The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantissimu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Zmien ilu fil-Mosta... gabra ta' hsibijiet

minn Angelo Farrugia


Xena antika fi Triq il-Kbira l-Mosta – jidher St. Peter & St. Paul Bar illum City BarXena antika fi Triq il-Kbira l-Mosta – jidher St. Peter & St. Paul Bar illum City Bar.

(p.75) Meta kont zghir fil-Mosta niftakar zgur li konna naraw affarijiet li ma ghadekx tarahom jew b’xi mod tesperjenzahom. Immur lura ghal meta kont l-Iskola Primarja tal-Mosta li ghadha sal-lum fi Triq Grognet. Hemm niftakar lis-Surmast ta' l-iskola, is- Sur Farrugia mir-Rabat, li kien bniedem ta’ dixxiplina kbira.


Dan l-ahhar kelli x-xorti li nerga' narah. Alla jbierek ghadu mimli bl-ghomor. Niftakar konna ningabru fil-bitha ta' l-iskola, kollha 'fall in' qiesna f’parata, inkantaw u nfahhru lil Alla u minn hemm immorru fil-klassijiet rispettivi taghna. Niftakar ukoll diversi ghalliema primi li kienu jghallmuni, bhal per ezempju, is- Sur Gruppetta, Alla jahfirlu, li kien f’kull hin, waqt il-lezzjonijiet, johrog it-thermos tat-te u jferra fil-bott naqra te u jkompli jispjega b’ezattezza s- somornm. Ma rridx ninsa nsemmi lis-Sur Muscat, Alla jahfirlu, li kien ta' dixxiplina wkoll, u li dejjem kien jghidli biex inkompli nistudja. Mieghi kien ikun hemm fil-bank, siehbi Joe Bonnici, li kien jghidlu l-istess. Fil-fatt it-tnejn li ahna komplejna nistudjaw. Siehbi Joe, mar ukoll hdejn il-Mulej, f’eta zghira. Minn hawn insellimlu mill-qalb.


Imbaghad niftakar il-kju ghall-halib l-iskola. Dan kien hin mill-isbah ghalija. Kienu johorguna mill-klassi ghall-habta ta' xi l-ghaxra ta’ fil-ghodu, biex jaghtuna l-halib fil-mug. Kien ikun halib abjad jew kannella jew isfar. Jiena kont inhobb hafna l-halib u mhux l-ewwel darba li kont niftiehem ma xi tnejn li ma kinux ihobbu jixorbu l-halib, biex jiehdu l-halib xorta wahda biex nixorbu jien. Niftakar lil George, li bhalissa nsejt x'kien kunjomu, imma li kien wiehed minn dawk li dejjem kien jidhol ghal dan il-ftehim. Kien tifel atletiku hafna u tajjeb sew fil-futbol. Ililum naf li jinsab l-Awstralja.


L-istess il-pitazzi ta' l-iskola bl-arma tar-Regina. Jien kont niehu aktar minnhom (p.76) pero kien hemm raguni. Kont nikteb hafna kitba fuqhom biex imbaghad kont noqghod nirrakkonta stejjer, li nkun ktibt fuqhom waqt il-hin tal-break. Niftakar darba, kien hemm student, li ma kienx mill-Mosta, imma l-familja tieghu kienu gew joqoghdu ghal xi zmien hawn, li kien mar jugzani lill-Assistent Surmast. Dan kien baghat ghalija u meta ghidtlu x'kont naghmel, kien qabad jidhaq u qalli ‘prosit!’ Minkejja li din il-gazja kienet spiccat b’wicc il-gid, xorta wahda minn dakinhar bdejt noqghod aktar attent. Bdejt nifhem li fil-hajja mhux kollox ward u zahar anke fl-affarijiet z-zghar.


