The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


KELMTEJN TA’ QABEL


Din is-sena habat il-hamsin anniversarju minn meta l-Germanizi ppruvaw igarrfu t-tempju taghna, li b’miraklu ta’ Alla l-Imbierek u bl-intercessjoni ta’ Ommna Maria Mtellgha fis-Sema baqa’ wieqaf. Ghaddew hamsin sena mill-ehrex attakki li rat Malta u mhux inqas il-Mosta. Hamsin sena ilu l-Maltin, fosthom il-Mostin, urew qlubiju ta’ l-ghageb tant li r-Re Gorg VI ghogbu juri quddiem id-dinja dan il-kuragg bl-ghotja tal-George Cross.


Fit-28 ta’ Mejju, 1992 bintu, ir-Regina Elizabetta II, ghogobha tigi Malta halli tinawgura l-monument tal-qanpiena b’tifkira ta’ dik l-epoka storika.


Ghal bosta snin l-awtur ta’ dan il-ktieb irricerka fuq il-grajja tad-9 ta' April, 1942 u sena ilu ddecieda li jigbor it-taghrif li kellu fi ktieb fuq il-hbit mill-ajru fuq ir-Rotunda tal-Mosta.


F’dan il-ktieb l-awtur, li qalleb gazzetti, ikkonsulta rivisti u kotba u sema’ x-xhieda ta' x'uhud, irid jasal ghal verita wahda, x’gara dakinhar li l-Luftwaffe habtet ir-Rotunda.


Fi zmien il-gwerra kelli tnax-il sena u ta’ tfal li konna ma konniex nafu x’inhu biza'. Malli jdoqq hbit mill ajru tfal u rgiel kienu jkunu barra fil-bibien, jew ahjar fil-bokka tax-xelters, jaraw l-ajruplani ta’ l-ghadu dehlin u kulhadd ighodd hamsa, ghaxra, tnax … Id-9 ta’ April, 1942 kienet wahda minnhom izda dakinhar inzertajt fuq ix-xelter li missieri u n-nannu kienu haffru fid-dar go Triq Cassar. Rajt l-ajruplani, tnejn, tlieta, dehlin minn fuq in-Naxxar, izda r-rotta taghhom din id-darba kienet diretta ghal fuq il-knisja, tant li, meta rajt il-bombi nezlin, inzilt nigri u ghedt lil ommi u lil huti, “illum il-knisja dabbritha”.


Wara l-altakk sirt naf li dak li rajt u hsibt kien veru.


Inkiteb hafna fuq x’seta’ gara biex intlaqtet il-knisja. Min jissopponi haga, min ohra. Hemm min ipprova jnehhi l-htija, hemm ohrajn li ppruvaw inaqqsuha billi jwaddbu t-tort fuq haddiehor. Il-kittieb irid juri l-fatti, mhux is-suppozizzjonijiet.


Dan il-ktieb ghandu jsib postu fil-Mustensia, kotba, taghrif, u materjal iehor li ghandhom x’jaqsmu mal-Mosta taghna.


24 ta’ Gunju,1992
Dun Angelo Camilleri


DAHLA


Il-Knisja tal-Mosta qabel it-Tieni Gwerra Dinjija Il-Knisja tal-Mosta qabel it-Tieni Gwerra Dinjija

(p.1) Twelidt f’Nru 61, Triq il-Kungress Ewkaristiku, il-Mosta. Illum id-dar iggib in-Numru 119. Kienu ghaddew sewwasew erba snin u erba’ xhur minn meta nzerghu l-balal fuq ir-Rotunda. Tliet gimghat qabel twelidi, missieri rcieva l-Formula Nru 6A tal-Kummissjoni tal-Hsarat tal-Gwerra, datata 5 ta’ Awissu, 1946. Fiha s-Sur J. Anastasi Pace, Segretarju, gharrfu li l-Kummissjoni awtorizza lit-Tezorier tal-Gvern ta’ Malta biex johrog hlas parzjali ta’ hamsa u tletin lira, sittax-il xelin u tmien soldi.1 ll-bqija ta’ l-ispejjez kellhom ikunu mhallsa lil missieri hekk kif ix-xoghol kollu ta’ tiswija jkun lest.


