The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.



Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.K.-1091 w.K.)


Ir-Rumani


Triq Rumana lejn Torri Falka.(p.30) Bicca triq Rumana fejn ghadu jidher il-pavimentar tal-wicc - din tinsab fl-erja Ta’ Falka vicin il-Bezbizija’.

(p.29) Kien fil-bidu tat-Tieni Gwerra Punika, fis-sena 218 q.K., li l-gzejjer Maltin, li kienu jaghmlu parti mid-dominju Kartaginiz, waqghu taht idejn ir-Rumani. Kien il-Konslu Tiberius Sempronius Longus li gie Malta u l-Kartaginizi li kien hawn ma offrew l-ebda rezistenza.1 B’hekk Malta u Ghawdex bdew jaghmlu parti mill-provincja ta’ Sqallija taht ir-Repubblika Rumana.2


Malta kellha belt ewlenija msejha Melite li kienet fejn illum hemm l-lmdina u parti mir-Rabat. Kienet l-aktar belt importanti tal-gzira u kienet fil-vicinanzi tal-Mosta (li fi zmien Ruman ma nafux x’seta’ kien jisimha). Post daqshekk vicin tal-belt ewlenija ta’ Malta probabbli kellu certu importanza u immedjatezza ghall-attivitajiet ta’ din il-belt. Aktar u aktar meta niftakru li fil-vicinanzi tal-Mosta, kien hemm ukoll port Ruman fejn illum hemm il-Bajja tas-Salini. Dan kien ipoggi lill-Mosta fin-nofs bejn zewg centri ta’ attivita kontinwa.3 U dan ma kienx kollox, ghax fejn illum hemm Burmarrad kien jibqa’ diehel il-bahar u kien port iehor Ruman li jasal sa vicin il-Kappella ta’ San Pawl Milqi fejn kien hemm vilel fortifikati, il-produzzjoni taz-zejt taz-zebbuga u xoghol estensiv fil-barrieri.4 Ftit aktar ‘il fuq, fit-tramuntana ta’ Malta, kien hemm port importanti iehor (San Pawl il-Bahar), barra li kienet tintuza wkoll il-Bajja tal-Mellieha ghal attivitajiet navali.5 Dan kollu jaghmel aktar cara l-importanza li seta’ kellha l-’Mosta’ fi zmien ir-Rumani. Kienet vicin hafna ta’ ammont konsiderevoli ta’ attivita gejja u sejra bejn il-portijiet u l-belt ta’ Malta.


It-twemmin Nisrani


Kien fi zmien il-hakma Rumana ta’ Malta li gara dak li l-Maltin ghadhom iqisuh bhala l-
ghezez avveniment religjuz fl-istorja taghhom. Dan huwa n-nawfragju ta’ San Pawl, li sehh ghall-habta tas-sena 60 w.K. Ghalkemm kien hawn min iddubita mill-post tan-nawfragju, ohrajn ddefendew it-tradizzjoni li zzomm li l-Appostlu Pawlu verament sab kenn fuq Malta meta x-xini tieghu habat ma’ skoll u ghereq.6 Jidher li l-argumenti favur li San Pawl verament nizel Malta huma b’sahhithom hafna u ghalhekk ta’ min iqis dan l-avveniment bhala li gara tassew f’Malta.7


Hu aktar difficli biex nistabilixxu l-post ezatt fejn ix-xini ta’ Pawlu habat, ghalkemm it-tradizzjoni tghid li dan gara fuq il-Gzejjer ta’ San Pawl.8 Hafna drabi, it-tradizzjoni tkun gejja minn hafna u hafna snin qabel u tkun baqghet tintiret minn generazzjoni ghal ohra u hekk ikun fiha bazi ta’ verita.9 Indikazzjoni ohra ta’ fejn seta’ tfarrak ix-xini ta’ Pawlu hi fil-vicinanzi tal-Ponta tal-Qawra fejn instabet ankra ta’ qisien kbar li tindika l-gharqa ta’ xi mirkeb kbir.10 Kemm jekk kienu l-Gzejjer ta’ San Pawl jew xi post iehor qrib fejn sar in-nawfragju, dan jibqa’ vicin taz-zona fejn illum tinsab il-Mosta. L-abitanti ta’ hawn probabbli li kienu minn ta’ l-ewwel li semghu b’dak li kien gara u marru jaghtu daqqa t’id biex jghinu lil dawn l-imsejkna. Fuq ix-xatt, kif jghidulna l-Atti ta’ l-Appostli, Pawlu kien diga ghamel l-ewwel sinjal ta’ l-ghageb.


Meta mbaghad San Pawl tela’ Melite. li kienet ukoll hekk qrib il-’Mosta,’ hu possibbli li l-’Mostin’ marru jaraw lil dak il-bniedem tal-ghageb li gidmitu lifgha u baqa’ haj u li issa nstema’ li fejjaq lil missier il-Gvernatur Publiju.


Meta nafu li dawk li kienu morda fil-gZira marru fejn Pawlu u gew imfejqa, ghandna nahsbu li l-’Mostin’ kienu minn tal-bidu li (p.30) laqghu dawn il-grazzji. Mhux dan biss, imma xi Mostin ta’ dak iz-zmien setghu kienu fost l-ewwel grupp ta’ nies li ghazlu li jaddottaw it-twemmin Nisrani li kien qed jippriedka Pawlu.


Hjiel tal-kult Pawlin


Fil-Mosta t-tifkira ta’ din iz-zjara mhux tas-soltu baqghet tiggedded fost il-poplu. F’tarf il-Mosta hemm kappella ddedikata lin-nawfragju ta’ San Pawl li tinsab f’Wied il-Qliegha. It-titular juri n-nawfragju ta’ San Pawl.11 Fil-knisja parrokkjali mibnija minn Tommaso Dingli kien hemm artal iddedikat lil San Pawl. Meta din il-knisja giet mibdula mar-Rotunda, din ukoll zammet artal ghal dan il-qaddis. Il-kwadru principali jfakkar il-konverzjoni ta’ San Pawl filwaqt li dawk tal-gnub jirrapprezentaw il-martirju ta’ Pawlu u lil Pawlu qed ifejjaq lil missier Publiju. Dawn kollha huma xoghol il-pittur Salvatore Sciberras Fuq iz-zuntier imbaghad hemm statwa kbira ta’ San Pawl.12


Abitazzjonijiet Rumani


Fdalijiet ta' Villa Rumana lejn Torri Falka.(p.31) Il-villa Rumana, jew x ‘ghadu jidher minnha, u li tinsab vicin Ta’ Falka.

Fdalijiet ta' caldarium f'Villa Rumana lejn Torri Falka.(p.31) Il-caldarium li ghadu jidher u li kien jaghmel parti minn din l-abitazzjoni.

Fl-istess ghalqa fejn instab qabar Neolitiku fl-inhawi tal-Bezbizija, imma ftit aktar lejn il-punent, kienet tidher taht il-hajt tas-sejjieh ringiela hagar daqsiex wahda magenb l-ohra, u li kien qisu xi fdal ta’ bini megalitiku. Wara li ngieb il-permess ta’ sid l-ghalqa (il-Markiz D. Testaferrata Bonici Ghaxaq), id-Direttur tal-Muzew halla f’idejn E.B. Vella biex jaghmel ix-xoghol ta’ l-iskavar. F’Lulju 1929 beda x-xoghol u nstabu l-pedamenti ta’ dar li kien fiha faccata ta’ 19.51 metri u l-ikbar fond ta’ 5.2 metri u mqassma fi kmamar zghar wahda magenb l-ohra. Il-hagar kien maqtugh goff u minghajr sengha u bicciet minnu kien kbir gmielu ghax kellu tul ta’ 1.22 metri, bi hxuna ta’ 0.61 ta’ metru u kien daqshekk iehor gholi.


Kemm il-pjanta u kemm is-sura kienu jaghmluha tidher qisha dar Neolitika, imma kull ma nstab fit-thaffir kien caqquf li jmur lejn il-perjodu tard Ruman, u ghalhekk il-konkluzjoni ma setghetx tkun hlief li din id-dar kienet abitata fi zmien (p.31) ir-Rumani, ghad li ma kellha xejn minn dak il-gmiel ta’ bini u taqsim li kienu jafu jaghmlu huma u dawk li tghallmu mis-sengha taghhom. Jista’ jkun li ma kinitx hlief xi razzett f’dawk iz-zminijiet.