Fil-hin hieles tieghi kont immur hafna ghand in-nanniet li kienu joqoghdu fi Triq il-Kbira, il-Mosta. F’dak iz-zmien il-hajja fil-Mosta kienet xorta ohra. Anke l-hwienet, li dak iz-zmien konna nsibuhom ta’ l-erbgha hwienet, kienu wkoll differenti. Kont immur naqdi lin-nannu Wigi, li kien propjament Qormi, u li kienu jsibuh bhala ‘tan-Naghal’, ghax kien inieghel iz-zwiemel. Kien ipejjep sigaretti ta’ bla filter, il-Flag, li kont nixtrilu minghand Salvu l-Parrukkier. Kienu seba soldi l-pakkett dak iz-zmien. Kien ikun hemm ukoll tal-hobz, il-Pejx, li ghadu hemm sal-lum. Il-kunserva kont tixtriha bis-sold, u kienu jaghtuhielek f’bicca karta strazza u l-ikel ta' nofsinhar kont tmur ghalih wara li jiehu s-shana tal-forn tal-hobz, u thallas sold. It-tjubija ta' ikel dak iz-zmien kienet tal-genn, bil-mod li kienu jsajruh.


In-nannu kien dejjem isajjar hu fil-gurnata tal-mistrieh, il-Hadd. Kien dejjem jirrakkontali kif ghal aktar minn hamsa u ghoxrin sena shah, kien responsabbli mill-Monument., fil-Gimgha l-Kbira. Kien hu flimkien ma ohrajn li kienu jsuquh minn taht, u kien jirrakkontali kif in-nanna Karmni, Alla jahfrilha hi wkoll, kienet toqghod tistennieh fejn il-knisja, b'kutra, biex kif johrog minn taht il-Monument tghattih biha ghax kien ikun mimli gharaq. B'hekk jiena sirt dilettant hafna tal-Gimgha l-Kbira minn ckuniti u nista nghid li b’rihtu dahlet ix-xewqa fija li nerfa’ fil-vari. Fil-fatt l-ewwel darba li erfajt, kien l-Ecce Homo, u n-nannu kien rani ghaddej minn quddiem id-dar tieghu fejn 'ta' Paspas'.


Niftakar darba saqsejtu dwar Mons. Dandria ghax kien iffissat fuqu. Dan kien qassis li kien popolari fit-tletinijiet u kien politiku u hassieb. Kien ukoll ghal xi zmien Ministru ta' l-Edukazzjoni f’pajjizna. Jiena kont inkun irrid inkun naf dwaru ghax minn dejjem kelli ammirazzjoni ghal dawk in-nies li ghamlu l-gid lill-pajjizna. Niftakar ukoll fil-politika fil-Mosta, fis-sittinijiet, lis-Sur Nikola Muscat. Is-Sur Muscat kien popolari hafna fil-Mosta, u ghalkemm kont zghir kont insegwih. Niftakar imbaghad lil siehbi Freddie Mieallef. Niftakar meta kont mort ma missieri f’karozza pparkjata fl-Imgarr, fejn qaghadna nisimghuh jaghmel l-ewwel jew wiehed mill-ewwel mitings tieghu fl-1962, u li minn dak iz-zmien kien dejjem jitla’ fil-Parlament u kien dam zmien twil jaghmel xoghol siewi bhala Ministru.


Dak iz-zmien donnu kollox kien jimxi differenti u bil-mod. Kont tiehu gost b’kollox. Fi zmien il-Milied konna mmorru nixtru l-pasturi minghand il-hwienet taz-zebgha bi tliet soldi l-wiehed, jigifieri xi centezmu u tliet millezmi tal-lum. Insomma konna wkoll nirrangawhom xi ftit, billi nxarrbu t-tafal u wiehed jirrangahom xi ftit ghaliex uhud minnhom kienu jkunu mbiccrin specjalment l-ucuh u partikularment l-imnieher. In-nghag kienu jkunu tax-xemgha. Kienet tkun kompetizzjoni bejn (p.78) il-girien min se jaghmel l-ahjar presepju. Ta’ lanqas dan kien zgur il-kaz fit-triq taghna, Triq Santa Marija, u Triq Gafa.


