The Mosta Archives Banner

L-imtiehen tat-thin fil-gzejjer Maltin

minn Clifford Vella


Dan il-ktieb interessantissimu fih informazzjoni dettaljata ta' kull mithna tat-thin tal-qamh li kien hawn u li ghad fadal gewwa l-gzejjer Maltin, komplut b'deskrizzjoniji tal-paritijiet tal-mithna u b'dak kollu li ghandu x'jaqsam mat-thin u l-qamh bhal fosos fejn kienu jahznuh, ecc., jinxtara mill-hwienet ewlenin, u li minnu qed ninkludi biss xi siltiet fejn tissemma l-Mosta, mill-edizzjoni ppublikata fl-2001 (kien hareg edizzjoni ohra wara).


Kapitlu 3


DESKRIZZJONI TA' KULL TIP TA' MITHNA TAL-QAMH


(p.13) ll-gzejjer Maltin, sa ftit ta' zmien ilu, kienu mibmja fuq sistema ta' bini baxx u mhux bil-monstri ta' konkos li qeghdin naraw illum. ll-maggor parti tal-bini residenzjali kien ikun ta' mhux aktar minn zewg sulari fl-irhula, u fl-ibliet jitla' wkoll sa erba' sulari.


Ta' min isemmi li l-ftit bini li kellna gholi gewwa l-gzejjer taghna, kien ikun maghmul minn knejjes, kastelli, palazzi u mtiehen tar-rih. Minn issa 'I quddiem ser nigi ghas-suggett ta’ dan il-ktieb, dak ta imtiehen tar-rih, jew kif hawn min isejbilhom l-imtiehen tat-thin. L-ghan principali taghhom kien li jithnu l-qamh. Wiehed irid jiftakar li fl-antik il-qamh kien l-ghejxien tal-bniedem. Nibda biex insemmi d-diversi tipi ta' mtiehen tat-thin:


Il-mithna tal-miexi


L-ewwel imtiehen tat-thin li kellna f’pajjizna kienu dawk li jithaddmu bl-annimali jew kif hafna jafuhom dawk tal-miexi, li bit-Taljan jghidulhom "centimoli", li gejja mill-kelma Latina “mola” li tfisser mithna. Il kelma miexi gejja mill-kelma Gharbija "mechia" li tfisser annimal ghall-uzu ghal xi xoghol partikolari. Il-persuna li tat zvolta f'pajjizna kienet iggib l-isem tal-lnginier Palermitan Vincenso Vogo. Peress li dawn kienu jahdmu bid-dawrien tal-hmar jew ta' xi baghal, bdew jissejhu mtiehen tal-miexi. L-istorja ta’ dawn it-tip ta' mtiehen tehodna lura sas-seklu sebgha wara Kristu. Dan it-tip ta' mithna kienet originat fil-Persja, l-lran tal-lum. Dawn l-imtiehen dahlu f’pajjizna ghall-habta ta' nofs is-seklu hdax. Dejjem skont Manuel Sammut, li kien joqghod gewwa l-Mithna tas-Salib fiz-Zurneq s-sena ezarta kienet l-1068.


Kif kienet tiffunzjona l-mithna tal-miexi?


Ritratt ta' mithna tal-miexiRitratt ta' mithna tal-miexi.

Il-mekkanizmu tal-mithna tal-miexi kien jithaddem permezz ta' baghal. Mad-dawrien, is-snien tad-dawwara, rota bis-snien imwahhla vertikali, kienu jidhlu fit-toqob tal-luqaata, injama hoxna hafna bit-toqob, taht forma ta' bettija, u b'hekk il-luqqata tibda ddur. ll-luqqata u d-dawwara kienu jkunu that il-hagar tat-thin. Hekk kif il-luqqata u d-dawwara jibdew iduru dawn jibdew idawwru il-hagar tat-thin. Il-hagar tat-thin kienu jkunu mpoggija f’tilar tond jew nasba, u normalment dan kien ikun tal-injam jew tal-hadid. Pero kien hemm xi zmien, ferm fl-antik, li dan kien ikun tal-gebel. Minn gewwa l-luqqata kien ikun hemm ghaddejja hadida, istwiel. It-tarf t'isfel ta' din il-hadida kienu jghidulu gharqub, u dan (p.14) l-gharqub kien ikun imwahhal ma' hagra jew bejta ohra li kienet tkun imwahhla mal-art. It tarf l-iehor tal-istwiel, dak ta' fuq, kien ikun imwahhal ma’ travu, hekk imsejjah bhala gejza. Dan it-travu kien ikun imqabbad maz-zewg hitan opposti tal-kamra. F'nofs l-istwiel kien ikun hemm zokk jew migbed maghmul mis-sigra taz-zebbug u dan kien ikun imwahhal taht forma ta' salib, mal-istwiel stess.


