The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantissimu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kwart ta' seklu ta' zjarat lill-lskola Primarja tal-Mosta (1900-1925)

minn George Cassar


(p.55) Ghalkemm il-bidu ta’ l-iskola fil-Mosta jmur lura ghall-18401 sa issa ghad ma jidhirx li qatt instabu dokumenti miktuba li jappartjenu lill-iskola ta’ dawn l-ewwel zminijiet. Ta' min jiftakar li din l-ewwel skola kienet gewwa dar privata mikrija mill-Gvern. Dan ma jistax jintqal ghall-iskola l-gdida li nbniet fi Triq Grognet (infethet fl-1898) u li ghadha sservi ghall-istess ghan edukattiv sal-lum. Il-kapijiet ta’ din l-iskola zammew kotba msejha log books u dokumenti ohra li permezz taghhom nafu x’gara f’din l-iskola mill-1900 sal-gurnata tal-lum.2 Minn dawn is-sorsi miktuba nistghu nisiltu taghrif fuq numru ta’ zjarat li kellhom l-iskejjel Mostin (dik ghas-subien, li llum hi maghrufa bhala Skola Primarja E.B. Vella u dik ghall-bniet, issa msemmija Skola Primarja Carmela Sammut). Dawn il-vizitaturi varjaw minn politici, gvernaturi u isqfijiet, ghal ufficjali governattivi bhal diretturi u ufficjali edukattivi. Din il-kitba se tikkoncentra b’mod specjali fuq vizti ta’ personalitajiet distinti fil-hajja Maltija aktar miz-zjarat ta’ rutina ta’ ufficjali edukattivi jew persuni ohra li minnhom kull skola jkollha matul is-sena b'mod regolari.


L-ewwel esperjenza kbira li l-iskola l-gdida tal-Mosta ghaddiet minnha kien fl-14 ta’ Frar 1901 meta l-iskola tas-subien u dik tal-bniet laqghu lil Lord Gerald Strickland u Lady Strickland. Lord Gerald f’dak iz-zmien kien jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Principali tal-Gvern (Chief Secretary to Government) u ghamel din iz-zjara liz-zewg skejjel wara nofsinhar. Skont ir-rapport li nizzel is-Surmast Andrea Sammut ghall-iskola tas-subien, Strickland ezamina xi student fil-lingwi - Malti, lngliz u Taljan - filwaqt li martu ghamlet xi mistoqsijiet bl-Ingliz lis-subien prezenti.3 ls-Sinjora Marianna Pace kienet aktar preciza meta kitbet fil-log book ta’ l-iskola tal-bniet li Gerald Strickland zarhom fit-3:15 p m. Madankollu ma ziedet xejn izjed.4


