The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 9 - Is-seklu tmintax - komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798)


L-istat tar-rahal


(p.97) Matul is-seklu tmintax il-popolazzjoni tar-rahal tal-Mosta baqghet tikber u din ir-rata ta’ tkabbir accellerat aktar matul id-decenji. Kien f’dan is-seklu li l-Mosta qabzet bil-kbir fin-numru ta’ abitanti lin-Naxxar, il-matrici li kienet harget minnha.


Hekk kif qaleb is-seklu, nsibu li fl-1702 fil-Mosta kien hemm 1,443 persuna filwaqt li fin-Naxxar kienu jghixu 1,529 ruh. Xi cifri ohra matul is-seklu juru li fl-1716 kien hemm 1,287 abitant; fl-1726 saru 1,382; fl-1736 telghu ghal 1,422 persuna; fl-1745 lahqu l-1,700; fl-1760 qabzu ghal 2,126; fl-1784 komplew jikbru ghal 3,458; u fl-1797 ghalqu s-seklu tmintax bic-cifra ta’ 2,593 persuna. Fl-ahhar erbghin sena tas-seklu n-nies fil-Mosta kienu dejjem aktar minn dawk fin-Naxxar.1


Fis-sena 1772 il-Mosta jidher li kellha 535 dar. Mil-lat religjuz jidher li kien hemm tliet qassisin, djaknu, tliet kjerici2 mhux mizzewgin u kjeriku mizzewweg.3


Il-Mostin kienu jghixu hajja normali ta’ kuljum bhal f’kull lokalita ohra f’Malta u Ghawdex. Naturalment kienu jzewgu u jizzewgu. L-irgiel Mostin kienu jizzewgu barra r-rahal u per ezempju bejn l-1750 u l-1797 kien hemm wiehed u ghoxrin Mosti li zzewgu ma’ xebbiet minn Hal Lija filwaqt li hdax ohra hadu mara mis-Siggiewi.4 Ohrajn sahansitra hadu b’marthom nisa minn Ghawdex.5


Jekk nibqghu fuq it-tieni nofs tas-seklu tmintax insibu li fil-Mosta kien hemm 954 zwieg bejn l-1750 u l-1798. Minn dawn, 766 kienu l-ewwel zwieg. Kien hemm imbaghad 37 zwieg bejn guvintur u nisa romol, 109 zwigijiet bejn xebbiet u rgiel romol u 42 zwieg bejn rgiel u nisa romol.6


Jidher ukoll li xi Mostin kienu jsiefru ghal attivitajiet varji ghalkemm in-numru taghhom hu zghir meta mqabbel ma’ cifri konnessi ma’ bliet ta’ madwar il-port. In-nies kienu jhallu Malta ghal ragunijiet varji imma fost l-aktar bzonnijiet li jispikkaw hemm dawk marbuta ma’ xoghol fuq il-bahar bhal impjiegi fuq ix-xwieni ta’ l-Ordni u fuq dawk tal-merkanzija. Ohrajn kienu jhallu gziritna fuq xoghol ta’ negozju jew biex ikomplu l-istudji taghhom. Kull min kien halla l-gzejjer Maltin f’xi zmien u issa kien bi hsiebu jizzewweg kien irid jitlob lill-Kurja ta’ Malta tohroglu certifikat li juri li dan qatt ma kien izzewweg barra minn Malta u ghalhekk eligibli li jizzewweg. Din il-licenzja kienet tintalab minn hafna, u bejn l-1750 u l-1798 kien hemm hamsa u ghoxrin Mosti li kellhom bzonn dan id-dokument.7 Dan juri li ghalkemm ir-rahal tal-Mosta kien post tal-biedja u ghalhekk in-nies kienu generalment marbuta ma’ l-art li kienet l-ghixien taghhom, madankollu kien hemm xi whud li nqatghu ghal xi zmien minn rahal twelidhom u fittxew xi forma ta’ futur jew attivita barra xtutna.


Ic-certifikat li hall lil Giuseppe Bonavia mis-servizz militari.(p.98) Ic-certifikat li bih Giuseppe Bonavia gie mahlul mis-servizz militari wara li serva fir-Reggimento di Malta ghal numru ta’ snin

Dwar l-impjiegi nistghu nghidu li ghalkemm il-bdiewa kienu jippredominaw kif ghadu jixhed sal-lum il-motto tal-Mosta - Spes Alit Ruricolam - xorta wahda kien hemm min hasibha mod iehor u fittex impjieg mhux marbut mal-kultivazzjoni tar-raba’. Nghidu ahna, certu Giuseppe Bonavia ddecieda li jinghaqad mar-Reggimento di Malta u ghamel servizz ta’ hames snin u nofs qabel inghata c-certifikat li helsu mis-servizz militari. Dan Bonavia kien ingagga mar-Rigment u kien fucillier fil-Compagnia Perrelli. Kien serva b’unur u spicca minn dan ix-xoghol fl-eta ta’ tmintax-il sena, jigifieri kien dahal fil-militar meta kien ghad kellu biss tnax-il sena u nofs. Minhabba l-eta zghira tieghu gie marbut bil-kundizzjoni li ma jergax jinghaqad ma’ xi korp militari iehor qabel tmintax-il xahar minhabba li ma kienx ghadu (p.98) ghalaq hamsa u ghoxrin sena. Dan Bonavia kien gab dan ic-certifikat fit-22 ta’ Awissu 1794.8 Forsi ghax zghir jew ghal xi htiega ohra imma dan hu kaz ta’ Mosti li fittex xoghol barra mir-rahal fis-seklu tmintax.


Li nistghu nghidu hu li x-xoghol ta’ l-art ma kienx xi xoghol li jhalli qligh kbir. Hafna drabi l-Mostin kien jaqilghu u jikluha. Drabi ohra jista’ jkun li lanqas daqshekk ma kienu jistghu jaghmlu. L-ahhar decenji tas-seklu ma kienx sbieh wisq ghall-Mostin (u ghall-Maltin in generali) ghax l-isqof ta’ Malta kien hareg ordni biex isir gbir ghall-foqra skond kif jidher f’registru antik li kien jinsab fl-arkivju tal-Parrocca. Il-gbir beda f’Ottubru 1771 u baqa’ sejjer zgur sas-sena 1780.9 Fil-fatt il-qaghda ekonomika ta’ Malta kienet wahda dizastruza. Bizzejjed nghidu li l-Ordni kien midjun bla kontrol u ma kienx hemm flus biex jinxtrara l-qamh minn barra kif kien soltu jsir biex ikun hemm ikel ghal kulhadd. Dan ifisser li f’Malta kien hawn guh u mizerja kbira.10 U jekk kien hawn din il-karestija kollha li hass kullhadd, ahseb u ara kemm hassewha aktar in-nies li kienu batuti u foqra.