Ic-caqquf Ruman li nstab kien fih disinji sbieh, bhal weraq ta’ l-akantu, disinn ta’ palmetto, ovuli, skroll, u ohrajn. Instabu wkoll bicctejn flus tal-bronz, wahda Anguvina u l-ohra Aragoniza, li kif wiehed jista’ jara ntilfu hemm zmien twil wara.


Hekk kif tlesta x-xoghol tat-tindif u ttiehdu n-notamenti kollha skond ix-xjenza ta’ l-arkeologija, rega’ gie mirdum kollox u l-ghalqa giet moghtija lura lis-sid kif kienet ittiehdet, filwaqt li dak li nstab tpogga fil-Muzew tal-Belt Valletta.


Villa Rumana ohra fil-vicinanzi tal-Mosta, u li s’issa ghadha ma gietx skavata kif ghandu jkun, tinsab fiz-zona ta’ Torri Falka. Ghalkemm ma jidher xejn minn dak li qabel kien ‘il fuq minn wicc l-art, baqa’ l-caldarium (il-mezz kif ir-Rumani kienu jsahhnu l-abitazzjonijiet taghhom).13


Sejba ohra li ghandha konnessjonijiet ma’ dawn iz-zminijiet isemmija Francesco Mangion. Din sehhet fl-irhajjal tal-Bidnija, li antikament kien vicin l-irhajjal ta’ Hal Dragu. Mangion jghid li fl-1914 certu Gio. Maria Buhagiar, bidwi tal-post, ghamel sejba li tipprova li l-art tal-Bidnija sa minn zminijiet antiki kienet art uzata ghall-biedja. Dan il-bidwi kien sab gebla kbira tal-qawwi li biha kienu jaghsru z-zebbug, vaska u tmien hwat konnessi bejnithom b’kanal tac-comb. Vicin instabu wkoll numru ta’ ixqda umani u ghadam ikkarbonizzat wara li gie mahruq. Ikompli jirrakkonta li nsabet ukoll ghamla ta’ lapida li tahtha kellha tlitt irjus umani. Wara li saret din is-sejba, Mangion jghidilna li gie impjegat tal-gvern, Tagliaferro,14 flimkien mal-konslu Amerikan u persuna Tedeska, u raw dak li nstab. Il-kanal tac-comb ittiehed u l-bqija ntradam taht l-art.15


L-oggetti misjuba fl-iskoperta b’konnessjoni ma’ l-ghasir taz-zebbug li jsemmi Mangion jista’ jkun li tmur lura ghal zminjiet neo-Punicl-Rumani (300 q.K. - 200 w.K.). Din il-konkluzjoni tista’ tkun imsahha mill-fatt li fl-istess zona hemm ghadd ta’ sigar taz-zebbug li Mangion qal li kien jismaghhom jghidu li jmorru lura sa zmien il-passjoni ta’ Kristu.16


Dawn it-23 sigra taz-zebbug jikkummenta fuqhom Harrison Lewis. Hu jghid li mhix haga kbira li dawn is-sigar gganti b’zokk ohxon sew, baqghu jikbru bla tfixkil f’dan il-post ghal madwar 2000 sena (kien qed jikteb fl-1977). Hu jsemmi b’mod specifiku l-ikbar sigra fosthom, li hu jsejhilha ‘mostru,’ u li ghalkemm kienet waqghet, baqghet tghix. Lewis jghid li dawn is-sigar setghu gew imhawla mill-komunita li kienet tghix fuq l-gholja tal-vicin. Prova ta’ l-ezistenza ta’ dan il-villagg antik dehret fl-oqbra u bicciet tal-fuhhar li nstabu mxerrda f’dan il-post.17


Oqbra


Qabar ta' zmien ir-Rumani.(p.32) Wiehed mill-oqbra ta’ Zmien ir-Rumani li nstab fil-Mosta

(p.32) Fic-Cens tas-Sqaq tat-Tuta’ (Triq l-Isperanza), E.B Vella, f’Ottubru ta’ l-1928, iltaqa’ ma oqbra li mill-qatgha taghhom urew li kienu jew Punici ta’ l-ahhar zmien jew aktarx ta’ zmien il-bidu tar-Rumani. Dawn l-oqbra kienu jinsabu mal-gnub ta’ rokna tal-blat fil-gardin. L-ewwel wiehed kien ihares lejn il-lvant, u kellu bhal kamra zghira, bil-qabar imhaffer il-gewwa minnha, imma billi nofsu kien mimli bit-terrapien ma setghux jiehdu l-qisien tieghu


It-tieni qabar kien fil-genb ta’ l-iehor u jhares lejn it-tramuntana. Kont tidhol minn bieb zghir, u ssib ruhek f’kamra zghira u baxxa hafna u tibqa’ sejra mal-wisa tal-kamra sal-faccata l-ohra, fejn kien hemm id-dahla tal-qabar. Hawn issa kien jidher il-bieb tal-qabar imhaffer iktar il-gewwa Dan il-qabar kien maghmul ghal xi tarbija ghax ma kienx fih hlief metru b’nofs metru wisa’.


It-tielet qabar ma l-istess genb ta’ dan li semmejna l-ahhar kien qieghed iktar ‘il barra minn ta’ qablu. Kont tidhol minn bieb zghir u ssib ruhek f’kamra funerarja.


Aktar il-barra ma’ l-istess hajt tal-blat kienu jidhru hofor bhal arkati zghar maqtughin fil-blat li juru bic-car li qabel kien hemm izjed minn dawn l-oqbra u li ma baqhux jidhru ghax tkisser il-blat fejn kienu mhaffrin.


Qabar iehor instab waqt thaffir li kien qieghed isir f’Ta’ Qali f’Novembru 1979. Kien jikkonsisti fl-ispiera tas-soltu u l-kamra funerarja li kellha ghamla rettangulari. Instabu fil-qabar numru ta’ oggetti li kienu jinkludu zewg urni b’sinjali ta’ kremazzjoni fihom. Kien hemm ukoll amfora kbira, muzbieh, vazett tond, seba’ fliexken, buqar u tliet skutelli. Dan is-sit gie ddatat ghat-tieni jew l-ewwel seklu q.K.18


Ta’ min isemmi wkoll li f’Ghar Qasrana fl-Imselliet, vicin sew tal-limiti tal-Mosta u l-artijiet maghrufa bhala ta’ Torri Falka, ghalkemm illum jaqghu fil-limiti ta’ l-lmgarr, instab qabar ta’ l-ahhar zminijiet Rumani. F’dan l-ghar kienu jghixu n-nies f’komunita troglodita fiz-Zminijiet tan-Nofs.19


Minn deskrizzjoni u studju ta’ Buhagiar nafu li l-kmamar tad-dfin f’Ghar Qasrana kienu nqatghu fl-ghar naturali. Instabu seba’ postijiet tad-dfin imma hemm dubju kemm tlieta minnhom imorru lura ghall-ahhar zminjiiet Rumani. Jista’ jaghti l-kaz li dawn kienu thaffru minn dawk in-nies li ghammru f’dan l-ghar f’xi zmien tard fil-Medju Evu. Fil-fatt insibu fdalijiet ta’ bini ta’ hajt tas-sejjieh li ttella’ biex jaghlaq l-ghar flimkien ma’ xoghlijiet ohra. L-oqbra tal-bidu, erba’ b’kollox, kienu tlieta ghal dfin ta’ persuni adulti u iehor x’aktarx ghad-dfin tat-tfal. Fl-1947 dan l-ghar kien instab minn certu Dun Gwann Farrugia li kien hasbu kappella taht l-art ta’ l-epoka Bizantina. Buhagiar jghid li din is-suppozizzjoni kienet zbaljata.20


Oqbra u ipogej Kristjani


Mudell ta' qabar Ruman.(p.33) Mudell ta’ qabar taz-zmien Ruman (wara Trump).

