The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA II: L-ARKITETT U L-BENNEJ TAR-ROTUNDA


Gorg Grognet de Vasse (19.Mar.1774 - 5.Set.1862)


Incizjoni ta' l-Arkitet Gorg Grognet de Vasse Incizjoni li turi lill-Arkitett Inginier Gorg Grognet de Vasse

(p.234) Il-familja Grognet hija ta' razza franciza li kellha thalli lill-Franza wara li r-Re Lwigi XIV, fl-1685 nehha ghal kollox l-Editt ta' Nantes1. Billi din il-familja kienet nobbli niltaqghu ma xi whud minnhom li kienu fl-Ordni tal-Kavalieri, bhala Rene Grognet de Vasse2 li kien Gran Prijur tal-Lingwa ta' Franza u ma Fra Anglu Grognet li kien qassis konventwali3.


Gambatist Grognet u martu Marija Amalja Marchesi kellhom hafna tfal, li l-bicca l-kbira kienu bniet u li gew imghamdin f'San Duminku l-Belt. Wiehed minn dawn l-ulied kien l-arkitett li minnu sejrin nitkellmu li twieled fid-19 ta' Frar 1774 u ghamduh fil-parrocca ta' San Pawl tal-Belt.


Meta Gorgi kiber deher li kien ta' dehen kbir, u missieru baghtu fl-ahjar skejjel ta' hawn u mbaghad fl-Italja. Ix-xogholijiet li ghamel meta kiber jixhdu li kien jaf tajjeb it-taljan, il-franciz, il-latin, il-grieg u kien filologu mill-ahjar fl-ilsna orientali. Ma l-istudju tal-matematika zied l-istudju ta' xjenzi ohra li fosthom insemmu dik tal-inginerija u l-arti sabiha ta' l-arkitettura.


Ghall-ahhar tas-seklu tmintax u l-bidu tad-dsatax, l-Ewropa kollha kienet imqanqla mill-qilla kbira ta' Napuljun Bonaparti u nsibu li Grongnet jew Grognet (ghax kien jiffirma biz-zewg ghamliet ta' dak il-kunjom) dam tmintax-il sena jservi taht Napuljun, fid-dipartimenti civili u militar ta' l-inginieri.


Mill-1810 sa l-1814, Grognet kien qieghed f'Ruma fejn (p.235) il-gherf tieghu qabbzu l-quddiem u qabad mal-gharef Markiz D. Fortia d'Urban, awtur ta' hafna xoghlijiet sbieh. Dan il-Markiz ra kemm dan il-Malti kien jifhem fl-arkeologija u seta jara wkoll kemm l-istudji l-ohra kbar li kien ghamel kienu jistghu jiswew ghal dik ix-xjenza sabiha. Ghalhekk dahhlu bhala socju fl-Akkademja Arkeologika ta-Kampidolju, li dak il-Markiz stess kien waqqaf. Bhala Malti, dik l-Akkademja hallietlu f'idejh biex jikteb fuq l-Atlantide, bicca xoghol li geghlitu jsir iblah warajha.


Pittura tal-Arkitett Gorg Grognet de Vasse Ritratt ta’ pittura ta’ l-Inginier Gorg Grognet meta kellu 50 sena. Il-pittura saret mill-pittur Ingliz William Beker.

Din l-Atlantide kienet gzira kbira fil-bahar Atlantiku, li Platone (filosofu grieg li ghex madwar l-erba mitt sena qabel Kristu) u kittieba ohra qodma kienu hekk ihobbu isemmuha, ghad li hadd minnhom qatt ma raha, u li qalu kienet imghammra sewwa bin-nies u kienet sejra 'l quddiem tajjeb hafna meta mhabba l-hzunija tan-nies taghha, l-allat gieghlu li jiblaghha l-bahar, biex tispicca darba ghal dejjem.


Kien hawn min qal illi l-Atlantide kienet fejn huma l-Azzurri, jew il-Kanarji, fl-Ocejan Atlantiku; kien hawn ukoll minn xebbahha ma Kreta fil-Mediterran. Issa l-bicca xoghol ta' Grognet kienet li juri l-ewwelnett illi kulma qal Platone ma kien xejn hrafa, u li bhalma kienu jahsbu ghorrief ohra, il-gzejjer ta' Malta ma humiex hag'ohra hlief biccca zghira mill-Atlantide l-qadima. Il-gieh li bhalma qal, ried jixhet fuq Malta, l-art mahbuba t'art twelidu, kien tassew kbir, imma x-xoghol biex isir dan ma kien xejn hafif. Fittex x'qalu l-awturi kollha griegi u rumani, ra x'inkiteb minn ohrajn war, studja l-ghamla tal-blat taghna, ra x-xehta ta' l-art, widien ecc, fittex dawk il-fdalijiet qodma preistorici li ghandna imxerrdin mall-gzira, ghazel kliem u ismijiet qodma, insomma dahhal kollox u ma halla barra xejn li ghandu x'jaqsam ma din il-haga, li issa rasu kienet sahnet sew fuqha.


