The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


IL-HDAX-IL TAQSIMA


L-Inglizi


(p.117) Issa fid-dokumenti fuq l-istorja ta' Malta nibdew niltaqghu mar-raprezentanti tal-Mosta, l-Kappillan Dun Felic Calleja u l-kmand tar-rahal Gammari Chetcuti, li ma shabhom id-deputati l-ohra kitbu u baghtu deputati fl-Ingilterra fejn fost l-ohrajn qalu illi ma jridux li l-art ta' twelidhom terga tigi moghtija lill-Ordni u li “jekk inhuma sejrin jittiehdu lura t-truppi inglizi minn Malta, in-nies ta' hawn jitolbu illi tkun imhollija f'idejhom is-setgha illli jmexxu lil rajjhom. Il-Maltin wahhluha f'rashom li ma joqghodu taht l-ebda nazzjon, hlief dik tal-Gran Brittanja, u li jew izommu l-liberta taghhom u ma jkollhom x'jaqsmu ma hadd, jew inkella jmutu taht is-swar tal-belt taghhom1”. Dana qaluh ghaliex beda jinstema li kienet rega gejja hawn Malta l-Ordni Geresolmitana, haga li mbaghad dehret tassew fit-Trattat t'Amiens ta' l-1802. Imma x-xorti riedet illi dak it-trattat ma sehhx il-ghaliex ma damx ma rega nqala' t-tahwid bejn l-Ingilterra u Franza, sa ma mbaghad fit-Trattat ta' Parigi ta' l-1814, “l-imhabba tal-Maltin u r-rieda ta' l-Ewropa wettqu li dawn il-Gzejjer jibqghu taht il-kbira u qatt mirbuha Brittanja”, sew sew kif tghid dik il-kitba fuq il-Main Guard fil-pjazza tal-Belt.


Il-kmand


Dik li kull rahal ikollu rapprezentant tieghu nstabet sewwa hafna fil-Kungress tat-tregija tal-Maltin fi zmien l-imblokkk tal-Francizi. Issa li dawn kellhom jitilqu r-Regi Kummissarji Inglizi hasbu biex f'kull belt u rahal iqeghdu kmand bhala lwogotenenet taghhom.


(p.118) X'kienu dawn il-Kmandi jew Lwogotenenti, u ghalfejn kienu maghmula? It-twegiba tatilna l-proklama ta' l-14 ta' Dicembru 1801 tar-Regju Kummissarju, Sir Charles Cameron. Din taghti s-setgha lil-Lwogotenenti li jaqtghu kawzi mhux il fuq minn 20 skud. Kellhom jaghmlu kemm jistghu biex igibu l-ftehim bejn dawk li jkunu sejrin jaqbdu xi kawzi fil-qorti; u bhala missirijiet tar-rhula ta' tahthom, kellhom jaraw li hadd ma jkun mahqur. Kellhomm jaraw illi l-bejgh ta' l-ikel, xorb u bzonnijiet ohra jsir sewwa, kemm ukoll l-uzin u l-kejl; u kellhom ukoll johorgu l-mieta fuq il-qmuh, xghir u mahlut.


Din il-proklama tat ukoll lil-Lwogotenenti dik il-qima li kienet tisthoqqilhom bhala nies li kienu minflok il-Kap tal-Gvern; filwaqt li mill-banda l-ohra kienet tfakkarhom li huma ghandhom ikunu ta' xempju ghall-ohrajn kif jitlob l-impjieg taghhom. Tathom ukoll taht idejhom ghadd ta' nies bhala pulizija biex jaghmlu l-ordnijiet taghhom fir-rahal li jkun; u ordnatilhom li jibghatu rapproti ta' kull ma jinqala'.


Fl-ahharnett kienet tfakkar lil Lwogotenenti tar-rhula illi fil-knejjes huma kellhom igawdu l-istesss unur li gew moghtijin lil shabhom ta' l-ibliet2.


L-ewwel Lwogotenent tal-Mosta kien Gammari Chetcuti il-ghaliex niltaqghu ma ismu bhala Kmand tar-rahal sa mid-9 ta' Novembru 18013.


