The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


3. Iz-Zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.K. — c. 218 q.K.)


(p.21) Wara l-preistorja dawn il-gzejjer ghaddew ghall-istorja (meta l-bniedem tghallem juza l-kitba) taht il-hakma tal-Kanghanin, jew biex insejhulhom bhalma semmewhom il-Grieg, il-Fenici. Dawn hadu l-isem mill-art fejn kienu jghixu - Fenicja - territorju li kien jinsab fit-tramuntana, ‘l fuq mill-Palestina, fejn illum hemm bejn wiehed u iehor l-istat tal-Lebanon.


Biex naraw kemm kienu nies kbar il-Fenici bizzejjed niftakru li l-gnus ta’ warajhom ta’ l-Ewropa bnew l-alfabetti taghhom fuq is-sura ta’ dak li bih il-Fenici kienu jiktbu l-ilsien taghhom.


Imma l-oghla kobor ta’ dawn in-nies kien jidher fin-navigazzjoni u fil-kummerc imxerred li kellhom, meta nafu li fuq il-bastimenti li kienu jibnu kellhom il-hila jbahhru u jikkummercjaw ma’ hafna pajjizi mhux biss fil-Mediterran imma wkoll fix-xaqliba tal-punent u tat-tramuntana ta’ l-Ewropa. Ghalhekk Malta, fil-pozizzjoni taghha f’nofs il-Mediterran, switilhom bhala stazzjon ghall-htigijiet ta’ l-attivitajiet taghhom.


L-aktar data cara li nistghu nersqu lejha meta dawn il-bahrin qalbiena nizlu fuq ix-xtajtiet ta’ din il-gzira hija ghall-ahhar tas-seklu VII q.K. Li jidher car, anki minn kitba li hallilna l-istoriku Grieg Sqalli Diodorus Siculus (li kiteb bejn is-60 u t-30 q.K.) li, bhala kolonja Fenicja mqieghda hekk f’nofs il-bahar fejn kellhom l-ikbar kummerc, Malta kellha zmien ta’ gid u progress.1


Kien madwar il-500 q.K. li Malta dahlet fil-perjodu Puniku-Kartaginiz2 u damet taht idejn il-Punici u l-Kartaginizi bejn is-snin 500 u 218 q.K. Dawn ta’ l-ahhar kienu nies ta’ l-istess gens u ta’ l-istess fehma tal-Fenici, li lilhom kienu wirtu. Dawn hadu isimhom mill-belt ewlenija taghhom li kien jisimha Kartagni, li kienet magenb Tunez tal-lum. Il-Kartaginizi kienu, biex nghidu hekk, ghaddew lil huthom il-Fenici fil-kummerc kbir li kellhom. Nafu li f’dan il-perjodu l-Maltin gawdew minn gid kbir, kellhom djar sbieh u kemm kienu jinqalghu ghas-snajja’.


Id-distrett tal-Mosta jidher li kien abitat sew fi zmien Fenicju-Kartagini, kif jidher mhux mill-gmiel ta’ djar li semma’ Diodorus Siculus - ghax dawn spiccaw kullimkien - imma mill-kotra ta’ oqbra li kienu thaffru madwar din il-lokalita f’dawk iz-zminijiet. Dawn l-oqbra jindikaw li n-nies li qatghuhom biex jidfnu gewwa fihom kienu jghixu magenbhom, ghax hu probabbli li ma kinux sejrin jimxu mili b’mejjet meta kienu jistghu jhaffru qabar fl-eqreb xaghra jew ghalqa.


Barra dan, hu cert li fil-vicinanzi tal-Mosta, jigifieri fl-erja li llum tkopri r-Rabat, l-lmdina u l-Imtarfa, kien hemm attivita kbira. Dan jidher mill-hafna oqbra li nstabu ta’ dan il-perjodu hemmhekk, imma wkoll f’hafna aktar partijiet ta’ Malta, ghalkemm mhux daqshekk f’Ghawdex. Dawn il-hafna oqbra mxerrdin ma kullimkien jindikaw popolazzjoni dejjem tikber u tinfirex mal-gzejjer Maltin imma b’attivita demografika hafna akbar fil-gzira ta’ Malta.3


Oqbra Punici


Dawn l-oqbra fil-blat ma qatghuhomx biz-znied u l-mazez tal-gebel, bhalma kien juza l-bniedem ta’ Zmien il-Hagar, imma qatghuhom bl-ghodod tal-metall, jigifieri tal-hadid, li issa kienu f’idejn kulhadd.