Wara din l-ewwel zjara tas-seklu l-gdid, numru ta’ personalitajiet kellhom l- okkazjoni jmorru fl-iskola tal-Mosta. Dawn kienu jinkludu l-Gvematur ta Malta Lord Grenfell li fit-18 ta’ Dicembru 1902 qassam il-premjijiet f’Jum il-Premjazzjoni ta’ dik is-sena. Ic-cerimonja saret fl-iskola tal-bniet ghalkemm hi mnizzla wkoll fil-log book tas-subien.5 Dan ghaliex iz-zewg skejjel inghaqdu flimkien f’attivita wahda. Maghhom kien hemm ukoll l-iskola tal-Mellieha. Is-Sinjora naturalment kellha hafna aktar xi tghid fuq dan l-aweniment. Nafu li l-okkazjoni bdiet fit-3.30 ta" wara nofsinhar. Kien hemm prezenti l-Gvernatur Lord Grenfell u bintu.6 Maghhom gie wkoll l-Ajjutant tal-Gvernatur, it-Tenent Kurunell Nicholas Grech Biancardi. Dawn il-mistednin intlaqghu fl-iskola mill-Ispettur u l-Assistent Spettur ta’ l-Iskejjel Elementari, id-Direttur ta’ l-Iskejjel Elementari Edoardo Magro u martu is-Sinjura Tagliaferro, is-Sinjorina Levi, l-Arcipriet Dott Dun G. Sarreo u l-kleru kwazi kollu tal-Mosta, Dott. Salomone u l-bniet tieghu. Ma’ dawn il-personaggi distinti kien hemm ukoll prezenti hafna nies ohra. Il-programm inkluda kant, rectar u ginnastika ritmika flimkien ma’ bicciet ta muzika. Skond ir-rapport tas-Sinjora, il-qofol ta’ din il-parti tal-programm mahsuba biex tallegra l-mistednin kienet il-‘welcome’ jew merhba li taw is-subien u l-bniet ta l-iskejjel u djalogu bil-Malti bl-isem ‘GioMaria u Catarin’. Waslet imbaghad il-parti tal-programm fejn il-Gvernatur Grenfell qassam il-premjijiet ghal dawk li sthoqqilhom. Bintu wkoll kellha sehem fil-premjazzjoni ghax hi tat medalji lil dawk li kellhom attendenza tajba fl-iskola. Fl-ahhar, student qara indirizz u studenta pprezentat bukkett fjuri (p.56) lill-Gvernatur ghan-nom ta’ l-ghalliema u l-istudenti ta’ l-iskejjel tal-Mosta u tal-Mellieha b’ringrazzjament talli kien onorahom bil-prezenza tieghu u ghall-interess li hu kien juri ghall-bzonnijiet u l-edukazzjoni taghhom. Fl-ahhar qam jirrispondi Grenfell li fid-diskors tieghu semma l-progress li kien qed isir fl-edukazzjoni fl-iskejjel elementari. Hu heggeg lit-tfal biex jistudjaw kemm jifilhu u jiehdu kemm jistghu fiz-zmien qasir li l-genituri taghhom setghu jhalluhom jattendu l-iskola. Hu lmenta li f’Malta t-tfal generalment kienu jinhargu mill-iskola f’eta zghira wisq u ghalhekk aktar u aktar kellhom jahdmu kemm jifilhu issa. Bhala gheluq il-Gvernatur ta vaganza lill-iskejjel prezenti u telaq qalb il-ferh ta’ dawk prezenti.7


Grenfell kien laqat il-musmar fuq rasu meta semma il-problema ta’ tfal li ma jdumux l-iskola bizzejjed. Kien zmien meta kien ghad m’hawnx ligi li tirregola l-attendenza fl-iskejjel u ghalhekk il-genituri setghu johorgu lil uliedhom meta riedu. Fi zmien ta' faqar kbir u ta' nuqqas ta' edukazzjoni fost il-genituri, it-tfal kienu jitqiesu biss bhala mezz kif il-familji jkollhom sors ta’ ghajnuna fid-dar jew ta’ dhul addizzjonali ma’ dak tal-missier. Ghalhekk is-subien kienu jispiccaw imorru jahdmu biex igibu xi ftit flus ohra lejn id-dar filwaqt li l-bniet kienu jithallew id-dar jghinu lill-omm fix-xoghol domestiku u fit-trobbija ta l-ulied l-ohra li spiss kienu jkunu numeruzi mhux hazin.


Napuljun TagliaferroNapuljun Tagliaferro

Cerimonji tal-premjazzjoni ohra wara din kienu dik ta l-1905 u l-ohra ta l-1907. Fit-3 ta’ Frar 1905 kien l-Onor. Professur Napuljun Tagliaferro u martu li qassmu l-premjijiet.8 Tagliaferro kien ghadu kif temm il-karigi tieghu bhala Direttur ta' l-Edukazzjoni u Rettur ta' l-Univrersita. Spicca wkoll minn Membru tal-Kunsill tal-Gvern. Tagliaferro kellu konnessjonijiet mal-Mosta u kien izur ta’ spiss il-familja Grech-Mifsud.9 Ghal xi snin kien ukoll President tal-Banda tal-Mosta li fi zmienu, jigifieri fl-1887, hadet l-isem ta’ Filamionika Nieolo Isouard.10