It-tmexxija lokali tal-Mosta


Kien fis-seklu tmintax, fi zmien il-Granmastru Francesco Ximenes, li hareg digriet biex ghamel riforma fl-amministrazzjoni tal-lokalitajiet tal-kampanja. Bid-digriet tal-1773 gie stabilit li l-granmastru jahtar tliet ufficjali ghal kull distrett tal-kampanja biex jamministrawh. Dawn l-ufficjali kienu msejha sindku, gurat u kattapanu. Fil-kampanja gew iffurmati disa’ distretti. Il-Mosta tpoggiet fl-istess distrett amministrattiv man-Naxxar u Hal Gharghur.11


Skond il-kmand stabilit mill-granmastru, dawn l-ufficjali kellhom jaraw l-imgieba u l-istil ta’ hajja ta’ l-abitanti fiz-zona li kienet taqa’ fil-gurisdizzjoni taghhom. Kellhom jaraw li tal-hwienet li kienu jbighu l-qamh u l-mahlut ma jqarrqux bix-xerrejja fl-uzin u l-prezzijiet.


(p.99) Kellhom ukoll jghaddulhom l-uzin kif mahrug mill-gurati tal-gvern ibbazat fl-lmdina li kien maghruf bhala l-Universitas. Mill-banda l-ohra, is-sindku kellu poteri li jiddeciedi fuq certi kawzi u li jkollu cella fejn izomm min ikun kiser il-ligi imma ried iressaqhom malajr quddiem il-qorti kompetenti li tahtha kien jaqa’ l-akkuzat. Biex jghinuh fil-kariga tieghu, is-sindku kellu dritt izomm numru ta’ rgiel, imsejha franchi, li kienu mehlusa milli jaghmlu dmirijiet militari.12 Dawn l-irgiel, erba’ b’kollox, kienu jissejhu zbirri u kienu jkunu hemm ghal dak kollu li kien jista’ jinqala’.13


L-ewwel tliet ufficjali li mexxew id-distrett li minnu kienet taghmel il-Mosta maghzula mill-granmastru kienu, Frangisku Magri bhala sindku, in-Nutar M.A. Darmanin bhala gurat, u Filippu Abela bhala kattapanu. L-istess persuni zammew posthom anki ghas-sena 1774.14


Kull ufficjal kien jigi appuntat darba fis-sena fit-28 ta’ Awissu jew fl-eqreb jum tal-gimgha jekk dik id-data kienet tinzerta tkun il-jum tal-Hadd.15 Sindki li servew fit-tul matul dawn is-snin kienu Frangisk Borg u Salvatore Bonnici. Mill-banda l-ohra, il-gurati li servew numru ta’ snin kienu L\-istess Salvatore Bonnici, qabel ma sar sindku, u Pietru Decelis.16 Il-kattapanu jidher li gie maghzul sa l-1778 imma ma jidhirx li baqa’ jigi appuntat ufficjal f’din il-pozizzjoni fis-snin ta’ wara.17


Mill-1795 inbidlet naqra l-forma tal-kunsill amministrattiv ta’ kull distrett. Fil-fatt baqa’ jigi maghzul sindku wiehed ghat-tlitt irhula imma mbaghad intghazel gurat ghal kull rahal. Ghalhekk fl-1795 is-sindku kien Aloysium Caruana u l-gurat ghall-Mosta kien Tumas Chetcuti. L-istess Chetcuti baqa’ jigi kkonfermat fil-pozizzjoni sa l-1797. Is-sindku madankollu nbidel kull sena u fl-1796 kien Salvatore Bonnici u fl-1797 lahaq J.M. Borg.18


Xi bini ta’ importanza partikulari li nbena f’dan is-seklu


ll-Mosta kompliet tinfirex billi l-popolazzjoni zdiedet gradwalment. Inbnew ukoll djar godda biex jakkomodaw lil dawk li ghazlu li jghixu f’dan ir-rahal. Mal-bini tad-djar residenzjali kien hemm ukoll bini iehor.


Il-Mithna l-Qadima


Il-mithna l-qadima fil-Mosta ta' zmien il-Kavallieri.(p.99) Il-mithna ta’ zmien il-Kavallieri (dik l-aktar qrib) kif kienet tidher fis-snin sittin tas-seklu ghoxrin fit-triq li kienet ghadha kollha ghelieqi - il-mithna ta’ wara kienet inbniet fi zmien l-lnglizi.

Din il-mithna tinsab fil-genb fit-triq li appuntu hadet isimha minnha stess. Qieghda nofs triq minn meta tilwi minn Vjal l-lndipendenza ‘l fuq fid-direzzjoni ta’ Ta’ Qali. Meta tahseb ftit, tintebah bis-servizz mehtieg, tas-sabar u twil li tat din il-mithna lin-nies tal-Mosta. Huwa tassew li maz-zmien fil-Mosta kienu zdiedu erba’ mtiehen ohra, imma l-ebda wahda minnhom ma (p.100) tmur lura fiz-zmien daqs din u ghalhekk jghidulha ‘il-qadima’.


Din il-mithna llum tinsab fi triq ta’ ftit importanza, imma ta’ min jiftakar li sa ma nfethet it-triq il-gdida (illum Triq il-Kungress Ewkaristiku),19 dik kienet it-triq ghal Belt Valletta u l-mithna kienet l-ewwel bini li kienet tilqa’ lil kull min ikun diehel fir-rahal minn dik in-naha.


Fuq il-bieb tan-nofs taghha tidher arma kbira tal-Granmastru Gregorio Carafa (1680-1690). Din hi haga xi ftit kurjuza ghax il-mithna kif inhi llum ggib data li tmur ghas-seklu tmintax. Jista’ jkun li diga kienet imwaqqfajis-seklu sbatax fi zmien il-Granmastru Carafa.20 L-istoriku Andrew Vella jghid li fi zmien Carafa nbnew ghaxart imtiehen hawn Malta filwaqt li fi zmien Vilhena u Pinto nbnew tmienja ohra - wahda kull wiehed fir-Rabat, Hal Gharghur, iz-Zurrieq, Birkirkara, bejn Hal Ghaxaq u z-Zejtun, u tlieta f’Ghawdex.21 Ghalhekk, ghalkemm id-data li tidher fuq il-mithna tal-Mosta llum, ‘1757,’ tindika li telghet fi zmien Pinto, jidher li ma kinitx wahda gdida minn dawk li telghu matul il-magisterju ta’ dan il-granmastru.


Taht l-arma magisterjali tal-Granmastru Carafa hemm salib zghir ta’ l-Ordni u jerga tahtu jidhru tliet lapidi tal-gebel li fuqhom hemm imnaqqxa dawn il-kitbiet:


It-tliet lapidi mal-mithna l-qadima fil-Mosta.(p.100) It-tliet lapidi forma ta’ triangolu taht l-arma tal-granmastru li jinsabu fuq il-bieb principali tal-mithna.

