The Mosta Archives Banner

L-imtiehen tat-thin fil-gzejjer Maltin

minn Clifford Vella


Dan il-ktieb interessantissimu fih informazzjoni dettaljata ta' kull mithna tat-thin tal-qamh li kien hawn u li ghad fadal gewwa l-gzejjer Maltin, komplut b'deskrizzjoniji tal-paritijiet tal-mithna u b'dak kollu li ghandu x'jaqsam mat-thin u l-qamh bhal fosos fejn kienu jahznuh, ecc., jinxtara mill-hwienet ewlenin, u li minnu qed ninkludi biss xi siltiet fejn tissemma l-Mosta, mill-edizzjoni ppublikata fl-2001 (kien hareg edizzjoniji ohra wara).


Kapitlu 10


MOSTA


(p.71) Il-Mosta huwa rahal li tista' tghid li hu modern u antik fl-istess hin. Dan ir-rahal bhal bosta rhula ohra f’Malta, ghadu jgawdi hafna bini antik, li jmur lura ghal bosta snin. Fontunatament illum dan il-bini antik huwa protett bil-ligi milli jitwaqqa'. Ghalkemm fil-Mosta qieghed jitla’ hafna bini gdid u modern, xorta l-gholi tieghu mhux esagerat bhal irhula ohra. Il-popolazzjoni f’dan ir-rahal tmiss kwazi l-ghoxrin elf ruh. Fil-fatt dan ir-rahal huwa wiehed mill-aktar irhula li jghixu nies fih.


Meta wiehed isemmi dan ir-rahal ma jistax jinsa li jsemmi l-knisja ta’ Santa Marija, maghrufa wkoll bhala r-Rotunda. L-aktar zewg affarijiet li ghalihom hija msemmija din il-knisja huma l-koppla taghha, li hija r-raba’ l-akbar wahda fid-dinja, kif ukoll ghall-miraklu li kien sehh gewwa fiha waqt it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945). Kienet il-gurnata tad-9 ta' April tal-1942, waqt l-gheqqel tal-gwerra meta bomba laqtet il-koppla u baqghet diehla gewwa. B’xorti tajba jew tista’ tghid b’miraklu, din ma kinetx splodiet.


Fost bini iehor storiku li hemm gewwa l-Mosta wiehed jmnota l-imtiehen tar-rih. Skont artiklu li rnexxieli nsib, fil-Mosta kien hemm hamest imtiehen tar-rih. Minkejja dan, irnexxieli nsib informazzjoni dwar erbgha biss. Minkejja li tlieta minn dawn ghandi nformazzjoni mhux hazin fuqhom, dwar it-tnejn l-ohra ma ghandi xejn, hlief li ghal wabda minnhom gnandi biss ritratt ta’ fejn keenet. Dan ir-ritratt ser narawh aktar ‘il quddiem f’dan il-kapitlu stess. It-tlieta l-ohra li ghadhom jezistu huma “l-Mithna l-Gdida,” l-ohra maghrufa bhala “l-Mithna l-Qadima” jew inkella “l-Mithna ta’ Gesu Nazzarenu” u dik tal-ahhar bhala “l-Mithna tal-Madonna tal-Karmnu.” L-ahhar wahda jisimha “l-Mithna tal-Madonna tal-Karmnu ghada tezisti, pero it-torri ma ghadux hemm.


"ll-Mithna l-Gdida" - Hadmet bejn 1858-1915 circa


Ritratti tal-Mithna l-GdidaIr-ritratt tax-xellug hija kartolina bir-ritratt "tal-Mithna l-Gdida" tal-Mosta. Din taghmel parti mill-kollezzjoni vasta ta’ kartolini li ghandu Dr. Anthony Abela Medici. Tinsab fil-ktieb tieghu bl-isem ta’ “Maltese Picture Postcards-Vol 1,” p. 25, no. 15138, ritratt ta' J. Bonello tal-bidu tas-seklu ghoxrin. Ir-ritratt tal-lemin hija “l-Mithna l-Gdida” fil-Mosta kif inhi illum. Ritratt: Clifford Vella

“Il-Mithna l-Gdida” nbniet taht il-hakma Ingliza f'Malta (1800-1979). Din il-mithna tinsab fuq sit numru 21 fi Triq il-Mithna, fil-Mosta u tinsab ftit metri ‘l boghod mill-“Mithna l-Qadima.” ”Il-Mithna l-Gdida” nbniet f’xi l-1858. Fis-sena 1859 kienet inkriet minn ghand is-sid li bniha li kien is-Sur Antonio Grech. Dan Grech kien bniha fuq art li kien xtara minnghand wiehed bil-kunjom ta’ Ganado.1


"ll-Mithna l-Qadima" jew "Ta' Mlit" (Fondazzjoni Carafa) - Hadmet bejn 1685-1925.