Pero kien zmien ukoll li kien ikollok hbieb li filli jkunu mieghek u filli tisma’ li dawn emigraw. Jiena dan kwazi ghaddejt minnu wkoll. Missieri li kien jahdem id-Dockyard mal-SNSO dak iz-zmien kien ukoll spicca minn hemm ma hafna u hafna ohrajn. Kien iddecieda li mmorru l-Awstralja. Kien imur fl-ghaxija ghand s-Sur Bonnett, Alla jaghtih il-Glorja tal-Genna, li kien izomm skola tas-snajja’ bhala mastrudaxxa fi Triq Grognet faccata tal-Gnien ta' Oreste, u jiena niftakar lil missieri jaghmel xi sitt kaxxi kbar biex inpoggu xi ghamara biex immorru l-Awstralja bil-vapur. Dan kien fl-1963 minghalija. Ommi qatt ma riedet tmur hemm, u kienet gennitu biex nibqghi hawn u hekk gara. B’xorti giet li missieri sab xoghol ma’ tas-sigaretti fil-Marsa, u mbaghad ukoll lahaq compounder ghax baqa’ jistudja. Fetah l-ewwel spizjerija l-Imgarr. Minn hemm bdew jghidulna ‘ta’ l-Ispizjar.’ Dan il-laqam baqa’ jigri maghna sew.


Niftakar ukoll sew certu snajja' li llum m’ghadhomx maghna, bhal-landier, li kien jigi kull hmistax fit-triq taghna, joqghod fuq kaxxa ta’ l-injam fil-kantuniera ‘tal-gatina’, u jsewwi bl-istann borom, twagen, ktieli, maggijiet tal-metall. u kien jithallas bis-soldi. Imma f’siegha xoghol kien jitlaq minn hemm b’xi rbajja’, jigifieri tnax-il centezmu u hames millezmi tal-lum, li kienu flus dak iz-zmien. Il-hajja dak iz- zmien kienet irhisa hafna mhux bhal-lum. Te u tliet pastizzi kienu xelin minghand il-hanut ta’ Pawlu ‘l-Elite’ fil-Pjazza tal-Mosta fejn illum hemm id-‘Dome Jewellery’. Iz-zmien ghadda imma dawn il-grajjiet u memorji ma ninsiehom qatt!


Ma ninsa qatt ukoll iz-zmien twil li qattajt fl-iscouts. Kien zmien tal-genn. Naecertakom li fil-Mosta jekk hawn bniedem li ghandu jibqa’ mfakkar huwa Charlie ta’ l-iscouts. Baqa’ jahdem bla heda u huwa l-pjacir tieghi meta jitlobni l-ghajnuna u naghtihielu minn qalbi. Il-hargiet li kienu jigu organizzati minnu u l-camping l-Ghadira u Ghawdex ma nista’ ninsiehom qatt! Kemm kien zmien memorabbli! Bizzejjed nghid li sal-lum ghadni niftakar kif naghmel r-‘reef knot’, il-‘basic First Aid’u l-mitt haga ohra, li kien jghallimna, dejjem grazzi ghall-iscouts. Kont tghallimt indoqq il-kwartin - klarinett zghir - u kont indoqq fil-banda ta' l-iscouts u niftakarni mmur l-Banda ta' Nicolo Isouard. Kien hemm Surmast minn Hal Lija li kien l-Assistent tas-Sur Sammut, illum t-tnejn hallewna. Qed niftakar baqaghli xi parcmina tal-muzika minn ta' dak iz-zmien!


Iz-zewg imtiehen fi Triq il-Mithna fl-1968 qabel l-izvilupp tal-bini f'dik iz-zona.Iz-zewg imtiehen fi Triq il-Mithna fl-1968 qabel l-izvilupp tal-bini f'dik iz-zona.

Imbaghad siehbi Dun Ang Camilleri. Kemm kont attiv mieghu fl-Oratorju tal-Mosta. Kont anke hadt l-esperjenza tal-palk u tal-kitba. Kien huwa li hajjarni nikteb fil-gurnal ta' l-istudenti u ghamilt zmien l-editur tieghu wkoll. Konna nistampaw il-hargiet bil-linka sewda bil-Gestetner li kellu fuq fil-kappella. Mieghi kien ikun hemm xi tnejn jew tlieta u niftakar li konna anke bnejna librerija. Mieghi kien hemm Mario Azzopardi li dejjem kien jaqra fuq il-films u ghadu hekk sal-lum. Naf li gieli nkwetajtu lil Dun Ang imma huwa baqa’ jirrispettani u jien fejn narah intir bil-ferh. Din hija l-verita, it-tbissima tieghu hija onesta wisq.


