The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA FIZ-ZMIEN IL-HAKMA TAL-KAVALLIERI TA' SAN GWANN

Michael A. Sant

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, 1996.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kunsill jew mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


XI TAGHRIF DWAR ISMIJIET U KUNJOMIJIET FIL-MOSTA


Ismijiet


(p.21) Nafu xi haga dwar l-ismijiet ta’ l-irgiel bejn is-16 u l-65 sena fil-Mosta mil-Listi tad-Dejma u ta’ l-ghases max-xtut ta’ l-1417 u ta’ l-1419- 20.66 Ghalkemm l-ebda isem ma jiddomina ghal kollox fuq l-ohrajn, Xmun (bil-varjazzjonijiet tieghu), Antonio, Gugliermo, Pawlu, Giovanni, Nikol u Tumas, f’dan l-ordni, kienu l-aktar popolari. L-isem Guzepp jew xi varjazzjoni tieghu ma jissemma qatt. Carmel jew Publiju lanqas. X’kien jisimhom il-bniet, m’ghandniex xi nghidu, ma nafux.


(p.22) Fi zmien il-Kavalieri f’pajjizna l-qaghda ta’ l-ismijiet tbiddlet xi ftit. M'ghandniex l-ismijiet kollha tal-Maltin tul il-hakma ta’ 268 sena ta' l-Ordni FMalta. Halli izda niehdu b’mod dettaljat is-snin bejn l-1630 u l-1650, jigifieri xi snin wara li l-Mosta saret parrocca. Fil-Baptizatorum, ir-registru tal-maghmudijiet, insibu 62 isem differenti ghat-tfal subien u 47 isem ghall-bniet. L-aktar isem popolari ghat-tfal subien kien “Domenicus”, imsemmi 75 darba. B’kumbinazzjoni, meta xi snin qabel, fit-3 ta’ Settembru 1576, l-Ghawdxija Inciona Pamisi zzewget certu wiehed Galea mill-Mosta, ismu kien sew sew “Domenico”.67 Il-popolarita ta’ l-isem Duminku fil-Mosta kien x’aktarx minhabba l-qima li l-Mostin kellhom lejn ir-Ruzarju Mqaddes, devozzjoni mxerrda minn San Duminku ta’ Guzman. Fil-parrocca tal-Mosta kien hemm, kif ghedna u ghad hemm, artal u konfratemita ddedikata lill-Madonna tar-Ruzarju.


Isem iehor tat-tfal subien li kienu jhobbu jsemmu l-Mostin, ghallinqas bejn l-1630 u l-1650, kien Gio. Maria (68 darba). F’parrocca ddedikata lill-Madonna, wiehed malajr jifhem ghaliex it-tfal subien ukoll kellhom bicca minn isimhom “Marija”. Imbaghad, b’qabza sewwa ’l isfel fil-popolarita, insibu lil: Johannes (20 darba),68 Gratius (19), Clemens/Clementius (17), Matteus/Matteolus/Matteolo (16), Petrus (14), Jo Paulus (13), Gregorius (12), Josephus/Joseph (12), Paulus (11) u ismijiet ohra anqas popolari. “Josephus”, illi fiz-Zminijiet tan-Nofs kien ghadu ma tfaccax69 u li llum, jew ahjar sa xi ftit snin ilu, tghidx kemm kien popolari, jidher 12-il darba biss. “Xmun” (Simon), l-aktar popolari fl-1419-20, jidher 4 darbiet biss, “Antonio” erba’ darbiet ukoll. “Tumas” baqa’ popolari mhux hazin (imsemmi 10 darbiet), “Nikol” jghib ghal kollox, “Publius” jitfacca darba, u nistghu nibqghu sejrin hekk. [Ara Tabella XVI]


Tabella XVI

(p.69)