Mappa tal-Mosta tal-1824 turi l-mithna l-QadimaMappa tal-Mosta, li tehodna lura ghas-sena 1824 Dan juri bic-car li f’dik is-sena kien hemm biss il-“Mithna l-Qadima" tezisti gewwa l-Mosta jew kif kienet maghrufa qabel bhala Musta. ll-kelma Musta gejja mill-kelma Gharbija li tfisser centru, kif propja hi.

(p.72) “Il-Mithna l-Qadima” jew kif hawn min isejhilha “Ta' Mlit,” originalment kienet inbniet taht il-Gran Mastru Girgor Carafa (1680-1690). Din hija wahda mill-ghaxar imtiehen li nbnew taht dan il-Grar Mastru. Fis-sena 1691 din il-mithna ghaddiet f’idejn Duminku Grixti miz-Zurrieq ghal perjodu ta' tletin sena. F'Mejju tas-sena 1721 din il-mithna, flimkien mad-disghat imtiehen l-ohra tal-Gran Mastru Carafa ghaddiet f’idejn Guzeppi Caruana u Mikiel Micallef, it-tnejn minn Hal Luqa. F'dak iz-zmien Guzepp Caruana kien negozjant kbir. Hu kien bidwi, kellu barriera tal-gebel, kien jaghmel il-gir, jinnegozja f’injam u l-hadid u kien ibigh saborra ghax-xwieni tal-Ordni. Dawn l-ghaxart imtiehen ta’ Carafa kienu nkrewlu f'daqqa ghal-1041 skud fis-sena. Fis-sena 1724, Guzeppi Caruana ghadda “l-Mithna l-Qadima” bi qbiela ghal hames snin lil persuna ohra.2


Bejn wiehed u iehor, fis-sena 1756, il-mithna twaqqghet u telghet ohra flokha fl-1757. Ghalkemm din regghet inbniet, kwazi tmenin sena wara din xorta baqghet l-aktar wahda antika fil-Mosta ghax kif diga semmejt l-ohrajn inbnew ferm aktar wara.


Din il-mithna tinsab f'wahda mit-toroq li jmissu ma' Vjal l-lndipendenza. F'dak iz-zmien it-triq fejn tinsab din il-mithna, kienet l-aktar triq kummercjuza tal-Mosta. Pero mal-milja taz-zmien, specjalment meta nfethet Triq il-Kungress Ewkaristriku, din it-triq naqqset hafna mill-importanza taghha.


Biex naghtu harsa madwar il-mithna, fuq il-bieb principal ghad fadal l-arma originali tal-Gran Mastru Carafa. Din l-arma kienet imwahhla mal-mithna ta' qabilha, u terga' tahtha hemm salib zghir tal-kavallieri. Terga' taht dan is-salib wiehed jinnota tliet kwadri b’din il-kitba:

  • Gesu Nazzareno – 1757.
  • (p.73) I mostensi Godino questo molino fabricato nel tempo dell ill monsignior commissario Don Garsia.
  • II signior capo Mastro Franceso Zirafa della sacre religione gierosolimitona fu I'architettore, Mastro Nicolo Camilleri del siggiewi fu il Gran Muratore.

Il-Mithna l-Qadima tal-Mosta"Il-Mithna l-Qadima" jew "Ta' Gesu Nazzarenu" jew "Ta' Mlit" kif inhi llum.

Skont dan li ghadna kif rajna, din il-mithna regghet inbniet fl-1757, ghall-gid tal-Mosta fi zmien il-Kummissarju Don Garsia. Il-perit li ddisinja din il-mithna kien Francesco Zerafa, li kien kapumastru fl-Ordni. L-artikett Francesco Zerafa li ghamel il-pjanta ta' din il-mithna ghex bejn l-1679 u l-1758. Din il-mithna kienet wahda mill-ahhar xoghlijiet li kien ghamel f’hajtu. Francesco Zerafa kien imdahhal ukoll fix-xoghol tal-pjanta tal-Qorti li kien hemm fi Triq il-Merkanti, kif ukoll tat-Teatru Manuel. ll-persuna li bniha kien Mastru Nikol Camilleri mis-Siggiewi.


