla kieku l-bomba splodiet hu l-Professur Christian Vidal, Vici-President tar-Ricerka u l-Istudji Dottorali ta’ l-Universita ta’ Bordeaux I. Hu jemmen li l-koppla kienet tinqered jekk wiehed iqis l-effetti li garrbu l-ilqugh u l-bjut ta’ bazijiet taht il-bahar minn ordinji bhal din fi zmien il-gwerra. Il-Professur Vidal, li kitibli ittra datata 2 ta’ Settembru, 1993, kien qed jirreferi ghal ilqugh rinfurzat bil-konkrit biex ihares lis-sottomarini fost ohrajn.


IR-RAPPORT PETER SMITH — Dr Peter Smith, Senior Lecturer, Civil Engineering Group tar-Royal Military College of Science, Shrivenham, f’ittra li ggib id-data tal-31 ta’ Awissu, 1993 irrimarka li wiehed ghandu jara x’energija hi mehtiega biex tispostja l-gebel. Il-bomba kellha hafna energija kinetika (0.5 x Mass x Velocity2). Kieku l-bomba habtet b’heffa ta’ 110m kull sekonda l-energija kienet kbira, madwar tliet miljun Joules (jew Newton-metres). Din kienet hafna u b’din l-energija waqghu 330 pied kubu gebel, gew imxieghra 700 kubu iehor li kellhom jitnehhew meta ssewwiet il-koppla, u ma saritx izjed hsara minhabba s-sengha tal-bini u tad-disinn tal-koppla.


Hemm imbaghad l-aspett l-aktar kiefer u li jbezza’. Dr Smith kitibli: “Ghandek tkun grat li l-bomba ma splodietx u b’dak il-mod illiberal l-energija kimika taghha: 300kg ta’ splussiv qawwi fihom 4,500,000 Joules/ kg u jaghtu madwar 1350 miljun Joules ta’ energija!”


(p.191) Jiena nistaqsi, wara li nqis li bi tliet miljun Joules saret il-hsara li saret u ma kien hemm ebda spluzjoni, x’kien isir b’qawwa ta’ 450 darba izjed?


IR-RAPPORT COLIN WHITE — Mr Colin White MSc, Senior Lecturer, Physics, Department of Applied and Physical Electronics, University of Portsmouth, hejja rapport dwar l-effetti ta’ l-ispluzjoni ta’ bomba ta’ 500kg fuq il-knisja tal-Mosta. B’ittra tas-27 ta’ Ottubru, 1993 gharrafni li, jekk il-bomba ntelqet minn gholi bejn 2000 u 3000 pied, il-velocita taghha mal-habta kienet madwar 250 m/s. Din tipproduci energija mal-habta, impact energy, ta’ madwar 16 MN.



Kieku l-bomba splodiet ezatt mad-daqqa mal-koppla kienet ittajjarha, hlief forsi ghall-ewwel dawra tal-corbel u tikkaguna xi hsara bil-blast lill-gewwieni tal-knisja. Is-Sur White jghid ukoll li materjal li jaqbad seta’ jiehu n-nar; biss, peress li l-knisja tal-Mosta ghandha paviment ta’ rham, mhux injam, nghidu ahna, il-hsara min-nirien sekondarji kienet tkun minima.


Possibbilta ohra li jsemmi s-Sur White hi kieku l-bomba dahlet mill-koppla minghajr ma splodiet izda hadet mill-ewwel malli habtet mal-paviment ta’ l-irham. Is-Sur White osserva li habta ta’ bomba ma’ konkrit jew material iebes ghandha cans tikkawza spluzjoni f’dan il-kaz ferm izjed milli kieku l-art kienet taflija. Is-Sur White qal li fil-kaz tal-possibbilta li l-bomba hadet f’salt malli habtet mal-qiegha ta’ l-art il-blast kien iwaqqa’ l-parti ta’ fuq tal-koppla u l-lanterna certament li kienet tikkrolla minhabba t-toqol taghha stess. Hsara mill-blast lill-istruttura ewlenija kienet tkun ristretta lid-dekorazzjonijiet. Il-hgieg kollu kien jinkiser. B’dan il-mod il-bicca l-kbira tal-pressa qawwija tal-blast kienet tohrog ’il barra.