X'gara? Fl-1826 instemghet l-ahbar illi s-Sur Gorg Grognet gietu f'idejh hagra wisq qadima li nstabet fit-thaffir ta' bitha fl-Imdina. Fuq tliet nahiet taghha kien hemm kitba qadima ta' qabel id-dilluvju, filwaqt li fir-raba' wicc kellha kitba (p.236) bil-latin li tghid illi T. Sempronju kien ra din il-hagra, illi kienet fdal ta' l-Atlantide.


Ahbar bhal din qajmet lill-arkeologi ta' l-Ewropa kollha, u kulhadd beda jitkellem fuq din il-hagra. Fl-ahhar Grognet baghatha biex jarawha fl-Akkademja Asjatika ta' Parigi. Beda jinqala hafna kliem jekk dik il-hagra kienet tassew qadima jew inkella holqien ta' Grognet u qalu li ghalhekk ta' z-zejt u mhux biex ma tikolhiex l-arja, ecc. Mill-banda l-ohra kien hawn min ukoll emmen b'din il-hagra tal-ghageb sa ma fl-ahhar l-Akkademja Franciza qalet li kienet falza4.


Snin wara Grognet qal illi dik il-hagra bil-kitba taghha atlantika-fenicja "kienet maghmula bil-hsieb ta' min ifahhru sabiex theggeg il-hrara fl-istudju tal-qedem ta' l-Atlantide" u kompla jghid, li b'danakollu gibitlu tmaqdir li ma kienx jisthoqqlu5. Din kienet ghalih daqqa ta' harta kbira, imma ma qatax qalbu, u baqa' sejjer dejjem fl-istudju kbir li kien dahal ghalih.


Il-hajt li kien hemm f'Misrah Ghonoq fil-Mosta Disinn ta' Grognet tal-hajt li kien jinsab f'Misrah Ghonoq. Ta' minn jinnota l-kobor tal-hajt komparata mal-figura tal-bniedem li jidher impingi fl-istampa ta' fuq.

Bhalma rajna, fl-1833 Grognet bdielu t-tahbit tar-Rotunda tal-Mosta imma ma waqafx fix-xoghol ta' l-Atlantide. Kien jiggerra mar-rahal u jfittex fdalijiet prjistorici, bhalma huma hitan megalitici, hofor tar-roti, ecc. U kont tarah joqghod iqishom u jerfaghhom fuq karta bhala fdalijiet ciklopej jew atlantici.


Mil-manuskritt zghir Ii kien lesta6 fl-1840 niltaqghu ma mappa li b'hila kbira ghamel biex juri kif kienet sewwa l-gzira Atlantide. Din u hafna disinji ohra7 kienu maghmulin biex izejnu bl-istampi l-ktieb kbir li kien behsiebu jippublika.


Issa Grognet ma jkienx zghir, u ghalhekk fl-1854, jigifieri meta kellu tmenin sena, ippublika l-ktieb tieghu li jitkellem (p.237) fil-qosor fuq l-Atlantide8, li n-nuqqas kiefer tal-wisa ma jhalliniex ta' l-anqas nuru lill-qarrej id-dehen kbir ta' arti u xjenzi li wera f'dan il-ktieb. Imma dan il-ktieb ma kienx hlief il-hmira ta' iehor ikbar u iktar fit-tul li kellu jippublika wara, u li ma kellux zmien ilestih qabel lahqitu l-mewt. Biex nuru lill-qarrej kemm studju swietlu din il-bicca xoghol lil Grognet huwa bizzejjed inghidu illi mill-werrej li ghandu fl-istess manuskritt9 niehdu illi barra mil-librerija ta' Malta, qalleb sittax il librerija ohra fl-ibliet ta' l-Italja u Franza, u qara l-opri ta' 767 awtur, li hafna minnhom semma fix-xoghol tieghu filwaqt li ghat-tieni parti tal-istess xoghol qara u ha minn dak li kitbu 198 awtur ohra! Barra minn hafna minjaturi sbieh, dan il-ktieb kellhom izejnuh 174 stampa li kienu mappi, pjanti u disinji.