Fid-19 ta' Gunju 1907 kien imiss ufficjal gholi Ingliz li jipprezenta l-premjijiet lill-istudenti Mostin. Ghalhekk il-General F.T.F. Storkes C.V.O. u martu ippresedew fic-cerimonja.11


L-iskola tas-subien kellha zjara ghal gharrieda fis-17 ta' Marzu 1909 mid-Direttur ta' l-Istruzzjoni Pubblika Edoardo Magro li meta gie ma naqasx li naturalment ikellem lis-Surmast Salv. Meilak. Fil-log book, Magro stess nizzel dak li ghadda bejnu u Meilak. Is-Surmast gie mheggeg jaghmel ezamijiet kull tant zmien u jdahhal ir-rizultati fil-log book. Magro kiteb ukoll li sab nuqqasijiet kemm fil-latrini u kif ukoll fil-kamra ta’ l-imbarazz. Ghalhekk aktar attenzjoni kellha tinghata lil dawn iz-zewg postijiet.12 Dawn iz-zjajjar ta' spezzjoni kienu jsiru kull tant zmien kemm mid-Direttur u kif ukoll mill-lspetturi ta' l-Iskejjel. Dawn kienu jezaminaw kull toqba fl-iskola u jaraw ukoll il-progress akkademiku ta' l-istudenti. Kienu jitfghu harsithom ukoll fuq il-hegga u l-hiliet ta' l-ghalliema u l-bzonnijiet ta' l-iskola ingenerali.


Gvernatur iehor li gie sa l-iskola tal-Mosta kien Field Marshal Methuen. Mar l-iskola tas-subien fil-21 ta' Frar 1916 u kiteb numru ta' rimarki fil-ktieb tal-vizitaturi. Methuen qal li kien kuntent b’din l-iskola. lnnota li d-differenza minn ghalliem ghall-iehor tidher cara mit-tfal ta’ gol-klassi. Il-Gvematur irrimarka li t-taghlim (p.57) tal-gografija kien batut fl-iskejjel kollha. Semma wkoll l-emigrazzjoni u innota kif din kienet fethet ghajnejn l-istudenti Mostin li kellhom missirijiethom imsifrin f’postijiet bhal San Francisco u Western Australia. Dawn il-genituri kienu qed jghidu lit-tfal taghhom li kellhom jitghallmu l-Ingliz u xi sengha jekk xtaqu li jirnexxu aktar ‘il quddiem. Fl-ahhar Methuen ghadda kumment ferm interessanti meta qal li hu kien jikklassifika din l-iskola tal-Mosta bhala li taghti edukazzjoni oghla mill-iskejjel ta’ livell medju f’Malta.13


Methuen kien mgharraf sewwa dwar l-emigranti Maltin. Dawk li marru lejn l-Awstralja sabuha xi ftit difficli biex jintegraw specjalment ghax ma kinux jafu bl-Ingliz u l-haddiema Awstraljani ma tantx kienu jiehdu pjacir b’haddiema stranjieri. Sa l-1913 kien hemm madwar 100 emigrant Malti f’Western Australia. Dan it-territorju kellu bzonn hafna haddiema ta’ l-id biex jahdmu l-art li hafna minnha ma kinitx kultivata.14 Dwar l-emigrazzjoni lejn l-Amerika anki hawn il-Maltin kienu jsibuha difficli biex jithallew jissetiljaw. Wahda mill-problemi l-kbar kienet li l-Maltin kienu jbatu minn hafna tipi ta’ mard filwaqt li problema ohra kienet il-faqar li kellhom. Kien hemm regola li kull emigrant ried juri li kellu ghall-inqas 25 dollaru biex jithalla jidhol l-Amerka u hafna Maltin ma kellhomx. Fuq kollox fl-1911 ittiehdet decizjoni li l-emigranti kellhom ikunu jafu xi ftit bl-Ingliz. Fl-1917 ghaddiet fl-Amerika il-Literacy Test Act u hekk il-Maltin issa kellhom ikunu jafu almenu passagg qasir bl-Ingliz jew b’xi lingwa ohra. Sa l-1911 kien hemm madwar 200 Malti go San Francisco li kienu generalment jahdmu fl-ghelieqi. Madankollu f’dak il-perjodu kienu nfethu opportunitajiet fil-qasam tal-kummerc specjalment konness mat-tbahhir u hekk il-prospetti ghall-emigranti kibru f’oqsma ohra ta’ xoghol.15