L-oqbra li ghandna f’dawn il-gzejjer taghna jistghu jitqassmu fi tliet tifsiliet.


(p.22) L-ewwel tifsila, li hija l-eqdem (u li kif haseb Sir Temi Zammit, tista’ tkun ukoll ta’ Zmien Neolitiku) hija kamra zghira mdawwra u s-saqaf taghha maqtugh qurriegha ghamla ta’ koppla, bil-bieb ta’ erba’ gnub, li jinghalaq b’gebla ta’ l-istess ghamla. Dawn kont tinzel ghalihom minn spiera baxxa maqtugha fit-tond. Hafna drabi meta dawn l-oqbra kienu jaqtghuhom fil-wicc ta’ xi rdum, ma kinux jaqtghu dik l-ispiera, imma mill-ewwel jibdew il-kamra tal-qabar. Il-qiegh ta’ l-ewweJ oqbra huwa catt, imma minn xi daqqiet tidher ukoll trinka fonda maqtugha mad-dahla tal-bieb.


L-oqbra tat-tieni tifsila ghandhom hafna minn ta’ l-ewwel ghax il-kamra tibqa’ tidher imdawra u dejjem aktarx tiltaqa’ mat-trinka li semmejna skwerra mad-dahla: imma l-ispiera mnejn tinzel ghalihom issa maqtugha bl-irkejjen minflok f’forma tonda, u hafna drabi hija fonda izjed.


Dawk tat-tielet tifsila, l-ispiera tibqa’ bl-irkejjen u issa l-kamra tal-mejjet issir ukoll bl-irkejjen, kemm fl-ghamla tal-qiegh u kemm ukoll tas-saqaf. It-trinka issa bdiet tinqata’ minn tul il-qabar u xi drabi maqtugha f’nofsu, biex thalli soda kull naha fl-istess kamra u ghalhekk ikun hemm post fejn jindifnu tnejn. Imma din it-trinka mhux dejjem tidher, ghax minn xi daqqiet bdew jaghmluha biss biex tissepara s-sodda mill-bqija tal-qabar. Hafna drabi jidhru tnejn, tlieta, jew sahansitra erba oqbra maqtugha wiehed kull naha ta’ l-ispiera.


Mal-mejjet fil-qabar kienu jpoggu bwieqi, garar, kusien, zniegel, u platti, li kollha kienu jservu ghall-ikel, xorb u ghall-fdal ta’ hruq li kienu jqeghdu fihom.


Fl-art jew gewwa hofra fil-hajt tal-qabar kienu jqieghdu wkoll imsiebah mad-difna.


Fl-oqbra ta’ l-ewwel tifsila kienu jqeghdu ftit ferm fuhhar mal-mejjet, fl-oqbra tat-tieni tifsila niltaqghu ma xi erba bcejjec ghal kull mejjet, imma f’dawk l-oqbra tat-tielet tifsila kienu jqeghdu numru hafna akbar.


L-ikel, ix-xorb u d-dawl li kienu jqeghdu mal-garar, platti, imsiebah, ecc., magenb il-gisem tal-mejjet kien gej mit-twemmin li kellhom li mad-difna jpoggu kulma jista jinhtieg il-mejjet fil-hajja li jidhol fiha wara l-mewt. Hekk ukoll kienu jaghmlu n-nies ta’ qabilhom mhux biss hawn Malta imma sahansitra fl-Egittu u hafna pajjizi ohra tal-qedem.


Hafna drabi f’qabar wiehed kienu jidfnu aktar minn bniedem wiehed, u ghalhekk dawn kienu oqbra tal-familja.


Dan kollu qed jinghad ghaliex l-oqbra li sibna fil-Mosta huma tat-tliet tifsiliet li semmejna, li jfisser li f’dan id-distrett, minn zmien preistoriku, id-dfin ta’ hafna nies ma nqata’ qatt, haga li turina li l-erja kienet dejjem abitata.