Barra mix-xoghol ta' l-Atlantide, Grognet qal li kien qieghed ilesti biex jippublika 26 ktieb iehor li kienu jitkellmu mill-arkitettura civili u militari; dizzjonarji ta' din l-arti; pjanti ta' kazin u tijatru; ghaqda ta' l-ibliet ta' Malta u ta' Kostantinopli il-gdida; invenzjoni ta' sienja li tahdem wehida; storja tar-Rotunda; trattati fuq l-ilsna atlantici-maltin; kotba ta' ghajnuna lill-istudenti tal-filosofija, letteratura u storja; rumanzi; l-istorja ta' hajtu; ecc10. Imma l-anqas dawn ix-xoghlijiet ma lahaq ippublika qabel miet.


Grognet ma jissejjahx l-awtur ta' dak biss li halla miktub. Nafu illi huwa kien jitkellem mill-kanal li kien jista isir fis-Suez biex jghaqqad il-Mediterran mal-bahar l-Ahmar, u dan kien qalu xi gherbejn sena qabel ma sar ix-xoghol tieghu. Nafu (p.238) ukoll illi dik l-istess habta kien ighid illi l-Ingilterra tista tinghaqad mal-kontinent b'mina li tista tinqata taht l-ghonq tal-bahar bejnha u Franza. Ghal dawn il-hsibijiet xi nies kienu izommu lil Grognet bhala bniedem rasu hafifa11 imma z-zmien wera li rasu kienet itqal minn ta' dawk li kienu jmaqdruh, il-ghaliex il-Kanal tas-Suez beda jinqata' fis-sena 1859 u tlesta ghaxar snin wara, filwaqt illi dan l-ahhar kulhadd semgha kemm il-Gvern ingliz studja l-progett tal-mina bejn l-Ingilterra u Franza.


Grognet halliha titla sewwa d-darsa tal-ghaqal meta ragel ta' 46 sena, fl-1 ta' Mejju 1820 izzewweg lil Koncetta Busuttil fil-Parrocca ta' San Pawl tal-Belt, u meta din mietitlu izzewweg ghat-tieni darba meta kellu 60 sena u ha b'martu lil Orsla Ubaldini. Dik il-habta kien ghadha kif bdiet tiela r-Rotunda u Grognet kien joqghod il-Mosta, imma t-tieg sar fil-parrocca ta' San Duminku tal-Belt, fl-4 t'Awissu 1834, ma kellux hlief tifel wiehed li kien jismu Aristeo.


Ghall-ahhar tas-sena 1861 miet il-Princep Albertu li kien ir-ragel tar-Regina Vittorja, tal-Ingilterra, u ftit wara, ibnu il-Prince of Wales (li wara l-mewt t'ommu r-Regina Vittorja sar ir-Re Edwardu VII) ghamel vjagg ghal artijiet imqaddsa tal-Palestina, u f'Gunju 1862 ghadda hawn Malta. Qabel ma wasal hawn il-Gvern habbar illi bhala wirja ta' ferh ghaz-zjara tal-Princep barra milli kellu jzid hafna fil-karitajiet u jehles xi habsin, hareg "pensjoni ta' £100 fis-sena lill-Arkitett is-Sur Gorg Grognet, biex kulhadd jista' jara kemm il-Gvern ighozz il-hila tieghu kbira fl-arti li taghhom il-mejjet Princep, zewg ir-Regina, kien Patrun hekk habrieki u liberali."12


Din, ghad illi tard fil-hajja, kienet ahbar ta' ferh kbir ghax-xwejjah Grognet, il-ghaliex barra minn dik il-pensjoni sabiha u li hu kellu bzonn, il-Gvern b'hekk wera li Grognet kien bniedem nazzjonali u li x-xoghlijiet tieghu kienu jaghmlu unur lill-Gzira taghna kollha – li huwa l-isbah certifikat ghar-Rotunda tal-Mosta.


(p.239) Mill-banda l-ohra din il-bxara sabiha kienet tixbah lill dik ta' xi gwerrier kbir mixhut ferut fl-art, jisma minn dawk ta' madwaru illi l-palma tar-rebh kienet tieghu u mbaghad bid-dahqa f'wiccu u l-paci f'qalbu imidd rasu biex ma jcaqlaqhiex izjed. Hekk ukoll gralu Grognet il-ghaliex wara dik in-notifikazzjoni tal-Gvern li semmejna beda ihoss il-mixi tal-mewt li kienet riesqa fuqu, u wara li sahhah ruhu bis-sagramenti mqaddsa, miet fil-5 ta' Settembru 1862, fil-parrocca ta' San Duminku tal-Belt.