ANALIZI TA’ L-ISMIJIET FIL-MOSTA (SUBIEN) (MAGHMUDIJIET BISS)
1630-1650
Dominicus (Dominico) 75 Jo: Petrus 3
Jo: Maria (Gio: Maria) 68 Leonardus 3
Joannes 20 Pasqualis 3
Gratius 19 Theramus 3
Clemens (Clemencius) 17 Bernardus 2
Matteus (Matteolus, Matteolo) 16 Franciscus 2
Petrus 14 Geronimus 2
Jo: Paulus 13 Joachim 2
Gregorius 12 Jo: Lucas 2
Josephus (Joseph) 12 Julianus 2
Paulus 11 Matthias 2
Andreas 10 Sebastian us 2
Thomas 10 Aloncius 1
Marius (Marianus, Mario) 9 Ambrogius 1
Salvator 9 Augustinus 1
Jacobus 7 Baldasar 1
Michael 7 Benedictus 1
Jo: Dominicus 6 Cirillus 1
Bartolomeus 5 Constantinus 1
Ignatius 5 David 1
Laurencius (Laurentius) 5 Jo: Andreas 1
Vincencius (Vincentius) 5 Jo: Vincencius 1
Antonius 4 Lazarus 1
Blasius 4 Lucius 1
Lucas 4 Marcellus 1
Simon 4 Marinus 1
Angelus 3 Martius 1
Carolus 3 Petrus Paulus 1
Damianus 3 Publius 1
Filippus (Philippus) 3 Valerius 1
Jo: Baptista 3 Victorius 1

(Adattata minn Carmel Calleja, Aspects of the Social History of Mosta 1630-1650, pp. 99-101).


(p.22) Nigu issa ghall-bniet. L-aktar isem popolari, kif wiehed jistenna, kien “Maria” (Mariette, Mariettina) imsemmi 84 darba. Naqra sewwa ’l isfel insibu “Gratia” (59), “Chaterina” (48), “Domenica” (41) u, jerga’ aktar ’1 isfel fil-popolarita “Paulina” (Paula) (20), “Margarita” (18), “Clementia” (16) u “Joanella” (12). Ismijiet ohra kienu anqas popolari. “Speranza”, kif nistghu nahsbu, jidher, imma 6 darbiet biss. Fost l-ismijiet li llum jidhrulna xi ftit strambi nsibu lil Therasmus, Marinus, Blasius, Lucius u Martius ghat-tfal subien u Camilla, Argenta, Galicia, Flaminia u Natalia ghall-bniet. [Ara Tabella XVII]


Tabella XVII

(p.70)

ANALIZI TA’ L-ISMIJIET FIL-MOSTA (BNIET) (MAGHMUDIJIET BISS)
1630-1650
Maria (Mariette / Mariettina) 84 Agata 1
Gratia 59 Aloysia 1
Chaterina 48 Andre ana 1
Dominica 41 Anna Maria 1
Paulina (Paula) 20 Antonia 1
Margarita 18 Barbara 1
Clemencia Clementia) 16 Camilla 1
Joannella 12 C’lena 1
Angelica 8 Cleria 1
Sperancia (Speratia / Speranza) 6 Evangelista 1
Theresa (Teresa) 6 Flaminia 1
Agnes 3 Galicia 1
Geronima 3 Innocencia 1
Marteola 3 Laurencia 1
Nuncia 3 Linora 1
Raymonda (Munda) 3 Madalena 1
Argenta 2 Monica 1
Augustina 2 Natalia 1
Francisca 2 Rosa 1
Imperia 2 Sapencia 1
Pasqua (Pascha) 2 Valencia 1
Petronilla 2 Venera 1
Romana 2 Vittoria 1
Scholastica 2

 (Addattata minn Carmel Calleja, Aspects of the Social History of Mosta 1630- 1650, pp. 99-100.