Is-Sur White xebbah l-effett ta’ blast ta’ bomba fil-knisja taghna ma’ dak f’moskea. Il-bini ghandu ghamla kwazi sferika u l-ponot mnejn tohrog il-pressa tal-blast qeghdin fil-passaggi, li jiffurmaw qishom mini, li jwasslu ghat-twieqi u ghal barra. Il-hitan huma wesghin u l-koppla twiezen lilha nnifisha (self-supporting) bis-sahha tal-forza tal-gravita li tagixxi kontra d-direzzjoni tal-blast. Fil-fatt il-knisja tal-Mosta, bhal moskea, hi ddisinjata b’mod ideali biex tiflah ghall-blast tal-bomba. Ma setghetx tkun iddisinjata ahjar.


It-tielet possibbilta kienet li l-bomba tiehu wara li tkun ippenetrat l-art F’dan il-kaz il-koppla kienet thoss il-blast u l-lanterna, punt mnejn l-energija qawwija tfittex li tohrog mill-gheluq, kienet taqa’. Il-hsara lill-hitan u d-dekorazzjonijiet f’dan il-kaz kienet tkun minima.


(p.192) Is-Sur Colin White kiteb li dawn l-osscrvazzjonijiet huma bazati fuq il-hsara li hi maghrufa li saret lil bini varju matul it-Tieni Gwerra Dinjija.


IR-RAPPORT W. JOHNSON - Il-Professur W. Johnson FRS, FEng, li kien Professur fl-Universiti ta’ Cambridge, l-Ingillerra, f’ittra ddatata 24 ta’ Novembru, 1993 qalli li l-bomba certament li kellha tidhol fil-knisja wara li waqghet peress li kienet ghaddejja b’velocita supersonika ta’ madwar 1200 pied fis-sekonda. Osserva wkoll li d-diametru tat-toqba kellu jkun madwar tliet darbiet id-diametru tal-bomba. Fil-fatt il-Professur Johnson kien korrett ghax dan hu r-ratio bejn diametru tat-toqba u diametru tal-bomba.


Il-Professur Johnson hu tal-fehma li l-lanterna kienet taqa’ ghal isfel kieku sehhet l-ispluzjoni.


Biex jghinni nasal ghal xi forma ta’ konkluzjoni indipendenti, il-Professur Johnson gentilment baghatli kopji ta’ karti xjentifici li qara f’laqghat internazzjonali ta’ l-esperti.18 F’Mechanics of Material Behaviour (1984) dehret karta bit-titlu Aspects of Damage to Buildings from Uncased Explosives. Johnson juri li l-ispluzjoni fl-art tikkaguna shock waves ’il fuq u caqliq orizzontali. Soqfa ta’ spiss jinqalghu minn posthom.19


Minn rapport imhejji minn Lord J.F. Baker intitolat Memorandum on the Design of Bomb-Resisting Structures against H.E. Attack ghall-iStructural Engineering Branch, Ministry of Works, U.K. 1954, jirrizulta li bombi ta’ 500 u 1000 libbra bil-kejs li jisplodu hekk kif jahbtu ma’ wicc tajjeb ta’ knaten ta’ reinforced concrete (b’sistema ta’ rinfurzament maghrufa bhala Brunswick) ghandhom ikollhom hxuna ta’ hames u sitt piedi u nofs rispettivament biex jirrezistu li jitfarrku.20


Il-Professur Johnson qalli li fis-Snin Tmenin qatta’ vaganza Malta u sabha interessanti hafna - mhux biss ambjent hadrani bhal Minorca.


IL-FEHMA TA’ DR ROWLAND MAINSTONE


Dr Rowland J. Mainstone fl-ittra tal-5 ta’ Novembru, 1993 stqarrli li kien ilu li sema’ bil-koppla tal-knisja tal-Mosta ghax hu espert fi strutturi bhal dawn. Jixtieq li xi darba jzurha.