Dan iz-zokk kien ikun twil madwar seba' piedi, 210 centimetru. Mat-tarf, il-migbed kellu hadida ohra msallba mieghu, li maghha kellha virga jew wasliet f’kull tarf. Bejn virga u ohra kien hemm distanza ta' madwar zewg piedi u nofs, 75 centimetru, u hemm kien jidhol il-baghal bejniethom. Il-wasliet kienu jkunu mwahhlin mas-sarg jew htajriet tal-baghal. Hekk kif il-baghal jibda jdur, dan jibda jdawwar il-mekkamzmu kollu li semmejt, bir-rizultat li l-hagriet jithnu bejniethom il-qamh.


L-imtiehen tal-miexi kienu jinsabu kwazi f’kull rahal gewwa Malta kif ukoll f’Ghawdex, u f’bosta rhula kien hemm aktar minn wahda.  Fost dawn insibu dawn li gejjin:

  • (mil-lista twila ta' Mtiehen tal-mixi, m'hemmx wahda msemmija li kienet tinsab fil-Mosta).

Dawn l-imtiehen jingharfu mill-istruttura taghhom li generalment kienet tkun kamra kbira gmielha msaqqfa bix-xorok tal-qasba fuq erba’ hnejjiet li jitilghu mill-art b'samrotti wesghin.1 Insibu wkoll li meta Glormu Cassar bena l-Belt Valletta haseb sabiex jinbnew madwar tnax-il mithna tal-miexi fil-Belt stess, li bosta minnhom kienu jinsabu fil-Bereg. Sa l-1672 kien hawn madwar erbatax il-mithna tal-miexi f pajjizna.3


Il-mithna li tithaddem bl-idejn


Mtiehen tal-IdejnMudelli ta' mtiehen tal-idejn li hemm fil-mithna ta' Kola x-Xaghra Ghawdex.

(p.16) Kienu jezistu wkoll imtiehen ta’ thin tal-qamh zghar li jahdmu bl-idejn. Hawn fil-genb jidhru ritratti ta' xi mudelli li jinsabu esebiti gewwa l-Mithna ta' Kola gewwa x-Xaghra Ghawdex.


Il-mithna tar-rih


L-imtiehen tar-rih madwar id-dinja kienu bdew ferm qabel ma bdew gewwa Malta. Insibu li fl-1160 dawn kienu bdew joperaw gewwa t-Turkija. Minn hemm nibtu wkoll fil-Grecja, tant li minn hemm bdew ukoll jinbnew fl-ltalja u baqghu mexjin anke fi Spanja u Franza. Insibu li sas-seklu dsatax gewwa l-Olanda kienu jghoddu ghal madwar 9000 wahda.4


Meta gew il-Kavallieri fl-1530, huma bdew jibnu mtiehen ta' tipi differenti minn dawk tal-miexi. Dawn it tipi ta' mtiehen kienu dawk li jahdmu bir-rih. L-ewwel imtiehen tar-rih kienu nbnew gewwa l-lsla fl-1532 taht il-Gran Mastru L'lsle Adam (1530-1534) u madwar hamsin sena wara, kienet inbniet ohra gewwa Forti Sant lermu, bejn wiehed u iehor fl-1582.