Fiz-zona tal-Mosta nafu zgur b’25 qabar4 u fost dawn instabu sitt igsma midfuna u tliet kremazzjonijiet, imma fuq 9 oqbra ohra m’hemm ebda informazzjoni dwar x’tip ta’ dfin kien hemm fihom.5


Fit-28 ta’ April 1893 instabu xi oqbra ta’ zmien Puniku fl-ghalqa msejha ‘Tad-Dipp.’ Hawn instab sarkofagu tal-gebel u numru ta’ garar u msiebah flimkien ma’ xi lagonae (buqari) u zewg brazzuletti tar-ram. Dan jindika li l-qabar kien ta’ mara.6


Oqbra ohra gew mikxufa f’Gunju 1919. Dawn instabu fl-ghalqa maghrufa bhala ‘Hoxbiet il-Ward’ u kienu mhaffrin fl-art taflija tal-post. Wiehed minn dawn kien ghoddu spicca ghal kollox, probabbli meta giet iffurmata l-ghalqa. Li kien baqa’ kienu l-ispiera u l-kamra tal-mejtin li fiha kien hemm xi skeletri u urna li kienet izomm l-irmied tal-persuna kremata. Ma’ dawn kien hemm ukoll xi qolol tal-fuhhar. Vicin kien hemm ukoll qabar iehor li kien ghadu f’kundizzjoni intatta. Kellu fih zewg skeletri u xi bwieqi tal-fuhhar. Dawn l-oqbra kienu ta’ l-ewwel tip jew tifsila.7


Fir-Rebbiegha u fis-Sajf ta’ l-1928 E.B. Vella sab hafna oqbra Punici madwar ir-rahal tal-Mosta.8 Qabel dawn, kienu nstabu ohrajn fosthom qabar li nstab fl-1925.


Oqbra Punici b'2 bokok.(p.23) Zewg bokok ta’ oqbra Punici li nstabu fuq l-gholja ta’ Santa Margerita u li issa gew mirduma taht il-bini modern li nbena.

Dan il-qabar deher f'Jannar 1925 waqt it-tkissir tal-blat bil-furnelli f’xaghra msejha ‘Ta’ Grandi’ magenb Santa Margerita. Dan ezaminah l-arkeologu Sir Temi Zammit u qal li kien wiehed mill-eqdem oqbra maghrufin f’Malta,9 ghalhekk (p.23) huwa minn ta’ l-ewwel tifsila. Kellu spiera tonda, fonda madwar 2.13 metri u b’dijametru ta’ 1.83 metri. Il-blata li taghlaq il-bieb zghir tal-qabar kienet miksura u magenbha kellha hofra li kien fiha l-ghadam ta’ tarbija. Wara l-bieb zghir, dehret trinka maqtugha ma’ tul id-dahla, imbaghad il-gewwa minnha kien hemm il-qiegh tal-kamra li kien ghamla ta’ bajda. Fir-rokna l-wiesgha l-qabar kellu bhal targa baxxa fejn tistrieh ir-ras tal-mejjet.


Il-furnella ma halliet xejn shih milli kien fih dan il-qabar, imma mill-bcejjec deher li kien hemm midfun bniedem u mieghu poggewlu erba’ garar, buqar, zewg platti u musbieh ta’ zewg ftejjel, kollha tal-fuhhar. Il-bniedem midfun kien kbir fl-eta.10


F’din l-erja tal-grigal tal-Mosta kien hemm hafna oqbra ohra. Halli nibdew mill-gholja ta’ fuq ir-rih tal-Kappella ta’ Santa Margerita. Bejn din il-knisja zghira u d-dolmenijiet li ga semmejna, kien hemm zewg xaghriet fejn fihom kienu jidhru sitt oqbra. Haga interessanti f’dawn is-sitt oqbra kienet, li kollha kellhom il-faccati ta’ l-ispieri ma’ l-erbat irjieh ewlenin. F’kull wiehed minnhom (fi zmien li kiteb E.B. Vella) kienet tidher il-quccata tal-bieb tal-qabar, imma billi kienu mimlijjn bil-hagar u t-trab ma kienx possibbli jittiehdu qisien taghhom u dettalji ohra.


Oqbra Punici ohra f'Santa Margerita.(p.24) Aspett iehor ta’ l-oqbra Punici li nkixfu fiz-Zona ta’ Santa Margerita.

Dawk li kien hemm in-naha l-ohra ta’ Santa Margerita kienu jinstabu f’xaghra fil-grigal ta’ Triq Santa Margerita. Fiz-zmien meta kiteb Vella kienu jidhru tliet spieri ta’ oqbra ta’ l-istess sura ta’ dawk li ghadna kif semmejna, u bhalhom ukoll kienu nofshom mimlijin bit-trab u l-hagar.