Dr Mainstone qalli li jiddispjacih li mhux espert tal-ballistika. Ir-ricerka ii ghamel madwar ghoxrin sena ilu fil-bidu tas-Snin Sebghin fuq l-effetti strutturali ta’ spluzjonijiet kienet tikkoncema l-aktar spluzjonijiet ta’ gassijiet. Ghalhekk seta’ biss jikkummenta b’mod generali hafna fuq il-mistoqsija li ghamiltlu dwar l-effett tal-bomba fuq il-koppla kieku hadet.


(p.193) Twegiba aklar dettaljata milli seta’ jaghtini kienet tirrikjedi taghrif dwar il-hitan li fuqhom hi mibnija l-koppla. Dawn il-hitan huma aktar importanii ghall-istabbilta tal-koppla mill-istess bini taghha. Kieku felhu l-blast minghajr ma cedcw wisq, il-koppla ma kinitx issofri hsara kbira ghax il-quccata tal-blast kienet ittul ftit hin u x’aktarx li kienet tittaffa ghax tohrog mill-bibien u twieqi u fethiet ohra mahluqa mill-impatt tal-bomba u l-blast innifsu. Ghalhekk il-blast ma kienx jikkawza lifting bizzejjed biex jispostja l-gebel u jgieghel il-koppla tikkrolla. Naturalment ic-cirku tal-hofra li taqqbet meta l-bomba ghaddiet minnha kien jitwessa’.


Dr Mainstone, ricerkatur fl-effetti ta’ spluzjonijiet gassuzi u mhux ta’ splussiv qawwi, jenfasizza l-importanza tas-sahha tal-hitan li fuqhom tistrieh il-koppla. Jekk dawn kienu jirrezistu l-blast u jibqghu wieqfa, il-koppla kienet tibqa’ wieqfa u ggarrab il-hsara lokalizzaia ta’ l-ispluzjoni.


L-analizi ta’ Dr Mainslone taqbel sostanzjalment ma’ ta’ l-esperti l-ohra. Wiehed irid jiftakar li Dr Mainstone irricerka dwar l-effetti ta’ spluzjonijiet ta’ gass. Ghalhekk f’mohhu kellu spluzjoni li ssir gewwa l-knisja ’l boghod mill-qoxra tal-koppla. Kienet tkun fatali spluzjoni ta’ bomba ta’ splussiv qawwi fil-qoxra tal-koppla. Xi esperti fissru li spluzjoni barra l-koppla kienet tikkawza hsarat.


Il-koppla madankollu kienet tibqa’ wieqfa u l-pressa kienet tohrog minn postijiet ta’ rezistenza fragli bhal twieqi u bibien. Ohrajn qalu li spluzjoni fil-qoxra tal-koppla kienet twaqqaghha. Esperti ohra huma tal-fehma li bomba tal-kalibru li dahlet fir-Rotunda, kieku tisplodi fl-art, kienet taffetwa l-lanterna u, malli din iccedi, twassal ghall-kollass gradwali tal-koppla, haga wara l-ohra, bhal f’reazzjoni-katina. Il-fehma generali ta’ l-esperti ta’ l-effetti ta’ bombi ta’ splussiv qawwi fuq strutturi bhall-koppla tal-knisja tal-Mosta hi li, kieku gara dak li minnu skansat il-knisja nhar id-9 ta’ April, 1942, il-koppla kienet tiggarraf, ghalkemm il-hitan li fuqhom tistrieh kienu jibqghu shah.


PARTI IV


Il-kaz ta’ l-ispluzjoni fuq il-gwarnicun fuq San Guzepp
Waqt li SD50 laqtet il-kampnar tal-qanpiena l-kbira minghajr ma hadet u spiccat fuq iz-zuntier, instemghet spluzjoni fuq in-naha l-ohra tal-knisja fuq il-gwamicun fuq San Guzepp. Skont is-Sur Frank Calleja, dak il-hin, qrib (p.194) l-4:30 p.m., ma nstemghux ajruplani. Il-balla li laqtet il-kampnar fejn kienu lanqas biss indunaw biha li niezla.