Il-Gvernatur Methuen ma jidhirx li zar iz-zewg skejjel fl-istess jum. Skont it-taghrif imholli fil-kotba tal-vizitaturi, filwaqt li lis-subien zarhom fil-21 ta’ Frar, il-bniet kellhom zjara fl-14 ta' April ta l-1916. U din l-ewwel mawra ma kenitx felici ghal kollox. Skont dak li kiteb il-Gvernatur stess, hu apprezza li l-istudenti ta’ l-iskola tal-bniet kienu ferrihija, nodfa u kuntenti. Madankollu hu hass li kien ikun jonqos jekk ma jidentifikax nuqqas li kien sab. Methuem irrimarka li l-istudenti kienu batuti fil-gografija u ttama li meta jerga jigi jsib li sar progress f’dan is-suggett. Fl-ahhar esprima x-xewqa li jispicca fuq nota aktar posittiva u ghalhekk ta’ l-awgurju tieghu lill-Kap ta l-lskola (li dakinhar kienet is-Sinjorina C. Scicluna).16


Lord Methuen rega’ zar l-iskejjel Mostin madwar sena wara, jigifieri fl-1917 u ghadda numru ta' kummenti pozittivi fuq l-istudenti Mostin. Fuq l-iskola tas-subien hu kiteb li l-klassijiet il-kbar kienu normali u ma hassx li kellu jaghmel xi rimarki dwarhom. Dwar il-klassijiet iz-zghar, il-Gvernatur innota li dawn kienu qed juri li jippromettu.17 Dwar l-iskola tal-bniet il-Gvernatur innota li kien sar titjib konsiderevoli. Sab li Standard VI kient tispikka bhala l-ahjar fost il-klassijiet kollha. Methuen zied li kien laqa l-prezenza ta l-Arcipriet ghax dan kien jiehu interess kbir fl-iskola.18 Jidher li t-tfal Mostin kellhom certa hegga ghat-taghlim u din urewha sew ghax hallew impressioni tajba fuq Methuen, kif nizzel hu stess fil-kummenti tieghu. Dwar l-Arcipriet Mallia, dan ta’ min ighid li kien izur l-iskola tal-bniet regolarment u sakemm gie biex jispicca kien imur madwar darba fix-xahar jezamina l-istudenti fuq kemm kienu jafu r-religjon u l-katekizmu flimkien ma’ servizzi ohra li kien jaghti.19


(p.58) F'Mejju ta' l-istess sena, kien l-Arcisqof ta’ Malta Mauro Caruana li ghamel vizta lill-iskejjel Mostin. Caruana kien fil-bidu ta l-arciveskovat tieghu ghax kien sar Isqof ta’ Malta fl-10 ta' Frar u dahal solennement l-Imdina fid-29 ta April 1915.20 Nafu li zar kemm l-iskola tal-bniet u kif ukoll dik tas-subien. F’tal-bniet nafu li mar21 u halla miktub li sab l-iskola tajba f’kull aspett. Qal li kienet l-ahjar skola li hu kien zar.22 Dwar iz-zjara lis-subien tal-Mosta, l-Arcisqof nizzel fil-ktieb tal-vizitaturi li l-intelligenza medja ta’ din l-iskola tidher li hi oghla minn dik ta' kull skola li hu kien zar. Anki l-ghalliema dehru habrieka u kapaci.23 Din kienet indikazzjoni tal-livell edukattiv milhuq fil-Mosta u dawn il-kummenti komplew isahhu dak li kien intqal qabel.