Oqbra ohra bhal dawn jinghad li nstabu madwar l-1930 taht ir-rih ta’ Santa Margerita, huma u jaqtghu l-gebel ghaz-zrar.


Dawn l-oqbra kollha kienu maqtughin fil-qawwi u l-ebda wiehed minnhom ma kellu l-kamra tal-qabar fir-ras tan-naha tat-tramuntana tal-bitha. Wiehed biss kellu l-qabar fil-genb tal-punent u l-bqija kollha fil-gnub tan-nofsinhar jew tal-lvant.


Aktar lejn zmienna dawn l-oqbra regghu gew studjati minhabba li kienu se jispiccaw taht (p.24) id-djar godda li kellhom jinbnew fiz-Zona ta’ Santa Margerita. Kien fl-1983 li din ix-xaghra nghatat ghall-bini mill-gvern u mill-1984 bdew jitqassmu bicciet ta’ l-art li nbieghu bi prezz baxx lin-nies wara li gew espropjati mill-gvern. Ghalhekk dawn l-oqbra gew studjati bejn Gunju u Dicembru 1984. Kien hemm tlettax-il qabar b’kollox li hafna minnhom spiccaw mirduma taht il-bini li tela’. Dawn l-oqbra msejha dwiemes (wiehed demus) mill-istil taghhom, u mill-fdal ta’ fuhhar li nstab fihom, jindikaw li gew uzati bhala post tad-dfin bejn is-750 q.K u l-50 w.K. L-eqdem minnhom, li jmur ghas-750 q.K.. kellu mieghu fossa li kienet sajlo minn ta’ Zmien il-Bronz u li kienet tmur lura ghal madwar l-1000 q.K. F’qabar iehor instab fdal ta’ recipient li kien jintuza biex jisqu t-trabi u li jmur lura ghal madwar is-600 q.K. Dan il-fdal jindika li kien qabar li fih indifnet xi tarbija. Fost l-oqbra f’Santa Margerita tnejn minnhom imorru ghal Zmien Puniku-Ruman u dan johrog mill-ghamla taghhom. Huma ddatati ghal wara s-sena 218 w.K. u f’wiehed minnhom kien hemm indikazzjoni ta’ zewg modi ta’ dfin, dik tat-
tkeffin u l-ohra tal-kremazzjoni. Minn dawn l-oqbra kollha ngabar ftit ghadam, generalment dak twil ta’ l-idejn u s-saqajn. L-oqbra spiccaw fil-parti l-kbira taghhom bhala bjar jew pits fil-garaxxijiet tad-djar, jew inkella ntradmu.11


In-naha tal-punent u tal-majjistral tar-rahal tal-Mosta kienu mizghuda b’dawn l-oqbra, li hadd ma kien qatt fittixhom u semmihom qabel E.B. Vella.


Ftit minn dawn, fis-snin ghoxrin, kienu jinstabu maqtughin fil-qawwi fix-xaghra vicin fejn kien hemm Sqaq Redusa. Wiehed iehor, jghid Vella, kien jinsab fix-xaghra tal-harrub magenb dura li kien hemm, u kien qed jintuza bhala bir ghall-ilma. Hu nizel f’dan il-qabar u sab li kienu qatghu minnu biex ikabbruh.


Fl-istess bicca xaghri kienu jidhru l-ucuh ta’ zewg spieri ohra, wahda mdawra u l-ohra bl-irkejjen. Imma xejn izjed ma kien jidher ghax fiz-zewg spieri kien hemm imhawwel il-harrub.


Vicin il-Knisja ta’ l-lsperanza kien hemm qabar li mill-ghamla tieghu kien jaghtik x’tifhem li kien (p.25) mill-bikrin. Kien maqtugh fil-franka u ma kellux hlief il-hofra fejn joqghod il-mejjet ghax, billi ma kienx imhaffer taht l-art ma kellux bzonn il-bitha jew spiera. Id-dahla tieghu kellha ghamla ta’ bajda. Minn gewwa, il-qabar kien imdawwar l-aktar fin-naha fejn kellu maqtugha mhadda ghar-ras. Is-saqaf kellu ghamla ta’ arzella bl-ikbar ftuh fuq barra.


Billi kien ilu miftuh ma kien fadal xejn gewwa fih hlief daqsxejn ta’ dielja zghira li kienet tiela’ mill-ftit hamrija li kien hemm f’dak il-qiegh, fejn fil-qedem, gisem ta’ bniedem mejjet kien imnizzel ghad-difna.


