The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA FIZ-ZMIEN IL-HAKMA TAL-KAVALLIERI TA' SAN GWANN

Michael A. Sant

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, 1996.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kunsill jew mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


IL-HAJJA SOCJO-RELlGJUZA FIL-MOSTA


(p.12) Billi fi zmien il-Kavalieri l-kuntatt bejn bliet u rhula kien wiehed relattivament ckejken, il-hajja socjali fl-irhula kienet iddur l-aktar (p.13) madwar il-knisja tar-rahal. Dan beda jsehh l-aktar wara li knejjes kbar u sbieh hadu post dawk ckejknin u umli li qabel il-migja ta’ l-Ordni fi gziritna kienu jizaghdu kullimkien. Specjalment mis-Seklu 17 ’il quddiem il-parrocci saru c-centru amministrattiv u socjali fil-hajja Maltija u l-Knisja tar-rahal, il-fus li fuqu bdiet iddur il-hajja religjuza, socjali u sahansitra ekonomika fl-ibliet u l-irhula. Kienet il-Knisja li ppatronizzat l-arti, li ssimbolizzat il-gid ukoll materjali, li mexxiet mhux biss l-erwieh tal-bnedmin izda rregulat hajjithom mit-twelid sal-mewt.33 Il-kappillan kien ic-cittadin ewlieni tar-rahal, il-mexxej tal-komunita religjuza u lajka. In-nies kienu jersqu lejh mhux biss ghall-htigijiet tar-ruh izda wkoll fi bzonnijiet tal-gisem ghaliex hu kien wiehed mill-ftit persuni fir-rahal li kienu jafu jaqraw u jiktbu.


Il-Kappillani tal-Mosta mill-1608 sa l-1798


Sentejn wara li l-Mosta saret parrocca ghaliha u nqatghet mill-“matrice” tan-Naxxar inhatar il-kappillan Dun Gwann Bezzina (1610-1617).34 Lahaq warajh Dun Salv Muscat (1618-1647).35 Il-kappillani l-ohra li gew wara kienu Dun Karl Schembri (1647-1671),36 Dun Ganbatist Schembri (1671-75),37 Dun Karl Schembri (mill-gdid, 1675-78),38 Dun Salv Dimech (1679-1697),39 Dun Lawrenz Abela (1697-1742),40 Dun Gwann Anglu Sammut (1742-1758),41 Dun Salv Pace (1758-59),42 Dun Nerik Audibert (1759-1764),43 Dun Filippu Guliermu Seychell (1764-1771),44 Dun Salv Saver Bonnici (1771-1794),45 Dun Guzepp Farrugia (1794-1797)46 u Dun Felic Calleja (1797-1833)47.


Kappillani fil-Mosta
1610-1617 Dun Gwann Bezzina
1618-1647 Dun Salv Muscat
1647-1671 Dun Karl Schembri
1671-75 Dun Ganbatist Schembri
1675-78 Dun Karl Schembri (mill-gdid)
1679-1697 Dun Salv Dimech
1697-1742 Dun Lawrenz Abela
1742-1758 Dun Gwann Anglu Sammut
1758-59 Dun Salv Pace
1759-1764 Dun Nerik Audibert
1764-1771 Dun Filippu Guliermu Seychell
1771-1794 Dun Salv Saver Bonnici
1794-1797 Dun Guzepp Farrugia
1797-1833 Dun Felic Calleja

Xoghol il-kappillani


Fost id-dmirijiet tal-kappillani nsibu l-priedki, l-amministrazzjoni tas-sagramenti, id-dfin tal-mejtin u c-celebrazzjoni tal-quddiesa, ghallinqas fil-Hdud, fil-festi kkmandati u fil-granet kollha ta’ l-Avvent u tar-Randan. Kellu wkoll jiehu hsieb il-kura ta’ l-erwieh u jaghti lezzjonijiet tal-Katekizmu kemm lit-tfal kif ukoll lill-kbar. Mons. Dusina kien amar lill-kappillani biex fil-btajjel kollha jdoqqu qanpiena li ssejjah lit-tfal tar-rahal ghall-katekizmu. Il-kappillan kien kollox: fi (p.14) kliem Ciappara: "Il-presligju li kien igawdi l-kappillan fir-rahal kien jaghzlu bhala l-mexxej ewlieni tal-parrocca. Qabel xejn, dan kien rizultat tal-ministeru tieghu bhala medjatur bejn Alla u l-bniedem u tal-pieni spiritwali li kien jiddisponi. Imma l-kappillan kellu sehem importanti wkoll fil-hajja sekulari tal-post. Bhala ufficcjal pubbliku kien jirregistra l-maghmudijiet, iz-zwigijiet u l-imwiet u jaghmel ic-censimenti tal-parruccani. ll-qwiebel ried ikollhom certifikat minn ghandu u min ried jiehu r-“relief’ ta’ l-Ordni ried ikun irrikmandat minnu. Kien imfittex ghall-pariri, iqassam il-karita, jaghmilha ta’ nutar, jghallem l-iskola lit-tfal tar-rahal u jxandar minn fuq l-altar meta xi bicca art kienet ha tinghata b’cens.”48


Dhul tal-Kappillani


Bonnici jghidilna li ta’ dan ix-xoghol kollu l-kappillani kienu jiehdu xi hlas zghir,49 Ciappara jaghtina dettalji aktar, x’uhud minnhom dwar il-kappillani fil-Mosta. Fl-1742 hu mahsub illi l-kappillan tal-Mosta kellu introjtu ta’ 190 skud li meta mqabbel, nghidu ahna, ma’ dak tal-kappillan taz-Zejtun (600 skud fl-1787), ta’ Haz-Zebbug (400 skud fl-1741 u 575 skud fl-1801) u taz-Zurrieq (499 skud fl-1802) zgur ma kienx wiehed kbir hafna. [Ara Tabella XII] Biss ta’ parrocci izghar minn tal-Mosta id-dhul tal-kappillan kien ukoll inqas. Il-kappillan ta’ Had-Dingli, nghidu ahna, kien idahhal madwar 70 skud fl-1712. Is-somma medja tad-dhul tal-kappillani fit-tmintax-il seklu kienet ta’ 230 skud.