Fil-bidu tas-sena 1816 din il-mithna kellha IiI Francesco Sammut bhala tahhan. Sammut kien intrabat b'kuntratt ghal 29 sena. Fil-kuntratt kien specifikat li hu ried jaghmel tajjeb ghall-ispejjez biex jitwahhlu zewg hagriet godda tat-thin. L-ispejjez kienu jinkludu wkoll it-trasport bil-bahar sabiex jingiebu lejn Malta. Meta dawn il-hagriet kienu waslu u tpoggew f'posthom, Sammut kien sab bicca nkwiet ma’ wiccu li qatt ma kien ippreparat ghaliha. Li kien gara kien, li dawn il-hagriet ma kienux tajbin bil-konsegwenza li grat hsara kbira lill-makkinarju tal-mithna. Fit-30 ta' Lulju ta’ dik is-sena stess, Sammut kien kiteb lill-awtoritajiet koncernati sabiex jikkunsidraw x'kien gralu, biex b'hekk jghinuh fl-ispejjez ghall-garr u twahhil ta' zewg hagriet godda ohra. Il-povru tahhan, mhux talli ma sabx ghajnuna mill-Gvern, imma lanqas biss kien ircieva twegiba lura. Ta' interess partikolari wiehed isib li f’dik il-habta dan ir rahal kien igib l-isem ta’ Musta u mhux Mosta kif nafuh illum.3


Wara Francesco Sammut kien imiss lil Pietro Grech bhala tahhan f’din il-mithna. Ir-responsabilta kienet bdietlu fl-1832, meta huwa ffirma kuntratt ghal 32 sena, b’kera ta' 604 skud u 6 tari fis-sena. Fit 12 ta’ (p.74) Awwissu tal-1846 kien gie deciz li l-kera kellu jitnaqqas ghal 516 skud fis-sena b'sehh mill-1 ta’ Lulju tal-1846. Dan sehh permezz ta' talba li Grech kien ghamel.4


Pjanta tal-Mithna l-Qadima tal-Mosta(p.76) Pianta del molino a vento alla Musta denominato "Ta' Mlit" - il-pjanta tal-"Mithna l-Qadima" li kienet saret fl-1861 u qedgha tigi ppubblikata bl-ghajnuna tal-Arkivji Nazzjonali Rabat Malta. Mibnija fuq art ta’ madwar 2,217 pied kwadru.

Pietro Grech, fid-9 ta' Dicembru tal-1850, rega’ ha l-opportumta' sabiex jerga’ jitlob talba simili bhal dik ta’ qabilha. Din id-darba gharralu, ghaliex fl-20 ta’ Awwissu tas-sena ta’ wara hu rcieva twegiba li t-talba tieghu ma kinetx giet ikkunsidrata.5


Grech baqa’ ma qatghax qalbu, ghaliex f'Marzu tal-1852 huwa ddikjara li peress li kien hemm mithna ohra ftit metri 'I boghod minn dik tieghu, huwa beda jsib kompetizzjoni qawwija, ghalkemm il-mithna tieghu kienet hemm qabel l-ohra. Hawn hu kien qieghed jirreferi ghall-“Mithna l-Gdida.” Minhabba dan kollu Grech talab biex jigi mnaqqas ic-cens tieghu. F'dik is-sena hu kien ghadu jhallas 43 lira sterlina li kienu jigu 516-il skud, dejjem skont il-kuntratt tal-1 ta' Lulju tal-1846. Din id-darba l-awtoritajiet mhux talli ma laqghux it-talba tieghu, imma qalulu car u tond li l-unika offerta li kellu kienet li jekk irid seta jwaqqaf ic-cens li kien ghad baqaghlu. Dan ic-cens kien jaghlaq fil-31 ta' Dicembru tal-1863. Din it-twegiba giet moghtija lilu fit-3 ta' Novembru tal-1852.6


Ghalkemm kien ha din ir-risposta iebsa, Grech xorta qatt ma qata’ qalbu. Dan ghaliex f’Novembru tal-1855 rega’ ghamel talba ohra simili. Fit-28 ta’ Novembru regghet inghatatlu l-istess risposta bhal ta’ qabilha, u gie ddikjarat li ghalxejn jibqa’ jitlob talbiet ohra, ghaliex ghalissa zgur ma kinux ser jigu kkonsidrati. Dan ghaliex, skont l-awtoritajiet, il-mithna ta' Grech xorta baqghet wahda mill-ahjar imtiehen bhala kwantita' ta' xoghol.7