Fil-wied, xi mitejn pass ‘il fuq mill-Arkata ta’ l-Isperanza (fi kliem iehor lejn il-Hanzira), fix-xaqliba tal-blat li thares lejn il-majjistral, instabu hamsa minn dawn l-oqbra maqtughin fil-qawwi, aktar minn 3.66 metri ‘l fuq mill-qiegh tal-wied u f’tul ta’ madwar 82.3 metri. L-ewwel qabar minn dawn kien zgur mimsus minn dak li kien jidher mill-qtugh tal-blat ta’ madwaru.


Fl-ewwel qabar, mal-hajt kienu jidhru zewg hofor ghall-musbieh u bicca mghollija bhal imhadda.


Qabar Puniku li nstab fi Triq Carmelo Dimech.(p.27) Qabar Puniku li kien instab fi Triq Carmelo Dimech fis-sittinijiet tas-seklu ghoxrin

It-tieni qabar kellu dahla zghira li tolqtok mill-boghod minhabba l-ghamla kif inhi maqtugha. Din id-dahla kienet maqtugha kwadru minn kull naha, bil-genb tas-soll taghha mcarrat ‘l isfel ghal xejn ghal xejn - li jista’ jkun li gie maqtugh hekk wara. Dan il-qabar minn gewwa kien sabih hafna. Hekk kif iddahhal rasek kont tara trinka maqtugha ma’ tul il-qiegh tan-naha tal-bieb. Il-gewwa mit-trinka kien hemm sodda, fejn kien imqieghed il-mejjet. It-trinka li semmejna ma kinitx maqtugha mat-tul kollu tal-qabar, ghaliex kien hemm bhal zewg bcejjec kwadri ftit oghla mis-sodda, wahda kull naha, u ma’ l-istess wisa’ tat-trinka. Dik tan-naha fejn kien hemm l-imhadda tar-ras kienet catta u l-ohra mhaffra bhal hawt. Fuq dawn kienu jqieghdu xi garar mal-mejjet. L-irkejjen tal-qiegh kienu fit-tond, u s-saqaf kien forma ta’ arzella.


It-tielet qabar kien imwarrab f’rokna u ma tantx jidher minn qiegh il-wied. Dan gie mnaddaf fis-7 ta’ Gunju 1928 minn E.B. Vella. Taht ftit hamrija u hagar, fil-wicc bdew jidhru mxerrda ‘l hawn u ‘l hemm partijiet mill-ghadam immermer tal-mejjet li kien midfun hemm, u tahtu kien mimli bil-hagar u hamrija. Ma dehret l-ebda bicca mill-ghamara tal-fuhhar li kienu jqieghdu mal-mejjet, u dan juri li xi darba, f’xi zmien, il-qabar kienu fethuh. Sewwa mill-ghamla kemm ukoll mill-qtugh ikrah tieghu jidher li dan kien mill-eqdem oqbra li thaffru. Kellu ghamla ta’ arzella u fetha ghamla ta’ hnejja. Biex l-ilma ma jidholx go fih, it-tarf t’isfel tad-dahla kien maqtugh bhal soll. Il-qiegh kien mzerzaq ghan-naha ta’ barra.


Ir-raba’ qabar gie mnaddaf minn Vella fit-8 ta’ Awissu 1928. Dan ma kienx imfassal bhat-tlieta l-ohra li ssemmew qablu ghax ghandu l-ispiera maqtugha qabel ma tidhol ghall-kamra tal-mejjet, ghalhekk ma tarahx jekk ma tixxabbatx mal-genb tal-wied. L-ispiera tieghu kienet ovali u, fil-hajt tal-genb ta’ l-ispiera kellu mhaffrin tliet hofriet fejn wiehed kien jista’ jdahhal siequ biex jinzel. Il-kamra tal-mejjet kienet nofsha mimlija bil-hamrija u ftit hagar imrassin tajjeb bl-ilma li jidhol kull meta taghmel ix-xita qawwija. Qalb dan it-trab deher l-ghadam qadim ta’ nies u bcejjec ta’ fuhhar li kienu mqeghdin mad-difna. Fin-naha l-wiesgha tas-sodda tal-mejjet kien hemm imhadda ghar-ras li fil-genb taghha kellha mhaffra hofra fejn tista’ titqieghed xi bicca mill-fuhhar tad-difna.


