The Mosta Archives Banner

San Pacifiku jaghlaq 200 sena fostna l-Mostin

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Lulju – Awissu 1983


San Pacifiku, MostaIl-festa ta' San Pacifiku martri saret sollenament l-ewwel darba fit-30 ta' Gunju, tifkira ta' l-ewwel martri Rumani. Soltu l-festa kienet issir fit-tielet Hadd ta' Novembru u qabel kienet issir xahar wara Santa Marija, f'Settembru sa madwar tmiem is-snin sittin.

(p.7) Fit-30 ta' Awissu ta' din is-sena, ir-relikwa tal-ghadam kollu flimkien ma tazza bid-demm tal-martri San Pacifiku, tkun ilha meqjuma gewwa l-Parrocca taghna mitejn sena. Kien fi zmien il-kappillan Rabti Dun Salv Saver Bonnici u bit-thabrik tieghu li l-Knisja Parrokjali l-qadima taghna kienet staghniet bir-relikwiji mqaddsa ta' dan il-Martri ta' Kristu mhux maghruf.


Fis-sagristija tal-Knisja Arcipretali, fejn hemm l-artal ta' Santa Filomena, hemm imdendel fi gwarnic digriet bil-Latin ta' l-Isqof Vincenzo Labini li jghid li l-gisem ta' San Pacifiku Martri b'tazza bid-demm mieghu gie moghti bhala rigal sabiex jigi mqieghed ghall-qima pubblika fil-knisja parrokjali ta' l-Assunta gewwa l-Mosta. Skond dan id-digriet, is-Sagra Kongregazzjoni ta' l-Indulgenzi u tas-Sagri Relikwi taghraf u twettaq li l-fdalijiet ta' dan il-Martri kienu gew maqlughin mic-cimiterju Prixilla. Id-digriet igib id-data tat-30 ta' Awissu 1783.


Ghal min ma jafx fic-cimiterju jew Katakombi ta' Santa Prixilla, kienu gew midfunin hafna li kienu sofrew il-Martirju ghal Kristu bil-persekuzzjonijiet li bosta Nsara qalbiena kienu ghaddew minnhom fl-ewwel sekli tal-Kristjanezmu. F'dan il-katakombi hemm l-eqdem xhieda tal-Madonna li hawn fid-dinja, li skond l-arkejologista De Rossi, twassal kwazi saz-zminijiet Appostolici (Roma Sotteranea, p. 258). Habat li l-fdalijiet tal-Martri taghna, li ghal sekli shah strahu fil-post qrib fejn kien hemm meqjuma din ix-xbieha wisq qadima tal-Vergni Mqaddsa, kellhom jibqghu jistriehu u jkunu meqjumin gewwa nicca hekk qrib xbieha ohra tal-Madonna wisq ghaziza ghalina l-Mostin.


Fl-istess sagristija fuq imsemmija u qrib id-digriet imsemmi hemm imdendel ukoll innu bil-Latin b'talba tahtu. L-innu jidher li huwa qadim daqs id-digriet ghax tahtu hemm moghtija indulgenza mill-istess Isqof Vincenzo Labini. X'aktarx li dak l-innu kien gie kompost mal-wasla ta' San Pacifiku fostna. L-isem ta' l-innu “Lill-Kbir San Pacifiku Martri Patrun tar-Rahal tal-Mosta” juri bic-car kemm missirijietna kienu ferhanin bl-akkwist tar-Relikwija ta' dan il-Martri li sahansitra bdew ighodduh bhala patrun sekondarju tal-Parrocca. Meta mbaghad missirijietna waqqfu r-Rotunda lill-Assunta, lil San Pacifiku baqghu ma nsewhx ghax poggewh f'nicca mahsuba apposta taht il-kwadru tal-Patruna taghna.