L-ewwel lapida:
GIESU NAZARENO – 1757


It-tieni lapida:
I MOSTENSI GODINO QUESTO MOLINO FABRICATO NEL TEMPO DELL ‘ILL MONSIGNIOR COMMISSARIO DON GARSIA


It-tielet lapida:
IL SIGNOR CAPO MASTRO FRANCESCO ZIRAFA DELLA SACRA RELIGIONE GIEROSOLIMITANA FU L’ARCHITETTORE. MASTRO NICOLO CAMILLERI DEL SIGGIEUI FU IL GRAN MURATORE


Mela skond il-kitba li tidher, din il-mithna giet imwaqqfa bl-isem ta’ ‘Gesu Nazzarenu’ fl-1757, ghall-gid tan-nies tal-Mosta fi zmien il-Kummissarju Don Garsia. Il-perit li ghamel id-disinn kien Frangisk Zerafa, kapumastru fl-Ordni, u l-imghallem li bniha kien Mastru Nikol Camilleri mis-Siggiewi.


L-arkitett jew capo mastro Francesco Zerafa li I hazzez il-pjanta tal-mithna ghex bejn madwar l-1679 u l-1758. Ghalhekk din il-mithna kienet wahda mill-ahhar xoghlijiet tieghu. Dan Zerafa ghamel numru ta’ binjiet ghall-Ordni, imma l-aktar importanti u l-akbar xoghol tieghu kienet il-Castellania jew il-Qrati fi Triq il-Merkanti, bini li sar bejn l-1757 u l-1760. Fil-bidu tal-karriera tieghu, Zerafa kien ukoll involut fis-supervizjoni tal-bini tat-Teatru Manoel li kien iddisinja l-arkitett Taljan Carapecchia.22


Din il-mithna kienet imwaqqfa mill-Ordni ta’ San Gwann u ghalhekk waqghet f’idejn il-Gvern Malti li ha taht idejh kull ma kien fadlilha l-Ordni f’dawn il-gzejjer meta l-Kavallieri cedew lill-forzi Francizi fl-1798.


Aktar ‘l quddiem saru mtiehen ohra fil-Mosta. Dawn imma saru fi zmien il-hakma Ingliza ta’ (p.101) Malta. Madankollu l-mithna ta’ zmien l-Ordni baqghet tahdem u kienet l-ahhar wahda li waqfet mix-xoghol taghha tat-thin. Waqfet meta dahlu minflokha magni tat-thin li ghamlu x-xoghol aktar efficjenti u ma jiddependix izjed fuq ir-rieda tan-natura ghax rih u mhux, dawn il-magni setghu jkomplu b’xogholhom. Twaqqfet mill-attivita taghha fl-1925, u baqghet biss bhala tifkira sabiha ta’ zminijiet imghoddija. Kien l-istess rih li kien jaghtiha l-hajja li fil-fatt qeridha meta fl-1928, f’siegha ta’ maltemp qawwi, qacctilha l-antenni taghha biex halla biss it-tromba wieqfa fuq id-dar.


Il-Knisja ta’ l-lsperanza


Il-faccata tal-kappella ta' l-Isperanza fil-Mosta.(p.101) Il-faccata lal-kappella Barokka ddedikata lill-Madonna tat-Tama li qieghda f’Wied l-lsperanza (ritratt mehud qabel saret il-pumping station).

Probabbli l-isbah u l-eghzez knisja ghall-Mostin, wara l-knisja parrokkjali, hija dik iddedikata lill-Madonna ta’ l-lsperanza. Hi mibnija fuq ghar f’qiegh il-wied fit-tarf tal-punent tal-Mosta. Dan l-ghar ta’ tahtha huwa l-istess wiehed li l-istoriku Ciantar identifikah ma’ dak tal-Vizitazzjoni tal-Madonna, u li Mons. Dusina semma’ li kien ikkonsagrat minn seba’ isqfijiet.23


Ma’ din il-knisja hemm marbuta leggenda li giet ghandna permezz tax-xjuh u r-rakkonti taghhom bbazati fuq dak li jghidu li kienu jisimghu minn ta’ qabilhom. L-istorja li jirrakkuntaw issemmi xebba Mostija li kienet qieghda tahdem fl-ghelieqi fl-inhawi ta’ Burmarrad flimkien ma’ membri ohra ta’ familtha. F’hin minnhom raw gejjin ghal fuqhom ggajta hallelin tal-bahar tal-Barbarija. Irhewla lejn il-kenn tal-Mosta bil-pirati jigru warajhom.


Ma’ dawk l-imsejkna mwerwrin kien hemm ukoll tfajla zaghzugha li minnhabba c-cokon taghha ghejjiet hi u tielgha matul il-wied. Mbezza’ li kienet ser tinqabad u titkaxkar bhala lsira minn dawk il-pirati, dahlet f’ghar li kien hemm fil-qrib, u li kien kollu mimli bl-ghanqbud - jew skond verzjoni ohra, bit-tursin il-bir.


Imwerwra u mgezza hemm gew, dik ix-xbejba talbet lill-Madonna u fiha ttamat li ma jsibuhiex, u hekk tehles minn idejn dawk il-pirati ta’ Barbarija.


Meta l-hallelin tal-bahar waslu fil-wied u ma rawhiex izjed bdew ifittxu biex jaraw fejn inhbiet.
u sahansitra taw daqqa t’ghajn fl-ghar fejn kienet mistohbija, imma qalu li hemm ma setghetx dahlet ghax l-ghanqbud ma kienx jidher maqtugh!


Meta raw li ma setghux isibuha, u fl-istess hin bezghanin li n-nies tal-Mosta jigu ghalihom, regghu malajr lura mnejn gew.


It-titular tal-Kappella ta' l-lsperanza fil-Mosta.(p.102) It-titular tal-Kappella ta’ l-lsperanza mpitter minn Rokku Buhagiar

Wara li ma nstemax hosshom izjed, ix-xebba, harget minn fejn kienet mistohbija, u dak il-hin stess hasset li kienet il-Madonna li helsitha. Ghalhekk, bhala hajr, xtaqet ittella’ knisja zghira lill-Vergni Marija fuq dak l-ghar stess fejn emmnet li maghha l-Madonna kienet ghamlet xejn inqas minn miraklu.24


Li kieku dak l-ghar kien tassew l-ghar tal-Vizitazzjoni ta’ Marija, kien ikun aktar facli li wiehed jifhem ghaliex dik ix-xebba dahlet go fih u ttamat fil-Madonna.


Nghaddu issa ghall-Knisja ta’ l-lsperanza li hemm mibnija fuq l-ghar imsemmi.


(p.102) Din il-knisja saret bil-gbir li beda mid-19 ta’ Settembru 1757 u baqa’ sejjer ghal hames snin. Ghad li niltaqghu ma’ dak li gabru bil-kaxxetta fit-toroq tal-Belt, il-bicca l-kbira tal-flus kienu migburin minn qalb in-nies tar-rahal tal-Mosta.