Kellhom jghaddu hafna snin ohra sakemm bdew jinbnew hafna mtiehen f’daqqa minn wara l-wasla tal-Kavallieri. Kien fl-1663, fi zmien il-Gran Mastru Nicolas Cotoner (1663-1680), li bdew jibnu diversi mtiehen ohra, tant li mill-Fondazzjoni ta' Cotoner kienu nbnew ghaxra, li wahda minnhom inbniet wara mewtu. L-imtiehen li kienu nbnew taht dan il-Gran Mastru kienu dawn li gejjin: tnejn gewwa Bormla, Ta Santa Margerita u Ta' San Gwann t'Ghuxa, tnejn ohra gewwa Haz-Zebbug, Tal-Ghodor u Tal-Qanfud, wahda f’Hal-Lija, Tal-Ghadiriet, tnejn gewwa l-Furjana, ohra Hal-Qormi, Ta' Pampalaw, li kienet inbniet wara mewtu mill-Fondazzjoni tieghu stess, ohra n-Naxxar, Tas-Sghajtar, kif ukoll ohra gewwa z-Zurrieq li jsibuha bhala Tal-Qaret. Kull mithna kienet swiet 1,200 skud biex inbniet.


Il-Gran Mastru Gregorgio Carafa (1680-1690), li gie wara Cotoner, ukoll bena ghaxar imtiehen ohra mill-Fondazzjom tieghu. Dawn kienu tnejn gewwa r-Rabat Ghawdex, Ta' Marziena u Ta' Caraffa, ohra fil-Mosta, il-Mithna l-Qadima, Birkirkara, Ta' Ghar il-Gobon, il-Qrendi, Hal Luqa, ir-Rabat Malta Tal-Balla/Ghenexem, Haz-Zebbug, Ta' Srina, ohra gewwa s-Siggiewi, Tat-Tank, u ohra gewwa l-Gudja.


Wara l-Gran Mastru Carafa kien imiss lil Gran Mastru Ramon Perellos y Rocafull (1697-1720) u dan bena tlett imtiehen ohra mill-Fondazzjoni tieghu. Dawn kienu gewwa z-Zejtun, Ta' Bir Gheliem, in-Naxxar, (p.17) Tal-Ghaqba u dik tax-Xewkija Ghawdex. Pero jista' jaghti l-kas li kienu erbgha, tant li r-raba' wahda x'aktarx li kienet gewwa z-Zejtun, Tal-Herba.


L-ahhar Gran Mastru li kien bena aktar imtiehen tar-rih f’pajjizna kien il-Gran Mastru Manuel de Vilhena (1722-1736) li b'kollox kien bena tmienja mill-Fondazzjoni tieghu. Dawn kienu wahda bejn l-Gharb u Kercem, fix-Xaghra, Ta' Kola, fin-Nadur, Ta' Sufa, fir-Rabat Malta, Ta' Hal Bajjada, fin-Naxxar, fil-bidu ta' Hal-Ghargur, ohra z-Zurrieq, Tax-Xarolla, Birkirkara, Ta' Ganu u z-Zejtun, Ta' Bir id-Deheb, jew kif hawn min isejhilha bhala Tal-Madonna tal-Hniena. Minkejja li fil-Biblijoteka Nazzjonali jinsabu biss tmien pjanti tal-imtiehen li nbnew taht dan il-Gran Mastru, hemm dubju li aktarx kienu disgha l-imtiehen li nbnew mill-istess Fondazzjoni. Din li qieghed nirreferi ghaliha x'aktarx hija l-Mithna ta' Marmara, li tinsab gewwa z-Zurrieq. Wara diversi snin kienu twaqqghu t-tlieta t'Ghawdex u regghu nbnew, u wahda minnhom inbniet fuq sit iehor fil-vicinanzi.


Wiehed irid izomm f'mohhu li barra dawn l-imtiehen li semmejt, kienu nbnew xi ohrajn fi zmien il-Kavallieri. Fost dawn wiehed isib tnejn gewwa l-Forti San Mikiel fil-Belt Valletta u ohra gewwa l-Furjana qrib il-Kurja tal-Arcisqof. Dawn li ghadni kemm semmejt illum ma ghadhomx maghna.