Tabella XII

(p.65)

L-introjti tal-Kappillani
Parrocca Sena Dhul Cert Dhul Incert Total
sk t gr sk t gr sk t gr
MALTA
Attard 1759 21 6 - 124 - - 145 6 -
1801 7 6 - 45 - - 115 6 -
Birgu 1741 - - - - - - 190 - -
B’Kara 1787 236 - - 189 - - 425 - -
Bormla 1717 - - - - - - 252 3 -
1759 80 7 - 291 9 - 372 3 -
Dingli 1712 - - - - - - 70 - -
Ghaxaq 1682 - - - - - - (25 onze)
Gudja 1742 66 - - 50 - - 116 - -
Lija 1685 13 - - 51 - - 64 - -
Luqa 1678 - - - - - - 100 - -
Mdina/Rabat 1743 157 - - 95 - - 252 - -
Mosta 1742 - - - - - - 190 - -
Mqabba 1720 - - - - - - 75 - -
1787 22 - - 90 10 - 112 10 -
Naxxar 1651 - - - - - - 368 - -
1746 112 - - 120 - - 232 - -
Qormi 1774 90 - - 300 - - 390 - -
Qrendi 1776 - - - - - - 156 7 -
Tarxien 1752 35 - - 80 - - 115 - -
Valletta (San Pawl) 1752 - _ - - - - 391 6 5
Zabbar 1695 - - - - - - 100 - -
Zebbug 1741 65 - - 335 - - 400 - -
1801 200 - - 375 - - 575 - -
Zejtun 1787 130 - - 470 - - 600 - -
Zurrieq 1802 115 - - 384 8 - 499 8 -
GHAWDEX
Gharb 1758 23 - - 70 - - 93 - -
Nadur 1743 - - - - - - 240 - -
Sannat 1744 - - - - - - 150 - -
Xewkija 1756 93 11 4 76 2 8 170 1 22
Zebbug 1808 131 - - 130 5 10 261 5 10

Referenzi:

  • Birgu, A.A.M., Benefici ed altri Documenti della Chiesa Parrocchiale di Vittoriosa (1648- 1796), f. 209r.
  • Mdina/Rabat, A.A.M., Collezione Canonicati Capitolo Cattedrale (1728-1766).
  • Valletta (San Pawl). A.A.M., Canonicati di San Paolo Naufrago della Valletta (1751-1772). f. 233r.
  • A.A M., Kappillani, Volumi I-XXI.
  • (Frans Ciappara, Mill-Qighan ta’ l-lstorja: Il-Kappillani fis-Seklu Tmintax, 1987, Appendici II, p. 70).

(p.14) Ma’ l-introjtu tal-kappillani ghandu jizdied ukoll dhul iehor. Kien hemm qabel xejn il-Patrimonju Sagru, renti li l-kappillani (u l-qassisin) ried ikollhom minn raba’, bini u flus il-bank halli jkunu jistghu jghixu onestament. Il-kappillan kien jigbor ukoll il-primizie li kienu ta’ zewg xorta: primizie personali delle case (primizie di famiglie) u primizie delle vacche (primizie dei massari). Minn ta’ l-ewwel fil-Mosta, fl-1762, il-kappillan dahhal 3 tari minn kull familja. Xi kappillani kienet tigihom hniena mill-faqar tal-parruccani u ma kinux jigbru l-primizie. Ta’ dan kienu jpattulhom fit-tberik: fl-1757 il-kappillan tal-Mosta qala’ skud u 3 tari, 18-il tigiega, kif ukoll 62 tuzzana bajd, li bieghhom ghal hames skudi u 3 tari. Il-bdiewa li kellhom il-baqar kienu jhallsu t-tieni xorta ta’ primizie, il-primizie delle vacche. Fil-Mosta fl-1762 kienu jammontaw (p.15) ghal tomna qamh, tomna xghir u wizna qoton. Dawn il-primizie kienu jinghataw lill-kappillani “ab immemorabili” u ghalkemm meta gie l-Ordni f’Malta nehhiehom, fuq protest ta’ l-istess kappillani regghu gew stabbiliti fil-21 ta’ Awissu 1531.


