The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantismu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Ma' Dun Karm Schembri

minn Dun Gwann Sammut


Dun Karm Schembri ma Madre Tereza fl-1972Dun Karm Schembri ma Madre Tereza fl-1972.

(p.112) Kien ghadni seminarista niehu hsieb it-tfal fil-quddiesa tas-7:00 a.m. meta kont nara lil dan l-qassis iqaddes bil-mod. Gieli kien donnu jieqaf, u darba kelli mmur nghidlu li nesa jikkonsagra l-inbid. Kien marradi u ta’ ftit kliem. Wara kelli nkun naf li propju f’dak iz-zmien kien ghaddej minn perjodu ikrah li ddeskriva tant tajjeb fil-poezija tieghu Ghanja ta’ Dghajsa.


Wara li kont ordnat qassis bdejt insir midhla tieghu ghax kien offrieli biex mmur u nissellef xi kotba minn ghandu. Sibt li kellu minjiera ta’ kotba ta’ awturi moderni li lili kienu jinteressawni hafna. Kull ma jmur konna nidhlu f’diskussjoni dwar il-kontenut ta’ dawn il-kotba u fi ftit zmien bdejt nohorgu bil-karozza f’xi post imwarrab, ghall-kwiet, fejn kien ihobb imur hu. Hemm bdejt niskopri t-talenti li kellu dan il-qassis u kont nibqa’ msahhar bl-ideat u l-esperjenzi li ghadda minnhom.


Kien zmien il-Koncilju Vatikan II u t-taqlib li gab mieghu dan l-avveniment. It-tensjoni bejn il-qadim u l-gdid kienet tinhass u bis-sahha ta’ Dun Karm jien ma kelli ebda dubju fejn kelli nitfa’ l-piz tieghi. Kien ukoll iz-zmien li fih kont chaplain taz-Zaghzagh Haddiema Nsara u skoprejt b’ferha li hu kien minn ta’ l-ewwel li hadmu biex dan il-moviment jaqbad art f’Malta.


Tipiku tal-hsieb wara dan il-moviment kien li l-laqghat ma jispiccawx b’diskussjoni biss fuq dak li l-membri kienu ghaddejjin minnu izda jaslu ghal xi azzjoni zghira biex iggib progress u kundizzjonijiet ahjar fil-qasam tal-klassi tal-haddiema. Kien il-genju tal-fundatur Guzeppi Cardin (wara Kardinal) li ha l-motto ara-qis-ghamel biex inissel fiducja fil-haddiema li huma jistghu jbiddlu d-dinja ghall-ahjar. Hekk ma kienx hemm bzonn li l-haddiema jsiru membri tal-partiti komunisti biex itejbu l-qaghda socjali taghhom. It-taghlim socjali tal-Knisja konna nanalizzawh fil-partiti demokristjani u t-trade unions ta’ l-Ewropa f’dak iz-zmien.


Bid-dawl tad-diskussjojijiet fuq il-current affairs fil-pajjiz u fil-Knisja lokali ma’ Dun Karm, bdejt nara li jiena wkoll fid-dover li nidhol ghal dan l-obbligu – li nipprova nbiddel xi haga ghall-ahjar. Niftakar dak iz-zmien il-vicijiet kellna salarju ridikolu u ma’ ohrajn bdejt nikkontesta din is-sitwazzjoni. Kien hemm mumenti tragi-komici f’din il-bicca bhal meta l-Arcisqof Gonzi kecca d-delegazzjoni tal-vicijiet u dal-fatt deher headlines fil-Catholic Herald. L-imbarazz li hassejna gibnieh quddiem Dun Karm li bil-kalma kollha qalilna: “Il-ballun qieghed f’saqajn l-Arcisqof. Halluh jilghab hu.” U tabilhaqq wara xi gimghatejn l-Arcisqof sejhilna biex jghidilna li s-salarju taghna kien se jsir aktar ragonevoli.


Mument iehor li niftakar tajjeb li fih sibt lil Dun Karm ta’ spalla, kien meta c-chairman ta’ kumitat apposta baghat ittra lill-kleru biex jaghtu kontribuzzjoni halli jittella’ monument tal-bronz ghal fuq il-qabar fejn kien ser jindifen l-Arcisqof Gonzi. Jien il-haga rajtha tistona, aktar u aktar meta l-Arcisqof kien ghadu haj. Sibt ftit hin u ktibt l-ideat tieghi fuq dan il-progett lic-chairman, bil-hsieb li kollox jieqaf hemm. Ghall-kuntrarju dan wera l-ittra lill-Arcisqof li ddispjacih li l-clero giovane kien jahsibha hekk fuq il-progett. Milli jidher, imbaghad, xi hadd urieh l-identita tieghi u r-rabta tieghi ma’ Dun Karm. L-Arcisqof qal li jiena l-iscriba ta’ Dun Karm, fis-sens li jiena ktibt fuq ismi dak li kien qal Dun Karm. Dan gab xi ftit (p.113) tensjoni, li mbaghad spiccat billi l-Arcisqof kiteb privatament lil Dun Karm biex jiskuza ruhu.