Ghalhekk jidher li l-iskola tal-Mosta kienet qabdet sew u l-istudenti li kienu jattendu qatghu figura ferm pozittiva quddiem dawn il-personalitajiet distinti. Konferma tal-livell sodisfacenti li kien intlahaq giet ukoll meta Lord Methuen ghamel ghat-tielet darba zjara lill-iskejjel Mostin. Kienet l-ahhar zjara tieghu lill-iskolu tas-subien u sena wara temm il-kariga bhala Gvernatur ta Malta. Methuen kien jammira l- Maltin u l-Ghawdxin u kien iqishom bhala poplu serju, ma jahlix u biezel.24 Meta spicca d-dawra tieghu ma' l-iskola tas-subien, il-Gvematur irrimarka li din kienet wahda mill-ahjar skejjel f’Malta u Ghawdex. Kompla li s-Surmast il-gdid kien gie f’Settembru 1917 (dan kien A.J. Diacono Reynaud). L-istaff kellhom sens qawwi ta’ dover u kienu hawtiela f’xogholhom. Methuen kien ferm sodisfatt bl-apparenza ta’ l-istudenti u l-intelligenza taghhom. Bhala konkluzjoni, il-Gvernatur zied li kemm l-iskola tas-subien u kif ukoll tal-bniet kienu rikonoxxenti hafna lejn l-Arcipriet (Dun Pawl Mallia) ghall-interess qawwi lejn il-bzonnijiet u l-edukazzjoni taghhom.25 Nafu pero li Methuen kien ukoll sodisfatt hafna bl-iskola tal-bniet ghax hu esprima ruhu li l-iskejjel tal-Mosta kienu t-tnejn eccellenti.26 Methuen qal dan ukoll bl-istess kitba tieghu fil-ktieb tal-vizitaturi ta’ l-istess skola meta nizzel li r-rimarki li kien ghamel ghas-subien kienu japplikaw l-istess ghall-iskola tal-bniet. U ghalaq billi stqarr li z-zewg skejjel kienu eccellenti.27 Dan il-kumment fuq l-iskola tal-bniet kien konferma tar-rapport li ghamlet xi zmien qabel Marietta Busuttil, l-Ispettrici ta' l-Iskejjel Elementari, wara zjara ta' rutina. Busuttil irrimarkat li l-andament ta' l-iskola kien ta' min ifahhru. L-ghalliema kienu jidhru serji u mimlijin energija. Din l-Ufficjal Edukattiv dehrilha li d-dixxiplina fl-iskola kienet ta' min jammiraha.28


Is-subien fl-iskola tal-Mosta fl-1918Is-subien fl-iskola primarja tal-Mosta fl-1918

Bil kemm kienu ghaddew hmistax-il jum miz-zjara ta' Methuen meta fis-26 ta' April 1918 it-Tenent Gvernatur William Robertson mar sa l-iskola tal-Mosta minghajr avviz minn qabel. Hu gie mad-Direttur ta' l-Iskejjel Elementari li dak iz-zmien kien Francis Reynolds. Fl-iskola tas-subien inzerta li s-Surmast (A.J. Diacono Reynaud) kien assenti ghax kien ma jiflahx. Madankollu Robertson xorta dar l-iskola u nizzel ir-rimarki tieghu. Hu sab li t-taghlim kien tajjeb, it-tfal kienu interessati f’xogholhom u wrew gherf fir-risposti taghhom. Ghat-Tenent Gvernatur id-dixxiplina u l-ordni fl-iskola kienu eccellenti.29 Dwar l-iskola tal-bniet Robertson qal li kien ha impressjoni tajba ta' l-ghalliema u l-istudenti. Stqarr li t-taghlim kien oghla mill-medja u ta' dan ferah lill-Kap ta' l-Iskola u l-istaff taghha. Kompla li s-Sinjorina Whelan, li kienet qed takkompanjahom, rat ix-xoghol tal-bizzilla. Hi kkonkludit li fis-sengha tal-bizzilla dawn l-istudenti Mostin kellhom talent kbir.30