Il-knisja bdiet tinbena fit-tieni gimgha ta’ Awissu 1760, u tlestiet hdax-il xahar wara. Il-prokuratur tal-bini taghha, li ha hsieb li jhallas il-haddiema kollha mill-gbir li sar, kien Gammari Galea.25


Minn barra u minn gewwa l-knisja hija gawhra zghira mimlija dekorazzjonijiet. Fil-faccata li hija mzejna bil-pilastri u statwi, jidhru zewg armi, wahda bl-Isem ta’ Marija u l-ohra ta’ l-lsqof ta’ Malta Fra Bartolomeo Rull, li fi zmienu nbniet dil-knisja.


Il-gbir li sar ghal din il-knisja juri li n-nies ta’ dak iz-zmien kellhom qima kbira lejn dak il-post, jew inkella lejn dak li kien gara hemm. Id-devozzjoni ghal dan il-lok kibret u hafna bdew izuru l-post u jhallu flus wara li jaghmlu l-weghdiet taghhom. B’hekk ghenu biex inaqqsu l-piz ta’ l-ispejjez tal-bini.26


Il-kwadru ta' Cali fil-Kappella tal-Isperanza fil-Mosta.(p.103) Il-kwadru tal-Madonna tal-Tama, xoghol ta’ Guzeppi Cali, fis-sagristija tal-Kappella tal-Isperanza.

Din il-qima ma naqset qatt, u la lejn il-knisja u lanqas lejn l-ghar ghaziz ta’ tahtha, ghaliex hafna nies, sahansitra minn barra r-rahal, baqghu jigu hawn izuru u jaghmlu weghdi lill-Madonna tat-Tama. Dan kien li heggeg lill-prokuratur tal-knisja Dun Gwann Fenech biex jirranga dejjem aktar dan il-post.


Dun Gwann fl-1896 kabbar iz-zuntier, fl-1913 irranga ahjar l-ghar, u fl-1919 tella’ lanterna fuq il-koppla. Id-disinn ta’ din il-lanterna kien ta’ Mastru Salvu Zahra. Il-knisja u s-sagristija gew pavimentati bl-irham fl-1923.27


Il-knisja hi mibnija fl-istil Barokk u minn gewwa ghandha forma ottagonali. It-titular juri I Madonna ta’ l-lsperanza. Jghidilna Dun Edgar Salomone li dan l-inkwatru kien jigbed devozzjoni kbira lejh.28


Dan il-kwadru pittru Rokku Buhagiar (c. 1725-1805) u hu mizmum bhala wiehed minn tal-bidu ta’ dan l-artist. Fih il-pittur naqas milli jpitter lill-Madonna bl-eleganza femminili li dehret f’xoghol iehor tieghu. Madankollu l-kompozizzjoni hi mahduma b’mod solidu, Tidher is-sema mimlija shab tal-maltemp u l-bahar irid jibla’ galljun. Izda dan ma jsehhx minhabba l-intervent tal-Madonna li taghti l-ghajnuna taghha. Hi tidher bl-ankra tas-salvazzjoni fejn riglejha. Din il-pittura taghti lemha lill-hafna ex-voto li hemm imdendlin mal-hitan ta’ bosta knejjes Marjani f’Malta u Ghawdex. Imma fl-istess hin Buhagiar juri certa innovazzjoni fl-esekuzzjoni ta’ dan ix-xoghol.29


Fis-sagristija hemm imbaghad pittura ohra. Din ukoll turi lill-Madonna tat-Tama imma hi mpittra minn Guzeppi Cali (1846-1930). Dan hu pittur li hadem hafna fil-Mosta kif jidher sew mix-xoghlijiet li halla fir-Rotunda. Din turi lil Marija bil-qieghda fuq is-shab b’binha Gesu wieqaf fuq sieqha x-xellugija. Kristu qieghed izomm l-ankra tat-tama fidu. Taht jidhru zewgt imriekeb tal-qlugh jissaraw ma’ bahar f’tempesta imma indokrati minn Marija u Binha. Fis-sagristija tinzamm ukoll fin-nicca taghha l-istatwa tal-Madonna tat-Tama xoghol ta’ Glormu Dingli.30


Sar artal gdid ta’ l-irham bit-thabrik ta’ Dun Karm Dingli u din l-opra giet ikkonsagrata mill-lsqof Emmanuel Galea fit-3 ta’ Lulju 1966. Barra dan (p.103) kollu, il-knisja fiha numru ta’ pitturi u statwi ohra - dawk ta’ Santa Rita, San Frangisk Saverju u l-Madonna ta’ Lourdes.31


F’din il-knisja issir l-festa tal-Madonna fit-tielet Hadd ta’ Novembru u jistghu jigu ccelebrati z-zwigijiet.32


Il-hidma u l-qaghda tal-parrocca


Matul is-seklu tmintax kien hemm numru ta’ kappillani li matul il-parrokati taghhom il-Mosta kompliet tizviluppa. Kien fl-1744 li l-Mosta kellha zjara pastorali mill-lsqof Paolo Alpheran de Bussan. Il-Mosta kienet ghadha kif inghatat kappillan gdid, Dun Gwann Ang Sammut li kien ha l-pussess fl-20 ta’ April 1742.33


L-Isqof wasal min-Naxxar ghall-habta tal-hamsa ta’ wara nofsinhar tal-31 ta’ Mejju u gie milqugh f’tarf ir-rahal mill-kappillan Mosti, akkumpanjat mill-kleru. Min-naha tieghu Alpheran de Bussan kellu mieghu lill-Vigarju Generali Dun Adriano Gourgion u l-Kanonku tal-Katidral Dun Albino Portuges. L-isqof twassal sad-dar tal-kappillan minfejn, wara li libes l-ilbies pontifikali, mexa lejn il-knisja parrokkjali. Dan ghamlu f’forma ta’ purcissjoni u kien mghotti bil-baldakkin u akkumpanjat mill-fratellanzi, il-kleru u numru kbir mill-poplu li mlew il-knisja tar-rahal.34


Fil-knisja pogga fuq tron in-naha ta’ l-evangelju u l-kleru kollu tela’ biex joffri l-ubbidjenza tieghu lill-isqof. Wara li saret quddiesa bil-priedka, il-predikatur kien il-Kappillan ta’ H’Attard Dun Arcangelo Debono li kien hejja lil Mostin b’sensiela ta’ tmien priedki ghal din l-okkazjoni. Kien gie mghejjun f’din it-thejjija mill-Kappillan ta’ Hal Lija Dun Gregorio Barbara. Meta spiccat ic-celebrazzjoni tal-quddiesa bdiet iz-zjara ta’ l-Isqof mal-knisja. Ra t-tabernaklu mqaddes, il-fonti tal-maghmudija li kien jinsab vicin il-bieb principali tal-knisja, is-Sacrarium li kien vicin il-battisteru u l-armarju fuq il-presbiterju fejn kien jintrefa’ z-zejt tal-morda. L-isqof ghadda xi ordnijiet fejn talab li jinbidlu xi uzanzi li hu ma qabilx maghhom. Dettal li johrog mill-ispezzjoni tal-fonti tal-maghmudija hu li dan kien mghotti b’ghatu ta’ l-injam li kien miksi minn gewwa bis-satin abjad. Fil-kuperc kien hemm kwadru li jirrapprezenta l-maghmudija ta’ Kristu.35