Issa jekk l-ajruplan li xehitha kien Jabo Messcrschmitt Bf 109, kif stabbilejt f’dan il-ktieb, il-possibbilta li jixhet ohra bhalha kienet tezisti, ghax seta’ jkun armat b’zewg SDs 50kg. Imma x’inhi l-possibbilta li dik li waqghet fuq San Guzepp kienet SD50kg? Staqsejt lil Dr Peter D. Smith, Senior Lecturer fis-Civil Engineering Group fir-Royal Military College of Science, l-Ingiltcrra, x’inhuma l-effetti ta’ SD50 kg fuq art solida tal-franka u fuq hajt massiv ta’ knaten tal-franka, hajt mibni solidu gebla ma’ gebla, ta’ hxuna ta’ 18-il pied u gholi ta’ 47 pied.


Fl-ittra bi twegiba, iddatata 30 ta’ Lulju, 1993, Dr Smith wegibni li l-mistoqsijiet tieghi ma kenux facli biex twegibhom. Izda, bl-uzu ta’ data base fuq l-effetti ta’ l-armi li jaghtih l-opportuniti li jaghti l-karatteristici partikulari ta’ kull kaz, hu dahhal l-informazzjoni li kien hemm bzonn. Il-piz totali tal-bomba kien ta’ 50kg: l-azzar 25kg u l-isplussiv 25kg. It-tul tal-bomba, minghajr denbijiet, kien ta’ 25cm u 20cm iehor ghall-manhar. Id-diametru kien ta’ 20cm. It-toqol ta’ l-isplussiv kien ta’ 25kg, il-parti tal-metall li ssir bicciet tizen 99.17 grammi u l-velocita tal-bidu tal-bicciet 1891 m/s (metru fis-sekonda). Il-bomba tahbat b’velocita ta’ 200 m/s.


Id-densita tal-gebla tal-franka hi ta’ 2200kg/m3, il-gebla tiflah 50 MPa u l-kwalita taghha hi tajba.


Meta hareg ir-rizultat Dr Smith sab li l-bomba setghet taghmel toqba fonda bejn 24.11 u 36cm minghajr ma tisplodi. Fil-programm (semi-armour-piercing) it-toqba kienet tkun ifnad. Kiteb ukoll li d-diametru taghha jkun ikbar minn 20cm, id-diametru tal-bomba. X’aktarx kien ikun ta’ 40cm.


Qalli wkoll li kien aktar difficli tbassar il-hsara lill-hajt. Biss Dr Smith sab li l-arma li ipotizza hu, li ghandha l-karattcristici ta’ SC 50, kienet tiftah hajt tal-konkrit ta’ 15-il pied wisa’, ohxon 8 pulzieri jekk taqa’ mqar erba’ piedi u nofs ’il boghod. “Ghalhekk il-hajt tal-konkrit li semmejt kienet jigrilu hsara gmielha.”


Il-konkluzjoni tohrog wahedha. Fuq San Guzepp, kuntrarjament ghal dak li wiehed jistenna, ma waqghetx SD 50. Kieku l-hsara strutturali kienet tkun kbira hafna u evidenti. L-ahjar li wiehed jimxi ma’ dak li dejjem intqal, jigifieri li waqghet bomba zghira. Din setghet kienet bomba-farfett SD2, li b’zewg kilogrammi ta’ azzar u splussiv kienet toqtol anke sa ghaxar metri boghod. Barra minn hekk, kif qrajt fid-djarju tas-Sur W.D. Scott, is-SD2s kienu jinxtehtu fuq l-ajrudromi biex inisslu paniku fost id-difensuri wara li (p.195) r-rejd ikun ghadda. Dr Smith ghalaq l-ittra billi infurmani li f’Gunju 1993 zitu zaret Malta ghal xahar shih biex tiehu kors fil-bizzilla. Giet il-Mosta u hadet ritratt tal-bomba b’tifkira.