F'din is-sena li semmejna l-ahhar dan Gammari Chetcuti kellu disa u erbghin sena. Milli stajna naqbdu kien ghani sewwa ghax kellu hafna raba mxerred mar-rahal; u sa ma gie (p.119) maghzul ghal dak il-post bilfors li kien jaf l-iskola sewwa u kien jinqala' ghal dik li hija ligi. Id-dar tieghu kienet dik li hemm fi Strada Speranza Numru 116. Mill-annu li hemm jidher fuq il-poggaman tal-gallarija tal-hagar ta' din id-dar niehdu li giet imtellgha fl-1796, jew sentejn qabel ma gew il-Francizi. Tidher li kienet ta' xi ras ghal dak iz-zmien. Jekk xi darba l-qarrej ighaddi minn quddiem din id-dar ma jinsiex jaghti daqqa t' ghajn lejn l-iskudetti tal-muftieh li juru kuruna fuq ras iz-zewg ajkli (l-arma ta' l-Imqaddes Imperu Ruman). F'din id-dar il-lwogotenent jew Kmand Chetcuti4 kien izomm l-ufficju tieghu u hemm kien jaqta' l-kawzi.


Gnien tal-Kmand


Il-kummissarju civil, Sir Alexander John Ball (1803-1809) kien ghamel gnien f'kull rahal, li kellu jservi ghall-Kmand tal-post. Dan il-gnien fil-Mosta qieghed fi Strada Reale Numru 7 li jahbat fil-Wata f'tarf ir-rahal qabel naqbdu t-triq ghall-Imdina. Hemm bicca raba mdawra bil-hitan gholjin u tidhol minn kantuniera fejn tidher kamra fuq l-ohra. F'xi rhula ohra dan il-gnien kien imzattat u kbir gmielu u niltaqghu wkoll ma l-arma tal-Gran Brittanja fuq il-bieb u tahtha skrizzjoni tat-twaqqif tieghu. Minn dan kollu tal-Mosta ma ghandu xejn u llum il-Gvern iwellih f'idejn il-partikular.


Il-Bqija fuq il-Lwogotenenti


Fil-5 ta' Gunju 1815, il-Gvernatur Sir Thomas Maitland hareg proklama fejn qal illi n-nobbli taghna ma kienu raw l-ebda gid mill-ghaqda tal-gzejjer taghna mal-Gran Brittanja, izda kellhom ibatu bil-gholi tal-hajja. Ghalhekk sabiex jaghtihom dik il-qima li l-grad taghhom jisthoqlu, dan il-Gvernatur qassam il-Gzejjer f'6 distretti (p.120) u qieghed wiehed min-nobbli bhala Lwogotenent fuq kull distrett. Dawk li qabel kellhom dan l-ufficju baqghu bl-istess salarju u bl-istess setghat, imma kellhom jobdu ghal-Lwogotenent Nobbli tad-distrett, u ghalhekk gew imsejhin Deputati tal-Lwogotenenti tal-Gvern.


Bil-Proklama tat-28 ta' l-istess xahar, il-Mosta giet ma Had-Dingli, Haz-Zebbug, u s-Siggiewi mehuda mad-distrett ta' l-Imdina taht il-Lwogotenent il-Konti Baldassare Sant. L-isem ta' Gammari Chetcuti deher issa bhala Deputat Lwogotenent tal-Mosta.


Biex ma noqghodux infixklu l-qarrej inkomplu issa dan is-suggett li ahna fih u naqbdu s-sindki.


Is-Sindki


Il-Proklama tat-8 t'Awissu 1839 nehhiet dawn il-Lordi Lwogotenenti u d-Deputati taghhom u minflokhom waqqfet 7 sindki, li kienu maghzula mill-klassi ta' l-avukati. Id-drittijiet u dmirijiet tas-sindki baqghu l-istess bhal dawk tad-Deputati Lwogotenenti ta' qabilhom, barra minn xi tibdil li sar fuq ix-xoghol taghhom bhala Magistrati tal-Pulizija Gudizzjarja.


Fis-16 ta' l-istess xahar t'Awissu hareg l-avviz kif gew imqassmin id-distretti u minn kien is-sindku ta' kull wiehed minnhom. Il-Mosta kienet mehuda mas-sindku tan-Naxxar li l-ewwel wiehed kien Dr. Karmenu Trapani. Dawn is-sindki damu sejrin sas-sena 1896 meta mbaghad nehhewhom ghal kollox.


Riferenzi

  1. Azopardi, Raccolta, p. 219.
  2. Bandi, 1784-1815.
  3. Hardman, History of Malta, p. 416
  4. Il-familja mill-Mosta mlaqqma tal-Kmand hija fergha minn dan Gammari Chetcuti, li minnu wkoll hadet dak il-laqam

Kapitli ohra mill-ktieb