Mhux kulhadd kien ferhan li jhallas il-primizie u nsibu f’xi zmien protesti minn bdiewa f’hafna rhula fosthom tan-Naxxar, tal-Qrendi, taz-Zejtun, Haz-Zebbug u ta'’' Birkirkara. Fil-Mosta ma nafux jekk sarux xi protesti, biss jista’ jkun illi kien ghalhekk u ghax id-dhul mill-primizie ma kienx fiss, li fl-1 ta’ Marzu 1728 Dun Fabrizju Busutlil, qassis mill-Mosta, waqqaf legat ta’ zewg ghelieqi li d-dhul minnhom kellu jahfer il-hlas tal-primizie. ld-dhul ta’ dawn iz-zewg bicciet raba’ kien ta’ 126 skud fis-sena, li kien ferm anqas mid-dhul l-iehor. Ghalhekk il-kappillan Dun Enrico Audibert, fil-21 ta’ Novembru 1761, talab lis–Santa Sede biex filwaqt li jzomm l-introjtu ta’ dawn l-ghelieqi u l-primizie delle vacche, il-poplu jinheles mill-primizie personali. Imma billi skond ix-xewqa tat-testatur, fil-kaz li l-kappillan ma jkunx irid, il-flus kellhom imorru biex jitwaqqaf patrimonju sagru, jew xi legat taz-zwieg, it-talba ta’ Audibert ma gietx milqugha.50


L-“lstola” kienet introjtu iehor ghall-kappillan. Dan kien il-hlas li jaghtu l-fidili ghall-amministrazzjoni tas-sagramenti u ghad-drittijiet tal-fidi tal-maghmudija, tnedijiet, zwigijiet u mwiet. Il-Kappillan tal-Mosta, Dun Salv Pace, ipprezenta dan ir-rendikont ghall-perjodu Lulju 1758 - Marzu 1759:


Rendikont tal-Kappillan tal-Mosta ghall-perjodu Lulju 1758 - Marzu 1759
59 maghmudija ta’ 1 tari 'l wahda, u ohra ta’ 4 tari Skudi
5
Tari
3
10 funerali tal-kbar 11 9

34

funeral tat-tfal ta’ 4 tari 'l wiehed, minbarra 3 ibniet b’6 tari, u 2 midfunin povri 11 2

9

pubblikazzjonijiet taz-zwieg 11 3
6 ufficcji tal-mejtin - 6
121 Libera 10 1
Total 50 051

Hlasijiet ohrajn lill-Kappillan kienu jsiru ghall-funerali u d-dfin. Xi flus kienu jithallew ghall-quddies ghal ruh il-mejjet. Il-kappillan kien (p.16) idahhal xi haga ohra wkoll ghal xi priedki specjali u kien ikollu sehem ukoll mill-kor u mill-festi ta’ l-artali.52


Pizijiet tal-Kappillani


Minn dan id-dhul li semmejna il-kappillan kellu hafna pizijiet. Il-kappillani kienu johorgu l-ispejjez ghall-Vizti Pastorali. Lill-Vici kien ihallsu l-kappillan minn butu. Fl-1743 is-salarju tal-Vici fil-Mosta kien ta’ 25 skud. Il-Messa Pro Popolo, li kellhom iqaddsu minghajr elemozina, kienet piz iehor ghall-kappillani. Tlettax-il kappillan f’Malta u sitta f’Ghawdex kienu jhallsu l-mediatecima, taxxa ta’ 3% fuq il-prebendi parrokkjali li d-dhul minnha kien imur ghas-seminarju. Mhux il-parrocci kollha kellhom dan il-piz, billi xi whud minnhom kienu fdewh ghall-ahhar tas-Seklu Sbatax.


Il-kappillan ma kellux x’jaqsam mal-paga tas-sagristan, jew max-xiri ta’ l-incens, jew mat-tiswija tal-pjaneti u tal-bibien u t-twieqi. Dan kien kollu xoghol ir-Reverenda Lampade. Imma minn zmien ghal zmien kienu jinqalghu spejjez straordinarji, kultant ghall-inbid, kultant ghal xi fonti tal-maghmudija, kultant ghal xi haga ohra.53


Wahda ghall-ohra, il-kappillani f’Malta, bhal f’pajjizi ohra, kienu gejjin minn familji tat-tajjeb u kienu jaqilghuha mhux hazin ukoll, ghallinqas fis-Seklu Tmintax. Il-kappillani ta’ Hal Qormi, Haz-Zebbug, iz-Zejtun, Bormla u bliet u rhula kbar ohra ma kien jonqoshom xejn. Xi eccezzjonijiet kien hemm, bhall-kappillani ta’ Had-Dingli, Hal Safi u rhula zghar ohra. L-aghar tal-kappillani kien li bhala regola kienu jibqghu kappillani sa mewthom bla ma jitilghu targa ’l fuq. Meta kappillan ma setax izjed jaqdi dmiru sewwa minhabba xjuhija, mard jew xi imma ohra, kien x’aktarx jaghzel lis-successur tieghu hu. Hekk, nghidu ahna, Dun Enrico Audibert, kappillan tal-Mosta, fl-1764 irrizenja favur it-tifel t’ohtu, Dun Filippu Guliermu Seychell.54