Meta dar ghall-artal maggur, l-isqof innota li l-mensa kienet tal-gebel izda kellu wkoll zewg skannelli ta’ l-injam indurati. L-artal kien fin-nofs bejn il-presbiterju u l-kor u fuqu kellu tuzell tad-damask. Il-lampier li kien jixghel quddiemu kien tal-fidda u kien ghotja ta’ Dun Lawrenz Abela.36


Alpheran de Bussan ghamel ukoll nota dwar il-festa ta’ l-Assunta li kienet tigi ccelebrata fil-15 ta’ Awissu fuq l-artal maggur. Ic-celebrazzjonijiet kienu jinkludu l-kant ta’ l-ghasar u l-quddiesa kantata nhar il-festa. Ir-responsabilita ghal din il-festa kienet taqa’ fuq il-Veneranda Lampade u l-prokuratur taghha, li f’dak iz-zmien kien Dun Injazju Galea. Dettal iehor marbut ma’ dan l-artal kien il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament imwaqqfa minn Dusina fit-12 ta’ Marzu 1575. Dawn il-fratelli kellhom id-dover li jiehdu hsieb il-festa ta’ Corpus Domini.37


Fil-kor kien hemm imbaghad artal iehor li fuqu kellu mdendel il-kwadru titulari ta’ Marija Assunta. Aktar ‘il fuq kien hekk pittura li (p.103) tirrapprezenta lill-Missier Etern. Billi kien hemm aktar artali madwar il-knisja, l-isqof qabad idur dawn u jezamina jekk kollox kienx kif ghandu jkun. L-ewwel mar fuq l-artal iddedikat lil San Pawl. Warajh ra sew dak tal-Madonna tar-Ruzarju u mbaghad mexa ghal quddiem dak iddedikat lil Sant’ Anna, li madankollu kienet meqjuma fuqu l-Madonna tac-Cintura li kienet tidher fil-pittura mdendla hemmhekk.38


L-isqof ta’ Malta kompla bid-dawra tieghu mal-knisja parrokkjali u zar l-artali ddedikati lil Lunzjata, lill-Madonna tal-Grazzja, lil San Guzepp, lil San Rokku, u lil Sant’ Antnin ta’ Padova. Ra wkoll il-kor bis-sedji tieghu, il-konfessjonarji u l-pulptu. Kollox kien fi stat tajjeb.39


Iz-zjara ma kinitx kompluta kieku ma rax id-dettalji kollha u l-isqof ma naqasx ghalhekk biex jezamina l-ktieb li fih kienu jigu mnizzIa l-quddisiet iccelebrati fil-knisja. Dan ir-registru kien jinsab fis-sagristija li kienet tigi fil-genb ta’ l-artal maggur. Dettal li hareg minn din il-parti tal-vizta jikkoncema l-Veneranda Lampade. Kien fl-1654 li certu Domenico Vassallo halla bhala eredi universali tieghu lill-Veneranda Lampade tal-parrocca tal-Mosta. Madankollu rabatha li darba fis-sena, f’jum l-Assunta, il-Veneranda Lampade tghin xebba fqira Mostija biex tizzewweg billi thallsilha l-ispejjez. Vassallo esiga wkoll li jsirulu xi quddisiet ghal ruhu - wahda nhar l-Assunta u tlieta ohra nhar il-Milied.40


Ma kienx Vassallo biss li halla gidu lill-Veneranda Lampade. Kif hareg mir-rapport ta’ din il-vizta pastorali, hafna nies fis-sekli sbatax u tmintax kienu taw bosta gid u artijiet imma rabtu wkoll lill -Veneranda Lampade b’hafna obbligi mnizzIa f’atti notarili. Fost dawn ir-rabtiet kien hemm ic-celebrazzjoni ta’ quddies fi zminijiet specifici u dawk marbuta maz-zwieg ta’ zghazagh fqar Mostin.41 Din l-evidenza uriet il-qalb tajba u hanina tal-Mostin li hallew parti minn gidhom biex jghinu l-proxxmu taghhom anqas ixxurtjat minnhom.


Issemmew ukoll bosta obbligi ohra. Fost dawn kien hemm ic-celebrazjoni ta’ tliet quddiesiet specifici. Dawn kienu jridu jsiru fil-festi ta’ San Pankrazju fid-9 ta’ Lulju, ta’ Santa Margerita fl-20 ta’ Lulju, u ta’ San Lawrenz fl-10 ta’ Awissu.


Kienu festi li jigu mfakkra bil-kant ta’ l-ghasar u bil-quddiesa u kienu jfakkru tliet kappelli fl-inhawi tal-Mosta li kienu gew profanati maz-zmien. Dik ta’ San Pankrazju kienet tinsab fil-Bezbizija; dik ta’ Santa Margerita, fix-Xaghra ta’ Santa Margerita; u dik ta’ San Lawrenz, fl-inhawi maghrufa bhala Ta’ Vnezja. Meta gew profanati, l-obbligi marbuta maghhom flimkien mal-kwadri taghhom gew trasferiti lill-knisja parrokkjali.42


Rigward il-kleru, minn din iz-zjara pastorali hareg li l-Kappillan Sammut kellu mieghu disa’ qassisin ohra u tliet seminaristi li kienu fit-thejjija taghhom ghas-sacerdozju. Kien hemm ukoll f’dak iz-zmien erba kjerici mizzewgin.43 Dawn il-kjerici kienu jkunu persuni sekulari, celebi jew anki mizzewgin li jkunu rcevew t-tonsura.44 Minhabba f’hekk dawn kienu jaqghu taht il-gurisdizzjoni ta’ l-isqof tal-post u mhux taht il-ligi civili u l-gvern ta’ Malta. F’dawk iz-zminijiet meta wiehed ikun irid jehles mill-gurisdizzjoni ta’ l-Ordni ta’ San Gwann u hekk jizgicca mis-servizzl militari u kull ligi ohra civili, kull ma kellu jaghmel kien li jidhol taht il-protezzjoni ta’ l-isqof ta’ Malta. Hekk kien isir kjeriku.


Jitwaqqfu aktar fratellanzi


Standarti tal-fratellanzi fil-Mosta.(p.105) Standarti tal-fratellanzi fil-purcissjonijiet religjuzi.

Kien fl-1721 li twaqqfet il-Fratellanza tac-Cintura skond digriet ta’ l-1 ta’ Dicembru 1921 mill-General ta’ l-Agostinjani, Patri Tommaso Cervioni. Din il-fratellanza kienet giet aggregata ma’ l-Arcikonfratermta tac-Cintura ta’ Bolonja fl-Italja. Din il-fratellanza twaqqfet fuq l-artal li originarjament kien iddedikat lil Sant’Anna. Kienet issir purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju fl-ewwel Hadd fuq it-28 ta’ Awissu li kienet tahbat il-festa ta’ Santu Wistin45 (il-fundatur ta’ l-Ordni Agostinjan).