Ghalkemm illum il-festa qieghda ssir fit-tieni Hadd ta' Novembru, sa l-1977 kien ghadha ssir fl-ewwel Hadd ta' fuq il-festa tal-Vitorja. Il-Mostin zmien ilu kienu jiccelebraw din il-festa bil-kbir u mhux l-ewwel darba li smajna xjuh ighidu li kien sahansitra jsir il-loghob tan-nar ta' l-art u kienu wkoll jarmaw il-pjazza b'xi pilandri.


B'iktar solennita kienet issir il-festa gewwa l-knisja. Waqt il-quddiesa kantata sollenni ta' filghodu, li kienet tkun bil-muzika, kien isir il-panigierku. Kien jintrama l-ventartal u l-lampier il-prim tal-fidda. Kienu sahansitra jindaqqu l-qniepen waqt il-Glorja tal-Quddiesa u fil-'Magnificat' tas-Sekondi Vespri li kienu jkunu wkoll bil-muzika. Fil-purcissjoni li kienet tkun bir-relikwija kien johrog l-ostensorju l-gdid u l-istandardi l-primi. Ma ghandniex xi nghidu, kienet iddoqq ukoll il-banda taghna, li kienet imdorrija taghmel marc li kien jibda minn Triq il-Kbira, ftit ‘il fuq minn Triq Dun Mikiel Xerri, fejn qabel il-Gwerra kien hemm f'dawk l-inhawi l-unika statwa tal-gebel ta' San Pacifiku li kien hawn fil-Mosta u li sfortunatament inqerdet fil-Gwerra. Meta l-marc ma baqax isir, beda jsir programm fil-pjazza ta' quddiem il-knisja sakemm anki dan inqata'. L-ahhar darba li harget il-purcissjoni f'din il-festa kien nhar l-10 ta' Settembru, 1967.


Kellna, dari izjed mil-lum nies minn ulied din il-Parrocca, irgiel u nisa li kienu jgibu l-isem ta' dan il-Martri. Kellna sahansitra qassisin b'dan l-isem, fosthom il-Monsinjur Pacifico Mifsud, ex-Arcipriet taz-Zejtun, li darba ghamel ukoll il-panigierku ta' San Pacifiku. Fil-festa ta' l-1954 dan il-Monsinjur kien halla stola hamra sabiha bir-rakkmu lill-Parrocca taghna sabiex tintuza f'din il-festa tal-Qaddis ta' ismu.


Minn meta missirijietna poggewh fin-nicca li jinsab fiha, San Pacifiku baqa' dejjem hemm anki nhar il-festa. Pero ta' min isemmi li din ir-regola giet miksura ghal sentejn wara xulxin fi zmien il-parrokat ta' l-Arcipriet Dun Karm Sciberras, ftit wara l-ahhar gwerra. Sena minnhom San Pacifiku kien gie armat fuq l-artal maggur wara l-kanopew, bejn il-gandlieri tal-prima u s-sena ta' wara kien gie armat quddiem il-bieb li hemm in-naha ta' l-Evangelju fuq il-Presbiterju. Dawn iz-zewg esperimenti jidher li ma qabdux art ghax San Pacifiku qatt izjed ma rega' hareg minn fejn hu. Ta' min ifakkar li madwar hamsin sena ilu San Pacifiku kien rega' gie mlibbes bl-ilbies ghani tal-lama u mzejjen kif ghadna narawh sallum.


Ghalkemm illum il-festa ta' San Pacifiku tilfet is-sollenita ta' l-imghoddi, sakemm il-fdalijiet tieghu jibqghu fostna, it-tifkira tieghu tibqa'.  Aqwa mit-tifkira huwa l-messagg li jghodd ghal kull zmien, li jaghtina l-Martri taghna. Id-dehra tieghu tistrieh fil-paci, b'harstu lejn is-sema, bil-Kurcifiss f'idu l-leminija u bil-Palma tal-Martirju fix-xellugija, lilna tfakkarna li l-lejalta u l-imhabba taghna lejn Kristu titkejjel minn kemmm ahna lesti li nbatu Ghalih.