Kunjomijiet


(p.23) Dwar il-kunjomijiet nistghu nghidu aktar ghaliex ghandna taghrif dettaljat kemm ghas-snin 1630-1650 u kemm ghas-sena 1687, sebgha u tletin sena wara. Harsa lejn Tabella XVIII turi li fl-ghoxrin sena bejn l-1630 u l-1650 hafna mill-kunjomijiet li nsibu f’Malta llum, kienu diga komuni fil-Mosta. Il-kunjom Galea li kien l-aktar popolari fil-Mosta fl-1419-20 u fl-elf erba’ mija u tmeninijiet baqa’ fl-ewwel post tal-popolarita fis-17-il seklu (144 darba).70 Fenech jiehu t-tieni post (106). Bartolo (flimkien ma’ Galea l-aktar popolari fil-Mosta fiz- Zminijiet tan-Nofs) issa jissemma 22 darba. Aktar minnu jissemmew Sammut (80), Borg (50), Sciberras (41), Portelli (40), Agius (39), Vassallo (36) u Busuttil (35). Kunjomijiet ohra llum komuni bhal Camilleri, Buhagiar, Chetcuti u ohrajn jissemmew anqas. Wiehed jiltaqa’ ma’ kunjomijiet rari bhal Giarasco (2), Gaietani (1), Malechi (1), Mellehi (1), Liftech (3), Dolfa (1) u Gilestri (4). Ismijiet Semitici bhal Burasi, Chuni, Felu, Hakem, Heleu, Lukisi, Mahnuq u Muzangar li konna nsibu fil-Mosta fl-1419 u fis-snin ta’ wara, fis-17-il seklu, ghebu ghal kollox.


Jekk issa nigu ghall-kunjomijiet ta’ l-1687 naraw illi xi caqliq zghir sar. Galea baqa’ l-aktar popolari, imsemmi 149 darba, Fenech baqa’ fit-tieni post (100), Sammut fit-tielet post (90), Camilleri tela’ fir-raba’ post (60). Kunjomijiet ohra popolari kienu Borg (55), Bartolo (53), Frendo (42), Agius, Busuttil u Chetcuti (41). Kunjomijiet ohrajn kienu anqas popolari. M’ghandniex xi nghidu, ifiggu kunjomijiet godda bhal, nghidu ahna, Sant,71 German, Mamo, Pace, Dalli, Abela u ohrajn. [Ara Tabella XIX.]


Xi haga ohra dwar il-kunjomijiet. Fil-Mosta, bhal fi rhula mwarrba ohra, ftit li xejn insibu kunjomijiet “barranin”. Nistghu nghidu li dawn insibuhom tista’ tghid kollha fil-Belt Valletta u fit-Tlitt Ibliet fejn ghadd ta’ barranin bdew jigu joqoghdu u ta’ sikwit imorru lura f’pajjizhom. Fl-Isla biss, xejn inqas minn 63 ruh b’kunjom barrani kienu attwalment imnizzlin bhala exteri, sinjal car illi ma kienx ilhom joqoghdu f’Malta.72


Xi kunjomijiet kienu aktar popolari fi rhula partikulari ta’ Malta milli f’ohrajn. Fl-1687 il-kunjom Bartolo nsibuh l-aktar fil-Mosta/ Naxxar, bi 30.3 fil-mija minn Malta kollha; Chetcuti f’Mosta/Qormi (p.24) b‘54.9%; il-kunjom Fenech fil-Mosta kien 17.2% ta' Malta kollha; Frendo nsibuh l-aktar fil-Mosta/Naxxar b’41.6% minn Malta kollha; il-kunjom Galea fil-Mosta kellu percentagg ta’ 23.5 ta’ Malta. Sammut kien l-aktar popolari fil-Mosta/ Naxxar b'percentagg ta’ 43.5. Il-kunjom Sant, illi fil-Mosta fl-1687 insibuh 5 darbiet biss, kien l-aktar popolari f’Hal-Gharghur fejn kienu joqoghdu 30.6 fil-mija tas-“Santijiet" kollha ta’ Malta u Ghawdex.73


