The Mosta Archives Banner

Lill-Arcipriet, issa Monsinjur, Bartilmew Bezzina, Grazzi u Ad Multos Annos


Il-Mosta: Mejju - Lulju 1980


Arcipriet Bartilmew Bezzina, Mosta L-ex Arcipriet Mons. Bartilmew Bezzina

(p.1) Meta thabbar li l-Arcipriet Dun Bert Bezzina ser ihalli l-kariga ta' Arcipriet tal-Mosta wara li lahaq Monsinjur Onorarju tal-Katidral, ghaddew minn quddiem ghajnejna, bhal lehha ta' berqa, il-wiehed u ghoxrin sena li matulhom mexxiena. U hassejna f'qalbna li ghandna nghidulu grazzi tax-xoghol fejjiedi li b'imhabba u dedikazzjoni wettaq fostna.

  • Dun Bert ha l-pussess ta' Arcipriet tal-Mosta fl-ahhar Jum tat-Tridu  ta' Santa Marija ta' l-1960.
  • Fl-1963 ha hbsieb ifakkar eghluq il-hamsin sena mill-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta.
  • Indahal malajr biex jibni s-Sala Parrokkjali.
  • Nibqghu niftakru fih fis-sensiela ta' opri li wettaq: it-tnax-il appostlu tal-portiku, ix-xoghol tal-frontispizju u tas-sala n-naha ta' wara tar-Rotunda, il-lampier tal-fidda ta' kuljum, ecc.
  • Fl-1971 fakkar eghluq il-mitt sena mill-konsagrazzjoni  tar-Rotunda b'festi sollenni u xierqa.
  • Izda certament li isem l-Arcipriet Dun Bert Bezzina jibqa' marbut ghal dejjem ma' isem il-parrocca taghna minhabba l-Inkurunazzjoni (10 ta' Awissu 1975) tax-Xbieha ghaziza tal-Vergni Marija Assunta meqjuma fil-kwadru tat-titular. Dik il-grajja sehhet wara hafna tahbit u stennija bis-sahha ta' digriet mahrug f'isem il-Q.T. il-Papa Pawlu VI nhar it-12 ta' Dicembru 1973. L-Arcipriet Bezzina hadem kemm felah flimkien mal-kleru u l-poplu biex ihejji celebrazzjonijiet xierqa u dinjituzi fl-okkazjoni ta' grajja nazzjonali, kif iddeskriviha Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi, grajja li habtet ukoll f'gheluq il-hamsa u ghoxrin sena mill-Prokalamazzjoni tad-Domma ta' l-Assunzjoni tal-Madonna.

Ta' kull ma ghamel maghna nirringrazzjawh minn qalbna filwaqt li nifirhulu tal-hatra l-gdida u nawgurawlu ghall-gejjieni. Ad multos annos.