Fl-inhawi tal-Mosta hemm numru ta’ tifkiriet ta’ l-ewwel Insara. Dawn huma l-oqbra li jintgharfu sewwa mill-qatgha taghhom. L-ewwel Insara, bhall-antenati taghhom il-pagani, baqghu jaqtghu l-qabar fil-blat. Barra (p.33) l-post fejn jitpogga l-mejjet, l-lnsara kienu jaqtghu wesgha magenb il-qabar fejn hu mahsub li kienu jingabru biex jitolbu ghal ruh il-mejjet fil-hin tad-difna jew forsi f’gheluq l-anniversarju tal-mewt. Madankollu hu zgur li t-twemmin Nisrani ghallem li l-mewt hija raqda u r-ruh li ma tmut qatt trid terga’ tinghaqad mal-gisem.21 Ghalhekk il-gisem li ghad irid jerga’ jqum kien jitpogga fil-qabar bl-akbar rispett u ghalhekk l-lnsara qatt ma kienu jaharqu l-mejjet kif kienu jaghmlu hafna mir-Rumani pagani.


Jista’ jkun li l-oqbra ta’ l-lnsara Maltin, bhal dawk ta’ Ruma, kienu ghall-ewwel bhal oqbra tal-familja (gentilitia) tal-pagani, imbaghad ‘il quddiem bdew jinqatghu ghal gruppi ta’ familji (bhall-columbaria li kellhom ukoll il-pagani).


Kull belt jew rahal beda jahseb ghac-cimiterju tieghu, ghalhekk niltaqghu mal-katakombijiet fir-Rabat (li nqatghu barra l-hajt difensiv ta’ Melite. kif kienet titlob il-ligi Rumana). Niltaqghu wkoll ma’ oqbra ohra, uhud zghar li kienu ta’ familji individwali, u ohrajn akbar bhall-ipogej. Insibu minn kull tip ta’ sit ta’ dfin madwar il-Mosta. Hafna minnhom ghadek tista’ zzurhom imma ohrajn intilfu. Ipogew li ntilef, imma li nafu li kien jezisti, hu dak f’Tal-Ghammariet fil-post fejn fi zmien medjevali kien hemm l-irhajjal ta’ Hal Dimekk.22


L-ipopew f’Tal-Ghammariet


Dan kien inkixef u gie studjat minn Patri Manwel Magri fl-1885. Jidher li kien jinsab qrib l-ipogew kbir maghruf bhala Ta’ Bistra, propju fl-ghalqa maghrufa bhala ‘Tal-Ghammariet’.23 Nafu li gew misjuba minn Magri ghax qalilna b’dan P.F. Bellanti. Kien dan ta’ l-ahhar li kkopja l-pjanti li Magri ghamel ta’ dan l-ipogew. Id-disinji originali ta’ dan il-patri Gizwita u arkejologu Manwel Magri ma jidher li gew ippubblikati qatt u llum huma mitlufin.24


L-ipogew mat-Torri Cumbo


F’Awissu tal-1928, E.B. Vella nduna b’wiehed minn dawn l-oqbra tal-familja fil-gnien tat-Torri Cumbo. Mill-fili mkahhlin u s-sinjal ta’ l-ilma li kien fih ikkonkluda li dak, bhal hafna oqbra ohra bhalu, zmien wara kienu ghamluh bir ghall-ilma.


Dan kien qabar Nisrani li x’aktarx kien maqtugh madwar ir-raba’ seklu w.K.


Tinzel hdax-il targa, u fuq ix-xellug tara qabar mhaffer. In-naha l-ohra tat-tarag hemm kuritur zghir, li meta tidhol gewwa fih, fuq il-lemin issib qabar iehor li kien maghmul ghat-tfal, u fih kienu joqoghdu tnejn, ghax sahansitra l-imhadda tal-gebel fiha zewg wesghat ghall-irjus. Terga’ tohrog ghall-kuritur tat-tarag u faccata sewwa tidhol minn bieb u ssib ruhek gewwa karma li ghal ftit mhix tonda sewwa. In-naha l-ohra tal-bieb fiha qabar iehor zghir; filwaqt li t-toqob ghall-imsiebah jidhru mxerrdin fil-wesgha u fl-oqbra kollha. Mela hawn kellhom qabar ghall-kbar u oqbra ohra ghat-tfal, filwaqt li l-laqgha ta’ qabel id-difna kienet issir f’dik il-wesgha li kien hemm.


Deskrizzjoni ohra tinsab fir-Rapport Annwali tal-Muzew ghas-sena 1928-9. Hawn insibu li dan l-ipogew kien jintlahaq billi tinzel ghadd ta’ targiet u ssib tlett ikmamar. Kull wahda minn dawn il-kmamar kienet ghal zewg persuni u kienet maqtughha fil-hxuna tal-hitan. Il-prova li dan l-ipogew kien ta’ l-lnsara tigi mill-prezenza ta’ antikamra qabel tidhol ghall-oqbra.25


L-Ipogew ta’ Misrah Ghonoq


Mudell ta' qabar f'Misrah Ghonoq.(p.34) Pjanta tal-Ipogew ta’ Misrah Ghonoq – illum parti mill-kumpless tal-Fortizza tal-Mosta.

(p.34) Sit iehor jinsab f’Misrah Ghonoq fejn kien hemm ix-xaghra tan-naha tan-nofsinhar tal-Fortizza tal-Mosta. Illum din l-art taghmel parti mill-kumpless modern tal-fortizza li taqa’ taht il-gurisdizzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta. Jidher rixtellu gholi tal-hadid imdawwar ma’ hofra fil-blat. Dan l-ipogew Kristjan hu mahsub li jmur lura ghal bejn ir-raba’ u s-sitt seklu w.K.26


Dak li jidher hemm isfel huwa qabar iehor tal-familja li mill-pjanta tieghu li hemm fil-Muzew tal-Belt. kien instab u mkejjel fl-1885, mill-patri Gizwita Manwel Magri, li qiesu bhala ta’ familja Fenicja. Imma E.B. Vella sostna li hu kien zgur li dan ma kienx Fenicju, imma kollu kemm hu ta’ Zmien ir-Rumani, u jgib argumenti biex isostni dan.


Skond Harrison Lewis it-tnejn kellhom bicca ragun. Jidher li din il-familja li uzatu kkonvertit qabar neo-Puniku billi kabbritu biex jitwal il-kuritur u jkun hemm post ghal numru ta’ targiet. Hu wiehed mill-ahjar ezempji tat-transformazzjoni minn qabar ghal ipogew b’tip ta’ oqbra bikrija Nsara u l-mejda maghrufa bhala agape.27


Meta tinzel ftit targiet ssib ruhek f’hofra. Din il-bicca hija mikxufa.


Quddiemek tara bieb bil-battent maqtugh; tinzel zewg targiet u ‘l gewwa minnu ssib ruhek f’kuritur taht l-art. Fil-genb tal-lemin tal-kuritur hemm maqtughin zewg oqbra u wesgha; u n-naha l-ohra hemm zewg oqbra ohra (arcosolia). F’dan il-katakombi zghir, bhal f’dak tat-Torri Cumbo, l-oqbra m’humiex maqtughin ma’ l-art bhal ma kienu jaghmluhom in-nies ta’ qabel, imma kollha huma merfughin madwar metru ‘il fuq mill-art.


L-ewwel tiltaqa’ ma’ dahla li qieghda fil-bicca l-mikxufa ma’ l-ahhar targa. Fuq il-bieb, ta’ madwar metru gholi, hemm imhaffer bhal logg ghamla ta’ arkata zghira. Il-gewwa mill-bieb hemm id-dahla li ssemmiet diga li fiha xi 1.1 metri tul u ftit anqas wisa’.


Aktar il-gewwa matul il-kuritur u hekk kif inhallu l-bieb, fuq il-lemin tibda arkata zghira maqtugha fil-hajt. Go fiha hemm bieb zghir u l-gewwa minnu tara maqtugha mhadda li fiha qatgha ghal zewgt irjus. Mela dan kien qabar fejn jistghu jindifnu tnejn kbar.