Il-Gran Mastru Manuel de Rohan-Polduc (1775-1797) kien hareg bandu dwar l-imtiehen tar-rih. Dan kien nhar il-15 ta' Frar tal-1783, meta kien inhareg bandu lis-sidien tal-imtiehen dwar l-igjene waqt ix-xoghol tat-thin. Dan kien sar sabiex inaqqas ir-riskju ta' xi mard permezz ta' nuqqas ta' indafa fl-imtiehen taghhom, li seta' jikkontamina l-qamh u jsarraf f'riskju ghas-sabba tal-pubbliku. Ghal min kien jinqabad jabdem bla ma jaghti kas dan il-bandu, kien hemm pieni horox. B'kollox kienu nbnew madwar 37 mithna tar-rih fi zmien il-Kavallieri tal-Ordni.


Ta' interess partikolari huwa l-fatt li, meta kien ser ikun hemm xi irkant dwar xi trasfenment tal-kera ta xi mithna, dan l-irkant kien isir gewwa l-knisja, fl-istess lokalita. Dan kien isir qabel jew wara l-quddiesa ta' dik il-gurnata partikolari.


L-imtiehen tar-rih fi zmien il-Francizi


Minbabba li l-perjodu li l-Francizi hakmu pajjizna kien ferm qasir, ma nstabet ebda evidenza li kienet inbniet xi mithna tar-rih f’pajjizna waqt din il-hakma (1798-1800). Kienet tradizzjoni li meta mithna tkun giet mibnija minn xi Fondazzjoni ta' xi Gran Mastru, kienu jnaqqxu mal-faccata l-arma tal-isess Gran Mastru, b'rispett ghall-istess Fondazzjoni. Sfortunatament, diversi minn dawn l-armi kienu gew mibruxm mill-Francizi u bosta minnhom kwazi ma baqghux jingharfu. Fost dawn insibu dik “Tal-Ghodor”, Haz Zebbug, “Tax-Xarolla”, Iz-Zurrieq, dik li hemm bejn l-Gharb u Kercem u diversi ohrajn.


L-imtiehen tar-rih fi zmien l-lnglizi


FI-1838 il-Gvern ta' dak iz-zmien kien nehha l-monopolju fuq I-imtiehen tar-rih. Din id-decizjoni kienet ilha mis-sena 1836 li beda x-xoghol fuqha. B’kollox, fi zmien l-Ingiizi f’Malta, kienu nbnew madwar 38 ohra. Ghall-habta tal-1860 l-imtiehen tal-miexi kienu regghu invoga u bdew ukoll jikkompetu bafna ma' dawk tar-rih. Ir-raguni kienet li l-mithna tal-miexi kienet tista' tahdem 24 siegha kuljum waqt li l-mithna tar-rih mhux dejjem kienet tista' tahdem.Dan kien peress ir-rih mhux dejjem kien tkun tajjeb biex (p.18) ihaddem il-mithna. Minhabba din il-kompetizzjoni, diversi mtiehen tar-rih kienu qeghdin isibuha ferm difficli biex joperaw f'dawk iz-zminijiet.


L-imtiehen tal-Isteam


It-tmiem tal-imtiehen tar-rih kien fii-bidu tas-seklu ghoxrin, meta gew introdotti f'pajjizna l-imtiehen tal-isteam.


Nixtieq naghmel riferenza ta' fejn kienu jinsabu diversi mill-imtiehen tal-isteam. Fost l-ohrajn insibu dawn li gejjin:

  • (din t'hawn taht hi l-unika wahda mil hafna msemmija li kien hawn fil-Mosta)
  • Fil-Mosta kienet fethet wahda fl-1895 fuq sit Nru 40 fi Strada Speranza. Fil-31 ta' Mejju tal-1895 Costanzo Grech kien talab permess sabiex jibda jopera mithna tal-isteam. Fis-17 ta' Gunju kien inhareg avviz li t-talba tieghu giet milqugha taht tliet kundizzjonijiet:
    1. Li l-magni, il-boiler, ic-cumnija u x-shaft jigu maghmulin fil-parti ta' gewwa tal-gnien biswit il-propjeta li kienet ser topera bhala mithna,
    2. ic-cumnija trid tkun mhux inqas minn 15-il pied oghla mill-bejt tal-bini li jmiss ma' din il-mithna,
    3. li l-magna trid tkun zewg piedi 'I isfel mill-art u minn tagt trid tkun tistrieg fuq travi tal-hadid.11