Qassisin u Kjerici


Fost il-hwejjeg li fuqhom kellhom izommu ghajnejhom miftuha l-Isqfijiet ta’ Malta kien hemm il-bicca tal-kleru u l-aktar tal-kjerici (p.17) mizzewgin. L-Isqof Mons. Baldassare Cagliares (1614-1635), fi zmien l-inkwiet bejnu u l-Granmastru u l-Inkwizitur dwar gurisdizzjoni u immunitajiet, mhux darba u tnejn gerger illi l-fidili kienu qeghdin jircievu s-Sagramenti minn qassisin illi ma kienx tahom is-setgha hu stess. Fi zmien l-Isqof Fra Miguel Balaguer (1635-63) it-tilwim bejn l-Isqof u l-Ordni ta’ San Gwann zdied u mhux naqas. Skond l-Ordni, il-htija ta’ dan kollu kien l-ghadd zejjed ta’ kjerici li konna nsibu fil-gzejjer Maltin. Kien mahsub illi minbarra l-qassisin u l-kjerici mhux mizzewgin, kien hemm madwar 400 kjeriku mizzewweg fil-gzira. Forsi dan l-ghadd hu esagerat ghax f'rollo ta’ l-1638 insibu fil-gzejjer Maltin 216-il qassis, 644 kjeriku ghazeb u 280 kjeriku mizzewweg. Dawn kollha, izda, flimkien mal-familji taghhom, ma kinux jaqghu taht il-gurisdizzjoni civili. B’hekk huma kienu mehlusin mit-taxxi, mis-servizz militari, mill-ghases max-xtut u kienu jgawdu koncessjonijiet ohra wkoll. Il-gvern ta’ l-Ordni kien iqis dawn il-koncessjonijiet bhala theddida serja ghad-difiza tal-gzira.55 Ghalkemm Balaguer ghamel minn kollox biex jiddefendi l-kleru, jibqa’ fatt illi xi membri tal-kleru u l-aktar dawk mizzewgin, xejn ma kienu qed jghaddu hajja sewwa. Dan, nghidu ahna, stqarru l-Inkwizitur Giovanbattista Gori Pannellini (1639-1646) innifsu f’korrispondenza mas-Sant’ Ufficcju.56 Ferris jghidilna, ukoll jekk jesagera xi ftit, illi fi zmien l-Isqof Balaguer kien qajla baqa’ Malti li ma kienx kjeriku, ghazeb jew mizzewweg. Hu x’inhu, fl-24 ta’ Dicembru 1639, twahhal editt mal-bieb ta’ kull knisja parrokkjali jamar lill-kjerici "ta' ordni minuri u mizzewgin" (di ordini minori et coniugati) illi fi zmien xahar kellhom jilbsu l-ilbies klerikali, ikollhom it-tonsura u jservu fil-knisja fejn kienu mqabbdin iservu. Jekk jonqsu li jaghmlu dan kellhom jitilfu l-jeddijiet kollha ekklesjastici. Biss ma nafux kemm amar bhal dan kellu effett. Minn zmien ghal zmien kien ikollu jiggedded. Nghidu ahna fl-1737 il-Granmastru Ramon Despuig (1736-41) ipprotesta mas-Sagra Congregazione dell’Immunita Ecclesiastica li l-kjerici ma kellhomx tonsura u l-anqas kienu jilbsu l-ilbies klerikali. L-Isqof Fra Paul Alpheran de Bussan (1727-57), biex itemm dan l-abbuz, ippubblika editt fit-3 ta’ Dicembru li hedded lil dawk li ma kinux se jobdu, li jitnehhewlhom il-privileggi li kellhom. L-isqof qabel mal-Granmastru li n-negozjanti u tal-hwienet ma kellhomx jithallew isiru kjerici.57 Ftit ftit bdew jonqsu l-kjerici mizzewgin, izda din ma (p.18) nqatghetx ghal kollox fiz-zmien li qeghdin nitkellmu dwaru.


Dan dwar Malta. Dwar il-Mosta jidher illi fir-rahal kien hemm ghadd ta' kjerici, mizzewgin u m’humiex [Ara Tabelli XIII-XIV]. Bejn l-1630 u l-1650, minbarra l-kappillani Dun Salvator Muscat u Dun Carolus Schembri, il-qassisin Dun Joannes Galea, Dun Bernardus Galea, Dun Gio. Maria Galea, Dun Simon Bartolo, Dun Jacobus Chetcuti, Dun Domenicus Xerri, Dun Salvatore Fenech u Dun Joannes Agius [ara Tabella XIII], insibu lill-kjerici celibi Joannes Sciriha, Joseph Busuttil, Dominicus Xerri, Jo Maria Galea, Jo Maria Scerri, Salvatore Fenech, Jo Domenico Borg u Vincentio Sciriha. Busuttil lahaq sud-djaknu u miet fit-3 ta’ Gunju 1647. Xerri, Galea u Fenech aktar ’il quddiem lahqu qassisin. Ma’ dawn irridu nzidu tliet kjerici mizzewgin: Jo Paulus Fenech, Carolus Portelli u Domenicus Mallia [Ara Tabella XIV]. Jista’ jkun illi mal-lista tal-qassisin Mostin kien hemm ohrajn jaqdu dmirhom religjuz fil-Mosta. Jista’ jkun ukoll illi fost il-kjerici celibi kien hemm x’uhud bhal Borg u Vincentio Sciriha li ma kenux iservu fil-knisja parrokkjali tal-Mosta.


Milli jidher il-kjerici li semmejna kienu fdati u mahbubin mill-Mostin ghaliex hafna minnhom insibuhom mhux darba jew tnejn maqlughin bhala parrinijiet tal-maghmudija jew xiehda taz-zwieg. Ta’ min isemmi illi fil-Mosta 12 fil-mija tax-xiehda taz-zwieg kienu kjerici.58