Bust ta' l-Arkitett Gorg Grognet de Vasse Il-bust ta' Gorg Grognet de Vasse fir-Rotunda

Il-ghada l-katavru tieghu gie mehud ghal-funeral u d-difna fil-Mosta, fejn kien qatta l-isbah snin ta' hajtu u fejn halla l-ikbar bicca xoghol li ghamlitlu glorja13. Il-qabar tieghu qieghed fil-kappella tac-Cintura u l-kitba li hemm taht il-monument tieghu kitibilu habibu Dun Guzepp Zammit (Brigella).


Mit-testment privat li ghamel fl-4 ta' Gunju 186114 u li nfetah fl-20 ta' Dicembru 1862, ma nzidux haga ohra hlief pagna ta' faqar, il-ghaliex fih nisimghuh jitlob li "Alla jpatti ‘l dawk is-sinjuri twajba u hbieb tieghi li b'imhabba ta' proxxmu ghejnuni f'kull xahar ghal bosta snin biex nilhaq il-htigijiet tieghi." Mill-istess testment naraw illi zghira kienet is-somma li halla biex titqassam bejn martu Orsla Ubaldini, ibnu Aristeo u mart ibnu Carmela Pace, li ghal hafna snin daret bih fi xjuhitu. Tkellem fil-qosor mill-funeral u d-difna tieghu fil-Mosta, u ta' l-parir tieghu, li tkellemna minnu qabel fuq l-anterna li kellha ssir fuq ir-Rotunda. Imma zgur Ii l-iktar bicca li tolqot lill-qarrej ta' dan it-testment hija meta kiteb:-"Irrid illi mill-imsemmi werriet universali tieghi jkunu moghtijin zewg liri sterlini lit-Tabib Dr. Lwigi Calleja ghas-servizz li ghamilli, u sabiex meta jien mejjet, joghgbu jara sewwa jekk spiccatlix il-hajja ta' (p.240) gismi, biex ma jkunx li nista nkun midfun haj". Haga ta' l-ghageb illi l-hsibijiet fondi ta' dan il-genju kienu sahansitra jinzlu mieghu huwa u jahseb fuq id-difna li kellha ssir minnu!


It-testment ta' Gorg Grognet It-testment ta' Gorg Grognet

Gismu ndifen u ma ccaqlaqx, imma ismu ha hajja ikbar, bhala bniedem ta' dehen kbir li ghex ghax ried fil-faqar biex iservi l-Fidi tieghu bit-twaqqif ta' tempju tal-ghageb u lill-Art Twelidu b'gid ta' kitba li ma tintesa qatt.


Riferenzi

  1. Malta Penny Magazine, 31st July 1841. L-editt ta' Nantes kien maghmul min Neriku IV, fl-1598 biex ta' l-liberta lill-Ugonotti jew Protestanti ta' Franza.
  2. MS.315, I, p. 110.
  3. MS. 627.
  4. (a) Mac Gill, Guide ta' Malta (1839), p. 102; (b) G. Ferricciuoli Borzesi, Guida Istorica di Malta, p. 7; (c) Saunders & Otley, Excursions in the Mediterranean, pp. 182-4.
  5. MS. 614, Kap. XXXVII
  6. MS. 1126, Essai d'un Tableau Chronologique… p. 43.
  7. MS. 614, (il-bicca li hemm fil-vetrina).
  8. G. Grognet, Compendio ossia Epilogo anticipato… del Atlantide.
  9. MS. 714.
  10. (a) Epilogo dell'Atlantide, pp. 129-132; (b) Minn dawn ix-xoghlijiet jinsabu biss fil-Biblioteca il MSS 615 u 1126, u ktieb zghir jismu "Su di un Idoletto Atlantico, una Moneta e un Capitello Atlantico": Is-Sur Robert Bencini (Villa Marchesi, H'Attard) ghandu tifkiriet sbieh ta' Grognet.
  11. L'Arte, 7 Gennaio 1862, p. 2.
  12. Malta Govt. Gazette, 13th June 1862.
  13. Ara n-nekrologija sabiha li ghamillu Dr. Nikol Zammit fl-Arte, 7 Gennaio 1863.
  14. Atti ta' G.Pullicino ta' l-istess sena.