Quddiem dan il-qabar, fil-faccata l-ohra tal-kuritur, hemm qabar iehor bhalu. L-arkata u l-bieb ta’ dan il-qabar huma bhal dawk li semmejna ta’ quddiemu. Minn gewwa jixbah ukoll f’kollox lill-iehor, biss fil-qiegh tieghu ghandu zewg hofriet fejn joqoghdu l-igsma ta’ tnejn minn nies u, bhal gisem ta’ bniedem, dawn il-hofriet huma wesghin in-naha ta’ l-ispallejn u jidjiequ hafna n-naha tar-riglejn. Mela hawn kienu jistghu jidfnu tnejn min-nies ohra kbar (bisomae).


‘ll gewwa minnu, ma’ l-istess hajt, hemm l-ahhar qabar li huwa l-isbah u l-aktar wiehed li fih xoghol. Fuq il-qabar kollu hemm maqtugha bhal arkata. Fl-irjus ta’ din l-arkata, mill-istess blat, hemm zewg qatghat ohra bhal hnejjiet zghar, wahda quddiem l-ohra. L-irkejjen m’humiex lixxi imma johorgu fi tliet xewkiet ohra. Il-mejjet ma kienx jitqieghed taht din l-arkata ghaliex kieku kienu jridu jqanqlu hagra tqila sew biex taghlaq dik il-wesgha kollha li ghedna. Ghalhekk il-qabar qieghed imhaffer ‘l isfel minn kif tispicca l-arkata livell mal-qiegh tal-kuritur (sepolcro a mensa).


(p.35) Il-qabar imbaghad kien jigi msaqqaf meta jpoggu fih il-mejjet u l-arkata tibqa’ miftuha bhal baldakkin fuqu. Dan qisu l-ewwel hjiel tal-kappelli li ‘llum jaghmlu fuq l-oqbra fic-cimiterji l-kbar, imma iktar baxx u fic-cokon. Il-qabar isfel twil 1.8 metri u l-bicca l-wiesgha tan-naha ta’ l-ispallejn fiha metru wisa’. L-imhadda fil-qiegh (li bhall-ohrajn li jinsabu hawn gew hi mqieghda fil-genb tal-lvant) ghandha zewg hofriet ghal zewgt irjus u ‘l gewwa minn dawn jidhru tliet toqbiet tondi. Hemm maqtugh fejn joqoghdu l-igsma ta’ zewg mejtin, imma filwaqt li dak tan-naha ta’ barra huwa twil ghal ragel jew mara, l-iehor aktar ‘il gewwa minnu hu maqtugh ghal daqs ta’ tarbija. It-toqob ghall-imsiebah li naraw f’dawn l-oqbra m’humiex kollha zghar imma bicciet minnhom huma kbar hafna bhalma niltaqghu maghhom hafna drabi fkatakombijiet u ipogej ohra ta’ zmien ir-Rumani.
mejda setghet kienet maghmula biex fuqha ssir l-ikla, jew mejda funerarja li kienet issir ghall-unur tal-mejjet bhalma kienet ukoll drawwa fost il-pagani.


Quddiem dan il-qabar man-naha l-ohra tal-kuritur hemm wesgha li minn barra tibda b’forma rettangolari ghandha. Il-hajt huwa maqtugh bhal arzella fejn is-saqaf jibda jitbaxxa u jinzel ‘l isfel. Il-qiegh ta’ din il-wesgha maqtugha bhal mejda tonda li mad-dawra taghha jdur hanek. Minn dan il-hanek il-blat hu maqtugh imzerzaq ghal xejn ghal xejn ‘l isfel sa ma jasal sar-rokna.


Dan soltu kien il-post fejn joqoghdu mimdudin fuq genb (kif kienu jaghmlu r-Rumani) biex jistghu jduru mal-mejda u joqoghdu ghall-ikel (li jissejjah stibadium); imma hawn, f’anqas minn metru wisa’ bil-kemm jista’ jkun li kienu joqoghdu bil-qieghda kokka. Wicc il-mejda kien 0.76 ta’ metru gholi mill-art tal-kuritur u s-saqaf tal-wesgha jinsab madwar 1 metru ghola minn wicc il-mejda. Jerga’ fil-hanek f’tarf il-mejda li jmiss mal-kuritur hemm hofra ckejkna biex minnha jkunu jistghu jnaddfu wicc il-mejda.


Din il-mejda li wiehed jiltaqa’ maghha fil-katakombijiet tar-Rabat, u f’siti ohra ta’ l-oqbra ta’ zmien ir-Rumani, hija struttura interessanti u f’certu sens kurjuza.


F’xi katakombijiet ta’ Ruma bhal dawk tac-cimiterju ta’ Prixilla, San Pietru u San Marcellinu, hemm affreski li juru xi ftit nies imdawrin ma’ mejda u qeghdin jieklu. Din il-mejda setghet kienet maghmula biex fuqha ssir l-ikla, jew mejda funerarja li kienet issir ghall-unur tal-mejjet bhalma kienet ukoll drawwa fost il-pagani.


Mhux car x’forma ta’ ikla kienet dik li kienu jaghmlu fuq din il-mejda jew stibadium imma jidher li xi haga ta’ dan it-tip kienet issir. Fil-letteratura ta’ dak iz-zmien kienet tissejjah refrigerium u x’aktarx li kienet parti importanti mir-rit funebri ghax uhud mill-ipogej kellhom anki zewg imwejjed ta’ dan it-tip biex ma nsemmux il-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat li ghandu tmienja.28


L-lnsara kellhom l-agape jew mejda ta’ l-imhabba li damet biss sa l-ewwel sekli fil-bidu tal-Kristjanezmu ghax imbaghad beda jintilef l-ispirtu sabih taghha u kellhom inehhuha ghal kollox.


Ipogew f'Misrah Ghonoq.(p.35) L-ipogew f’Misrah Ghonoq – tidher il-mejda ta’ l-agape (lemin) u wiehed mill-oqbra (xellug).

Dawn l-imwejjed barra agape, huma maghrufin ukoll bhala mensae, triclinia jew tibadia.29


Madwar din il-mejda ta’ l-agape, ghani u fqir kienu ghaqda wahda anzi l-ghani kien jahseb (p.36) ghall-ikla tal-fqir u hekk kienet tissahhah l-imhabba u f’ghaqda ta’ l-ewwel Insara. Ma’ l-agape kien isir talb, qari mill-lskrittura Mqaddsa u kant tas-Salmi. Ghall-ewwel zewg sekli, ma’ l-agape kien ukoll jinghata t-Tqarbin Imqaddes;(p.43) il-prattika. Ara Bonanno, 265-6; Lewis, 122-3. J. Bezzina jkompli jghid li hemm cans li f’Malta l-prattika ta’ l-Ewkaristija u l-agape baqghet tigi segwita anki wara li din id-drawwa kienet twaqqfet f’postijiet ohra tad-dinja Nisranija u dan minhabba l-isolament Geografiku ta’ Malta li ttardja l-wasla tad-decizjoni tal-projbizzjoni li kienu hadu s-Sinodi tal-Knisja. Din il-prattika f’Malta jidher li gebbdet tul ir-raba’ seklu imma waqfet fil-hames seklu. Ara J. Bezzina, L-lstorja tal-Knisja f’Malta (Malta, 2002), 32-3.">30 imma wara dawn iz-zewg hwejjeg gew mifruda minn xulxin.


Meta din l-agape kienet tkun bicca mic-cerimonja tad-difna, ta’ lanqas f’Ruma, kienet issir ma genb ic-cimiterju imma barra mis-sotterran.


Jekk din il-mejda tac-cimiterju ta’ Misrah Ghonoq kienet ghall-agape tal-mewt, zgur li ma kinux jittaqghu iktar min-nies ta’ l-istess familja tal-mejjet ghax m’hemmx wisa’ anzi jista’ jkun li billi hija baxxa, imkittfa u fl-istess sotteran, aktarx li kienet biss simbolu li jirrapprezenta l-agape aktar milli kienet tassew mejda ghall-ikla.31


Jerga fil-funerali u f’gheluq is-sena tal-mewt kienu jsiru l-Misteri Divini u sahansitra s-Sagrificcju Mqaddes magenb il-qabar tal-mejjet32 - bhal ma jsir illum fil-kappelli gewwa ic-cimiterji - u ghalhekk din il-mejda setghet swiet biex madwarha jduru nies il-mejjet li kien midfun forsi f’dak il-qabar sabih li qieghed biswit il-mejda u li l-bicca dritta tieghu ta’ taht l-arkata (solium) setghet serviet bhala mejda ta’ artal fejn issir il-quddiesa.33


Oqbra f’Wied il-Ghasel


Post tad-dfin iehor ta’ zmien Rumani, ghad li mhux maqtugh daqshekk bis-sengha bhal dak li ssemma’ qablu, huwa hafna ikbar.