Is-Sur Andrew Simpson tar-Royal Air Force Museum, Hendon, b’ittra tat-2 ta’ Awissu, 1993 tani dawl iehor li jikkorobora l-hsara kbira li kienet taghmel SD50 kieku splodiet fuq il-gwamicun fuq San Guzepp. Is-Sur Simpson ghaddieli taghrif li rcieva min-NATO Technical Information Centre. Minn dan it-taghrif jirrizulta li bomba ta’ 50kg mixhuta mill-gholi hafna fuq il-franka tiftah krejter ta’ wisa’ ta’ 3.7 metri u fond ta’ 1.5 mctri. Kien hemm hsara bhal din fl-arja indikata? Kif kulhadd ghadu jghid sa llum, il-hsara li saret kienet zghira. Allura ma setghetx kienet SC jew SD 50kg.


Is-Sur Simpson irrimarkali li, milli jidher, hafna mill-bombi mixhuta fuq Malta, splodew fil-wicc minhabba li l-franka kienet iebsa. Dan kien fattur li gibidli l-attenzjoni ghalih Major (Retd) Arthur S. Hogben QGM fl-ittra tat-30 ta’ Lulju, 1993. Jekk il-franka tkun iebsa, l-ispluzjoni ssir fil-wicc; jekk tkun ratba taghti cans lill-bomba tippenetra ftit u ghalhekk tiftah hofra ikbar. Jghodd ukoll l-gholi li minnu tinxtehet bomba. Ajruplan jattakka fil-baxx jista’ jixhet il-balla u din tibbawnsjalu. Ghalhekk il-Germanizi kienu ghamlu l-iStachelspitzbombe (spike bomb). Jekk il-bomba tinxtehet mill-gholi ghandha cans tidhol fil-franka u taghmel krejter ikbar b’effetti li jinfirxu aktar fil-boghod.


Major Hogben tani l-istess qies ghad-diametru tal-krejter bhal dak li tani Simpson: 3.7 metri. Filwaqt li Simpson semma’ fond ta’ 1.5m, Hogben kiteb 1.75m. Dawn il-varjazzjonijiet jinftehmu fil-kuntesl ta’ dak li ghadni kif ktibt: l-irtubija jew l-ebusija tal-franka, l-gholi li minnu tinxtehet il-bomba, tinxtehitx waqt li l-ajruplan ikun ghaddej bi cruising speed orizzontalment jew vertikalment hu u jiddajvja fuq it-target u konsiderazzjonijict ohra.


It-tieni osservazzjoni fuq l-effelti ta’ spluzjoni ta’ bomba Germaniza ta’ 50kg: Major Hogben semma li l-hsara li ssir mill-bcejjec tal-gebel kagunati mill-blast kienet twassal sa boghod ta’ 100 metru u izjed. Hsara bhal din mhix registrata mill-ispluzjoni zghira ta’ fuq San Guzepp.


It-tielet osservazzjoni: issir hsara lill-pedamenti ta’ kwalunkwe bini sa boghod ta’ 13.5 metri. Dan ifisser li, kieku verament hadet bomba ta’ 50kg fuq il-gwarnicun fuq San Guzepp, kienet issir hsara konsiderevoli lit-tanbur f’dik l-arja. Din il-hsara ma saritx.


(p.196) Dawn l-effetti jridu jitqiesu fil-kuntest taghhom, jigifieri x’jigri meta bomba taqa’ fuq art solida tal-franka. Mela meta taqa’ fuq bini, kantuni mahduma u mqieghda magenb xulxin, l-effetti huma ikbar. L-indikazzjonijiet jeskludu ghal kollox li fuq San Guzepp hadet xi bomba ta’ 50kg jew aktar.


PARTI V


Il-bombi hdejn il-pedamenti tal-kannierja


Magenb it-tarag ta’ barra li hemm hdejn il-kannierja n-naha ta’ Santa Filomena waqghu zewg SD 50s fl-istess hbit.


Mill-ispjega li ta Dr Smith dwar l-effet ta’ spluzjoni ta’ bomba ta’ 50kg u t-taghrif mibghut mis-Sur Simpson, rajna li l-hsara kienet tkun sinifikanti. Il-hitan tal-kannierja ghalhekk kienu jtiru. Biss dawn il-hitan kienu jservu kontra l-blast u ghalhekk il-hitan hoxnin li jerfghu t-tanbur u l-koppla dik in-naha ma kien jigrilhom xejn.