L-imtiehen tal-fuel, maghrufa wkoll bhala tal-Korp tad-Difiza Civili


Ritratt ta' mithna tal-fuel fix-Xlendi GhawdexMithna tal-fuel li nbniet fix-Xlendi Ghawdex bejn is-snin 1954-55 u damet tahdem sal-1989. Bhala struttura din hija imhaffra fil-blat, twila madwar 30 metru, wiesgha 3 metri u gholja 2.5 metri. Fuq wara nett tinsab fossa fejn kien jigi mizmum il-qamh u fiha kienu jpoggu madwar 1,000 tunnellata ta' qamh. Il-kapacita' tal-makna hija ta' 80hp tat-tip diesel. Sfortunatament din kellha hafna problemi fil-makkinarju ghaliex mhux l-ewwel darba li kien jidhol l-ilma tax-xita u kienet teghreq

Xtaqt naghti xi taghrif ta' kif l-imtiehen tal-fuel gew introdotti f'pajjizna. Ghal nofs is-seklu ghoxrin kienu dahlu ohrajn li kienu jahdmu bil-fuel. L-imtiehen li kienu jahdmu bil-fuel, jew kif inhuma maghrufa bhala tal-Korp tad-Difiza Civili, kienu jghoddu ghal tmienja, sebgha f'Malta u ohra f'Ghawdex. Dawn kienu nbnew bejn l-1951 u l-1955, u kollha kienu thaffru fil-blat. Ftit wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945), is-sitwazzjoni bejn l-lstati Uniti u r-Russja, bir-regim Komunista, bdiet tehzien. Hafna bassru li kienet ser tkun it-Tielet Gwerra Dinjija jew kif hawn min isejhilha l-Gwerra Bierda. Ohrajn bassru li din kienet ser tkun gwerra nuklejari u kienu ser imutu aktar miljuni ta' nies innocenti. Peress li pajjizna kien taht il-kolonja Ingliza, u l-Ingilterra kienet pajjiz allejat tal-lstati Uniti, jekk dan kien isehh, konna ser nigu affetwati wkoll bhalma gara fiz-zewg gwerer dinjija ta' qabel.


Bhala difiza ghal li jista' jinqala', pajjizna haseb ghall-Korp tad-Difiza Civili. Dan kellu l-bidu tieghu fid-9 ta’ Ottubru tal-1951. L-ghan ewlieni ta' dan il-korp kien li jiddefendi hajjet in-nies, il-propjeta, kif ukoll is-servizz pubbliku. Fost l-ohrajn dan il-korp kellu jahseb sabiex jibni mtiehen li jahdmu bil-fuel u dawn kellhom jigu mibnija fil-blat. Il-hsieb ta' dan kien li jekk isir xi attakk nuklejari dawn ma jigux affetwati daqstant. Barra minn hekk, dawn kienu nvizibbli mill-ajru u ghalhekk ma kienux jaghtu fil-ghajn. ll-lokalita li kellhom jinbnew fiha riedet tkun 'il boghod minn (p.21) lokalitajiet l-aktar li kienu strategici. F'kelma wahda 'I boghod mill-Belt Valletta, mill-Kottonera, minn Ta' Qali, Hal-Safi u Hal-Far. L-ispiza sabiex jinbnew dawn l-imtiehen kienet madwar 250,000 lira sterlina, li f'kelma wahda kienet taghmel 3% min-nefqa tal-flus allokati mill-Gvern ta' dak iz-zmien ghal pajjizna. ll-makkinarju taghhom kien ikkummissjonat minn Thomas Robinson of Rochdale li kienet wahda mill-akbar kumpaniji tal-inginerijja fir-Renju Unit.18


Dawn l-imtiehen jinsabu f’dawn il-lokalitajiet hekk imsemmija:

  • (mil-lista twila ta' Mtiehen tal-fuel, m'hemmx wahda msemmija li kienet tinsab fil-Mosta).