F'Settembru tal-1856 Grech informa lill-Awtoritajiet li huwa ghazel it-talba li kienu ghamlulu huma, sabiex jekk irid iwaqqaf ic-cens tal-mithna. Fir-rapport li kien sar fl-20 ta' Settembru mill-Kollettur tad-Dhul tal-Artijiet, gie maghruf li t-talba ta' Grech giet ikkunsidrata u ghalhekk peress li l-mithna kienet tal-Gvern, giet offruta lill-pubbliku sabiex jiftghu n-nomini ghac-cens.8


Karrettun ghaddej minn quddien il-mithna l-qadima.Karrettun ghaddej minn quddien il-mithna l-qadima.

Fl-1 ta' Jannar tal-1857, il-mithna ghaddiet ghand Costantino Grech, b'cens ghal 32 sena, li kien jiggedded kull 8 snin. Il-kera kien ta' 30 lira sterlina fis-sena. Fil-kuntratt kellu kundizzjoni li l-unika alternattiva sabiex jinhall mill-imsemmi kuntratt, kien biss f'kaz li tiftah mithna fil-vicinanzi u tehodlux- xoghol. Fil-bidu ta' Dicembru tal-1858 Grech ghamel petizzjoni ghax ried iwaqqaf il-kuntratt minhabba li kienet fethet mithna gdida privata fil-qrib, li wisq probabbli kienet “il-Mithna l-Gdida.” Fit-13 ta’ Dicembru stess, inkiteb rapport shih li juri li l-applikazzjoni tieghu giet nulla. Dan gara ghaliex meta l-awtoritajiet marru fuq il-post sabiex jaghmlu spezzjoni huma sabu li l-mithna privata kien ghadha qeghda tinbena u ghalhekk kien kmieni wisq sabiex taffetwalu x-xoghol tieghu.9


Milli jidher “il-Mithna l-Gdida” ftit damet ma fethet minn wara li Costantino ghamel it-talba ta' Dicembru tal-1858. Wisq probbabli li hekk kif fethet Grech talab biex itemm il-kuntratt. Dan nafuh ghaliex fl-1 ta' Lulju tal-1859 din il-mithna kienet giet mikrija b'cens lil Angelo u Paolo Grech.10


Fil-11 ta' Settembru tal-1861, huma ghamlu l-ewwel talba dwar rohs fic-cens taghhom, pero din it-talba kienet giet rifjutata.11


(p.75) Fit-28 ta' Lulju tal-1869 Paolo rega’ ghamel talba ohra simili bhal ta' qabilha. Skont rapport li kien hareg fil-11 ta' Awwissu kien gie deciz li ma seta' jinghata ebda tnaqqis. Dan ghaliex fis-sena 1865 il-Gvern kien hareg tnaqqis fic-cens ta' 30% lil kull sid, ghaliex kienet inhasset il-htiega li jsir dan peress li t-tahhana kienu f'diffikultajiet finanzjarji minhabba kompetizzjoni qawwija bejniethom.12


Kien il-jum tal-4 ta' Ottubru tal-istess sena meta Giuseppe Scicluna (fil-petizzjoni l-kunjom kien Xikluna) kien talab sabiex jiehu l-hagar tat-thin ta' din il-mithna ghall-mithna tieghu li kellu gewwa r-Rabat Ghawdex, Ta' Marziena. It-talba kienet giet michuda minhabba li dawn il-hagriet kienu indispensabbli ghall-mithna tal-Mosta.13


ll-kumbattimenti bejn l-awtoritajiet u Paolo Grech baqghu sejrin bla ma qatghu. Hu maghruf li fit-2 ta' Awwissu tal-1872 Grech talab biex iwaqqaf ghal perjodu taz-zmien il-hlasijiet tal-kera. Fit-8 ta' Novembru kien gie avzat li t-talba tieghu ma gietx accettata.14


Ritratt li juri 3 imtiehen li kien hawn fil-Mosta flimkien(p.77) Dan ir-ritratt juri "l-Mithna l-Qadima" (fuq ix-xellug) li kienet ghadha bl-antenni, kif ukoll "il Mithna l-Gdida" (fuq il-lemin) li kienet diga zarmata. Wisq probabbli li dan ir-ritratt gie mehud fil-bidu tas-seklu ghoxrin, pero zgur u qabel 1928 ghax f'dik is-sena "l-Mithna l-Qadima" kienu tqacctulha l-antenni. Ta' min jinnota li wara l-Mithna l-Gdida (dik tal-lemin) jidher torri iehor ta’ mithna. Jista’ jkun li din kienet wahda miz-zewg imtiehen ohra li bosta persuni isostnu li kien hemm u illum hadd ma jaf fejn kienu mibnija (fil-fatt dik il-mithna ghada tezisti, minghajr tromba jew kwazi, u tinsab kantuniera Triq San Silvestru ma Triq it-Torri - il-forma tonda tat-tromba taghha tidher bil-Google Earth). Ritratt mill-kollezzjoni ta’ Ray Cauchi.