Jidher illi l-Granmastru Jean-Paul Lascaris Castellar (1636-75) ma kellux tort ghal kollox meta kien gerger dwar l-ghadd zejjed ta’ kjerici fil-gzejjer Maltin. Jidher ukoll li dan l-abbuz beda bil-mod il-mod jinqata’, ghallinqas fl-irhula. Fl-1782, skond cifri mehudin mill-Arkivju Arciveskovili ta’ Malta [ara Tabella XV] ghal popolazzjoni ta’ 3,450 ruh (?) fil-Mosta kien hemm 17-il qassis, kjeriku wiehed celibi u 3 kjerici mizzewgin. Dan l-ghadd hu tassew ckejken, meta mqabbel ma’ dak tan-Naxxar ghall-istess zmien. Ghalkemm l-ghadd tan-nies fin-Naxxar kien icken minn dak tal-Mosta (2,111 -il ruh [?]) ghall-harsien ta’ l-erwieh f’dan ir-rahal insibu 41 sacerdot, 15-il kjeriku celibi u 4 kjerici mizzewgin. F’Malta u Ghawdex flimkien, l-ghadd ta’ sacerdoti kien ta’ 1,091, jigifieri madwar 1.3% tal-popolazzjoni, 183 kjeriku mhux mizzewweg u 87 kjeriku mizzewweg.59


Tabella XIII: Lista ta’ Qassisin fil-Mosta (1630-1650)

(p.66)

Table XVI: List of Priests at Mosta (1630-1650)
Rev. Salvator Muscat (Parish-priest) (B.L. II (1630-1697), f. 1r)
Rev. Carolus Schembri (Parish-priest) (Ibid., f. 57r)
Rev. Joannes Galia (Vice-Parish-priest) (Ibid., f. 9v)
Rev. Bernardus Galia (Ibid., f. 41v)
Rev. Jo: Maria Galia (Ibid., f. 57r)
Rev. Simon Bartolo (Ibid., f. 70r)
Rev. Jacobus Chetcuti (Ibid., f. 61r)
Rev. Dominicus Xerri (Ibid., f. 50r)
Rev. Salvatore Fenech (Ibid., f. 44r)
Rev. Joannes Haius* (Ibid., f. 48r)

*Died on 28-02-1654. See A.P.M. D.L. II (1641-1734), p. 21.
Note: The priests and clerics mentioned in Tables XVI and XVII do not necessarily mean that they were the only ecclesiastics to serve at the parish church of Mosta in the period 1630-1650.
(Carmel Calleja, op. cit., Table XVI, p. 87)


Tabella XIV: Lista ta’ Kjerici fil-Mosta (1630-50)

(p.67)

Table XVI: List of Clerics at Mosta(1630-1650)
Celibate Clerics
Cler. Joannes Sciriha (B.L. II (1630-1697), f. 37r)
Cler. Josephi Busutil (i) (Ibid., f. 45v)
Cler. Dominicus Xerri (ii) (Ibid., f. 41v)
Cler. Jo: Maria Scerri (M.L. I (1611-1701), p. 57)
Cler. Salvatore Fenec (ii) (Ibid., p. 34)
Cler. Jo: Dominico Borg (iii) (Ibid., p. 25)
Cler. Vincentio Sciricha (iii) (Ibid., p. 49)
Married Clerics
Cler. coniugatus Jo: Paulus Fenec (B.L. II (1630-1697), f. 24r)
Cler. coniugatus Carolus Portelli (D.L. I (1612-1640), p. 61)
Cler. coniugatus Dominicus Mallia (B.L. II (1630-1697), f. 17r)
  1. Died as sub-deacon on 3.6.1647 (See A.P.M., D.L. II (1641-1734), p. 5).
  2. These clerics were later ordained priests.
  3. It is difficult to ascertain whether they served at Mosta’s parish-church.

(Carmel Calleja, op. cit., Table XVII, p. 88).


Zjarat Pastorali


(p.19) Kull tant snin il-parrocca tal-Mosta, bhal parrocci ohrajn, kien ikollha zjara Pastorali mill-Isqfijiet jew mill-Vigarji taghhom. Mons. Pietru Dusina, nghidu ahna, zar il-Mosta fl-1575 u tana deskrizzjoni hajja tal-knejjes tar-rahal. Zjajjar pastorali baqghu jsiru wara. Bejn l-1630 u l-1650 saru erba’ zjajjar Pastorali. Il-Vigarju Generali Don Petrus Franciscus Pontremoli zar il-Mosta nhar it-3 t’Ottubru 1634, l-Isqof Miguel Balaguer zar il-parrocca fit-8 ta’ Dicembru 1636 waqt illi l-istess Isqof ghamel zewg zjarat ohrajn, l-ewwel wahda fit-18 ta’ Dicembru 1644 meta zar biss il-knisja tal-parrocca u l-ohra fit-8 ta’ Marzu 1646 meta zar il-knejjes u l-kappelli zghar tar-rahal.60 M’ghandniex xi nghidu zjarat ohra pastorali ssuktaw isiru aktar ’il quddiem, zjarat li wiehed ghandu ghax jahseb li minnhom ma harigx hlief gid.


Konfraternitajiet fil-Mosta


Fl-1604, wara l-Koncilju ta’ Trentu, il-Knisja Kattolika harget l-ewwel reguli tat-tmexxija taghha dwar il-konfratemitajiet. Sa dak iz-zmien f Malta, fil-Belt Valletta u fit-Tlitt Ibliet, kellna ghaqdiet tas-snajja’ ta’ haddieda, fundituri u naghala taz-zwiemel. Kull wahda minn dawn l-ghaqdiet kellha l-knisja jew il-kappella taghha fejn l-imxerkin kienu jiltaqghu, u taht il-harsien ta’ xi qassis u mmexxijin minn ufficcjali mtellghin minnhom stess, kienu jitkellmu dwar hwejjeg li jolqtu kemm lir-ruh u kemm lill-gisem. L-ghaqdiet tas-snajja’ kellhom il-barka mhux biss tal-Knisja izda wkoll tal-Granmastri. Sa l-1647 insibu ghaqdiet ta’ dawk li jahdmu d-deheb, tal-haddieda, tal-hajjata, ta’ l-iskrapan u tal-mastrudaxxi. Sa l-1708 insibu snajja’ ohrajn bhal dawk tal-barbiera, ta’ dawk li jaghmlu l-hbula u tal-landiera. Fis-17-il seklu, fil-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, insibu sitta minn dawn l-ghaqdiet jew konfraternitajiet. Konfraternitajiet ohrajn fil-Belt kienu fil-Knisja tal-Karmnu, f’tal-Frati Minuri ta’ San Frangisk u fil-Knisja ta’ Liesse. Insibu ghaqdiet u konfraternitajiet ohrajn fil-Knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt, f’Bormla, fil-Birgu, fil-Knisja ta’ San Pawl fir- Rabat u f’xi knejjes ohrajn.