Biex tasal ghalih trid timxi mat-truncieri maghrufa bhala l-Victoria Lines ta’ fuq il-grigal tal-Fortizza tal-Mosta u tibqa’ miexi maghhom xi 200 pass ‘l isfel. Tinzel minn moghdija ghal taht it-truncieri, u hemm maqtugh fil-wicc tal-blat taht il-hajt tat-truncieri, tara zewg bibien miftuha li huma d-dahla ghal dan cimiterju fformat go ghar taht il-fortizza.


Oqbra f'Wied il-Ghasel.(p.36) L-oqbra li jinsabu f’ghar f’Wied il-Ghasel u li jikkonsistu f’kumpless funerarju b’numru ta’ postijiet ghad-dfin.

Dawn il-bibien (bhall-blat li fih maqtughin) qeghdin iharsu fit-tramuntana fejn tidher wahda mill-isbah veduti ta’ Malta. Fil-boghod tidher wita kbira maghmula minn raba’ li jhammar jew ihaddar skond iz-zmien, filwaqt li fuq il-punent (p.37) jintrefghu l-gholjiet u l-bahar ikhal jinfirex max-xefaq fuq il-lvant.


Dwar minn liema zmien origina dan is-sit, jidher li hu wiehed qadim sew. Il-bcejjec ta’ caqquf li nstabu f’dawn l-oqbra jaghtu indikazzjoni li l-familji li uzaw dan is-sit ikkonvertew ghall-Kristjanizmu madwar it-tieni seklu w.K. u dawn baqghu juzaw l-istess postijiet li kienu jintuzaw minn familji neo-Punici mill-ewwel seklu q.K. Jista’ jkun li dawn il-familji Punici kienu jghixu fl-istess ghar jew x’imkien vicin. Hu probabbli li dan is-sit tad-dfin baqa’ jintuza kontinwament sal-hames jew is-sitt seklu w.K.34


Meta tidhol gewwa tidher quddiemek wesgha nofs tond. L-gholi jvarja, partijiet oghla hafna minn tul ta’ bniedem u ohrajn baxxi, u dan ghax la s-saqaf u lanqas l-art, li hi kollha hagar u trab, ma huma wietja. Fis-saqaf tidher bhal spiera li l-bicca ta’ fuq taghha mirduma fil-hagar, u li forsi kienet imhaffra ghall-arja u d-dawl ta’ l-istess sit (luminaria).35 Madwar il-kamra iduru tmien dahliet ghall-oqbra. Il-bibien ta’ dawn id-dahliet ivarjaw fl-gholi mill-art imma l-oghla wahda mhix gholja aktar minn 1.2 metri.


L-ewwel dahla (fuq ix-xellug, fid-direzzjoni lejn il-lemin), fir-rokna ta’ gewwa, ghandha bhal imhadda b’zewg qatghat fejn jitpoggew zewgt irjus.


Fit-tieni qabar tidher maqtugha l-kamra tal-mejjet ghamla ta’ bajda. L-imhadda ghandha zewg qatghat ghall-irjus.


It-tielet qabar hu ta’ l-istess ghamla bhal dak li ghadu kemm issemma,’ imma hu ftit centimetri izghar. Fil-hajt tar-ras tidher bhal arkata zghira u tahtha hemm l-imhadda b’zewg hofriet ghall-irjus.


Ir-raba’ qabar, ghandu l-bieb kwazi kwadru. Fuqu ddur hnejja bhal dawk li spiss niltaqghu maghhom fl-oqbra ta’ zmien ir-Rumani. Minn gewwa kemm l-art u kemm ukoll is-saqaf ta’ dan il-qabar huma bl-irkejjen. It-tul tal-qiegha huwa maqsum f’zewg sodod li bejniethom ghaddejja trinka. Milli jidher mill-qatghat fejn ipoggu l-irjus, dan il-qabar hu maghmul ghal erbgha persuni, mimdudin matul il-wisa’ tieghu; tnejn fuq l-ewwel sodda b’wicchom ihares lejn it-tnejn tas-sodda l-ohra.


F’rokna zghira fil-qrib jibda il-bieb tal-hames qabar. Minn gewwa, il-qabar huwa rettangolari u ghandu mhadda f’zewg hofriet. Mal-hajt li jmiss maghha hemm maqtugha arkata zghira bhal dik li tidher fit-tielet qabar.


Iktar fuq il-lemin tidher is-sitt dahla gol-hajt. Hemm maqtugha bhal hnejja sabiha u tahtha jidher il-bieb qisu kwadru. Il-gewwa mill-bieb hemm biss daqsxejn ta’ dahla. Dan kien xi qabar ghat-trabi zghar, jew inkella kien ghal xi bzonnijiet ohra ta’ dan is-sit funerarju.


Mill-bieb tas-seba’ dahla tghaddi ghall-qabar li mhux ghamla rettangolari bhall-ahhar tlieta li ssemmew qabel dan, imma bl-irkejjen imdawrin bhat-tieni u t-tielet.


Hdejn il-bieb tan-naha tal-punent ta’ l-ipogew jinsab t-tmien qabar. Il-bieb tieghu kellu bhal hnejja maqtugha fuqu li milli jidher giet imkissra wara. Il-qabar ghandu ghamla rettangulari.


Ma dawn id-dettalji iridu jizdiedu l-hofor ghall-imsiebah imma ta’ min jigbed l-attenzjoni li dawk it-toqob zghar imhaffrin mal-hajt ta’ barra u li jinfdu ghal gewwa, m’humiex hlief toqob maghmula hafna u hafna wara, biex minnhom jghaddi n-nahal ghall-garar li gew imqeghdin f’dan l-ipogew.


L-ipogew f’Ta’ Bistra


Pjanta tal-katakombi f'Ta' Bistra.(p.38) Pjanta tal-kumpless kollu tal-Katakombi Ta’ Bistra li jinsab taht it-toroq jew l-ghelieqi jew taht il-bini.

L-ahhar u l-ikbar ipogew li nafu bih fiz-zona tal-Mosta qieghed fl-ghalqa Ta’ Bistra. Tigi ghalih mit-telgha li minn hdejn il-Monument lill-Missjunarji Mostin tiehu lejn id-dar ta’ l-irtiri tal-Gizwiti ‘Mount St Joseph’ f’Targa Gap. Jinsab fl-ghalqa li kienu jsibuha bhala ‘Ta’ l-Gherien,’ kif dawk li ma jifhmux kienu jsejhu lil dawn l-oqbra maqtughin fil-blat.


Fis-sena 1930 tas-seklu ghoxrin36 E.B Vella ddeskriva dan is-sit funerarju. Hu osserva li bejn ghalqa u ohra kien jidher hajt tal-blat ihares lejn it-tramuntana, u billi l-post qieghed fuq hotba (77.4 metri minn wicc il-bahar) minn hawn kienet tidher veduta sabiha ta’ l-art baxxa quddiemu u l-bahar fil-boghod mill-Gzejjer ta’ San Pawl (p.39) sal-Qrejten. Il-wicc ta’ dan ix-xifer tal-blat, ghal tul ta’ 116-il metru shah kien ‘l hawn u ‘l hemm imhaffer bl-oqbra. Vella kien irnexxielu jghodd daqs 44 dahla ghal dawn l-oqbra. Bicciet minnhom kienu oqbra wehidhom li kollha kienu qeghdin 0.6 jew 0.9 ta’ metru ‘il fuq minn wicc l-ghalqa ta’ taht; imma ra wkoll ohrajn li kienu maghmulin bhal oqbra tal-familja.


Kif kienu jidhru l-katakombi f'Ta' Bistra fl-antik.(p.38) Xena ta’ parti mill-katakombi f’Ta’ Bistra fiz-zmien li gew mikxufa ghall-ahhar tas-seklu dsatax minn Patri Manwel Magri S.J. – riproduzzjoni ta’ ritratt mehud mill-istess Magri f’dak iz-zmien.