Zjara ta l-ahhar li jidher li Lord Methuen ghamel fl-iskola tal-bniet (imma ma jidhirx li mar f’tas-subien ghax m’hemmx indikazzjoni fil-log book jew fil-ktieb (p.60) tal-vizitaturi) saret fit-28 ta' Marzu 1919. Minn dak li kiteb il-Gvernatur jidher li rega hareg sodisfatt. Infatti hu qal li ma kellu xejn x’izid ma dak li kien kiteb qabel fuq din l-iskola ammirevoli li taghmel unur lis-Sinjora eccellenti taghha.31


L-ewwel kwart tas-seklu ghoxrin kien perjodu ferm movimentat ghall-iskola tal-Mosta u dan jidher mill-vizti msemmija u ohrajn li saru minn diveisi persuni waqt ix-xoghol ta' rutina konness ma' l-iskola. Kien imiss issa lil Field Marshal Lord Plumer li jzur lill-Mostin. Plumer kien ghadu kil lahaq Gvernatur ta’ Malta u wasal hawn fl-10 ta' Gunju 1919. Mill-ewwel beda jiltaqa’ mal-Maltin mhux biss fil-qasam politiku (hu wasal fil-granet meta sehhu l-irvellijiet tas-Sette Giugno) izda wkoll mal-poplu ingenerali. L-iskola tal-Mosta kellha zjara fl-10 ta Ottubiu 1919 fit-3.00 p.m. Din sehhet sewwa sew erba' xhur mill-wasla tieghu fil-kolonja. Plumer ma naqasx li jaghti vaganza lit-tfal Mostin bhala rikordju ta’ din l-ewwel mawra tieghu.32


Jidher li t-Tenent Gvernatur W.C.F. Robertson ghal darb ohra mar sa l-iskola tal-bniet fit-22 ta' Ottubru 1920. Hu kien akkumpanjat mill-Arcipriet Mallia. Fil-kumment li halla, Robertson stqarr li dawn il-bniet Mostin kienu ‘bright’ (ma nafux kienx qed ifisser biha li kienu intelligenti, fuq taghhom/ferrihija jew jippromettu, imma zgur xi haga pozittiva). Hass li t-taghlim kien generalment tajjeb u jsir b’attenzjoni.33


Personagg iehor li ghamel l-ewwel zjara ufficjali tieghu lill-iskola tal-Mosta kien Mons. Francesco Ferris, Ministru ta’ l-Edukazzjoni fl-ewwel Gvern Responsabbli taht l-Inglizi. Ghalhekk ftit wara li gie ffurmat Gvern Malti taht il-Kostituzzjoni ta' l-1921, Ferris ghamel zjara fl-iskola tal-Mosta f’Dicembru 1921. Il-Ministru Ferris sab l-iskola tas-subien dixxiplinata u kien sodisfatt. Kummenti pozittivi ohra kienu jirrigwardaw l-istudenti. Hu ghamel domandi lis-subien Mostin fuq l-Ingliz, it-Taljan, il-Gografija u r-Religjon. Il-Monsinjur osserva li t-tfal wiegbu tajjeb kwazi l-mistoqsijiet kollha u dan lilu kien jurih ix-xoghol siewi li kienu jwettqu s-Surmast (G.M. Camilleri Borg) u l-ghalliema. Spicca l-osservazzjonijiet tieghu billi qal li jammira b'mod partikolari l-indafa fl-iskola.34 Meta mar fl-iskola tal-bniet il-Ministru Ferris stqarr li laqtuh il-harsa intelligenti ta' l-istudenti u l-indafa taghhom. Zied li kien staqsa xi domandi lill-istudenti ta’ l-oghla zewg klassijiet u sab li dawn il-bniet kienu lventi fil-manjieri taghhom. Kellu wkoll kliem ta’ tifhir ghas-Sinjora li hass li kienet kapaci hafna fl-amministrazzjoni ta’ l-iskola.35 Politiku iehor li zar l-iskola fit-12 ta' Ottubru 1922 kien Salvatore Borg Olivier li kien membru ta’ l- Assemblea Legislattiva f’dan l-ewwel Parlament Malti.36 Borg Olivier kien membru ghan-naha tal-Gvern mill-Unione Politica Maltese u jidher li kien qed jakkompanja lill-Ministru Ferris li kien ukoll mill-istess partit.37


