The Mosta Archives Banner

Inawgurazzjoni tal-Kappella ta' Sant'Andrija

minn Victor B. Caruana


Il-Mosta: Settembru – Dicembru 2002


Restawr tal-Kappella ta' Sant Andrija fil-Mosta fl-2002Is-sbuhija tal-kappella ta’ Sant’Andrija wara r-restawr. Jidher l-artal sabih u l-gwarnicun restawrat madwar il-pittura titulari mahduma minn Filippu Dingli. Fir-ritratt iz-zghir l-Arcipriet Dun Joe Carabott jidher qed ibierek il-kappella ta’ Sant’Andrija wara li din giet inawgurata mill-Onor. Ministru Dr. Francis Dimech.

(p.9) Bhalma qal is-Sindku s-Sur Joe Demartino f’Jum il-Mosta, il-Kunsill Lokali huwa impenjat hafna biex jippreserva l-patrimonju Mosti, jigifieri dak li hallewlna missirijietna. Il-Kunsill diga wettaq xoghol ta’ restawr fuq il-Victoria Lines, l-istatwa ta’ San Tumas (li saret mill-gdid), id-Dolmen f’Santa Margerita, il-Kappella ta’ Santa Margerita u l-Kappella ta’ San Silvestru.


Dan l-ahhar flimkien mal-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura, il-Kappella ta’ Sant’Andrija giet salvata minn qerda totali wara hsara kbira li garrbet minhabba l-irresponsabilta ta’ xi whud. Din garrbet hsara strutturali tant kbira li kienet il-periklu imminenti li tiggarraf. Dan minhabba xoghol strutturali li sar qrib taghha u l-aktar minhabba trinka fonda li thaffret qrib taghha. Sa madwar ghoxrin sena ilu, din kellha zuntier zghir sabih quddiemha komplut b’kancell. Dizgrazzjatament dan gie mnehhi u ntilef ghal dejjem. Minhabba l-bini li tela’ qrib taghha kien impossibli li dan jerga’ jinbena.


L-ewwel ma sarilha bosta snin ilu, kien li giet imdawra b’cunturin ohxon tal-hadid biex ma tkomplix tinfetah. Dan kien tassew utli ghax salva s-sitwazzjoni ghal ftit taz-zmien, izda l-hsara kompliet sejra. L-Arcipriet Dun Joe Carabott kien inkwetat hafna li din il-kappella kienet se tinqered ghal kollox u ghamel kull ma seta’ biex issir xi haga. Ghaddiet hafna korrispondenza ma diversi ministeri izda baqa’ ma sar xejn.


Fl-ahhar, fuq l-insistenza ta’ l-istess Arcipriet Dun Joe Carabott, il-Kunsill Lokali hadem bis-shih tista’ tghid mill-bidu tas-sena 2000 sa Settembru 2002 u llum din il-Kappella tinsab mill-gdid f’kundizzjoni tajba, irrestawrata minn barra u minn gewwa. Biex sar dan ir-restawr, kienu nvoluti bosta dipartiment tal-Gvern, li b’koordinazzjoni mal-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura, wettqu xoghol ta’ restawr tassew sabih. Ix-xoghol kien taht is-supervizjoni tal-Perit is-Sur Norbert Gatt.


Nhar il-Hamis 19 ta’ Settembru 2002, fis-6:30p.m. giet inawgurata mill-gdid din il-Kappella wara li tlesta r-restawr. Il-programm kien ipprezentat mis-Sur Emmanuel Schembri. Is-Sur Vanni Sant qara l-poezija tieghu “Il-Wedgha ta’ Bernica” li giet imsejsa fuq artiklu storja ta’ Dun Pawl Buhagiar li dehret f’IL-MOSTA ta’ Settembru-Dicembru 1981. Din ghandha konnessjoni diretta ma din il-kappella.


Is-Sur Tony Terribile ta taghrif storiku dwar din il-kappella. Fost affarijiet ohra huwa qal li f’dan il-post kien jezisti rahal zghir maghruf bhala Hal Dmigh, u li kien jaghmel mal-parrocca tal-Mellieha. Din il-Kappella aktarx li nbniet fis-sena 1657. Huwa qal li quddiemha kien hemm misrah zghir li n-nies laqqmuh bhala Misrah Ghonoq. Fiha hemm kwadru titulari sabih maghmul mill-pittur Filippo Dingli.


L-Arcipriet Dun Joe Carabott tkellem dwar l-iskop pastorali ta’ dawn il-Kappelli u rrakkonta l-esperjenzi tieghu ta’ ckunitu konnessi ma’ Kappelli bhal dawn. Is-Sindku s-Sur Joe Demartino tkellem dwar ix-xoghol ta’ restawr li sar f’din il-Kappella fosthom fuq it-tishih tal-pedamenti, xoghol ta’ paviment li sar minn gewwa u minn barra u restawr kbir li sar minn gewwa.


Hawnhekk huwa semma lis-Sur Tony Fenech tad-ditta Francesco Fenech li pprovda l-paviment b’xejn. Huwa qal li tnehhiet is-sagristija li kienet inbniet xi snin ilu u li ma kinietx mal-kappella originali. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li hadmu f’dan il-progett, fosthom lis-Sur Tony Spiteri, li segwa x-xoghol kollu b’interess kbir.


Hawnhekk sar diskors mill-Onor. Ministru ta’ l-Ambjen Dr. Francis Zammit Dimech. Huwa fahhar ix-xoghol li sar u qal li dan huwa ezempju car tal-gid li jsir fil-komunita b’kooperazzjoni bejn il-Gvern Centrali, il-Kunsill Lokali, u l-Knisja. Hawnhekk huwa inawgura l-Kappella u din giet imbierk mill-Arcipriet. Kien prezenti wkoll l-Onor. Ministru tar-Rizorsi u Infrastruttura Dr. Joseph Bonnici.