Fl-ghalqa l-baxxa kien hemm kuritur twil 8.2 metri, b’1.8 metri gholi u b’metru wisa’. Fil-gnub tieghu kellu maqtughin hofor sbieh bi hnejjiet zghar, u oqbra maghmulin ghal tnejn minn nies. Go fih stess, fuq il-lemin, Vella ra dahla ta’ 3.4 metri tul minn fejn kont tidhol ghal qabar iehor.


Vella jkompli li kien jiddispjacih li ma setghax jitkellem b’aktar precizjoni fuq l-oqbra kollha ghaliex ma kinux imhammlin mill-hagar u t-trab li fihom. Hu hass li dan l-ipogew kien wisq akbar u isbah imma din id-dehra thassret bil-qtugh tal-blat, li kien jidher ma kullimkien. Vella kien ta’ l-opinjoni li x’aktarx ghalhekk ma kinux jidhru dawk il-wesghat ghall-laqghat bhal ma kien hemm fl-ipogej iz-zghar li ssemmew qabel, u bhalma kien hemm f’dawk tar-Rabat.


Minn dak li kien ghadu jidher, Vella kkonkluda li dawn l-oqbra kienu xoghol ta’ madwar ir-IV jew il-V seklu w.K. u skond hu, il-qatgha taghhom kienet isbah mill-istess katakombi tar-Rabat. Hu ra xi hwejjeg, wiehed minnhom kandelabru mill-istess blat ghal musbieh li, skond Vella, bhalu ma kienu jidhru fl-ebda katakombi iehor f’Malta. E.B. Vella hass li, meta dan il-katakombi (kif sejjahlu hu) jithammel sewwa l-Mostin ikollhom tifkira ta’ zmien ir-Rumani mill-isbah li ghandna f’Malta.


Bhala sit, Ta’ Bistra kien gie studjat l-ewwel minn W. Vassallo li fl-1891 ghamel disinn ta’ wiehed mill-oqbra. Warah mar fuq il-post Patri Manwel Magri li gibet ukoll ritratt li gie riprodott aktar tard, fl-1913, minn Becker fix-xoghol tieghu. Fl-1914 mbaghad, mar fuq il-post Temi Zammit li ghamel noti fuq dak li sab. Meta zar l-oqbra f’Ta’ Bistra P.F. Bellanti fl-1920, hu ppropona li dawn kellhom jigu mnaddfa b’mod metikoluz u hekk ikunu jistghu jigu studjati ahjar. Kien fl-1933 li id-Dipartiment tal-Muzew gie avzat mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici li dan kien kostrett jeqred erba’ minn dawn l-oqbra biex iwessa’ t-triq esistenti. Ghalhekk, il-Muzew ghamel studju fuq l-oqbra kollha u ghamel in-notamenti li jmorru ma’ dan l-istudju wara li ngib permess mis-sid ta’ l-art biex jidhlu ghalihom. Kien Charles G. Zammit li ghamel l-istudji necessarji, inkluz pjanti dettaljati u kollox gie ppubblikat fil-Bullettin tal-Muzew.37 Wara dan, is-sit intelaq ghal rihu. Baqa’ miftuh u zdingat, bil-vandali jaghmlu dak li jfettlihom. Il-bdiewa tal-post ma ghenu xejn u uzaw l-oqbra ghal xogholhom. In-natura ghamlet ukoll il-hsara taghha. Fl-1982 kien jidher li dan is-sit se jinqered sew meta hareg il-hsieb li ssir bypass li tghaqqad il-Mosta u r-Rabat ma’ San Pawl il-Bahar. Bil-hidma tad-Dipartiment tal-Muzewijiet din il-hsara giet limitata ghall-anqas possibbli.38


Parti mill-oqbra f'Ta' Bistra.(p.38) Parti mill-katakombi f’Ta’ Bistra minn gewwa fejn jidhru oqbra ta’ forom differenti.

Matul iz-zmien il-hsara li saret kienet tinkludi wkoll il-qtugh ta’ gebel minn barriera li tinsab vicin l-ipogew u ghalhekk parti mill-kumpless kien igarraf. Dan kien irrappurtah Temi Zammit wara l-mawra tieghu fl-1914. Matul it-Tieni Gwerra Dinja xi nies stkennu f’dawn l-oqbra meta uzawhom bhala xeltrijiet. Wara l-gwerra hafna minn dawn l-oqbra komplew isofru mutilazzjoni bla hniena meta ntuzaw ghat-trobbija u zzamma ta’ l-annimali. Inbnew ukoll xi binjiet vicin ta’ l-oqbra li qatghu l-access ghalihom ghall-poplu in generali. Imbaghad, meta gew biex jifthu t-triq li tghaqqad il-Mosta, ir-Rabat u San Pawl il-Bahar, il-hsara kienet giet limitata billi it-triq ghaddiet minn fuq parti mis-sit li madankollu gie msaqqaf.39


Il-hsara li saret f’dan is-sit kienet estensiva hafna. L-oqbra gew ivvandalizzati. L-arcosoli hdejn in-nicec fil-kmamar funerarji gew zarmati u cubicula shah inhattu u l-gebel taghhom inhareg ‘il barra.40


Deskrizzjoni tas-sit wara dak kollu li ghadda minnu tista’ tinghata b’mod approssimattiv u zgur mhux komplet ghax studju aktar dettaljat u professjonali fuq is-sit kollu ghad irid isir fil-futur.


Jidher li f’dan il-kumpless kien hemm 57 kamra funerarja li 46 minnhom kienu doppji jew ahjar, jakkomodaw zewg mejtin f’kull kamra. Il-hdax l-ohra kienu jiehdu persuna wahda f’kull kamra. Il-kmamar kienu migbura flimkien u kien hemm minnhom li kellhom dahla rettagolan filwaqt li xi (p.40) ohrajn kont tidhol ghalihom minn entratura b’forma ta’ bokka ta’ forn. Hafna mill-oqbra kellhom l-arcosolia u huma mhaffrin f’linja parallela mal-kuritur. Gew imhaffra f’forma konkava, jew ahjar, f’forma ta’ arzella. Kellhom imwejjed imsejha agape mill-isbah. Fost kollox kien hemm hawt li baqa’ maghruf bhala l-’fonti tal-maghmudija’ - ghalkemm ma nafux ezatt x’kien l-uzu tieghu L-arkeologu Charles Zammit iddeskrrva l-ipogew ta’ Ta’ Bistra bhala l-aktar cimiterju interessanti li qatt gie mikxuf sa dak iz-zmien.41


Jidher li kien se jiccaqlaq xi haga meta f’Marzu 1990 thejjiet id-dokumentazzjoni biex jigu esproprijati hames bicciet art madwar parti mis-sit. Sadanittant, l-Awtorita ta’ l-lppjanar ikklassifikat is-sit bhala Klassi A (l-ghola grad). Dan kollu ma sewa xejn ghax in-nuqqas ta’ finanzi hallew kollox fl-istat li kien. Kien imbaghad fl-2004 li xi haga tbiddlet. Fil-fatt kien se jsir xoghol fuq it-triq quddiem Mount St Joseph u mill-istudji preliminari deher li seta’ kien hemm parti minn dan il-katakombi taht l-art. Triq Francesco Napuljun Tagliaferro giet immarkata u meta beda x-xoghol f’Jannar 2005, f’kollox sar taht l-harsien ta’ l-arkeologu, u fit-thaffir hargu mill-gdid l-oqbra li kienu ndifnu fl-1933. Kienu fi stat tajjeb ghax kienu ilhom priservati mas-sebghin sena.42


It-triq l-gdida giet mdawwra b’tali mod li tevita li tghaddi mill-gdid fuq is-sit li issa kien inkixef. Ix-xoghol tat-toroq tlesta imma s-sit ma kien sar ebda intervent fuqu biex jigi priservat u restawrat. Sa l-2005 dan l-istat ma kienx inbidel wisq. Hafna minn dawn l-oqbra li kienu jaghmlu parti minn dan il-kumpless, kienu ghadhom f’ghelieqi u proprjetajiet privati. Kien sar uzu privat li ma jaqbel xejn ma’ dan is-sit storiku u l-access ghalihom kien kwazi impossibbli f’hafna partijiet u difficli f’ohrajn.43