Fost il-hafna ghadam li kien hemm, instabu ras shiha ta’ mara xiha u hames xdieq ta’ isfel bis-snien f’posthom. Ma’ l-ghadam imxerred ta’ hames adulti deher ukoll ghadam ta’ tifel jew tifla. Barra minn dan kien hemm ukoll ghadam ta’ annimali u tajr li bhas-soltu gie mqieghed fid-difna bhala ikel, jew inkella li kien fadal wara s-sagrificcju.12


Instabu wkoll garra u buqar miksurin, kus bil-widna, kus sabih b’zewg widnejn, erba’ platti, tliet bwieqi, zewg imsiebah b’par widnejn kull wiehed, (ghamla Fenicja), u iehor izghar u maghluq, ta’ ftila wahda (ghamla Kartaginiza).


Il-hames qabar kien aktar fl-gholi u mwiegher minn dawk ta’ magenbu. Dan, bhal dak ta’ l-ahhar, kellu spiera quddiemu. Jidher li dak li qata’ dan il-qabar ried ikollu zewgt ikmamar ghall-mejtin. Soltu meta qabar ikun b’zewgt ikmamar jew izjed, dawn tarahom maqtughin wahda kull naha ta’ l-ispiera. Imma hawn, (p.26) minhabba l-wied, tliet nahiet tal-bitha ma kinux hoxnin bizzejjed biex tinqata’ fihom kamra. Ghalhekk, nqatghu zewg bibien fl-istess faccata ta’ gewwa ta’ l-ispiera, u ccarrat qabar fuq in-naha tal-lemin tal-bieb tal-lemin u qabar iehor fuq ix-xellug tal-bieb tan-naha l-ohra. Din it-tifsila mhux la kemm tghid li ssib bhalha!


Dawn il-kmamar tal-mejtin kienu jixbhu lil xulxin; it-tarf kien imiss mal-bieb bir-rokna skwerra u l-bqija ta’ l-irkeljen kienu imdawrin, bhalma wkoll kienu s-soqfa. Il-qiegh ta’ kull wiehed minnhom kien maqsum fi tnejn. Il-bicca ta’ gewwa kienet ghall-mejjet u l-parti ta’ barra kellha trinka u bicca blat fejn titqieghed xi oggett tal-fuhhar tad-difna. Toqba ghal musbieh f’kull wiefied u hekk harget bicca xoghol interessanti. Waqt it-thammil instab ghadam ta’ bniedem u xi bcejjec tal-fuhhar li kienu poggewlu mieghu.


Fl-oqbra misjuba f’din ix-xaqliba l-imhadda fejn tistrieh ras il-mejjet kienet tinsab dejjem fuq in-naha tal-lbic tal-qabar, u hekk il-mejjet kien dejjem imqieghed wiccu jhares lejn tlugh ix-xemx.


Daqs hames minuti mixi ‘l boghod minn dawn il-hames oqbra, ‘l fuq matul il-wied, kien hemm is-sitt qabar ta’ dan il-grupp. Dan kien jidher mill-boghod ghax kien f’kantuniera gholja xi 5.2 metri thares fit-tramuntana. Dan il-qabar kien jixbah lill-ewwel wiehed li ssemma’ f’dal-wied. Minn gewwa imbaghad, kien imhaffer qisu ghar fit-tond li jibda mill-istess dahla u jitwessa’ iktar fuq gewwa.


F’ghalqa n-naha l-ohra ta’ l-lsperanza, li kienet bi dritt l-ewwel qabar li ssemma’ ta’ gewwa l-wied, Vella kien sab qabar iehor.


Wara li sar it-tahmil, instab li l-qabar kien wiehed sabih. La nstab ghadam u lanqas fuhhar ghax xi darba kienu zarmawh, imma l-qtugh tieghu kien jaghmlu wiehed mill-aktar oqbra maghmulin bis-sengha, li E.B Vella jghid li hu qatt iltaqa’ maghhom. Ma kienx hemm spiera, u mill-ewwel kienet tidher id-dahla. Hekk kif jispicca dan il-bieb zghir, fuq gewwa kien hemm trinka fonda maqtugha minn tul il-qabar. In-naha l-ohra tat-trinka kien hemm is-sodda tal-mejjet, ghamla ta’ bajda, bin-naha l-wiesgha fuq il-punent, fejn kien hemm maqtugha l-imhadda biex il-mejjet ma jitgerbibx fit-trinka b’xi ilma li jista’ jidhol, it-tarf tas-sodda li jmiss mat-trinka kellu bhal hanek ma’ tulu kollu. Imma l-imghallem li haffer il-qabar lanqas mill-banda l-ohra ma ried ihalli l-mejjet imghaddas f’dak li jiskula minnu wara d-difna. Ghalhekk (u din hi haga li Vella qatt ma kien iltaqa’ maghha sa dakinhar) f’nofs dak il-hanek kien hemm maqtugha toqba tonda biex minnha jghaddi l-ilma kollu u dan jibqa’ niezel fit-trinka. Minn metru oghla mis-sodda kien jinzel is-saqaf maghmul qurriegha.