Kunjom illum ghalina stramb u li gheb ghal kollox hu De Caci . Fil-Mosta fl-1687 insibu tlieta jew erbgha min-nies b’dan il-kunjom. Dan kien kunjom li deher f’Malla, jew ahjar f'Ghawdex, qabel l-1551, u li ftit wara l-1687 gheb ghal kollox minn pajjizna.74 Dawk ta’ De Caci kienu x’aktarx familji tat-tajjeb. Jidher li l-belt Valletta u t-Tlitt Ibliet kienu l-ahhar imkejjen fejn kunjomijiet antiki f Malta jidhru ghall-ahhar darba.


Nigu issa shal xi kunjomijiet li tbiddlu. Il-kunjom Magro li fl-1687 insibuh imsemmi seba‘ darbiet fil-Mosta, hu skond Wettinger75 il-kunjom “Dejf” li kien spicca mhux minhabba ragunijiet bijologici izda ghaliex nutara Sqallin kienu biddluh f’Magro/Magri fil-bidu tas-16-il seklu u baqa’ maghruf f’din l-ghamla.76 L-istess jista’ jinghad ghall-kunjom Dingli (li fil-Mosta nsibuh imsemmi darbtejn fl-1630-50 u sitt darbiet fl-1687) li qabel kien “Dinkili”. Gafa kien Cafar, Galdes kien Caldes, Cutajar kien Gutaye u Zghendo kien Sichendo, izda dawn l-ahhar tliet kunjomijiet ma nsibuhomx fil-Mosta fis-17-il seklu.77 Xi kunjomijiet ohra li ghaddew minn metamorfosi shiha huma Dimech u Deguara. Dimech insibuh imnizzel fil-Mosta darba biss bejn l-1630- 1650. L-ewwel ghamla tieghu fl-1419-20 hu bhala “Dimag”, maghruf kemm bhala kunjom u kemm bhala isem ta’ post fil-Mosta. Fl-erba’ mija u tmeninijiet insibuh bhala Dumach u dejjem insibuh, mhux fil-Mosta kif wiehed jistenna izda f’Haz-Zebbug. Fis-snin bikrin tas-16-il seklu Dimag/Dumach inbidel sewwa; sar Zimech u mbaghad Dimech u minn Haz-Zebbug xtered fl-inhawi tar-Rabat, il-Mosta u n-Naxxar.78 Deguara hu kunjom iehor interessanti li fil-Mosta nsibuh imnizzel 9 darbiet fl-1630-50 u 20 darba ([De]Guara) fl-1687. Dan tnissel minn Deguevara u nsibuh ukoll bhala Guevara, Guivara, Digwara ecc.79 Il-kunjom Grech/Grec li fil-Mosta niltaqghu mieghu 14-il darba fl-1630- 50 u 19-il darba fl-1687 insibuh bhala Grecu jew Gregu fl-1419 u bhala Greg/Grec/Grech aktar tard.


(p.25) Kunjom interessanti iehor hu “Cappello”. Bejn l-1630-50 insibu tmienja min-nies b’dan il-kunjom fil-Mosta. Fl-1687 insibu fil-gzejjer Maltin 23 ruh b’dan l-isem, sittax minnhom joqoghdu fil-Mosta. L-ewwel darba li nisimghu bih kien fil-Mosta, hamsin sena qabel, fl-1637.80