Memorji li bnewni u ghamluni ragel. Anke kont immur il-knisja, meta ma johrogx (p.79) l-abbati, kont naqbad u nghin lill-qassis jiena. Niftakar nghin lil Dun Ang ‘ix-xih’ (dan miet fl-1927 ?), lil Dun Salv Sajka, kollha hallewna dawn u li niftakar zgur kien li lil Dun Ang u lil huh, Dun Charlie, ma kontx nifhimhom jitkellmu, daqs kemm kienu jghawguh il-Malti. Dawn kienu trabbew l-Awstralja u gew hawn u kienu jahdmu hafna specjalment qalb l-anzjani. Kienu jmorru jqarrbnu fid-djar u anke jihdulhom l-istess pensjoni lilhom fid-dar meta kienu jkunu anzjani morda jew ma johorgux. Illum dawn l-affarijiet kwazi ma jezistux. Il-karita kienet qawwija wisq dak iz-zmien, kont taraha u tmissha b’idejk. Meta jinqala' xi haga tara lil kulhadd gej. Anke jekk jispiccalek il-gass fid-dar, mhux l-ewwel darba li l-gara ssajjarlek hi l-ikel jew tissellef ftit pitrolju sakemm imbaghad jigi tal-pitrolju biz-ziemel granet wara quddiem d-dar. Hajja kalma u onesta.


Imbaghad meta kien isir xi delitt kulhadd kien jitkellem fuqu u meta konna naraw pulizija ghaddej mit-triq kulhadd kien joqghod f’postu. Ir-rispett lejn l-awtorita kien b’sahhtu wisq. Bizzejjed insemmi d-darba meta gie l-pulizija ghand ommi, li wara, dan l-istess pulizija ltqajt mieghu fil-Korp meta dhalt fil-Pulizija bhala Spettur. Kien is-Sur Gauci, l-Ghawdxi li kien Assistent Kummissarju, u dak iz-zmien kien surgent il-Mosta. Kien gie jirrapportani lil ommi biex ma noqghodx nixxuttja l-ballun fuq bibien in-nies. Kellu ragun ghax konna nilaghbu barra t-triq u kien kultant ballun jispicca ma’ bieb ta' xi hadd. Ommi kienet tiddefendini sal-mewt imma kont nipprova nara kif nikkalma s-sitwazzjoni. Meta kont ghidtlu lis-Sur Gauci, li llum huwa l-Kmandant ta' l-Akkademja tal-Pulizija, kien qalli li jiftakar sew lil missieri li kien Segretarju tal-Partit Laburista fil-Mosta u lil ommi ghaliex dejjem jafha wieqfa u mbiddla. Jiena kont hadt pjacir b’dawk il-kummenti.


Il-Mosta tbiddlet hafna. Kont tara hafna ghelieqi kullimkien, bl-ghalqa Xorxa fejn konna nilaghbu l-ballun u nikkaccjaw ghall-friefet u mbaghad inpogguhom f’bottijiet tal-Horlicks imtaqqba apposta. Kollox spicca, illum bini kullimkien. Imma li nista' nghid hu li tfuliti fil-Mosta kienet mill-aqwa inkluz meta konna nkunu merhla kbira ta' studenti zghar biex nirkbu tal-linja ghas-Seminarju fil-Furjana Dak iz-zmien kulhadd suppost ghal qassis u hadd minnha ma lahaq. Hekk imma konna lkoll ferhanin, hlief meta gie l-Princep ta' Ingilterra fl-Indipendenza u hemm fix-Xaghra tal-Furjana, konna blajna xebgha xemx. Konna bqajna wkoll b’xejn minkejja li kienu qalulna li se jaghtuna flixkun luminata. Dan l-ahhar fakkarni wiehed fuqha.


Fl-ahhar nett naghlaq dan ir-rakkont tieghi fuq il-fatt li dak kollu li rrakkontajt huwa kollu marbut mal-familja kbira Mostija, li hargu minnha nies li emmnu fl-edukazzjoni u fix-xoghol. Infatti kull meta sifirt barra mill-pajjiz u mort anke l-Amerika, San Francisco fejn ohti Prisca, tinduna kemm il-Mostin huma maghqudin u hawtiela.


Verament taghmluni kburi li jien wiehed minnkom!


Artikli ohra mill-ktieb