Kien il-Kunsill Lokali tal-Mosta li hass li ghandu jsir xi haga biex dan is-sit fl-ahhar jerga’ jinghata lill-Mostin u lil dawk kollha li xtaqu jzuru u jiflu dan is-sit funerarju. Ried il-finanzi biex dan ikun jista jsir u ghalhekk applika biex jipprova jiehu fondi mill-Unjoni Ewropea. Ghall-ahhar ta’ l-2005 gie sottomess progett bl-isem CULTEXCHANGE_IT_MT44 bi shab mal-Comune di Ragusa u s-Sovrintendenza ai Beni Culturali e Ambientali ta’ Ragusa li wkoll kellhom katakombi li xtaqu jsalvaw. Kien b’sodifazzjoni kbir ghal kulhadd li l-progett gie approvat u hekk issa kien jista’ jibda x-xoghol fuq Ta’ Bistra.45 Sar ukoll ftehim ma’ Heritage Malta biex hekk kollox isir fil-qafas legali tieghu. Heritage Malta hi l-awtorita legali li tiehu hsieb, tmexxi u tindokra s-siti storici tal-pajjiz li jaqghu taht il-Gvern Malti.46 Hekk Ta’ Bistra fl-ahhar beda jigi rkuprat bil-mod il-mod, progett li ghalkemm kellu jiehu zmien twil biex jitlesta issa, ghallinqas, kien beda.47


Il-Vandali, l-Ostrogoti u l-Bizantini


Qabar paelo-kristjan f'Misrah Ghonoq.(p.41) Ezempju interessanti iehor ta’ qabar Paleokristjan li jinsab fl-ipogew f’Misrah Ghonoq

Meta l-lmperu Ruman tal-Punent sfaxxa fis-sena 476, hu probabbli li Malta waqghet taht dawk il-popli li ddominaw iz-zona tal-Mediterran li l-gzejjer Maltin kienu jaghmlu parti minnha. Ghalhekk jidher li l-Maltin ghal xi zmien setghu waqghu taht il-Vandali (probabli madwar l-445) li kienu jiddominaw l-Afrika ta’ Fuq. Probabbli wkoll li Malta u Ghawdex kienu taht l-Ostrogoti (forsi minn madwar l-477) li kienu jiddominaw il-gzira ta’ Sqallija. Nafu li l-lmperu Bizantin, li kien originarjament parti mill-lmperu Ruman, u beda jissejjah l-lmperu Ruman tal-Lvant, organizza spedizzjoni militari mmexxija mill-General Belisarju u rebah lil Sqallija u l-gzejjer tal-vicin fis-sena 535. Hekk Malta waqghet taht dan l-imperu qawwi f’din is-sena. Il-Knisja ta’ Malta baqghet taht il-Patrijarkat ta’ Ruma jew il-papa sas-sena 756 meta giet trasferita flimkien mad-djocesijiet ta’ l-ltalja tan-Nofsinhar u Sqallija.48


Ta’ dan il-perjodu ftit hemm taghrif storiku fuq Malta49 u xejn li xejn fuq il-Mosta. Ghalhekk mhux possibbli nifhmu x’seta’ kien qieghed jigri. Fdalijiet arkeologici jew ta’ xi forma ohra ma nafux li qatt instabu fiz-zona tal-Mosta ta’ dan iz-zmien.


L-Gharab


Spiccat is-setgha tar-Rumani u warajhom tal-Bizantini u l-gzejjer Maltin ghaddew f’idejn l-Gharab Aglabiti. Dawn gew mill-Afrika ta’ Fuq u kienu diga hakmu lil Sqallija meta gew Malta madwar is-sena 870 w.K.50 Nafu li l-invazjoni taghhom ma kinitx wahda pacifika. Huma ttrattaw lir-residenti ta’ dawn il-gzejjer b’mod (p.41) ahrax u kaxkru dak li dehrilhom. Minn kitba ta’ Al-Himjari jidher li l-invazuri Gharab, kaxkru lejn Tunes dak li setghu minn bini f’Malta u b’dak li hadu bnew kastel ckejken hdejn il-bahar f’Susa.51


L-evidenza tal-hajja f’Malta fi zmien l-Gharab hi skarsa hafna. Hemm ukoll hafna dubji dwar x’kien qed jigri tassew fdawk iz-zminijiet fil-gzejjer Maltin. Fil-Mosta s’issa ma jidher li nstab xejn li jaghti xi hjiel tal-hajja taht l-Gharab. Li nistghu nghidu hu li minn xi evidenza arkeologika mis-sit ta’ San Pawl Milqghi, jidher li kien hemm xi forma ta’ attivita Gharbija ferm vicin tal-Mosta. Fil-fatt jidher li f’dan is-sit sar tifrik u tkissir li jmur lura ghall-ewwel snin tal-hakma Gharbija u hjiel ta’ fortifikazzjonijiet mhux mirquma li nbnew mill-Gharab flok il-bini Ruman.52 Dan jista’ jfisser li l-abitanti ta’ l-artijiet madwar dik li wara saret il-Mosta kellhom xi forma ta’ kuntatt ma’ dawn il-hakkiema l-godda.


Madankollu, skond il-kittieb Gharbi Al-Himjari, li kiteb fis-sena 1461, imma li kien qieghed jirrifletti s-sorsi li kellu sa zmienu, jghid li Malta spiccat vojta wara l-attakki Gharab. Damet hekk ghal kwazi 180 sena fejn l-Gharab kienu jigu biss minn zmien ghal zmien biex jiehdu l-ghasel li kien abbundanti hafna, jistadu ghall-hut li jinghad li kien ta’ toghma tajba hafna, u biex jaqtghu l-injam li kien iebes u sod. Kien ghalhekk ghas-sena 1049 li l-Gharab gew Malta u kkolonizzawha bis-serjeta. Mhux ta’ b’xejn li fdalijiet ta’ zmien l-Gharab huma skarsi hafna. Dawn ghexu f’Malta - il-ftit nies li kien hawn - bhala kolonizzaturi ghal madwar 42 sena (sakemm gew l-ewwel darba f’Malta n-Normanni madwar l-1091).53


Meta fl-ahhar dawn il-Misilmin gew biex joqoghdu b’mod aktar permanenti, zviluppaw il-belt principali li ma kienet imkien hlief dik li qabel kien jisimha Melite. Issa beda jisimha Medina. Ma rridux ninsew ukoll li l-’Mosta’ kienet vicin hafna tac-centru principali ta’ Malta, jigifieri l-Imdina u r-Rabat taghha. F’din il-belt u s-subborg zgur li kien hemm hafna moviment u attivita. Billi l-Mosta tigi propju taht ir-rih ta’ l-Imdina mhux eskluz li l-abitanti tal-belt ta’ Malta minn zmien ghal zmien kienu jzuru l-inhawi tal-madwar u hekk anki l-Mosta. Imma jekk dan kien jigri ma hemm xejn li jurih u ghalhekk kull ma nistghu naghmlu hu li nisthajlu li dan seta’ gara, imma xejn izjed min hekk.


Ritratt: (p.44) Ritratt mehud fis-snin sittin tas-seklu ghoxrin u li juri parti mill-Ipogew Ta’ Bistra li llum ghadna f’art privata.