L-ahhar kelma nhalluha ghall-kunjom “Cumbo”. Dan niltaqghu mieghu mhux hazin fil-hmistax-il seklu. Fil-Lista tad-Dejma ta’ l-1419-20 insibu liI “Ximuni Cumbo” f“Casali Calleya et Musta”.81 Jacobu Cumbo niltaqghu mieghu kemm fl-istess Lista tad-Dejma u kemm fil-lista ta’ ghassiesa max-xtut (1419), meta naqraw illi kellu jaghmel l-ghassa fil-“guardia hayn tufaha”.82 Fl-elf erba’ mija u tmeninijiet niltaqghu ma’ aktar “Cumbo”. Dal-kunjom, imbaghad, flok zdied naqas. Bejn l-1630 u l-1650 niltaqghu ma’ tlieta biss b’dan l-isem fil-Mosta: Petruccia, Antonina, il-qabla tar-rahal u Gratian.83 Fl-1687 ma jidher xejn. Jista’ jkun illi dan il-kunjom beda jnin u ntemm fil-Mosta minhabba l-grajja ta’ swied il-qalb ta’ l-1526 meta l-familja Cumbo u mijiet ta’ Mostin ohra kellhom jghaddu minn xiex ghaddew.


Tabella XVII

(p.70)

ANALIZI TA’ L-ISMIJIET FIL-MOSTA (BNIET) (MAGHMUDIJIET BISS)
1630-1650
Maria (Mariette / Mariettina) 84 Agata 1
Gratia 59 Aloysia 1
Chaterina 48 Andre ana 1
Dominica 41 Anna Maria 1
Paulina (Paula) 20 Antonia 1
Margarita 18 Barbara 1
Clemencia Clementia) 16 Camilla 1
Joannella 12 C’lena 1
Angelica 8 Cleria 1
Sperancia (Speratia / Speranza) 6 Evangelista 1
Theresa (Teresa) 6 Flaminia 1
Agnes 3 Galicia 1
Geronima 3 Innocencia 1
Marteola 3 Laurencia 1
Nuncia 3 Linora 1
Raymonda (Munda) 3 Madalena 1
Argenta 2 Monica 1
Augustina 2 Natalia 1
Francisca 2 Rosa 1
Imperia 2 Sapencia 1
Pasqua (Pascha) 2 Valencia 1
Petronilla 2 Venera 1
Romana 2 Vittoria 1
Scholastica 2

 (Addattata minn Carmel Calleja, Aspects of the Social History of Mosta 1630- 1650, pp. 99-100.


Tabella XVIII: Analizi tal-Kunjomijiet fil-Mosta (1630-50)

(pp.71-73)