Vicin dan il-post, fid-direzzjoni lejn San Guzepp tat-Targa, kien hemm ghalqa b’razzett zghir jghidulha ‘ta’ Mastr’ Ang.’ F’din l-ghalqa sa xi zmien qabel l-1930 kienu jidhru zewg oqbra ohra. Wiehed minnhom Mastr’ Ang (il-bennej tar-Rotunda tal-Mosta) kien kabbru biex ghamlu bir, u l-iehor, kienet ghadha tidher biss l-qatgha ta’ l-ispiera tieghu b’zewg bibien mal-genb, ghax kien mimli bil-hamrija u tuta kienet tiela’ minnha.


Mudell ta' qabar Puniku minn Trump.(p.27) Mudell ta’ qabar Puniku tat-tieni tifsila li nstabu bhalu fil-Mosta (wara Trump)

F’nofs it-triq ta’ bejn il-pont u dik ta’ San Guzepp tat-Targa kien hemm xaghra jghidulha ‘tal-Qares,’ fejn kienu jidhru zewg oqbra ohra, ftit ‘l boghod minn xulxin, u t-tnejn nofshom mimlijin bil-hagar. Dawn iz-zewg oqbra u t-tnejn ta’ qabilhom kollha mhaffrin fil-qawwi, mill-qatgha kwadra tal-bitha taghhom jidhru li ma kinux minn tat-tip Puniku l-aktar qadim.


Lejn il-Fortizza tal-Mosta, u fl-inhawi fuq il-lemin taghha, E.B. Vella, fis-7 ta’ Awissu 1928, sab qabar li ghad li kien ta’ l-ahhar zmien tal-perjodu Puniku, ma kienx instab iehor bhalu qabel fil-Mosta u ftit kien hawn ta’ l-istess ghamla f’Malta. Dan kellu ghamla differenti mill-ohrajn li ssemmew diga, ghax maqtugh bhal fossa. Il-fond tieghu mill-wicc sal-qiegh kien ta’ 2.13 metri. Ma nstab xejn hlief gebel kbir u hafna trab, ghax f’xi zmien kienu fethuh u hadu kull ma kien fih.


Qabar iehor instab bejn il-pont ta’ hdejn il-Fortizza u x-xaghra ta’ Wied Filep. Dan il-qabar ma kellux spiera, imma mill-ewwel kien jidher il-bieb ihares fil-majjistral u kellu quddiemu wesgha sabiha li aktarx kienet maghmulha apposta. Kont tidhol mill-bieb kwadru, u ssib ruhek f’qabar il-gmiel tieghu. Kien tat-tielet tifsila. Il-hitan tieghu dritti, u s-saqaf lixx mhux oghla minn metru skorrut. Il-qiegh kien maqsum (p.27) f’zewg bicciet; il-parti tan-naha tal-bieb, u l-parti tan-naha ta’ gewwa. L-ewwel bicca kienet strixxa li serviet bhala trinka baxxa, it-tieni bicca kienet is-sodda tal-mejjet li ma’ tulha kollu kellha hanek biex il-mejjet ma jizzerzaqx ghall-parti l-ohra li kienet aktar baxxa. Dan il-qabar tassew li kien fih x’tara.


Ma nistghux nghidu kemm instabu oqbra ohra bhal dawn u li ma tawx kas taghhom, bhal dak li kienu sabu waqt il-qtugh tal-gebel f’ghalqa ta’ wara l-Kappella tal-Vizitazzjoni, maghrufa bhala ‘ta’ Wejda,’ u iehor bejn it-Torri Cumbo u l-Kappella tal-Kuncizzjoni.