Dar twelidi kienet kienet inkrit fi zmien il-gwerra. Tinsab tefgha ta’ gebla ‘l boghod mix-xelter Nru 71 ta Triq Gafa. Garrbet hsarat mill-hbit li nissel tant herb f’dak ix-xelter fil-21 ta’ Marzu, 1942. Skont Cajus Bekker2 dak kien l-ewwel bumbardament-tapit (carpet-bombing) maghmul mil-Luftwaffe fit-Tieni Gwerra Dinjija. Kien inxtered nar li tqabbad mill-bombi li waqghu f’dar qrib taghna. Niflakar lil missiri jghid li nehha hafna ghamara, injam u affarijiet ohra mgemmda suwed fahma. Kien hemm hsarat ohra, izda d-dar ma waqghetx.


Il-genituri tieghi kienu ghadhom ser jidhlu joqoghdu f’dik id-dar u prattikament kienet f’idejhom ftit wara l-massakru li sar bil-laqta diretta fil-bokok tax-xelter Nru 71 ta’ Triq Gafa u l-hbit fuq ir-Rotunda. Meta beda x-xoghol ta’ tiswija ghamluh huma, f’isem sid id-dar m'ghandniex xi nghidu.


Minn din id-dar li rat xeni kommoventi bil-bosta marbuta ma’ grajjet il-Mosta, dar li garrbet hsara "bil-hidma ta' l-ghadu”, kif kiteb il-Perit John Borg A.&C.E. ta’ 102, Triq Howard, Tas-Sliema, meta missieri mar ihallsu d-drittijiet professjonali tieghu nhar is-17 ta’ Frar, 1946, jien drajt inhares lejn il-knisja ta’ Gorg Grognet. Kont nisma' li mill-koppla dahlet balla u ma splodietx. Ta’ eta tenera kont ga nhoss sens ta’ gratitudni lejn il-Madonna.


Niftakar lil missieri jtella’ lili u lil hija fuq il-bejt. Minn hemm kont iggib Ta’ Qali taht ghajnejk. Dak iz-zmien il-Mosta ta’ l-inhawi ta’ Ta’ Mlit kienet ghelieqi. Ta’ Qali kien idamdam bil-hsejjes tal-gettijiet, Venoms, Vampires u Meteors u Hunters zmien wara. Kont tarahom telghin u nezlin, ifiggu u jinhbew wara xi palma u jergghu jfiggu sakemm jinqatghu mill-art, jiffurmaw l-ghamla V tlieta tlieta, jew jibqghu sejrin ghall-manuvri fi l-Mediterran.


(p.2) Fi Triq il-Kungress Ewkaristiku ghext l-ewwel hames snin ta’ hajti. Imbaghad morna noqoghdu ghal xi sitt xhur f'dar ckejkna fi Triq il-Kurat Calleja u minn hemm morna f’Nru. 30, St. Mary, Triq Santa Marija. Hawnhekk qattajt tfuliti u zghoziti. Niftakar li fil-gardina ta’ din id-dar konna sibna splinters. Meta staqsejna ‘l ommi kif gew hemm dawk l-isplinters, wegbitna li dik id-dar u ohrajn magenbna ma kenux mibnija fil-gwerra. Kienu ghadhom ghalqa, l-ghalqa “Tal-Likuri” u bicca gardina ta’ Coleiro. Maghhom kienet tmiss dar nannieti fil-kantuniera tal-blokk. Kienet giet balla f’dik l-ghalqa. Zijuwi Salvu Frendo kkonfermali nhar il-Hadd, 27 ta’ Ottubru, 1991 meta d-diskors waqa’ kazwalment fuq il-gwerra waqt parlata z-Zebbiegh. Il-balla tajret xi sigar tal-laring.


Ta’ tfal li konna, konna nohorgu nilaghbu ma’ shabna. Kellna zewg ghelieqi. Tar-RAMC3 kellha x-xhieda tal-gwerra, xeltrijiet bl-ilqugh, horza angulata f'kull kaz, maghmula tal-konkrit, trencijiet u kmamar b’salib kbir ahmar biex jindika li kien sptar. Kien jestendi aktar, sa Triq il-Kungress Ewkaristiku hdejn Triq Anglu Gatt. Malli l-gwerra ghaddiet, fejn kien jintuza ghat-trakkijiet u ambulanzi malajr rega’ sar ghelieqi.