Skont ittra ta’ Major Arthur S. Hogben, iddatata 30 ta’ Lulju, 1993, il-pedamenti tal-knisja sa distanza ta’ 13.5 metri mit-tifqigha kien jigrilhom il-hsara. Din l-aktar li kienet tolqot lis-sagristija, ghalkemm xi xquq kienu jfiggu wkoll fil-pedamenti ta’ l-inhawi li fuqhom tistrieh il-koppla. Il-pajpijiet tad-drenagg kien jigrilhom hsara sa distanza ta’ 10.8 metri filwaqt li gumna ta’ l-elettriku jew pajpijiet ta’ l-azzar kienu jintlaqtu sa distanza iqsar ta’ 5.5 metri.


Biex il-hitan tas-sagristija jigrilhom il-hsara riedu jintlaqtu direttament. Attakk fil-baxx kien jista’ jikkawza zewg krejters, kieku l-bombi dahlu mill-genb, filwaqt li attakk mill-gholi kien jaghmilhom kieku l-bombi waqghu fuq il-wicc catt tal-hajt. Fiz-zewg kazijiet il-bombi riedu jisplodu. Peress li kienu tnejn, il-hajt kien igarrab aktar hsara.


Nistghu hawnhekk insemmu x’setghet ghamlet il-balla ta’ splussiv qawwi ta’ 250kg misjuba fi gnien qrib il-knisja fl-1948, waqghet jew ma waqghetx nhar id-9 ta’ April, 1942. Il-Logotenent Jones kien tal-fehma li nxtehet “salvo” kontra l-knisja (ara pagna 49). Kien possibli li Junkers 88A-4 igorr tahlita ta’ bombi ta’ toqol differenti. Wahda mill-possibiltajiet numeruzi kienet li jgorr 2 x 250kg u 2 x 500kg u 10 x 50 kg. jigifieri, ghandna t-tliet pizijiet different indikati fix-xhieda tal-jum storiku u fil-fehma ta’ ufficjali tar-Royal Navy imdahhal f’xoghol ta’ tnehhija ta’ bomba sitt snin wara.


(p.197) Il-bomba li giet fil-gnien ma kenitx taghmel hsara strutturali lill-knisja. Kienet timlieha bid-daqqiet ta’ l-isplinters u x’aktarx tixhet il-bieb tal-hadid tal-kannierja ‘l gewwa, bhalma ghamlet il-balla li giet fil-pjazza ta’ l-Oratorju Qalb ta’ Gesu lill-kancell. Kienet ukoll tkisser hafna hgieg.


Parti VI


Iz-zmien jixhed is-sahha tal-koppla
Dr Simon Austin tad-Dipartiment ta’ l-Inginerija tal-Loughborough University of Technology, l-Ingilterra, kitibli f’ittra tad-29 ta’ Settembru 1993, li ladarba l-koppla baqghet shiha u intatta ghal hamsin sena, jidher li ma saret ebda hsara strutturali jew hsara sinifikanti li ghad tidher ‘il quddiem. Jekk it-tiswija ghadha tajba, din ukoll iddum u tibqa’ shiha.


PARTI VII


Konkluzjonijiet

  1. Kieku l-bomba li dahlet fil-knisja splodiet fil-qoxra tal-koppla jew fil-knisja, il-koppla kienet iccedi.
  2. It-tanbur u l-hitan kienu jibqghu weqfin, izda l-hgieg kien jitkisser.
  3. Il-massa ta’ gebel li kienet taqa’ fuq il-paviment kien ikollha konsegwenzi dizastruzi fuq dawk li kienu ghadhom hemm.
  4. Nies ohra fil-knisja kienu jsofru mill-blast ta’ l-arja f’widnejhom, mill-periklu li jissabtu ma l-art bir-rih tal-blast u minn daqqiet ta’ oggetti jtiru b’velocita bizzejjed biex joqtlu lil minn jolqtu.
  5. Fuq il-gwarnicun ta’ San Guzepp ma splodiet ebda bomba ta’ 50kg jew izjed. Wisq probabbli li l-missila kienet ordinju zghir, bhalma kienet bomba-farfett SD2.
  6. Iz-zewg balal li gew fil-pedamenti tal-kannierja kienu jtajru l-hitan fejn habtu ta’ l-istess kannierja; izda ma kienu jnisslu ebda hsara strutturali lill-knisja ghax dawk il-hitan kienu jservu ta’ xeltrijiet kontra l-blast.
  7. Kieku splodiet is-SD 50 li giet fuq il-kampnar f’xi l-4:30 ta’ wara nofsinhar. kienet ittajjar bicciet kbar minnu u kien ikollu jinbena mill-gdid.