(p.20) Izda l-aktar konfratemitajiet popolari kienu dawk tas-Sagrament Imqaddes u tal-Madonna tar-Ruzarju. Sa meta gie Mons. Dusina f'Malta konna diga nsibu Konfraternita tas-Sagrament fl-Isla. Izda mheggin minn Dusina, il-Konfratemitajiet tas-Sagrament Imqaddes ma damux ma xterdu tista’ tghid ma' dawn il-gzejjer kollha. ll-Kontratemita tar-Ruzarju wkoll qabdet sewwa fil-parrocci ta' Malta u Ghawdex. L-aqwa wahda m’ghandniex xi nghidu, kienet dik fil-Knisja tal-Madonna fil-parrocca ta' Portu Salvu fil-Belt Valletta. Fl-1681 l-Isqof Fra Miguel-Jeronimo Molina (1678-81) seta' jikteb lis-Sant’ Ufficcju li fid-djocesi ta’ Malta u Ghawdex kien hemm 140 konfratemita.61


Issa fil-Mosta, fl-ewwel nofs tas-Seklu Sbatax, insibu zewg konfratemitajiet: dik tal-Madonna tar-Ruzarju mwaqqfa fl-1628 u dik tas-Sagrament li ma nafux sewwa meta twaqqfet izda li zgur kienet imwaqqfa sa l-1634. Il-Konfratemita tar-Ruzarju kienet responsabbli, fost hwejjeg ohra, biex tiehu hsieb l-artal tar-Ruzarju fil-knisja parrokkjali. Il-Konfratemita tas-Sagrament illi fl-1634 kellha 30 imsieheb kellha tiehu hsieb ukoll l-artal tas-Sagrament (“in dicto altari adest erecta Confraternitas Sanctissimi Sacramenti).62


Qrar u Tqarbin


Billi hafna sacerdoti mhux dejjem kellhom il-kwalifiki teologici mehtiega, kien mehtieg illi l-Knisja ma thallix il-qrar f’idejn kulhadd. Insibu lill-Isqof Fra Tumas Gargallo (1578-1614) jamar lill-kappillani johorgu lista ta’ qassisin li setghu iqarru lill-parruccani taghhom. Isqof iehor, Fra Balthasar Cagliares ( 1614-1635) gieghel lill-Kappillani jwahhlu f’kull sagga tal-qrar, kopja tal-Bolla Papali In Coena Domini li kien fiha lista ta’ htijiet li setghu jinhafru biss mill-Papa u dnubiet riservati li setghu jinhafru biss mill-Isqof. Regolamenti ohra dwar il-qrar hargu aktar ’il quddiem.


Dwar it-tqarbin ta’ min jghid li dan ma kienx isir hekk sikwit bhal-lum. Izda l-precett tal-Knisja: “Qerr ghallinqas darba fis-sena u tqarben ghall-Ghid il-Kbir”, kien jithares kwazi minn kulhadd. L-ewwel tqarbina ma kinitx issir kmieni izda meta t-tifel jew tifla kien ikollhom madwar 13-il sena. Kien il-Papa Piju X li fl-1810 amar li din tinghata lit-tfal ta’ 7 snin.63


(p.21) Il-vjatku kien jinghata b’certa solennita lill-morda u l-aktar lil dawk li kienu jkunu f’xifer il-mewt. Hafna min-nies imsemmija fil-Mortuorum tal-Mosta jissemmew illi rcevew il-prehabitis requisitis sacramentis.64


Il-“Hajja Tajba” Tal-Mostin


Il-hajja tajba tal-Mostin tidher ukoll fi hwejjeg ohra, nghidu ahna fil-legati taz-zwieg li kienu jhallu, jew fil-flus ghall-quddies li kienu jiktbu ghal ruhhom. Jidher li bhall-bqija tal-Maltin u l-aktar dawk ta’ l-irhula kienu jharsu l-Hdud u l-Btajjel Kmandati (li dak iz-zmien kienu ’l fuq minn 30 wahda) billi jisimghu l-quddies, imorru ghall-funzjonijiet solenni tal-Knisja u jisimghu l-priedki. Kienu wkoll isumu meta tamar il-Knisja u ma kinux jieklu laham meta l-Knisja ma tridx. Min seta’, ma kienx jonqos li jaghti karita jew jghin lill-proxxmu tieghu kif jixraq. Mhux ghax il-Mostin kienu qaddisin jimxu fl-art u dnubiet, ukoll dawk kontra s-Sitt Kmandament, kienu jsiru. Izda hdejn il-hajja mqallba ta’ l-ibliet, hajjet il-Mostin kienet wahda rzina.65