Kellna wkoll l-ghalqa “Ta' Gakbu”. Hawn ukoll konna nsibu l-isplinters u konna npogguhom fil-hitan tas-sejjiegh. Ix-xifer taghhom kien ihanxarlek lahmek izjed minn tallet jekk ma toqghodx attent u miskin int jekk taqa’ wahda fuq saqajk, ghax kienu tqal ukoll. X’aktarx li dawn l-isplinters xterdu f’ “Ta’ Gakbu’’ wara l-ispluzjoni ta’ mina li twaddbet fuq il-batterija tas-serclajt li kien hemm f’tarf Triq Gala, fejn wara nbniet Triq il-Gharusa lal-Mosta.


Blokk ‘l hinn kienu gew balal f’tarf Triq Callus fil-post li fih tiltaqa’ ma’ Triq Tonna. Kien waqa' xi bini.


Ta' Qali kien jintuza gmielu fis-Snin Hamsin. HMS Goldfinch kienet toperah ir-Royal Navy. Kien hawn ukoll l-Awstraljani, li ghamlu uzu minnu ghal xi snin, u n-New Zealanders. Ir-Royal Air Force kienet tibghat skwadra skwadra ta’ Meteors biex jittrenjaw ghal perjodi qosra fl-ambjent tal-Mediterran. Wara regghet haditu f’idejha u spicca biex sar centru ta’ reklutagg.


Mappa ta' Malta b'Ta' Qali l-mitjar ewlieni u uniku tar-RAF Mappa ta' Malta b'Ta' Qali l-mitjar ewlieni u uniku tar-RAF

Saqajna ta’ spiss haduna lejn Ta’ Qali biex naraw l-ajruplani jittajru mill-qrib. Minn hemm konna naraw il-knisja tal-Mosta tahtna. Konna nifhmu li ghal ajruplan id-distanza bejn Ta’ Qali u l-knisja lal-Mosta ma kienet xejn. Konna bdejna nifhmu sewwa ghala l-Mosta batiet fil-gwerra, imqar jekk hafna Maltin fittxewha bhala kenn u t-tieni dar taghhom meta raw x'qilla kienet tintuza mil-Luftwaffe b’mod specjali biex tilhaq l-iskopijiet militari u, meta kien hemm bzonn, civili, kontra bliethom u l-irhula taghhom. Ta’ Qali (p.3) kellu bicca mill-htija. Ta’ Qali: il-mitjar ewlieni u uniku tar-RAF fit-teatru ta’ l-operazzjonijiet militari fil-Mediterran.


Inkompli nsahhah fehemti meta nqis x’ghamel lill-ispettaturi wiehed mill-kontrolluri tat-torri tal-kontroll fil-wirja ta’ l-ajru li saret f’Ta’ Qali fl-14 ta’ Settembru 1957. Attivita minnhom kellha tkun sorpriza. Ghalhekk, skont il-programm li fasslu u li kienu jafu bih huma biss f’dan id-dettall partikulari, minn fuq il-loudspeakers il-kontrollur mexxa harset l-ispettaturi ghal fuq il-knisja tal-Mosta. Qalilna biex inharsu ‘l fuq u naraw ajrupalan bomber Canberra jittajjar f’gholi ta’ elfejn pied. Dak il-hin nisimghu hoss qawwi. Kien ajruplan supersoniku tal-glied Hunter li gie minn warajna, joghdos ‘l isfel, b’kemm isuq. Sakemm harisna lura kien ga qabizna ghax l-ajruplan gera aktar minn hossu. Il-knisja tal-Mosta kienet landmark sew ghall-attakkanti kif ukoll ghad-difensuri.


Mappa ta' Malta b'Ta' Qali l-mitjar ewlieni u uniku tar-RAF Mappa ta' Malta li turi l-mitjar ta' Ta' Qali kif ukoll ta' Hal Luqa, u dawk imnizzla bhala ta' Hal Safi u Hal Far. Mappa miksuba minn post fuq facebook.