Ma ninsa qatt is-sighat li konna nghaddu nitkellmu fuq il-poezjia, l-arti u fl-ahhar fuq il-muzika. Kellu mod kif dak li fl-iskola kont narah piz, per ezempju, l-poeziji bit-Taljan, mieghu kont narahom fis-sbuhija taghhom. L-istess meta konna mmoru l-Imdina jew il-Muzew tal-Katidral. Dak li qabel kont narah u nibqa’ ghaddej, hu kien joqghod bil-pacenzja kollha janalizzah fid-dettal. Bil-mod dahhalli s-sens ta’ ammirazzjoni lejn l-artisti l-kbar li sebbhu lil pajjizna. Nehhejt ukoll hafna mill-pregudizzji li kont kbirt fihom minhabba l-ambjent ristrett tad-dilettantizmu u l-parrokjalizmu.


Bil-Mati ghandna l-espressjoni ‘tiftah mohhok’ fis-sens li ma tibqax marbut ma’ idejat u espressjoniiet li ghadda zmienhom. Dan il-process jiehu z-zmien u ghalija wiehed li ghinni hafna fih kien Dun Karm. Dan spikka, per ezempju, fil-mod kif bdejt nifhem ir-relazzjoni bejn il-Knisja, l-istat u l-politika. Kollha jridu l-gid u l-progress tal-pajjiz izda, fil-fatt, l-interessi taht l-umbrella ta’ l-ideologija kellhom bzonn ta’ valutazzjoni kontinwa. Fehemni kif fir-realta l-individwu (the man in the street) ftit li xejn jista’ jinfluenza r-rotot li jiehdu l-pajjizi. Ikun hemm hafna kurrenti ghaddejjin u fic-cirkustanzi l-ahjar metodu biex naslu x’imkien, kien li nifformaw grupp u niktbu l-ideajt taghna. Kemm kien effettiv dan il-metodu deher wara.


Ghalkemm kont noqghod hafna ghall-gudizzju u l-azzjoni li kien jasal ghalihom Dun Karm, kien hemm moment li hadna triqat differenti. Dan kien meta bdiet tohrog l-idea biex ninkurunaw il-kwadru ta’ l-Assunta tal-kor. Jiena ma kontx naqbel, ghax hassejnt li hemm bzonnijiet aktar urgenti, bhal bini ta’ kappella gdida fil-housing estate li kien tiela’ f’Ta Mlit Kont irrabjat aktar meta qalli li kien accetta li jikteb id-draft ta’ l-applikazzjoni bit-Taljan biex tkun inkurunata din ix-xbieha. Meta ntlaqa’ dan ir-rikors u thejjiet il-festa nqala’ ntopp iehor ghax il-gvern ta’ dak iz-zmien ghadda ligi li warrbet hafna mil-ligi Kanonika li sa dak iz-zmien kienet tirregola z-zwieg. Biex taghqad wiehed mill-ministri li vvota favur din il-ligi kien mistieden bhala xhud ta’ l-inkurunazzjoni u minhabba f’hekk kien sar boycott mis-sacerdoti Maltin li kienu ser jigu u jikkoncelebraw. Waqt il-korteo kien hemm grupp ta’ nies li wrew posters favur iz-zwieg Nisrani. Kien hemm grupp iehor li mar fuqhom u bi vjolenza nehhiehomlhom. Il-pulizija ma ddefendietx lil ta’ l-ewwel u dan wassal biex kien hemm kawza kostituzzjonali dwar il-liberta ta’ l-espressjoni. Is-sentenza nqatghet m’ilux meta ghadda kollox.


Dun Karm kellu mod kif jirrakkonta l-anedoti biex izomm il-konversazzjoni hajja. Insejt hafna minnhom imma nixtieq insemmi tnejn ta’ meta kien ghadu jistudja Ruma. Kien fil-Kullegg tal-Capranica, kullegg maghruf f’Ruma ghax minnu hargu hafna isqfijiet. Darba meta nizel hafna l-istandard ta’ l-ikel, sar hafna tgergir fost l-istudenti. Bis-sewwa u bid-dnewwa Dun Karm ipperswada lil shabu biex jaghmlu strajk tal-guh! Ghaddew xi granet u hallew l-ikel li johrog mir-refettorju fil-platt bla ma jmissuh. Dan kien mill-ewwel irrapurtat lis-superjuri li ma damux biex jiehdu passi halli l-ikel jitjieb.