REFERENZI

  1. H. Bowen-Jones, J. C. Dewdney and W. B. Fisher, Malta: Background for Development (University of Durham 1960), p. 181.
  2. Dun Gwann Bezzina ntghazel kappillan mill-Isqof Gargallo fl-10 ta’ Novembru 1610. Miet fid-29 ta’ Novembru 1617. Ara E. B. Vella op. cit. 1972 (ie. 1986), p. 265. Ara wkoll Bonnici (1996), p. 121.
  3. Dun Salvator Muscat ntghazel kappillan mill-Isqof Cagliares fis-27 ta' Marzu 1618. Miet fid-9 ta' Gunju 1647 u ndifen l-ghada fir-retro altare maius in tumulo nove num. 20. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 265 u Calleja. 1973, p. 63.
  4. Ma nafux ezatt meta Dun Carolus Schébri lahaq kappillan tal-Mosta. Kemm A. Ferris, op. cit., p. 469 u kemm E. W. Salamone, Memories and Charms (Rochdale, 1911), p. 15 jghidu illi Schébri ntghazel kappillan mill-Isqol Balaguer f’Awissu 1647. Izda E. B. Vella jsostni li l-hatra ta’ Schébri saret fil-25 ta’ Gunju 1647. Calleja, op. cit., p. 64, N. 53 jidhirlu li z-zewg verzjonijiet m’humiex korretti ghal kollox: l-arkivji parrokkjali juru illi Dun Karl Schébri kien diga qed jaghmilha ta' kappillan fl-14 ta’ Lulju 1647 waqt li mill-banda l-ohra Dun Gwann Galia baqa' pro tempore Rectoris sa mill-inqas id-29 ta’ Gunju 1647. Il-kappillan Schébri dam imexxi sas-sena 1671, meta ceda l-parrocca lil huh. Ara wkoll Bonnici (1996), p. 127.
  5. Il-W.R.D. Gianpatist Schembi, gie mibghut wara huh mill-Isqof Astiria. Ha l-pussess fil-25 ta’ Marzu 1671 u dam kappillan tal-Mosta sa l-1675. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 265.
  6. Dun Karl Schembri, dak stess li kien kappillan qabel Dun Ganbatist, intghazel mill-gdid mexxej spiritwali mill-Isqof Astiria f’Lulju 1675 u dam imexxi ’l Mosta sa l-1678. Mill-Mosta ntbaghat kappillan f’Hal Qormi. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 265.
  7. Il-W.R.D. Salv Dimech minn Haz-Zebbug tqieghed kappillan tal-parrocca tal-Mosta mill-Isqof Molina. Ha l-pussess f’Gunju 1679 u miet fl-4 ta’ Frar 1697. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 265.
  8. Dun Lawrenz Abela mill-Mosta tlahhaq kappillan mill-Isqof Palmieri fl-14 ta’ Lulju 1697. Abela kien professur ta’ l-ilsien Lhudi u l-ilsien Gharbi. Abela miet fit-28 ta’ Frar 1742. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 266.
  9. Il-W.R.D. Gwann Anglu Sammut mill-Mosta msejjah kappillan mill-Isqof Alpheran. Ha l-pussess fl-20 t’April 1742 u miet fis-26 ta’ Marzu 1758. Il-kappillan Sammut ghandu l-lapida tieghu fil-kappella tal-Kurcifiss gewwa l-knisja l-gdida. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 266.
  10. Dun Salv Pace, Zebbugi, ntghazel kappillan tal-Mosta fl-1758, izda kellu jitlaq ir-riedni wara sena meta tilef il-kawza minn Ruma ma’ Dun Nerik Audibert. Sentejn wara l-Isqof ghamlu kappillan tas-Siggiewi. Ara E. B Vella op. cit., p. 266. Ara wkoll F. Ciappara, Mill-Qighan ta’ l-Istorja: ll-Kappillani fis-SekluTmintax (1987), p. 43, Not. 18.
  11. Il-W.R.D. Nerik Audibert, Senglean, intghazel kappillan tal-Mosta minn Ruma u ha l-pussess fit-8 ta’ Lulju 1759. Dam il-Mosta sa l-1764. Miet hames snin wara u ndifen fl-lsla. Ara E. B. Vella op. cit., p. 266.
    Naqraw f’Ciappara op. cit., p. 12: “Generalment l-Isqof kien jaghzel lill-kappillani b’ezami, ghalkemm mhux l-ewwel darba li xi whud ma accettawx ir-rizultat. Meta fis-26 ta’ Mejju, 1757 miet il-kappillan tal-Mosta, Dun Gio. Angelo Zammit (Zammit jew Sammut?) intghazel minfloku Dun Salv Pace; imma Dun Enrico Audibert, wiehed mill-konkorrenti, appella Ruma u rebah il-kawza ...”.
  12. Il-W.R.D. Filippu Guliermu Seychell, min-Naxxar, intbaghat kappillan il-Mosta mill-Isqof Rull u dahal fix-xoghol tieghu f’Jannar 1764. Miet kmieni ta’ 39 sena fit-22 ta’ Jannar 1771. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 266.
  13. Il-W.R.D. Salv Saver Bonnici, mir-Rabat, inhatar kappillan fil-Mosta mill-Isqof Pellerano u dahal ghax-xoghol tieghu fit-30 ta’ Mejju 1771. Baqa’ kappillan sa ma miet fis-16 ta’ Jannar 1794. Fi zmien il-kappillan Bonnici saret il-konsagrazzjoni tal-Knisja l-Qadima. Bit-thabrik tieghu giet il-Mosta r-relikwa ta’ San Pacifku Martri. Thabat biex ikabbar il-limiti tal-Mosta. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 266 u Nota 1.