Is-serje ta' zjajjar mill-politici kompliet u fl-1923 saru ohrajn. Fl-istess jum, jigifieri fl-10 ta’ Frar, rega’ zar l-iskola ta' matul il-jum il-Ministru ta’ l-Istruzzjoni Pubblika Mons. Ferris. Hu kien akkumpanjat mis-Sinjorina Clotilde Ferris, Spettrici ta’ l-Iskejjel Elementari. L-iskola ta' bil-lejl kellha vizta mill-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Joseph Howard38 li kellu jakkumpanjawh lid-Direttur ta’ l-Iskejjel Elementari, Dr. Albert V. Laferla, u s-Supretendent ta' l-Emigrazzjoni, is-Sur Henry Casolani.39 Kien fl-4 ta’ Dicembru 1923 wara nofsinhar li mar sa l-iskola tal-Mosta l-Ministru ta' l-Istruzzjoni Pubblika, l-Kan. Enrico Dandria. Kien sar Ministru f'Lulju 1923.40


Dan il-kwart ta seklu ta zjarat jaghlaqhom il-Gvernatur Lord Plumer meta (p.61) fl-okkazjoni tat-tmiem tal-mandat tieghu bhala Gvernatur ta' Malta ghamel zjara ta' l-ahhar lill-iskola tal-Mosta. Hu kien akkompanjat minn martu Annie Constance,41 mid-Direttur ta’ l-Iskejjel Elementari u mill-Ajjutant tal-Gvernatur, il-Maggur V.C. Micallef. Ma naqasx li jaghti vaganza ta’ l-okkazjoni lit-tfal Mostin.42


Kienu hamsa u ghoxrin sena tista' tghid ippakkjati bi zjajjar li jiksru r-rutina ta' skola. L-iskejjel tal-Mosta zgur li hadu s-sehem taghhom ta’ zjajjar ta’ kortesija jew ta’ spezzjoni. Jidher ukoll li kollox ma’ kollox spiss qatghu figura tajba u din kienet tirrifletti l-livell edukattiv u ta’ dixxiplina milhuq fl-ewwel kwart tas-seklu ghoxrin.