Qabar li nstab aktar lejn zmienna kien dak li nkixef fl-4 ta’ Ottubru 1957. Xi haddiema kienu qed iqqattghu trinka fil-blat vicin il-Fortizza tal-Mosta u sabu qabar Puniku. Fih instab fdal ta’ skeletru flimkien ma’ musbieh taz-zejt tal-fuhhar u xi bcejjec ohra tal-fuhhar.13


Cimiterji Punici


Fil-Besbizija, fl-ghelieqi ftit ‘il fuq mill-Knisja zghira ta’ Santa Marija ‘taz-Zejfi,’ kien hemm
tliet hotbiet tal-blat imzerzqin faccata tax-xlokk, merfughin ‘il-fuq mir-raba’ ta’ madwarhom. Kienu maghrufa bhala ‘taz-Zejfi,’ ‘l-lmghanxaq,’ u l-’Hotba tal-Modd.’ Meta tmur fuqhom kont tara hafna oqbra qodma (l-aktar fuq l-ewwel zewg hotbiet li semmejna). L-oqbra kienu kollha miftuhin u hafna minnhom imlewhom bil-hamrija u hawluhom bid-dwieli u bis-sigar.


Minn dak li seta’ jara Vella, dawn l-oqbra ma kinux kollha ta’ tifsila wahda. Dawk il-hotbiet damu zmien twil jintuzaw biex fihom jithaffru l-oqbra u hemm jindifnu n-nies li kienu joqoghdu f’dawk l-inhawi. Dawk il-Fenici u l-Kartaginizi ta’ hawn ma setghux isibu post ghal cimiterju isbah u ahjar minn dawn it-tliet hotbiet, li n-natura donnha refghethom ghal xi uzu bhal dan.


Haga li kienet tolqot fdin il-parti fuq il-punent tal-Mosta hi l-hafna bcejjec ta’ caqquf Puniku li kont tiltaqa’ mieghu mxerred ma’ l-ghelieqi kollha. Dan juri bic-car li l-ghadd ta’ nies li kienu jghammru f’din ix-xaqliba ma kienx zghir, u li matul l-elf sena ta’ qabel Kristu din ix-xaqliba kellha dehra ohra milli ghandha llum.


Noti u Riferenzi

  1. (p.28) Diodorus Siculus, v, 12, ikkwotat minn A. Bonanno, Malta Phoenician, Punic, and Roman (Malta. 2005), 11-2.
  2. Hemm dibattitu dwar x’inhu Puniku u x’inhu Kartaginiz. L-istudju±i ta’ dan il-perjodu jitkellmu dwar id-dinja tal-Fenici bhata dawk ir-rivali tar-Rumani li kienu jsejhulhom ‘Punici’ u d-dominanza ta’ parti minn dawn il-Punici li kienu gejjin minn Kartagni u ghalhekk kienu jissejhu Kartaginizi. Ara dwar dan id-dibattitu, Bonanno, 73.
  3. Bonanno, 92-3, T.C. Gouder, ‘Malta and the Phoenicians,’ Lombard Bank (Malta) Limited Annual Report 91 (Malta, 1991).
  4. G.A. Said-Zammit, ‘Punic tombs of the Maltese Islands,’ K. Sciberras (ed.), Proceedings of History Week 1993 (Malta, 1997). 75.
  5. Ibid. 77.
  6. A. Gullaumier, Bliet u Rhula Maltin, ii (Malta, 1987), 530.
  7. Ibid.
  8. E.B. Vella jghid li ried isemmihom biex jekk xi darba jigu mkissrin fil-qtugh tal-blat “ikollna ghall-inqas, tifkira taghhom, il-ghaliex ghadu hadd ma kiteb fuqhom.” Vella ma kienx sejjer imqarraq ghax hafna minn dawn l-oqbra llum inqerdu bl-izvilupp tal-bini.
  9. Annual Report on the Working of the Museum, 1924-25.
  10. Guillaumier, 530.
  11. A Spiteri, ‘L-Oqbra Punici fix-xaghri ta’ Santa Margerita,’ G. Cassar, M.D. Schembri u A. Spiteri (ed.), Il-kelma li tmantni lir-ruh: Antologija ta’ kitbiet minn awturi Mostin (Malta, 2004), 138-140.
  12. E.B. Vella jinnota li dak l-ghadam Pleistoceniku li ssemma’ qabel, instab ukoll gewwa dan il-qabar.
  13. Guillaumier, 530.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. - Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).