Kif jghid il-Malti “ll-hmar il-maghkus idur mieghu d-dubbien.” Wara li Paolo habbat wiccu ma' diversi problemi rigward il-mithna, issa jidher li n-natura bdiet thabbtu wkoll. Kienet ix-Xitwa tas-sena 1881 meta f'pajjizna kien ghamel rih qawwi. Dak inhar zewg imtiehen minn ta' Grech, li kienu din il-mithna u ohra gewwa Birkirkara, maghrufa bhala “l-Mithna tal-lmriehel” li ser naraw fuqha aktar ‘il quddiem kienu garrbu xi hsarat. Dan kien wassal biex fit-22 ta' Dicembru stess Grech ghamel talba lid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici sabiex il-15-il lira sterlina li kien nefaq biex sewwa z-zewgt imtiehen mill-hsarat jigu mnaqqsa mill-kont tal-kera tieghu. Fil-5 ta' Jannar ta' wara Grech gie nfurmat li fil-kuntratt kien hemm klawsola li tghid li kull tip ta' hsara li ggarrab il-mithna ghandu jaghmel tajjeb ghaliha huwa stess. Din ir-risposta kienet daqqa ohra ta' stallet ghal Grech.15


Minkejja li kienu ghaddew bosta snin u Paolo Grech kien ghamel bosta petizzjonijiet li bosta minnhom kienu nulli, huwa xorta baqa’ jzomm din il-mithna. Fil-fatt wiehed isib li fis-27 ta' Ottubru tal-1887 kien rega’ ghamel petizzjoni ohra lill-Gvern, rigward rohs fil-kera tal-mithna tieghu.16


Skont sorsi tas-sena 1905, l-istess mithna kienet mikrija lil Nicola Grech, l-istess persuna li kellu “l-Mithna ta' Kola” fix-Xaghra Ghawdex. L-indirizz ta' din il-mithna f’dik il-habta kien: Nru 1, Strade Molino e Via Valletta.17


Fil-21 ta' Settembru ta' dik is-sena stess, xorti hazina messet lil Nicola meta sajjetta laqtet il-mithna tieghu. L-ispejjez tal-hsara kkagunata kienu ta' 4 liri sterlini u dan kellu jaghmel tajjeb ghalihom Nicola stess, peress li l-Gvern ma riedx jghinu minhabba li l-mithna kienet mikrija lilu ghal tul ta' zmien.18


L-istruttura taghha hija maghmula forma kwadra ta' madwar 21 filata, li fuqha hemm it-torri ta’ madwar 24 filata ohra. Dan ifisser li b'kollox din fiha kwazi 4 sulari.


Ghalkemm hija l-eqdem wahda fil-Mosta, din xorta kienet l-ahhar wahda li fis-sena 1925 waqfet tahdem. Sfortunatament, fl-1928, wara tempesta qawwija hafna li hakmet f'pajjizna, tqacctulha l-antenni. Illum din il-mithna hija propjeta tal-Gvern mikrija lill-privat.19


"Il-Mithna tal-Madonna tal-Karmnu" - Hadmet bejn 1858-??


Mappa tal-Mosta tal-1824 turi l-mithna l-QadimaMappa tal-Mosta tal-1907 turi l-4 mtiehen tar-rih immakati W(ind) M(ill) f'cirku ahmar waqt li dik ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku mmarkata bejn wiehed u iehor fejn tinsab illum b'cirku blu, mhix immarkata ghax taf kienet diga zarmat.

"Il-Mithna tal-Madonna tal-Karmnu" tinsab fuq sit numru 192, Triq il-Kungress Ewkanstiku fil-Mosta. Bhall-“Mithna il-Gdida,” din ukoll inbniet taht il-hakma Ingliza.


