The Mosta Archives Banner

Mons. Pawlinu Galea, hamsin sena sacerdot


Il-Mosta: Lulju/Awissu – 1980


Arcipriet Pawlu Galea, Mosta L-ex Arcipriet Mons. Pawlu Gaela

(p.12) Wiehed mill-qassisin Mostin l-aktar anzjani naturalment huwa Mons. Galea.


Mons. Paolino Galea lahaq qassis fl-20 ta' Settembru 1930. Ghal sentejn wara baqa' jghallem il-Latin is-Seminarju u kien wara dan iz-zmien li gie mahtur Kappillan ghall-parrocca ta' Har Gharghur fejn baqa' ghal kwazi sitt snin. Bit-thabrik tieghu, f'dan ir-rahal saru hafna opri kemm fil-knisja kif ukoll f'postijiet li kienu konnessi ma' dmirijietu bhala Kappillan. F'dak iz-zmien kien ghadu jsir id-dfin fil-knisja parrokjali, u billi l-Kappillan Galea kien qieghed ihabrek sabiex isir ic-cangar bl-irham tal-knisja, kien necessarju li c-cimiterju tar-rahal isirulu hafna xoghlijiet. Dan ix-xoghol sar mill-Gharghurin, taht supervizjoni tal-Kappillan, nhar ta' Hadd. Fi zmien qasir dan ic-cimiterju kien lest sabiex isir id-dfin u ghalhekk beda x-xoghol ta' cangar fil-knisja. Sintendi min izur din il-knisja jista' japprezza is-sbuhija tal-irham li tqieghed. Il-Kappillan Galea kien insista hafna sabiex id-dawl elettriku jitwassal sa dan ir-rahal, u hafna nies tar-rahal huma tal-fehma li kieku ma kienx il-Kappillan kienu jibqghu fid-dawl tal-lampi tal-pitrolju.


Kif semmejt aktar ‘il fuq, wara sitt snin fir-rahal, gie mahtur Arcipriet ghall-parrocca ta' San Filep, Haz Zebbug. Matul l-ghaxar snin li serva f'dan ir-rahal, l-Arcipriet Galea ra hafna xoghol, bizzejjed wiehed isemmi li f'Haz Zebbug matul l-ahhar gwerra marru eluf ta' rifugjati, u kif wiehed jista' jimmagina ziedu hafna xoghol ghar-raghaj tar-rahal. L-Arcipriet hawnhekk ukoll hadem kemm felah sabiex izid l-opri li bihom isebbah it-tempju ddedikat lil San Filep. Imhabba il-wisa limitat fil-gurnal ma nistax insemmi l-opri li saru f'dan ir-rahal.


Minn Haz Zebbug, l-Arcipriet Galea gie msejjah sabiex jaqdi dmirijiet t'Arcipriet fir-rahal taghna fejn baqa' ghal tnax-il sena shah. Kemm opri saru fi zmienu jista' jghidu kull Mosti. Fost l-opri li saru fi zmienu wiehed isemmi biss dawn: il-kisi tal-koppla minn barra bir-ram ahmar sabiex ma tibqghax issir hsara bl-umdita fl-induratura minn gewwa, u opra kbira ohra hija ta' meta ta spinta sabiex isir il-gbir, xiri u hjata tad-damask. Opra kbira ohra kien il-bankun ta' Santa Marija (1957).


Fl-1960 l-Arcipriet Galea gie mahtur Kanonku tal-Katidral. Mill-hatra tieghu ta' Monsinjur sa issa, ta' spiss narawh il-knisja joffri s-servizzi tieghu fejn ikun mehtieg. F'Settembru li gej Mons. Galea jaghlaq hamsin sena fis-sacerdozju u ahna minn qiegh qalbna nixtiqulu Ad multos annos.