Anglu Gatt (12.Dic.1796 - 12.Nov.1875)


Il-bennej Mastr'Ang Gatt Il-bennej tar-Rotunda Mastru Ang Gatt

Dan il-bennej tar-Rotunda twieled fiz-Zejtun fit-12 ta' Dicembru 1796 u kien bin Marju Gatt u Margerita Srenso, li fil-maghmudija tawh l-isem ta' Mikelang.


Fuq it-tfulija u z-zoghzija tieghu ma nafu xejn. Biss ma nsejniex li l-Professur J. Fergusson qal illi Gatt la kien jaf jikteb u lanqas jaqra. Is-sengha ta' bennej tghallimha minn ghand missieru Mastru Marju li kien imghallem mit-tajbin ta' dak iz-zmien.


Bhala bennej tas-sengha, Gatt bilfors li kellu isem, il-ghaliex ma ghandniex nahsbu li ghal fabrika bhalma hi r-Rotunda, iddisinjata mill-aqwa nginier arkitett ta' dak iz-zmien, kienu sejrin iqabbdu bennej ta' kafkaf. Jista jkun li Gatt kien migjub quddiem id-Deputati u l-Arkitett mill-kapumastru u patrijotta (Zejtuni bhalu) Mikiel Cachia1 imsemmi minn Grognet f'relazzjoni li kiteb fit-18 ta' Jannar 1833, u wiehed mill-periti tal-kummissjoni li ezaminaw id-disinn ta' l-istess arkitett.


Imhabba xi registri mitlufin tal-bini tal-knisja ma nafux il-jum sewwa meta ha x-xoghol tal-fabrika minn idejn l-ewwel imghallem, li kien il-Karkariz Mastru Guzepp Mangion. Imma zgur li fil-bidu tas-sena 1837 kien ga qabad ix-xoghol f'idejh bhala l-prim bennej.


(p.242) Issa Mastr'Ang, li beda jqarrab l-40 sena, gie joqghod fil-Mosta u biex inghidu hekk sar ukoll Mosti. F'dan ir-rahal kien jahdem, hawn kien joqghod u hawn ukoll, meta wasal biex jaghlaq id-49 sena, xehet ghajnu fuq xebba mostija, Marija Sant li zzewwigha fit-2 t'Ottubru 1845. Mastr'Ang u Marija kellhom disat ulied, li minnhom ghexu biss tliet subien u zewgt ibniet.


Il-bust ta' Mast'Ang Gatt fir-Rotunda Il-bust ta' Mastru Ang Gatt fir-Rotunda

Fuq il-qliegh ta' Mastr'Ang ga tkellimna band'ohra u rajna kif beda jahdem fir-Rotunda bid-disa rbghajja kuljum, meta mbaghad ghamlulu skud; u tlettax-il sena wara bdew jaghtuh tlettax irbaghajja (xelin disa soldi u tmin habbiet) kuljum xoghol.


Intant Mastr'Ang kien fil-glorja tieghu meta, ragel ta' 64 sena, wara li kien tella' qisu l-fabrika kollha wahdu, fl-1860 ra tinghalaq dik il-koppla li hallietlu isem ghal dejjem, ghal hila li kellu kif jerfaghha hekk minghajr armar. Meta tlestiet il-koppla waqaf ukoll dak il-qliegh tax-xoghol, imma billi kienu jafu li bennej bhal dak qatt ma kien imhallas kif imiss, hargulu xi haga zghira, li bil-malti nghidu, kemm ikollu ghat-tabakk. Imma nahsbu illi ghax-xwejjah Mastru'Ang, harsa lejn dak it-tempju li waqqaf kienet ghalih, biex inghidu hekk, ikel bizzejjed li dam jitpaxxa bih ghal snin wara.


Wara li ghex 79 sena, l-imnara tal-hajja bdiet tnewni u "dan ir-ragel tal-ghageb" fit-12 ta' Novembru 1875 ta' l-ahhar nifs ta' hajtu.


Sarlu funeral minghajr kburija jew gmiel u gie midfun fil-kannirja, sa ma mbaghad hasbuha tajjeb u tellghu l-katavru tieghu fil-knisja li huwa kien bena, u llum jinsab taht il-monument tieghu fil-kappella ta' San Bastjan.


Riferenzi

  1. Ara E. B. Vella, Storja taz-Zejtun u Marsaxlokk, p. 132.

Kapitli ohra mill-ktieb