ANALYSIS OF SURNAMES (1630-1650)
EXTRACTED FROM THE BAPTISM AND DEATH REGISTERS
(This list is arranged alphabetically according to the spelling one may reasonably expect the reader to be most familiar with)
Normal Spelling Variants in Registers Total
Agius 9 Haius 29 39
Hagius 1
Aquilina 7 7
Axisa 1 1
Azzopardi 0 Azzopard 2 7
Aciopardi 1
Aciopardo 3
Acipardi 1
Bartolo 2 Bartlo 22 33
Barthlo 6
Bartholo 1
Bartoli 1
Bartolus 1
Bezzina 0 Bezina 6 6
Bonello 3 Bunello 1 4
Bonnici 0 Bonici 2 2
Borg 50 50
Buhagiar 0 Bucagiar 9 15
Buchagiar 6
Busuttil 5 Busutil 30 35
Buttigieg 0 Butgeg 3 3
Cachia 1 1
Calleja 2 Calleya 6 11
Calleia 2
Callejja 1
Camenzuli 1 Camezuli 2 3
Camilleri 4 Camelleri 15 22
Cammilleri 2
Cameleri 1
Capello 7 Cappello 1 8
Cardona 4 4
Caruana 2 2
Catania 3 3
Cauchi 16 Chauchi 3 19
Ceci 1 1
Chetcuti 10 Cetcuti 6 24
Ceticuti 4
Cheticuti 2
Cetchuti 1
Chetchuti 1
Ciappara 0 Chiopara 2 2
Corceppo 2 Cerceppo 1 4
Carceppo 1
Cumbo 2 2
Cuschieri 0 Cuscheri 3 7
Cusceri 3
Chuscheri 1
Darmenia 0 De Armenia 1 2
de rmenia 1
Debono 5 Dibono 2 8
de bono 1
Deguara 0 Digouara 8 9
Di Gouara 1
Dimech 1 Zimech 4 5
Dingli 2 2
Dolfa 1 1
Ebejer 1 Hybeier 4 14
Hibeyer 3
Hibeier 3
Habeyer 2
Habeier 1
Farrugia 0 Farugia 4 4
Fenech 20 Fenec 86 106
Frendo 22 22
Gaietani 1 1
Galea 0 Galia 144 144
Gatt 0 Gat 3 3
Gauci 2 2
Giarasco 2 2
Gilestri 4 Gilestro 1
Gelestri 1 6
Grech 4 Grec 10 14
Grima 14 14
Haber 0 Chaber 2 4
Habor 1
Caber 1
Liftech 3 3
Malechi 1 1
Mallia 6 6
Mangion 8 Mangon 1 9
Mellehi 1 I
Micallef 0 Micalef 1 2
Michalef 1
Mifsud 15 15
Muscat 7 7
Portelli 39 Purtelli 1 40
Psaila l Pisayla 1 2
Pulis 3 3
Regitano 1 Rigitano 1 2
Sammut 3 Samut 77 80
Sapiano 0 Sapian 2 3
Sapiani 1
Schembri 0 Scembri 11 14
Schébri 3
Sciberras 0 Xebyras 29 41
Xheberras 7
Xebiras 3
Scheberras 1
Sebyras 1
Scicluna 1 Sicluna 4 7
Schicluna 1
Xicluna 1
Sciriha 0 Sciricha 3 7
Siricha 2
Xirica 1
Schiricha 1
Seychell 0 Seichel 3 3
Spiteri 1 1
Tanti 5 5
Tonna 10 10
Vassallo 33 Vassalli 2 36
Vassal 1
Vella 26 26
Xerri 26 26
Zammit 1 Zamit 11 12
Zarb 9 Zarba 1 10

(Minn Carmel Calleja, Aspects of the Social History of Mosta 1630-1650, Table XVIII, pp. 92-98)


Tabella XIX

(pp.74-75)

KUNJOMIJIET FIL-MOSTA FL-1687
Abela Habela, Habella etc. 23
Agius Hagius, Hagijus etc. 41
Anna 2
Aquilina Aiquilina, Acquilina 7
Attard Attardo, Attardi, Attardus 5
Azzopardi Various variations 2
Bartolo Bartholo, Bartholus, Bartulo 53
Bezzina Bezina, Bezini, Besina, Bezzinu 21
Bonello Bonel, Bonelli 1
Borg 55
Buhagiar Buchagiar, Bucagiar, Buagiar 26
Busuttil Busutil, Busitil, Busittil ecc. 41
Buttigieg Butigeg, Butigieg, Buttigeg ecc 10
Caci Di Caci, Degaci 3
Calleja Calleia, Calleija, Calleya 13
Camilleri Cammilleri, Cammelleri 60
Cappello Capello 16
Catania Catanea 3
Cauchi Cauchius, Chauchi 7
Chetcuti Cheticuti, Chetchuti, Chaticuti 41
Cuschieri Cuscheri, Cuschera, Cuscieri ecc. 8
Dalli 5
Debono Dibono 15
Dingli 6
Ebeyer Hibeier, Hibier, Habeyer ecc. 13
Farrugia Farruggia, Farugia, Farruggia 1
Fenech Fenec, Feneche, Fenekc, Feneh 100
Frendo 42
Galea Galia 149
Gauci 3
German Germano 3
Grech Greg, Grec, Gregh, Greci ecc 19
Grima 16
(De)Guara Deguara, Diguara 20
Magro Magri, Magrius, Magrin 7
Mallia 6
Mamo 5
Mangion Mangiun, Mangione, Manguni 23
Mifsud Mifsut, Mifsud, Misfud, Mifsut 15
Mizzi 1
Muscat 22
Pace Paci, Pac 23
Pisani Pisano, Pisan 10
Portelli Pertelli, Purtelli, Portello 30
Said Sayd, Saijd, Saijt, Sait ecc 8
Sammut Samut 90
Sant 5
Schembri Scembri, Sembri, Schembrius ecc 19
Sciriha Xiricha, Xiricha, Xireha ecc 11
Seychell Seichel, Seychel, Seijchel ecc 2
Taliana Tagliana 1
Tanti 8
Tonna Thonna 15
Vella 20
Xerri Scerri 6
Xiberras Xeberras, Sibras, Sciberras ecc 12
Zahra Zahara, Zhara, Zarha ecc 2
Zammit Zamit 30
Zarb Zarp, Zarba 15