Noti u Riferenzi

  1. (p.42) A.P Vella, Storja ta’ Malta, i (Malta. 1974), 37.
  2. A. Bonanno, Malta Phoenician, Punic, and Roman (Malta, 2005), 132.
  3. M.A. Sant, ‘Mosta through the ages,’ L.J. Scerri (ed ), Mosta The Heart of Malta (Malta, 1996), 21.
  4. E.P. Teuma, ‘Burmarrad - floodplain, Roman harbour and medieval anchorage,’ The Sunday Times (20.viii.2006), 50-1.
  5. H. Lewis, Ancient Malta: A Study of Its Antiquities (Bucks. 1977), 113.
  6. Dawr il-kontroversja jekk San pawl fil-fatt giex Malta ara, fost ohrajn, M. Galea u J.Ciarlo (ed ), St Paul in Malta: A compendium of Pauline studies (Malta, 1992).
  7. Ara fost ohrajn Bonanno, 199-200.
  8. R. Farrugia Randon, ‘Pauline Heritage in Malta,’ S. Farrugia Randon (ed ), St Paul: His life, the shipwreck tradition and culture in Malta and elsewhere (Malta. 2000), 98.
  9. J. Cassar Pullicino, ‘Pauline traditions in Malta,’ M. Galea u J Ciarlo (ed.), St. Paul in Malta: A compendium of Pauline studies (Malta. 1992), 116.
  10. E.P. Teuma, San Pawl il-Bahar: A guide (Malta, 2003), 112.
  11. R. Farrugia Randon, 57-60.
  12. Ibid., 61-2.
  13. Sant (1996), 21.
  14. Hu probabbli li dan kien Napuljun Tagliaferro Ii dak iz-zmien kien diga ragel imdahhal fl-eta imma li kien baqa’ jinteressa ruhu fl-arkeologija sa mewtu. Ghal hjiel fuq il-karriera ta’ Tagliaferro ara, R. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali (Malta. 1960), 458.
  15. F. Mangion, ‘Il-Bidnija u Wimiti tal-Mosta llum,’ E.B Vella et al, Storja tal-Mosta bil-knisja taghha (Malta, 1972/1986), 444-5.
  16. Ibid.
  17. Lewis, 73-4.
  18. A. Guillaumier, Bliet u Rhula Maltin, ii (Malta, 1987), 530.
  19. M.A. Sant, ‘Wirt Arkeologiku fil-Mosta u madwaru,’ Filarmonika Santa Marija Mosta, Programm tal-Festa, 1993 (Malta 1993), 27.
  20. M. Buhagiar, ‘Four new late Roman and early Byzantine burial sites in the Island of Malta,’ Melita Hisotrica, xiii/1 (Malta 2000), 24-7.
  21. Bhalma juru wkoll l-iskrizzjomjiet li nstabu fl-ipogew f’Ta’ Bistra: ‘Vivas in Deo,’ ‘Vivas in aeternum,’ ‘In Pace.’
  22. Sant (1996), 22.
  23. Sant (1993), 27.
  24. M. Buhagiar, ‘The study of the Maltese Paleochristian Catacombs,’ Melita Historica, viii/4 (Malta. 1983), 296.
  25. M. Buhagiar, Late Roman and Byzantine Catacombs and Related Burial Places in the Maltese Islands (Great Britain 1986), 311, ikkwotat minn Sant (1993), 27.
  26. Ara t-tabella esposta fuq id-dahla ta’ dan is-sit fil-kumpless tal-Fortizza tal-Mosta.
  27. Lewis, 150.
  28. Bonanno, 265
  29. Ibid., 266.
  30. J.A. Bonanno jghid li din il-konnessjoni tal-mejda ta’ l-agape f’dawn l-ipogej jew katakombijiet ma’ l-Ewkaristija m’hi cara xejn. Li hu zgur hu, jkompli Bonanno, Ii f’xi zmien il-Knisja waqqfet il-prattika tar-refrigeria meta dawn l-okkazjonjiet ma baqghux isiru skont l-andament originali ta’ din is-sospensjoni hemm sinjali f’xi ipogej f’Malta li jistghu jindikaw l-interruzzjoni ta’ din (p.43) il-prattika. Ara Bonanno, 265-6; Lewis, 122-3. J. Bezzina jkompli jghid li hemm cans li f’Malta l-prattika ta’ l-Ewkaristija u l-agape baqghet tigi segwita anki wara li din id-drawwa kienet twaqqfet f’postijiet ohra tad-dinja Nisranija u dan minhabba l-isolament Geografiku ta’ Malta li ttardja l-wasla tad-decizjoni tal-projbizzjoni li kienu hadu s-Sinodi tal-Knisja. Din il-prattika f’Malta jidher li gebbdet tul ir-raba’ seklu imma waqfet fil-hames seklu. Ara J. Bezzina, L-lstorja tal-Knisja f’Malta (Malta, 2002), 32-3.
  31. H. Lewis jahseb li f’dan l-ipogew l-istabadium ma kienx intenzjonat bhala post fejn kont tinxtehet madwar il-mejda imma aktar kien simboliku milli prattiku u x’aktarx kien jintuza ghal riti ta’ libazzjonji jew t-tiswib ta’ likwidu u mhux ghall-ikla bejn dawk prezenti. Ara Lewis, 151.
  32. O. Maruchi, Manuale di Archeologia Cristiana, 129, 131.
  33. P.S. Scaglia, Manuale di Archeologia Cristiana, 34.
  34. Lewis, 133-4.
  35. H. Lewis jahseb li originarjament jista’ jkun li kont tidhol go dan is-sit funerarju minn din l-ispiera. Ibid., 134.
  36. F’dik is-sena E.B. Vella ppubblika l-ktieb li issa qieghed jigi aggornat skond it-taghrif li ghandna illum.
  37. Ara, C.G. Zammit, ‘The “Tal Bistra” Catacombs’ Bulletin of the Museum, i/V (Malta, 1935), 165-187.
  38. Sant (1993), 27.
  39. E. Calleja, D. Cardona u D. Borg, ‘ll-Katakombi Ta’ Bistra,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 24 (Malta, 2005), 21.
  40. J. Sare, ‘L-Oqbra tal-Bistra - Mosta,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Marija 2006 (Malta, 2006), 218.
  41. Ibid., 218-9.
  42. Calleja, Cardona u Borg, 21.
  43. Ara Bonanno, 336.
  44. Dan il-progett sar bhala parti mill-Programm Interreg IIIA Italja-Malta (2004-2006) ta’ l-UE - Programma di Iniziativa Comunitaria Interreg IIIA Italia-Malta (2004-2006).
  45. Il-progett kien se jaghti €350,000 f’fondi li minnhom il-Kunsill tal-Mosta kien se jibbenefika b’€100,000 ghall-uzu fuq dan is-sit.
  46. G. Cassar, ‘L-Unjoni Ewropea u l-Katakombi Ta’ Bistra,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill Lokali tal-Mosta, 26 (Malta. 2006); idem, ‘lx-xoghol fuq Ta’ Bistra jaqbad ir-rittmu,’ Il-Kunsill Tieghek, 27 (Malta, 2006).
  47. Ara G. Cassar, Cultexchange_IT_MT: L-lpogew Ta’ Bista fil-Mosta - Progett ta’ restawr kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea (Malta, 2007).
  48. Ara per ezempju, Bezzina, 41-2, 51; Bonanno, 258.
  49. Ghal studju analitiku ta’ dan iz-zmien ara, M. Buhagiar, ‘Early Christian and Byzantine Malta: Some Archaeological and Textual Considerations,’ V. Mallia-Milanes (ed.), Library of Mediterranean History, i (Malta, 1994), 77-125, T.S. Brown, ‘Byzantine Malta: A Discussion of the Sources,’ A.T. Luttrell (ed ), Medieval Malta: Studies on Malta before the Knights (London 1975), 71-81; Vella, 55-62.
  50. Id-data ta’ meta bdiet il-hakma ta’ l-Gharab fuq Malta mhix cara ghal kollox u ghalkemm inzommu li hi s-sena 870 din jista’ jkun li setghet kienet is-sena 869. Ara fuq dan G. Wettinger, Mid-Med Bank (ed.), ‘Tha Arabs in Malta,’ Malta: Studies of its Heritage and History (Malta, 1986), 90-1.
  51. Ara per ezempju, A.P. Vella, 66. Bezzina, 53, jiomm ma’ interpretazzjoni ohra ta’ l-istess episodju u jghid li l-materjal ingarr mill-knejjes Maltin.
  52. A.T. Luttrell, ‘Approaches to Medieval Malta,’ A.T. Luttrell (ed.). Medieval Malta: Studies on Malta before the Knights (London 1975), 27.
  53. Ara J.M. Brincat, Malta 870-1054 Al-Himyari’s Account (Malta, 1991); J.M. Brincat, Malta 870-1054 Al-Himyari’s Account and its Linguistic Implications (Malta, 1995).

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. - Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).