Fl-1998, wiehed mill-gurnali ewlenin f’pajjizna ppublika kullana ta' ritratti antiki ta’ postijiet kif kienet id-dehra taghhom fl-antik. Fuq wiehed partikolari li d-data tieghu tmur lura ghas-sena 1880, igib kif kienet Triq il-Kungress Ewkaristiku f’dak iz-zmien. Wiehed jista' jinnota li din it-triq kienet vojta mill-bini u mdawwra fuq iz-zewg nahat b'hitan tas-sejjieh. Tista' tghid li il-faccata ghada talekwali kif kienet.


Illum din il-mithna hija maqsuma bejn zewgt idjar residenzjali. Mid-dehra taghha din ma tantx tidher li kienet mithna. Ir-raguni ewlenija hija li ma jidher ebda hjiel ta’ torri. Originalment din kellha torri, ero fit-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945) dan intlaqat u waqghet bicca minnu. Kienet is-sena 1958 meta gie deciz li dan kellu jitwaqqa’ ghal kollox ghaliex kien ta’ periklu li jkompli jaqa’.


(p.78) Taht din il-mithna hemm giebja kbira. Ir-raguni ewlenija ghal din il-giebja hi li fl-antik din il-mithna kien fiha magna tal-ghagin, li kienet tithaddem mill-familja Zerafa.


Il-mithna hadet l-isem tal-Madonna tal-Karmnu ghaliex fil-kantuniera taghha kellha nicca tal-Madonna tal-Karmnu. Illum din in-nicca ghadha hemm pero bla statwa. Li kien gara kien li, meta kien sar l-ewwel Kunsill Lokali tal-Mosta, is-Sur Zaren Vassallo, li kien l-ewwel sindku tal-Mosta, kien nehha din l-istatwa biex jirrestawraha ghaliex kienet fi stat hazin hafna. Li gara kien li, meta din l-istatwa giet irrestawrata ma regghetx tpoggiet f’postha, pero minflok tpoggiet fil-kappella ta’ San Anton gewwa l-Mosta stess. Naturalment kien hemm min oggezzjona ghal dan l-ghagir. Sallum l-istatwa ghadha f’din il-kappella.20


Li ghad fadal mil-Mithna tal-Madonna tal-Karmnu  Ritratt: Clifford Vella


Riferenzi

    Mappa tal-Mosta tal-1824 turi l-mithna l-QadimaRitratt tal-Mithna l-Qadima meta kienet ghada bl-antenni, cioe qabel l-1928. L-antenni tal-mithna "l-gdida" li t-tromba taghha tidher fuq wara kienu ga domnu.
  1. Margret Aguis li kienet tghix sa ftit ta' zmien ilu fil-“Mithna l-Gdida” u Gorg Cassar li huwa storiku li joqghod il-Mosta stess.
  2. Hal Luqa, Niesha u Grajjietha - Dun Guzepp Micallef, pp. 54-155.
  3. Public Works, Vol 2, Petizzjoni 168 tal-1816.
  4. Public Works, Vol 13, Petizzjoni 128 tal-1846.
  5. Public Works, Vol 14, Petizzjoni 71 tal-1850.
  6. Public Works, Vol 14, Petizzjoni 213 tal-1852.
  7. Public Works, Vol 15, Ref 24 Petizzjoni S898G tal-1855.
  8. Public Works, Vol 15, Ref 252 Petizzjoni 6942C tal-1856.
  9. (p.79) Public Works, Vol 16, Petizzjoni 1181G tal-1858.
  10. Bl-ghajnuna tat-Taqsima tal-Propjeta tal-Gvern.
  11. Public Works, Vol 17, Petizzjoni 5932G tal-1861.
  12. Public Works, Vol 21, Petizzjoni 3034G tal-1869
  13. Public Works, Vol 21, Petizzjoni 3298X tal-1869.
  14. Public Works, Vol 23, Petizzjoni 280G tal-1872.
  15. Public Works, Vol 28, Petizzjoni 4449G tal-1881.
  16. Public Works, Vol 30, Petizzjoni 4627G tal-1887.
  17. Public Works, Vol 44, Petizzjoni 190G tal-1905.
  18. Public Works, Vol 46, Petizzjoni 916A tal-1905.
  19. Kunsill Lokali Mosta mill-ktieb, Mosta u Trades & Crafts of recent past in Malta, p.135.
  20. Victor Caruana storiku iehor li jghix fil-Mosta wkoll u l-informazzjoni nghatatli f'Settembru tal-2008.

Kapitli ohra mill-ktieb