Fis-snin ta’ wara l-gwerra sehem Malta fit-taqbida baqa’ jissemma b’gieh qatiegh. Imqar ix-xhieha tal-Maltin inbidlet f’ghajnejn il-barranin. Qabel il-gwerra l-Maltin fl-Awstralja ma kenux stmati bhala membri ta’ l-lmperu u l-Commonwealth li kienu. L-immigrazzjoni kienet limitata. Il-kundizzjomjiet tax-xoghol kienu inferjuri. Haddiehor kien preferut u l-Malti, li kien biezel daqs, jekk mhux izjed minn haddiehor, kien imwarrab.


Isem Malta fil-gwerra bidel kollox. L-Awstralja u pajjizi ohra ta’ nisel Anglo-Sassonu fethu bwiebhom berah ghall-Maltin. Dan serrah ukoll lil l-Ingilterra, li kellha piz kbir x’iggorr kieku dawk l-eluf ta’ Maltin baqghulha hawn.


F’pajjizna wkoll il-grajja ta’ Malta gwerriera u rebbieha kienet taghmel hoss kbir, kemm fil-programmi tar-Rediffusion kif ukoll fit-tifkira ta’ kull sena tat-8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja. Il-generazzjoni tieghi u l-generazzjonijiet ta’ qabilha jifiakru l-kummiedja storika-socjali Taht il-Blat Samm ta’ Patri Wistin Bom O.P. Kienet tixxandar zgur fl-1957. Patri Bom kien kappillan militari u gharaf jislet mill-kruha tal-gwerra element li jtaffi l-morr taghha.


F’dawk l-episodji kont tisma’ fuq diversi problemi barra dawk kawzati direttament mill-bombi u l-armi, bhas-suq l-iswed. Kont nisthajjel li x-xemx qatt ma telghet fi zmien il-gwerra, qisu l-jum kien ikun dalma sewda cappa jew dalma miksura mid-dawl tal-qamar. M’ghandniex xi nghidu ma kienx hekk. Izda f’mohhi kien ilehh il-hsieb li f’dak it-taqlib kollu, qalb dak il-biki u xeghir, fost tant dmija u tbatija, hawn il-Mosta grat grajja li xeghlet dik id-dalma. ll-balla ma haditx u ma korra hadd.


Dhahen fuq Ta' Qali waqt bumbardament mir-Regia AeronauticaLanding Chart tal-mitjar ta' Ta' Qali datat Jannar 1953. Jidhru l-irhula tal-"Musta", "Nashar", Attard, "Notabile" u Rabat. Miksuba minn post fuq facebook.

(p.5) Ghaddew is-snin. Ix-xewqa li nkun naf x’gara sew u x’ghamla ta’ ajruplan kien li xehet il-bomba baqghet tberren f’mohhi. Impenji ohra zammewni shih milli naqbad ix-xoghol. Il-fjamma ma ntfiet qatt. Mas-Snin Sittin bdejt nisma’ li l-bomba fis-sagristija ma kenitx dik li fil-fatt nifdet il-koppla. Lanqas ma kienet balla wahda biss li nxtehtet fuq ir-Rotunda. Imbaghad bdejt nistaqsi kienx accident, ajruplan Germaniz maqbud minn ajruplan tal-glied Ingliz jehles mit-taghbija ta’ balal biex jehfief u jizgicca, inkella mira u girja preciza ghal fuq target civili.


Ghamilt li stajt, fil-limitazzjonijiet kollha li thabbat wiccek maghhom f’xogftol bhal dan, minhabba l-iskarsezza ta’ taghrif u dokumentazzjoni li probabbli kellha tinkiteb u ma setghetx minhabba l-qaghda mwieghra f’April 1942 f’Malta. Fittixt l-ghajnuna minn ras il-ghajn, anke barra minn Malta. Nistqarr li taghrif importanti li ksibt fis-sajf 1991 kien ga qabizli minn taht ghajnejja darbtejn, imma nizzi hajr ’l Alla li idejja regghu marru ghall-pagna li kellha taghrifa li lili servietni biex inghaqqad ix-xhieda kollha. Jiena u naghmel hekk intbaht u ftakart f’dak li smajt sa minn ckuniti, li l-balal twaddbu kkatenati ma’ xulxin u kienu erbgha, apparti l-balal l-ohra li waqghu madwar ir-Rotunda. Dwar hekk nikteb f’hinu u f’postu.