RIFERERNZI

  1. On Shell Solutions for Masonry Domes, Jacques Heyman f’lnt. J. Solids Structures, pagni 229-230, 1967, Vol 3, pagni 227 sa 241. Pergamon Press Ltd.
  2. Ibid., pagni 239-240.
  3. Ibid., pagni 232-233.
  4. Engineering in the Renaissance.
  5. Jew 31751.44 tonnes = 31751440 kg. Heyman, pagna 237.
  6. Watertightness.
  7. Weapons Effects.
  8. Mitlub mis-Sur James A. Somerville. Bil-kortesija u l-permess tas-Sur Somerville.
  9. Ara pagna 94 ta’ din l-istorja.
  10. Analytical Method for the Assessment of the Safety Levels of Domes, D. D’Ayala fi Structural Repair and Maintenance of Historical Buildings, pagni 347-355.
  11. (1) - B’eccezzjoni tat-toqba fil-koppla.
  12. (2) - Id-differenzi kawzati minn dawn iz-zewg tipi ta’ splussivi jistghu ma jkunux kunsidrati.
  13. (3) - Permezz ta’ l-ammassament, build-up, ta’ pressjonijiet ta’ gassijiet kwazi-statici.
  14. (4) - Hlief permezz ta’ dead load weight u forzi frizzjonali inter-elementali.
  15. (5) - Izjed minn disghin fil-mija tal-bicciet prodotti mill-bomba kien ikollhom energiji kinetici ’l fuq minn 58 foot-pounds, ic-cifra meqjusa bhala regola bhala dik li timmarka bicciet perikoluzi.
  16. (6) - Ghall-pulse durations - vibrazzjonijiet - mistennija fir-Rotunda, pressjonijiet incidentali ikbar minn erba’ libbri kull pulzier kwadru huma meqjusa potenzjalment ta’ hsara lit-tanbur tal-widna u lill-pulmun.
  17. (7) - Din tirreferi ghall-periklu li wiehedjissabbatmill-blast,jewjintlaqat minn oggett li l-blast stess iwaddab.
  18. Pubblikazzjonijiet mibghuta mill-Professur Johnson: (1) Inaugural Address, laqgha ta’ The Manchester Association of Engineers, Sessjoni 1973- 74; (2) Large Deformations in Structures and People Caused by Impact and Blast f’Journal of Mechanical Working Technology 10 (1984), pagni 145-164; (3) Aspects of Damage to Buildings from Uncased Explosives f’Mechanics of Material Behaviour (1984), pagni 175-190; (4) Admiral John Dahlgren (1809-1870): His Life, Times and Technical Work in U.S. Naval Ordnance f’Int. J. Impact Eng.ng,Vol. 8, Nru 4, pagni 355-387; (5) The Merrimac-Monitor Duel and Mid-19th Century Revolutions in Naval Designs f’Int. J. Mech. Sci. Vol. 30, nru 3/4, pagni 293-312, 1988; (6) Benjamin Robins (1707-1751): Opting not to be a Commissary for Acadia but a Fortification Engineer in East India f’Int. J. Impact Eng.ng, Vol. 9, Nru 4, pagni 503-525 (1990).
  19. Pagna 182.
  20. Ikkwotat mill-Professur Johnson f’Aspects of Damage to Buildings from Uncased Explosives f’Mechanics of Material Behaviour (1984), pagna 182.

Kapitli ohra mill-ktieb