Darb’ohra wara li ordna sacerdot, u kien ippakkja kollox biex jigi lura Malta, mar biex isellem lir-rettur tal-kullegg. Milli jidher ma tantx sab kliem x’jgidlu u biex jghid xi haga lmenta li kemm dam is-seminarju qatt ma tawh xi kariga, per (p.114) ezempju ta’ prefett, sagristan, kampanar, ecc. Bi tbissima r-rettur qallu “Imma int zammejt l-istess kariga kemm domt is-Seminarju!” “X’kienet din il-kariga?” staqsieh Dun Karm. “Mexxej ta’ l-oppozizzjoni!” wiegbu r-rettur.


Ghalkemm l-ispirtu umoristiku kien tipiku f’Dun Karm it-tbatija fizika u mentali ma kinux zghar fil-hajja tieghu. Minhabba l-mard li gie fuqu kellu jiehu hafna medicini u dawn kienu jhalluh mitluq sa kwazi nofs ta’ nhar. Meta kien ibati bil-breakdown ma kien irid jara lil hadd u kont nithassar lil ohtu Rose li kellha ddur bih f’dawk il-granet. Kien it-tip li jrid izomm l-indipendenza tieghu u ghalhekk qatt ma ngabar fid-Dar tal-Kleru li kien ghadha kemm tlestiet fi Fleur-de-Lys. Iz-ziju tieghi, Dun Salv, kien bil-maqlub. Fid-Dar tal-Kleru ghex l-ahhar ghoxrin sena tieghu, kuntent u sodisfatt bis-servizz tas-Sorijiet, il-Qaddejja tac-Cenaklu.


F’hajtu Dun Karm kellu diversi mumenti ta’ glorja u l-aktar li kien ihobb isemmili kienet il-migja tal-Prim Ministru Taljan Aldo Moro, li wara qatluh il-Brigate Rosse ghall-ideat godda li kellu fuq l-ordni socjali gdid. Dun Karm kellu hafna simpatija ma’ l-ideat godda fuq id-democrazia cristiana u l-apertura sinistra. Ha gost hafna li kellu jkun hu li dawru mal-Katidral ta’ San Gwann. Ried jinqeda b’din l-okkazjoni biex jghaddilu xi informazzjoni sensittiva u ma setax quddiem il-persuni li kienu jakkompanjawh. Allura sab mument biex idahhlu wahdu fl-ufficcju tieghu u hemm kellmu kif xtaq. Naturalment Aldo Moro qatt ma basar li qassis f’San Gwann kien hekk intiz dwar dak li kien ghaddej bejn iz-zewg pajjizi.


Fl-ahhar snin ta’ hajtu sar ammiratur kbir ta’ Mother Theresa. Kien jaqbel ma’ l-analizi taghha li hu difficli tbiddel l-istrutturi u trid wisq zmien biex il-gid ta’ l-art jitqassam b’gustizzja u ma jkunx hawn tant faqar. Wara l-gvernijiet hemm forzi kbar biex izommu l-interessi u l-privileggi taghhom u dawn ma jinteressahom xejn hlief li jkabbru l-oqsma taghhom, anke meta dawn huma diga kbar. F’din is-sitwazzjoni ra li l-ftit li hadmet Mother Theresa u s-sorijiet taghha ma’ l-ifqar fost il-fqar ta’ Calcutta, huwa l-massimu tal-possibbli li jistghu jaghmlu fil-limitazzjoni li hemm f’dak il-pajjiz. Kien jghin b’generozita kbira lis-sorijiet taghha u meta giet Malta Mother Theresa marret izzuru d-dar billi ma kienx f’sahhtu. Din kienet okkazjoni ta’ ferh kbir ghalih u baqa’ jzomm r-ritratt tieghu maghha fuq l-iskrivanija.


Fl-ahhar sena ta’ hajtu sahhtu nizlet hafna. Hutu kellhom piz kbir biex izommuh id-dar. Irtira ftit fid-Dar tal-Karita n-Naxxar. Jum minnhom waqa’ u kiser l-ghadma ta’ koxxtu. Ghamlulu operazzjoni izda baqa' tahtha. Ghall-quddiesa tal-funeral attendew kemm Dr. Eddie Fenech Adami u kemm Dr. Karmenu Mifsud Bonnici li kienu fis-Social Action Guild meta Dun Karm kien imexxih ghal xi snin u baqghu jmorru ghandu jarawh kemm dam haj. L-omelija ghamilha Dun Salv Galea S.J., habib personali tieghu miz-zmien li kienu Gizwiti.


Kif gietni l-idea li nikteb dan kollu? F’Dicembru li ghadda messni nqaddes fil-kappella ta San Anton Abbati u hemm gharaft li l-kalci li qaddist bih, kien dak li halla Dun Karm.




Artikli ohra mill-ktieb