Iz-zmien inessi u l-bnedmin iqarrqu u jitqarrqu. Biex dan ma jigrix fil-kaz tal-grajja li sehhet fil-Mosta nhar il-Hamis, id-9 ta’ April, 1942, fl-4:40 p.m gbart it-taghrif u x-xhieda dokumentata li sibt u li hi ta’ min jorbot fuqha u, kemm jista’ jkun, ta’ zmien il-grajja, l-izjed ta’ l-ewwel hmistax-il sena warajha. Fittixt ukoll taghrif ta’ bixra militari u teknika biex nirfed certi konkluzjonijiet li wasalt ghalihom. Illustrajt il-ktieb b’ritratti u skeccijiet mill-ahjar li stajt.


Fi tmiem il-ktieb inkun nista’ nirringrazzja lil dawk li ghenuni fit-tiftix tieghi.


Fittixt li nkun ta’ servizz ghall-verita tal-fatti. Ktibt fuq dak li jien konvint minnu. Nittama li dmiri qdejtu lejn pajjizi l-Mosta, art twelidi Malta u l-qarrej li joghgbu jaqra kitbieti.


27.10.1991
Anthony Camilleri


Taghrif dwar l-Awtur Anthony Camilleri mill-pagna ta' wara


L-awtur twieled il-Mosta fl-1946.


Studja fl-Iskola Primarja tas-Subien Triq Grognet u fil-Liceo il-Hamrun.


Kiseb il-B.A. (Hons) fl-Ingliz mill-Universita ta’ Malta fl-1968 fi zmien il-Professur Richard J. Beck.


Fl-1996 ha d-Dip. Ed. (Admin & Mgmt) summa cum laude mill-istess Universita fi tmien l-ewwel kors li sar ghall-Assistenti Kapijiet ta’ skejjel statali mniedi flimkien mad-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni.


Okkupa diversi karigi fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu fosthom dik ta’ President tal-Ghaqda Studenti Mostin (1964-1968).


Kien Assistant Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni ta’ l-Inkurunazzjoni (1975). Kiteb Is-Sena 1942: Il-Mosta fl-ghar siegha tal-Gwerra u Il-Mosta llum (1980) ghal Storja tal-Mosta ta’ E.B. Vella u ohrajn. Hejja indici dettaljat ghall-istess ktieb.


Ikkontribwixxa mal-kummentarju estensiv ghal Tifkira tal-Festi tal-Inkurunazzjoni tal-Assunta tal-Mosta 10 t’Awissu 1975.


Kiteb dwar l-istorja u l-hajja kontemporanja tal-Mosta fi Il-Mosta u rivisti ta l-ghaqdiet u kazini Mostin.


L-awtur halla din id-dinja fl-4 ta' Mejju 2001. Fl-2004 kien inghata l-Onorificenza "Gieh il-Mosta" wara mewtu fejn f'artiklu fil-Mosta ta' Settembru-Dicembru 2004 kien inkiteb dan dwaru:


Ir-Rebbieha ta’ l-Onorificenza “Gieh il-Mosta”

Il-Mosta: Settembru-Dicembru 2004, pagna 6.


Anthony Camilleri (25.viii.1946 – 4.v.2001)


L-awtur Anthony CamilleriL-awtur Anthony Camilleri

Anthony Camilleri twieled il-Mosta u ha l-ewwel edukazzjoni tieghu fl-iskola primarja tal-Mosta. Hu attenda l-Liceo u wara mar l-Universita ta’ Malta u kiseb il-grad ta’ B.A. (Hons.) fil-lingwa Ingliza (1968). Il-karriera tieghu ta’ ghalliem bdiet fl-1968 u sa l-1971 ghallem fil-Liceo ta’ Ghawdex, kompla fil-Liceo tal-Hamrun (1971-74) u ghal sena (1974-75) fl-Istitut Tekniku tan-Naxxar.


Bejn l-1975 u l-1977 ghallem fl-iskola ta’ Targa Gap. Kien mill-1977 li Camilleri mar fis-settur primarju ta’ l-edukazzjoni fejn qatta’ l-bqija ta’ hajtu bhala ghalliem u wara bhala assistant Kap fl-Iskola Primarja ta’ Birkirkara. Ha wkoll tahrig fit-tmexxija ta’ l-iskejjel u kiseb Dip. Ed. (Admin & Mgnt) summa cum laude mill-Universita ta’ Malta (1996).