Riferenzi

  1. Ghat-twaqqif ta' l-iskola primarja fil-Mosta u l-ewwel sittin sena taghha ara G. Cassar, Grajja ta’ Skola Primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (Malta: 1999), p.4-20.
  2. Nixtieq nirringrazzja lill-eks-Kapijiet ta' l-iskejjel tal-Mosta is-Sur.J. Azzopardi u s-Sinjorina M. Cassar u l-Kap prezenti ta’ l-Iskola Primarja Carmela Sammut, is-Sinjorina Lina Deguara, li poggew ghad-dispozizzjom tieghi dokumenti ta’ l-iskejjel taghhom li minnhom stajt nislet l-informazzjoni ghal din il-kitba.
  3. Log Book I, Boys’ Primary School (22.iii.1900-23.xii.1904), nota 14.ii.1901.
  4. Log Book I, Girls’ Primary School (26.iii.1900-1.ix.1908), nota 14.ii.1901.
  5. Log Book I (Boys), nota 18.xii. 1903.
  6. Mart il-Gvernatur kienet mietet fl-1899 fil-Palazz il-Belt u giet midfuna fic-Cimiterju ta Braxia Ara A F. Abela Governors of Malta (Malta, 1991), 64.
  7. Log Book 1 (Girls), nota 18.xii.1903.
  8. Log Book II (Boys) (3i.1905-31.x.1905), nota 3-ii.1905.
  9. Ara G. Bonnici, 125 sena mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta 1871-1996 (Malta 1996) p.29, nota 11.
  10. Ibid., p.8.
  11. Log Book III (Boys) (3 xi.1905-16.x.1907), nota 19.vi.1907.
  12. Log Book IV (Boys) (16.x.l907-21.iv.1913), nota ta’ Magro datata 17.iii.1909.
  13. Visitors' Book, Musta Boys' School nota 21.ii.1916.
  14. Ghal aktar dettalji dwar il-bidu ta' l-emigrazzjoni ghall-Awstralja ara L.E Attard. Early Maltese Emigration (1900-1914) (Malta: 1983), pp.46-54.
  15. Ghall-Hbidu ta’ l-emigrazzjoni lejn l-Amerka u specjalment f’San Francisco ara ibid., pp.29-35.
  16. Visitors' Book, Mosta Girls’ Primary', nota 14.iv.1916.
  17. Visitors' Book (Boys), nota 19.iv.1917.
  18. Visitors' Book (Girls), nota 19.iv.1917.
  19. Ibid., noti bejn l-1914 u l-1930.
  20. Ara bijografija ta’ Mons. Caruana f’M.J. Schiavone u L.J. Scerri, Maltese Biographies of the Twentieth Century (Malta: 1997), pp.151-2.
  21. Log Book III (Girls) (4.v.l917-9.i-1928), nota 7.v.1917.
  22. Visitors’ Book (Girls), nota 7.v.1917.
  23. Visitors' Book (Boys), nota 7.v.1917
  24. Ara Abela, p.75.
  25. Visitors' Book (Boys), nota 12.iv.1918; Log Book V (Boys), (29-iv.1913-23.xii.1918), noti 5 u 12.iv.1918
  26. Log Book V (Boys), nota 22.iv.1918.
  27. Visitors' Book (Girls), nota 12.iv.1918.
  28. Log Book III (Girls), nota 17.xiii.1917.
  29. Visitors' Book (Boys), nota 26.iv.1918; Log Book V (Boys), nota 2.v.1918.
  30. Visitors' Book (Girls), nota 26.iv. 1918.
  31. Ibid., nota 28.iii.1919.
  32. Log Book VI (Boys) (24.1919-31.xii.1927), noti 6 u 10.x.1919 u Visitors Book (Girls) noti 19.x.1919
  33. Visitors' Book (Girls), nota 22.x.1920.
  34. Visitors’ Book (Boys), nota 12(?).xii.1919 (il-jum mhux legibbli bizzejjed fis-sors izda jidherli kien it-12 jew jum vicin tieghu - forsi 5 jekk kien fl-istess jum taz-zjara lill-iskola tal-bniet).
  35. Visitors’ Book (Girls), nota 5.xii.1921.
  36. Visitors' Book (Boys), nota 12.x.1922 u Visitors Book (Girls) nota 12.x.1922.
  37. Dawn iz-zewg politici kienu gew eletti mis-VII Distrett (il-Mosta kienet taghmel parti mis-VI Distrett) .
  38. Howard kien gie elett ghas-Senat ma l-Unione Politica Maltese. Kien Prim Ministru bejn l-1921 u l-1923).
  39. Log Book VI (Boys), nota 20.ii.1923.
  40. Dandria kien gie elett mit-II Distrett fl-Assemblea Legislaniva ghall-Unione Politica Maltese.
  41. Visitors' Book (Girls), nota 24.iv.1924.
  42. Log Book VI (Boys), noti 24 u 25.iv.1924.

Artikli ohra mill-ktieb