    Ciappara, op. cit., pp. 11-12 jaghtina xi taghrif iehor dwar il-kappillan Bonnici. Jghidilna: “Dun Salv Bonnici tal-Mosta ma ried lil hadd jindahallu fit-tmexxija tal-parrocca; u meta l-Vigarju Generali, Dun Gejtanu Grech, nhar il-Milied ta’ l-1779, ordnalu jlaqqa’ lill-Fratellanzi tas-Sagrament u tar-Ruzarju oppona bil-qawwa. Il-knisja kienet tieghu, sahaq mal-Promutur Fiskali Generali, u hadd hliefu ma seta’ jikkmandaha. Kien ghalhekk li gie arrestat f’daru, u t-tmexxija tal-parrocca nghatat lill-Vici Dun Felic Mangion, sakemm gie mehlus l-ghada.”
  14. Il-W.R.D. Guzepp Farrugia mill-Belt Valletta ntbaghat kappillan il-Mosta mill-Isqof Labini. Ha l-pussess f’April 1794 u dam imexxi l-erwieh fir-rahal sa l-1797. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 267.
  15. Il-W.R.D. Felic Calleja kien Zurrieqi. Minn kappillan f’Hal Balzan, Mons. Labini fi Frar 1797 tah f’idejh il-parrocca tal-Mosta. Miet fl-20 ta’ Frar 1833, u meta nbniet ir-Rotunda gismu gibuh fil-kappella tar-Ruzarju tal-knisja l-gdida illi taghha hu kien il-fundatur. Ara E. B. Vella, op. cit., p. 267.
  16. Ciappara, op. cit., p. 55.
  17. A. Bonnici, History of the Church in Malta Vol. II, Period III 1530- 1800, p. 36. Bonnici jaghtina dettalji dwar id-dmirijiet tal-kappillani f’pp. 35-36 u 48-63.
  18. Ara Ciappara, op. cit., pp. 13-15.
  19. Ibid., pp. 15-16.
  20. Ibid., pp. 16-17. Ciappara jghidilna illi “Dun Salv Bonnici, tal-Mosta … kien interressat. Rosa, mart Mikiel Frendo, kienet mara fqira u mizerabbli. Meta kienet qieghda tmut ma marx jassistiha; anzi lil Dun Gammari Pullicino ma halliehx iqaddsilha u jaghmlilha l-Libera minghajr id-drittijiet parrokkjali” (p. 16).
  21. Ibid., pp. 17-19.
  22. Ibid., p. 21.
  23. Ara V. Borg Fabio Chigi: Apostolic Delegate in Malta (Biblioteca Apostolica Vaticana, 1967), p. 78.
  24. A. Bonnici, “I Vescovi di Malta Baldassare Cagliares (1615-1633) e Michele Balaguer (1635-1663”, Melita Historica, (1969), Vol. V, No. 2, p. 127. “Nel vescovato di Malta i Chierici non servono mai a Chiesa, vestono alla moda: chi alla francese, chi alla lombarda di colore, con armi di ogni sorte, capigliatura da donna con galane sui capelli; fanno i soldati sulle galere e vascelli di corte, il falegname, il muratore, il tavernaro, il beccaro, et il pizzicarolo; ne si fanno chierici se non per non far la guardia, per non portar cavallo, non pagar datii, e per caso di qualche delitto.”
  25. Ara Ciappara (1987), p. 24.
  26. Calleja(1973), p. 86. Bonnici (1996), p. 125, jaghtina taghrif inteessanti dwar il-qassis Mosti, Dun Salv Fenech.
  27. Ciantar, fiz-zieda tieghu fuq l-istoriku Abela (Abela-Ciantar, Malta lllustrata, 1780, Lib. 1, Not. VIII, pp. 272-273) mhux ta’ min joqghod fuqu meta jghidilna inter alia illi fis-sena c. 1780 fil-Mosta kien hemm iservu tliet qassisin, djaknu, tliet kjerici mhux mizzewga u kjeriku mizzewweg, waqt li fin-Naxxar, b’inqas nies jghammru hemmhekk, kien hemm ghall-kura ta’ l-erwieh sebgha u tletin qassis u ghoxrin kjeriku.
  28. Ara Calleja (1973), p. 83, Nota 78.
  29. A. Bonnici, History of the Church ...op. cit., pp. 93-95.
  30. A. A. M. Vis. Past. XII, f. 137V. Ara Calleja (1973), p. 76. Ara wkoll Bonnici (1996), p. 129.
  31. Ara S. Fiorini (1983), p. 339.
  32. Calleja (1973), p. 66.
  33. P. Cassar, Medical History of Malta (London 1964), p. 225. Il-vjaggatur Ingliz George Sandys, li zar lil pajjizna fl-ewwel snin tas- Seklu 17, kiteb sarkastikament illi kien hemm tliet kunventi tas-sorijiet fil-Belt Valletta “the one for Virgins, another for penitent Whores (of impenitent here are store) and the third for their Bastards”. (G. Sandys, Sandys Travels, London 1673, p. 182).



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni
  2. Studji demografici
  3. Mosta issir parrocca
  4. Hjiel ekonomiku
  5. Hajja Socjo Religjuza
  6. Ismijiet / Kunjomijiet
  7. Zwigijiet
  8. Twelidijiet
  9. Imwiet
  10. Gheluq
  11. Appendici