Camilleri kien involut b’mod specjali fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu fejn okkupa diversi karigi, fosthom dik ta’ president ta’ l-Ghaqda Studenti Mostin (1964-68). Ir-rabta tieghu ma’ l-Oratorju tinkludi l-pubblikazzjoni ta’ ktejjeb li hareg f’forma ta’ faxxikli mill-gazzetta Il-Mosta bl-isem ta’ “Il-Hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda” (1992).


Bhala Mosti kien ihobb lil art twelidu b’mod genwin. Kien involut fil-hajja tal-Mosta f’hafna modi. Kien mahtur assistant segretarju fil-kumitat organizzattiv tal-festi ghall-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari ta’ l-Assunta fl-1975. Kien ukoll imqabbad mill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex jghin fl-ghazla ta’ l-ismijiet ghal toroq godda fil-Mosta.


Anthony Camilleri kien ricerkatur assidwu u ppubblika numru ta’ xoghlijiet fuq il-Mosta li wrew ir-reqqa tat-tfittix tieghu. Fost dawn hemm il-ktieb Hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda tal-Mosta (1992). Kiteb Is-Sena 1942: Il-Mosta fl-Aghar Siegha tal-Gwerra u Il-Mosta Llum – 1980 ghal Storja tal-Mosta ta’ E.B. Vella u Ohrajn u hejja indici dettaljat ghall-istess ktieb.


Camilleri kkontribwixxa kitbiet ohra li dehru fl-Annwali ta’ numru ta’ ghaqdiet Mostin, fil-gazzetta Il-Mosta u f’gurnali Maltin. Bhala persuna marbuta mal-Mosta kellu ghal qalbu b’mod specjali l-poplu Mosti. Dan deher b’kitbiet fuq Mostin bhall-eroj li gew xkubettjati mill-Francizi fl-1799. Kiteb numru ta’ studji fuq dan is-suggett bhal Il-Mosta tqim l-eroj taghha ffucillati mill-Francizi, ippubblika Fil-Kunsill Tieghek (Jannar 1998, nru. 11). Ma setax jonqos li jipprovdi materjal dettaljat ghall-pubblikazzjoni Tifkira tal-Festi ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta – Il-Mosta 10 ta’ Awissu 1975.


Anthony Camilleri kien imfittex ukoll biex jaqra diskorsi f’okkazjonijiet partikolari. Fost ohrajn fl-10 ta’ Jannar 1999 quddiem il-Monument Qalbiena Mostin ghamel diskors kommemorattiv f’gheluq il-mitejn sena mill-fucilazzjoni ta’ sittax-il eroj Mosti mill-Francizi (Jannar 1799-1999) u f’Serata Marjana organizzata mis-Socjeta Piroteknika 15 ta’ Awissu li ttellghet fit-8 ta’ Awissu 2000 id-diskors tieghu kien jismu “Ritratt Bibbliku tal-Madonna f’Daqqa t’Ghajn.”


Ghamel ukoll xoghol ta’ traduzzjoni u qaleb ghall-Malti kitbiet mill-Franciz. Kien ihobb hafna l-lingwi u ma qaghadx lura milli jitghallem kemm jista’ lingwi differenti bhall-Grieg, il-Latin, il-Germaniz u l-Ispanjol u anki kien beda jitghallem il-Gappuniz.


Camilleri zamm djarju dettaljat tal-hajja tieghu u ta’ dak kollu li kien jigri madwaru ghal snin twal. Din is-sensiela ta’ djarji hu sors rikk ta’ informazzjoni u riflessjoni.


F’ricensjoni tal-ktieb tieghu Hbit mill-Ajru fuq ir-Rotunda tal-Mosta, Louis J. Scerri f’The Sunday Times ta’ l-4 ta’ Marzu 2001, fost kummenti ohra kiteb “Camilleri is a Mosti through and through.” Anthony Camilleri kien Mosti tabilhaqq.


RIFERENZI

  1. Lm35.83,3.
  2. The Luftwaffe War Diaries.
  3. RAMC, Royal Army Medical Corps.

Kapitli ohra mill-ktieb