(imtellgha minn Stanley Fiorini “Status Animarum II: A Census of 1687” (1984), Appendix pp. 74-100.)


REFERENZI

  1. Ara G. Wettinger, “The Distribution of Surnames in Malta in 1419 and the 1480s”, Journal of Maltese Studies No. 5, 1968,pp. 25-48; G. Wettinger, “The Militia List of 1419-20”, Melita Historica,Vol. V, No. 2 (1969), pp. 80-106; G. Wettinger, “The Militia Roster of Watch Duties in 1417”, Armed Forces of Malta Journal, No. 32, Oct. 1979, p. 25-42.
  2. Ara S. Fiorini (1986), Table X “Gozitan/Maltese Matchings, 1560- 1576”, p. 229.
  3. L-isem “Johannes”, il-qaddis patrun ta’ l-Ordni ta’ San Gwann, m’hux wisq komuni meta tqis kollox ma’ kollox. Ta’ sikwit izda nsibuh imwahhad ma’ ismijiet ohra bhal Jo: Maria, Jo: Paulus, Jo: Domenicus, Jo: Petrus, Jo: Lucas, Jo: Andreas u Jo: Vincencius. Ara Calleja (1973), pp. 90-91.
  4. G. Wettinger, “The Militia List ...”, op. cit., p. 7.
  5. Ara kemm il-kunjom Galea (Galia) kien jiddomina fost il-qassisin tal-Mosta. Tabella XIII, “List of Priests at Mosta, 1630-1650”.
  6. Il-kunjom “Sant” insibuh bhala “ Assant” fiz-Zminijiet tan-Nofs (Ara G. Wettinger, “The Militia List ...”, op. cit., p. 10). Kien l-aktar popolari fl-inhawi ta’ Hal Gharghur, Naxxar u mbaghad qajla qajla beda jinxtered lejn il-Mosta u lejn inhawi ohrajn. Fil-Mosta fegg bejn l-1650 u l-1687 meta f’dis-sena nsibu hamsa min-nies b’dan il-kunjom. Ara Tabella XIX.
  7. Ara Fiorini (1984), p. 54 u p. 57, N. 50.
  8. Ibid., p. 96.
  9. Ibid., p. 67. Ara wkoll S. Fiorini (1986), p. 207.
  10. G. Wettinger, “Arabo-Berber influences in Malta: Onomastic evidence”, Proceedings of the First Congress on Mediterranean Studies of Arabo-Berber Influence, Malta (1973), p. 487.
  11. S. Fiorini (1984), p. 68.
  12. Ibid., pp. 68-69.
  13. Ibid., p. 69.
  14. Ibid.
  15. Calleja (1973), p. 93. [Ara Tabella XVIII], Fiorini (1984), p. 71.
  16. G. Wettinger, “The Militia List ...” op. cit., p. 12.
  17. G. Wettinger, “The Militia Roster ...” op. cit., p. 36.
  18. Calleja (1973), p. 90.

Kapitli ohra mill-ktieb

Introduzzjoni, Studji demografici, Mosta issir parrocca, Hjiel ekonomiku, Hajja Socjo Religjuza, (Ismijiet / Kunjomijiet), Zwigijiet, Twelidijiet, Imwiet, Gheluq, Appendici.