Mhux maghruf meta ezatt twaqqfet il-Fratellanza ta’ San Guzepp. Kien diga hemm artal ddedikat lil San Guzepp fil-knisja parrokkjali l-qadima li kien twaqqaf minn certu Gorg Galea. Fl-1668 dan l-artal beda jissejjah bhala ta’ San GuZepp ghax qabel kien maghruf bhala ta’ Santa Marija ta’ l-Egittu Meta l-Isqof Labini zar il-parrocca fl-1794 qal li bhala prokuraturi tal-Fratellanza kien hemm Tumas Chetcuti u Gamri Chetcuti. Dan jaghtina hjiel li l-Fratellanza ta’ San GuZepp kienet diga mwaqqfa f’din id-data.46


(p.105) Jidher li l-Fratellanza tal-Qalb ta’ Gesu twaqqfet f’xi zmien lejn it-tieni nofs tas-seklu tmintax. L-Isqof Labini fil-vizta pastorali tieghu fil-Mosta fl-1794 isemmi din il-Fratellanza. Hi l-hames fil-precedenza tal-fratellanzi fil-Mosta u kienet l-ahhar wahda li twaqqfet fil-knisja parrokkjali l-qadima.47 Warajha twaqqfet fratellanza ohra imma dan gara fis-seklu dsatax.48


Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja l-Qadima


Il-lapida tal-konsagrazzjoni tal-knisja l-qadima tal-Mosta.(p.106) Il-lapida bil-Latin li tfakkar il-konsagrazzjoni tal-knisja u li llum tinsab fil-kuritur bejn iz-zewg sagristiji fir-Rotunda.

Forsi l-akbar u l-eghzez festa tal-Mosta fis-seklu tmintax kienet il-konsagrazzjoni tal-knisja l-qadima. Din il-knisja parrokkjali ta’ l-arkitett Dingli kien ilha mibnija 155 sena minghajr ma kienet ghadha giet ikkonsagrata. Tassew li kienu birkuha, imma filwaqt li t-tberik jista’ jsir minn ministru ta’ Alla li jixhet l-ilma mbierek u jitlob, il-konsagrazzjoni ssir biz-zejt imqaddes mill-isqof, u hekk il-bini jigi mholli ghal dejjem ghall-qima ta’ Alla. Din ic-cerimonja hekk ghaziza tbieghed il-bini li jkun minn taht is-setgha tax-xitan u taghmlu post fejn it-talb ikun aktar mismugh u milqugh minn Alla.


Il-konsagrazzjoni saret mill-isqof Giovanni Carmine Pellerano fis-7 ta’ April 1774, u bhala tifkira ta’ din il-festa giet imqieghda fil-faccata tal-knisja lapida kbira ta’ l-irham.49 Fuq nett tidher l-arma ta’ l-lsqof Pellerano maghquda f’wahda ma’ dik tal-Granmastru Pinto, li fi zmienu Pellerano kien gie maghzul isqof. Taht l-arma tnaqqxet kitba bil-Latin li bil-Malti tghid hekk:


LIL ALLA WISQ TAJJEB U KBIR.
TEMPJU GLORJUZ TA’ L-IZJED GHOLI ALLA BLA TARF IKKONSAGRAT GHAL DEJJEM MINN MISSIRIJIETNA LIL BLA EBDA TEBGHA OMM ALLA LI GIEBET L-EDEN, GENNA HAJJA TA’ ADAM IL-GDID, SULTANA TAS-SMEWWIET, LI DAHLET FIT-TRON KOLLU KWIEKEB U FIL-KURUNA RJALI. LI BIEX L-INSARA LI JGHAMMRU HAWN MA JKUNUX NEQSIN MINN KOLLHA KEMM HUMA L-MINISTERI MQADDSA GIE MAGHMUL PARROCCA MINN FR. D. MARTINO ROJAS, FIS-SENA 1575, MOGHTI KAPPILLAN GHALIH MINN FR. D. TUMAS GARGALLO FIT-13 TA’ SETTEMBRU 1608 BIR-RIEDA ta’ FR D. BALDASSARI CAGLIARES ISQOF TA’ MALTA FIS-SENA 1619 MIBNI MILL-GDID, MAHDUM, MIFTUH, IRRANGAT U MOGHNI IKTAR U ISBAH BIL-HEGGA TA’ HAFNA ISQFIJIET L-ILL.MU REV.MU SINJUR FR. GWANN PELLERANO ISQOF TA’ MALTA GHAT-THABRIK TA’ D. SALV SAVER BONNICI RETTUR TA’ L-ISTESS TEMPJU KKONSAGRAH BIS-SOLLENITA KOLLHA FIS-7 TA’ APRIL 1774 QALB IL-FERH KBIR TA’ KOLLHA KEMM HUMA N-NIES U GIEGHEL LI T-TIFKIRA TA’ DIN IL-KONSAGRAZZJONI ISSIR KULL SENA B’FESTA SOLLENNI FIT-TIENI HADD FUQ L-GHID


L-anniversarju ta’ din il-konsagrazzjoni kien jigi mfakkar kull tieni Hadd wara l-Ghid il-Kbir.50


Zjara pastorali ohra


(p.106) Il-parrocca tal-Mosta rega’ kellha zjara minn isqof iehor ta’ Malta fl-1782. Din id-darba gie jara jekk kollox kienx sew l-lsqof Mons. Vincenzo Labini. Gie milqugh kif kien jixraq mill-kleru u l-poplu Mosti u wara li saru c-cerimonji li soltu kienu jsiru f’okkazjonjiet bhal dawn, Labini ghamel l-ispezzjoni tieghu tal-knisja. Jidher li l-knisja principali tal-Mosta kienet fi stat tajjeb u kollox kien kif suppost. L-lsqof ma naqasx milli jara r-relikwiji li kellha l-knisja u li dawn kellhom is-sigilli li jiccertifikaw l-awtenticita taghhom. Kien hemm ir-relikwiji ta’ San Benedettu, San Guzepp, Sant’ Antnin ta’ Padova, San Gwann l-Evangelista, u tal-Velu tal-Madonna. Fost id-dettallji l-ohra li bejn wiehed u iehor jirrepetu dak li qalu ta’ qablu, Labini semma’ wkoll orgni li i kellha l-knisja u li kien jinsab fuq il-bieb principali.51


San Pacifiku


San Pacifiku barra n-nicca.(p.106) Il-korp sant ta’ San Pacifiku f’dehra rari barra n-nicca tieghu.

L-istess Kappillan Dun Salv Saver Bonnici, imsemmi fil-lapida tal-konsagrazzjoni tal-knisja parrokkjali, kien habrieki sew. Fi zmienu barra li giet ikkonsagrata l-knisja principali tal-Mosta, irsista u gab gisem shih ta’ qaddis.