Is-Sette Gunio 1919


Jum storiku li ghandu x'jaqsam mas-suggett kien nhar is-Sibt 7 ta' Gunju ta' 1919 meta kienu saru l-irvellijiet mill-Maltin kontra l-lnglizi. Bla ma noqghod nidbol f’hafna dettalji, dan kien gara wara li l-prezz tal-hobz f'temp ta' hames snin (1914-1919) kien ghola b’mod esagerat tant minn 2.25 Soldi tela’ ghal 7 Soldi. F'dawk iz-zmimjiet l-irjus Maltin kienu qeghdin jishnu bil-bosta rigward it-tmexxija tal-hakma Ingliza f'Malta. Biss biss meta ssemmi l-prezz tal-hobz li beda jizdied bil-bosta wkoll kien bizzejjed. Irridu (p.22) nzommu f’mohhna li hobza kienet ta' importanza kbira, fil-fatt kienet l-ghejxien tal-poplu. Peress li kif diga semmejt il-prezz tal-hobz beda joghla, naturalment l-importaturi tal-qamh kif ukoll it-tahhana bdew jaqilghu lira mhux hazin, ghaliex il-prezz ta' xogholhom beda tiela' wkoll. ll-poplu beda jehodha xi ftit kontrihom ghaliex bl-ghemil taghhom qishom bdew jappogjaw lill-lnglizi fl-gholi tal-hajja. L-irvellijiet bdew gewwa l-Belt Valletta, tant li s-Sur A. Cassar Torregiani, li kien importatur tad-dqiq f’Malta, spicca bid-dar tieghu imkissra waqt l-irvellijiet mill-Maltin. Dan kellu wkoll il-Mithna ta' “St. George s Flour Mill” fil-Marsa. Waqt li kienu qeghdin isiru dawn l-irvellijiet, xi Maltin marru u kissru l-mithna gewwa I-Marsa li sidha kien wiehed bl-isem ta' J.L. Francia Farrugia. Minn din il-mithna, li kienet iggib l-isem tar “National Flour Mill”, wara li kissru kull ma sabu, kienu nsterqulha madwar 200 xkora dqiq. Imtiehen ohra bhal dawk taz-Zejtun, ta' Hal Qormi li sidha kien L. Farrugia, li kien il-mohh tal-kumpanija famuz ghall-birra u luminati f’Malta u tar-Rabat, garrbu wkoll xi hsarat.19


Riferenzi

  1. Din l-informazzjoni dejjem skond Philip Xuereb fuq informazzjoni li kien baghatli fil-21 ta Jannar tal-2009.
  2. (1b) Mill-ktieb Triqat Hal Tarxien - Joseph. A. Farrugia, pp. 9-11.
  3. “Focus on Gozo" - Joseph M. Attard Tabone, pp. 155 u 156.
  4. Skont Manuel Sammut mill-programm: "Ix-Xoghol Wahdu Jurik" tal-kumpanija CVC Ltd u mill-ktieb “L-lmqabba mal-Medda taz-Zmien” - Charles Farrugia.
  5. Kunsill Lokali Marsa u Public Works Vol 50 Petizzjoni 2081B tal-1908.
  6. Public Works Vol 53 Petizzjoni 1187C.
  7. Skont Richard Darmanin .
  8. Public Works Vol 30 Petizzjoni 238V tal-1884.
  9. Public Works Vol 32 Petizzjoni 1117C tal-1890 u "Focus on Gozo" - Joseph M.Attard Tabone p 167.
  10. Public Works Vol 39 Petizzjoni 625S tal-1899 u "Focus on Gozo" - Joseph M.Attard Tabone p. 167.
  11. Public Works Vol 34 Petizzjoni 252 tal-1895.
  12. Public Works Vol 41 Petizzjoni 6266C tal-1902.
  13. Public Works Vol 42 Petizzjoni 42C tal-1903.
  14. Public Works Vol 49 Petizzjoni 659F tal-1908
  15. Public Works Vol 52 Petizzjoni 2161F tal-1909.
  16. “Focus on Gozo” - Joseph M. Attard Tabone p. 167.
  17. Public Works Vol 41 Petizzjoni 5044B tal-1902
  18. Skont Spiru Spiteri u Oliver Mallia li huma l-imhuh tar-restawr tal-mithna tal-Mistra. Barra minn dan huma esperti fil-makkinarju ta' dawn l-imtiehen, kif ukoll dwar l-istorja taghhom.
  19. “The Sunday Times of Malta" - Joe Laferla

Kapitli ohra mill-ktieb