(p.107) Dan kien gisem minn dawk li kienu midfunin bhala martri f’Ruma, u ghad li hafna minnhom ma kinux jafu x’kien jisimhom u kif mietu martri, kienu jaghrfuhom tajjeb minn xi gheliem li kienu mhollijin kemm barra u kemm gewwa l-qabar, bhalma huma xi kelmiet fuq il-qabar, tazza bid-demm li xerred il-martri, midfuna mieghu, u sinjali ohra.


Lil dawn il-qaddisin il-Knisja kienet taghtihom isem ta’ xi virtu jew drawwa qaddisa; u dak li rnexxielha tiehu l-knisja tal-Mosta tawh l-isem ta’ San Pacifiku. Fi gwarnic gewwa s-sagristija tar-Rotunda tinsab kitba bil-Latin li bl-ilsien Malti tghid:


Ahna Fr. D. Vincenzo Labini
Kunsillier Regju tal-Gran Kruc ta’ l-Ordni Geresolmitan.


Ghal grazzja ta’ Alla u tas-Sede Appostolika. Lil kulhadd u lil kull wiehed li jaqra dawn l-ittri taghna nixhdu bla dubju ta’ xejn u skond is-sewwa li Ahna ghal glorja l-izjed kbira ta’ Alla li jista’ kollox u ghall-qima tat-Qaddisin Tieghu qlajna mill-kaxxa ta’ l-injam miksija b’karta kulurita marbuta b’zigarella hamra u ssigillata b’ittri awtentici, b’dokumenti legittimi u b’sigill ta’ ncira hamra, l-gisem ta’ San Pacifiku Martri, bit-tazza tad-demm, maqlugh qabel mic-Cimiterju ta’ Prixilla52 kif inhu maghruf u mwettaq mis-Sagra Kongregazzjoni ta’ l-lndulgenzi u tas-Sagri Relikwi. Wara li zejjinnieh tajjeb u libbisnieh bi Ibies ghani qeghdnieh gewwa kaxxa kbira ta’ l-injam imdawra minn kull naha biz-zgieg u maghluqa tajjeb; u wara li dawwarnieh bis-sigilli taghna bl-incira hamra, tajnieh rigal u hallejnieh bis-setgha li jigi mqieghed ghall-qima pubblika ta’ l-lnsara fil-knisja parrokkjali taht it-titlu tat-TIugh is-Sema tal-B. Marija Vergni, fir-rahal tal-Mosta.53


B’sinjal ta’ twemmin ta’ dan gieghelna li jigu mibghuta dawn l-ittri ta’ issa li huma bhala xhieda b’isimna miktub minn idejna u mwettqin mis-sigill taghna.


Moghti f’Malta, fil-Palazz Veskovili taghna tal-Belt Valletta; ilium it-30 ta’ Awissu 1783.


F.V. Isqof ta’ Malta.
Frangisku Gentili, Segretarju


Il-limiti tal-parrocca


Mappa bil-Mosta tidher zghira bejn zewg gganti r-Rabat/Mdina u n-Naxxar.Mappa turi l-Mosta minuskola bejn zewg gganti r-Rabat/Mdina u n-Naxxar.

Fl-1783 inqalghet kwistjoni li damet sejra ghal hames snin shah, bejn il-kappillan tal-Mosta, Dun Salv Saverju Bonnici, fuq naha, u l-arcipriet tal-Katidral, Dun Xand They, u l-kappillan tan-Naxxar, Dun Gorg Fiteni, fuq in-naha l-ohra. Il-Kappillan Bonnici, li kien isarraf daqs tnejn, ippretenda li l-limiti tal-Mosta johorgu iktar ‘il barra mid-dawra tar-rahal u sostna li l-mithna tas-Sghajtar, Hal Ripa, Hal Dimekk, Ta’ Vnezja, il-Besbizija, il-Qlejgha, Ghajn Rihana, Burmarrad, iz-Zebbiegh, l-lmgarr, Bingemma, Ghajn Tuffieha sal-bahar kienu kollha jaghmlu mal-Mosta. Biex isahhah dak li kien qieghed jitlob, semma’ x’kien qal il-Vizitatur Appostoliku Dusina, x’kienu jghidu l-istorici u sejjah hafna xhieda minn dawk li joqoghdu f’dawk l-inhawi li kienu jaghmlu l-precett, u jidfnu lill-mejtin fil-parrocca tal-Mosta.


Mill-banda l-ohra l-arcipriet tal-Katidral gieb hafna ragunijiet biex iwaqqa’ dak li qal Bonnici, u l-kappillan tan-Naxxar wera li meta spiccat il-parrocca tal-Mellieha, il-limiti taghha waqghu fuq il-parrocca tan-Naxxar, billi din kienet l-aktar qrib, u meta l-Mosta kienet ghadha mhix parrocca ghaliha. Dawn iz-zewg kurati urew dak li qalu l-istorici, giebu l-evidenza minn vizti pastorali, u kkwotaw dak li tghid ir-Rota, fost affarijiet ohra, biex iwaqqghu dak kollu li qal il-kappillan tal-Mosta. Tant kienet qawwija din il-glieda li l-kitba ta’ l-argumenti li giebu, ma’ dak li qalu x-xhieda, fihom bizzejjed biex tghaqqad ktieb shih.


Biex naqtghu storja twila fil-qasir nghidu biss li l-kwistjoni giet maqtugha b’sentenza ta’ l-isqof tat-8 ta’ Awissu 1787. Skond din is-sentenza l-limiti tal-Mosta ma kellhomx johorgu l-barra minn nofs Wied il-Ghasel, Santa Margarita, Dar il-Bajda, it-triq minn nofs is-Sghajtar u Ta’ Mlit, mit-triq li taqsam il-wied ta’ Hal-Lija, u tigbed ghal Sqaq Buqa, salib it-toroq, il-Hidira, Misrah Kola sa tal-Pog, fejn il-figura ta’ San Gwann Battista Ta’ Vnezja, imbaghad tghaddi mis-Sqaq ta’ Vnezja ghall-Andar il-Blat, il-Giebja jew Ghadira, ghal salib it-toroq, mit-triq li tigbed ghal Wied-il-Qlejgha u tiehu nofs il-wied minn San Pawl tal-Qlejgha sal-Knisja ta’ l-lsperanza


Din is-sentenza ta’ l-isqof ma ntghogbotx u sar l-appell ghas-Sagra Kongregazzjoni ta’ Ruma


(p.108) Imma issa raw li l-ispejjez kienu sejrin jikbru sew. Ghalhekk il-kappillan tal-Mosta gie ghal ftehim ma’ l-arcipriet tal-Katidral u l-kappillan tan-Naxxar. Ghalhekk dehru quddiem in-Nutar Nazju Saverju Bonavia u ftehmu li joqoghdu ghas-sentenza tal-Kurja u li jaqsmu l-ispejjez. Dan il-ftehim gie mnizzel fatti tas-27.viii.1787.


Wara li spiccat il-korrispondenza ma’ Ruma, l-isqof bil-konferma tieghu tat-12 ta’ Gunju 1788, ghalaq din il-kwistjoni darba ghal dejjem u hekk minn dakinhar il-parrocca tal-Mosta kellha tghix f’dawk il-limiti hekk stabiliti, maghfusin bejn il-limiti kbar tan-Naxxar min-naha l-wahda u dawk tal-Katidral min-naha l-ohra.54


Noti u Riferenzi

    Laqta mill-aspett rurali tal-Mosta fl-antik.(p.108) Laqta mill-aspett rurali tal-Mosta tas-seklu tmintax – xeni komuni ghal dawk iz-zminijiet li issa tbiddlet hafna.
  1. (p.109) S. Fiorini, ‘Status Animarum I: A unique source for 17th and 18th century Maltese demography,’ Melita Histories, viii/4 (Malta, 1983), App. II bejn pagni 344 u 345.
  2. Ara aktar ‘l isfel f’dan il-kapitlu ghal spjega dwar il-kjerici.
  3. G.F. Abela-G. Ciantar, Malta Illustrata, (Malta, 1772-80), Lib. I, Not. Ill, par. XVII u XVIII.
  4. F. Ciappara, Marriage in Malta in the late eighteenth century (Malta, 1988), 49.
  5. M. Sant, Il-Mosta fi zmien il-hakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann (Malta, 1996), 26.
  6. Ciappara, 59.
  7. Sant, 27-8,
  8. W. Zammit, ‘De Rohan’s Reggimento di Malta: a source of religious unorthodoxy in late eighteenth-century Malta,’ Sacra Militia, 4 (Malta, 2005), 51.
  9. Libro Antico delle Festivita, 99.
  10. Dwar dan iz-zmien u l-problemi ekonomici, ara per ezempju, J. F. Grima, Zmien il-Kavallieri f’Malta 1530-1798 (Malta, 2001), 232-3.
  11. Grima, 233-4.
  12. W.L. Zammit, ‘ll-Gvern lokali fil-Mosta (1773-1896),’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustse (Malta. 2005), 141-2.
  13. Grima, 234.
  14. Zammit, 142-3.
  15. Grima, 234.
  16. Zammit, 142.
  17. Ibid., Grima, 234.
  18. Zammit, 143.
  19. Triq il-Kungress Ewkaristiku llum m’hi gdida xejn ghax ilha li nfethet snin twal imma ghal hafna Mostin din baqghet maghrufa bhala ‘it-triq il-gdida’ u hekk ghadhom jghidulha.
  20. J. Borg u J.A. Sant, It-Toroq tal-Mosta: Ismijiet u taghrif dwarhom (Malta, 1998), 49.
  21. A.P. Vella, Storja ta’Malta, ii (Malta, 1979), 314.
  22. Q. Hughes u C. Thake, Malta The Baroque Island (Malta, 2003), 39.
  23. Ara Kapitlu 7.
  24. Dwar din il-leggenda ara per ezempju, G. Cassar Pullicino, ‘The Folklore of Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The head of Malta (Malta, 1996), 111; A. Ferres, Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo o (Malta, 1866), 472-3.
  25. Taghrif migbur mill-arkivju tal-knisja, ‘Chiesa della Speranza’.
  26. L.J. Dalli, ‘Il-Kappella tal-Madonna ta’ l-lsperanza,’ Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu - Mosta. Festa ta’ Santa Marija 2001 (Malta, 2001), 72.
  27. Kilin, A Hundred Wayside Chapels of Malta & Gozo (Malta, 2000), 98-9.
  28. E. Salomone, Tichirijet fuk l-imghoddi tal-Mosta (Malta, 1913), 11.
  29. M. Buhagiar, The Iconography of the Maltese Islands 1400-1900 (Malta, 1987), 155-6.
  30. Ara T. Terribile, Tezori fil-Knejjes Maltin: Il-Gharghur / Il-Mosta / In-Naxxar (Malta, 2005), 137.
  31. Kilin, 99.
  32. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006 (Malta, 2006), 21.
  33. Ferres, 470.
  34. (p.110) T. Terribile, ‘L-Isqof Alpheran de Bussan jzur il-Parrocca ta’ l-Assunta fil-Mosta fl-1774,’Filarmonika Santa marija Mosta, Programm tal-Festa, 1995 (Malta 1995), 22.
  35. Ibid.
  36. T.Terribile, ‘L-Isqof Alpheran de Bussan jzur il-Parrocca ta’ l-Assunta fil-Mosta fl-1774,’Filarmonika Santa marija Mosta, Programm tal-Festa, 1996 (Malta 1996), 103.
  37. Ibid.
  38. Ibid.
  39. ‘L-Isqof Alpheran de Bussan jzur il-Parrocca ta’ l-Assunta fil-Mosta fl-1774,’ Filarmonika Santa Marija Mosta, Programm tal-Festa, 1998 (Malta 1998), 22-3.
  40. Ibid. 23
  41. Ibid.
  42. Ibid.
  43. A. Bonnici, ‘Il-Mosta Nisranija,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta. 2005), 122.
  44. J. Bezzina, L-lstoija tal-Knisja f’Malta (Malta. 2002), 326.
  45. J. Borg, ‘Il-Fratellanzi fil-Parrocca tal-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2003 (Malta 2003), 45-6.
  46. Ibid. 46.
  47. Ibid.
  48. Ara Kapitlu 11.
  49. Illum din il-lapida tinsab f’nofs il-kuritur bejn is-sagristiji tar-Rotunda.
  50. Ferres, 462.
  51. L. Zahra, ‘Il-vizta pastorali ta’ Mons. Dusina u xi taghrif dwar il-Parrocca tal-Mosta,’ Socjeta Filamonika Nicolo Isouard, Festa Santa Marija, Mosta - 2001 (Malta, 2001), 47-8.
  52. Ic-cimiterju kbir ta’ Prixilla ghandu minn zmien l-Appostli u fih gew midfunin papiet, nobbli u martri li hafna minnhom jafu min kienu. Fost il-pittura prezzjuza hemm l-eqdem xbieha tal-Madonna bil-Bambin. Dan il-katakombi hu maghruf bil-Latin          bhala Coemetrium Priscillae. Dan ic-cimiterju zviluppa bejn it-2 u l-5 seklu wara Kristu. Minhabba li fih kienu ndifnu seba’           papiet u hafna martri kien maghruf fl-antikita bhala ‘Ir-Regina tal-katakombijiet’ (ara ‘Early Roman Christian Cemeteries,’ nota 26, http://www.newadvent.org/cathen/03510a.htm (accessat 27.i.2007).
  53. Illum il-gisem ta’ dan il-qaddis jinsab fir-Rotunda f’nicca fuq l-artal tal-kor taht il-kwadru titulari ta’ Santa Marija.
  54. Id-dokumenti dwar il-kwistioni kollha jinsabu fl-Arkivju Parrokkjali tan-Naxxar.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. - Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).