The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


APPENDICI I


HSARAT U TISWIJA


Sezzjoni A


(p.231) Taghrif li deher F“Lehen is-Sewwa” tat-3 ta’ Lulju 1946, pagna 8


“MILL-MOSTA”


Mastru Salvu ZahraIl-genju Mosti Salvu Zahra li sab tarf isewwi bl-akbar sengha l-hsarat kagunati mill-balla fil-koppla. Skont ma jinghad kienet intrapriza li tbezzghek u hafna qatghu qalbhom kif ser isibu tarf ilaqqghu l-gdid mal-qadim. Izda ghall-imghallem Salvu Zahra kienet qisha problema bhall-ohrajn. It-tiswija perfetta hi xhieda ta’ senghetu u tal-genju tieghu.

Skont il-korrispondent il-bomba ghaddiet mis-saqaf tal-koppla fejn hemm hxuna ta’ sitt piedi, kwazi zewg metri. Sar armar specjali biex jibda x-xoghol ta’ tiswija li ndahal ghalih l-imghallem Salvu Zahra, bniedem ta’ genju kbir u wild il-Mosta.


Fil-25 ta’ Gunju 1946 l-armar ittella’ min-nies tal-Mosta. Kien jizen erbghin qantar. Biex tela’ mill-art ha aktar minn siegha. Kien ikkalkulat li mit-toqba tnehha aktar minn elf pied kubu gebel. Il-gebel li bih kienet se tissewwa l-koppla kien jizen erba’ qnatar u nofs il-wahda.


Kien hemm xena sabiha fir-Rotunda x’hin l-armar inqata’ mill-art. L-Arcipriet Dun Karm Sciberras u xi nies ohra bdew jitolbu biex kollox jirnexxi. Fost l-irgiel u z-zghazagh kien hemm min beda jgebbed, min idawwar, insomma, kulhadd medd idu.


Ix-xoghol kellu jitlesta sa Santa Marija ta’ dik is-sena.


Sezzjoni B


Rapport f’ “Il-Berqa” ta’ l-Erbgha 19 ta’ Gunju 1946, pagna 5.


“TISWIJA TAL-KOPPLA TAL-MOSTA"


“Il-Berqa” rrappurtat sitt ijiem qabel ma l-armar ittella’ f’postu. “Fil-knisja tal-Mosta, li b’xorti kbira mhix herba ta’ gebel bhat-Tempju ta’ Hagar Qim jew il-Kolossew ta’ Ruma, bhalissa hemm mimdud l-armar, lest biex jittella’ fis-saqaf, halli jinbeda x-xoghol ta’ tiswija tal-hsara li ggarrbet minn bomba mwaddba minn ajruplan ta’ l-ghadu fid-9 ta’ April 1942 u li dahlet minn dik il-koppla famuza bla ma splodiet.


L-Arcipriet Dun Girgor BorgL-Arcipriet Dun Girgor Borg li fi zmienu gara l-kaz. Kien inkwieta hafna meta l-knisja ntlaqtet u dan kompla ghafas fuq id-dghufija ta’ sahhtu. Miet xahrejn wara, fit-2 ta’ Gunju, 1942.

L-armar, mahsub u mahzuz mill-imghallem Salvu Zahra, huwa ta’ ghamla ta’ trianglu, b’qiegh ta’ sittax-il pied u tul ta’ erbghin pied, u jizen b’kollox 25 qantar. Dan l-armar se jintrabat b’wire ta’ l-azzar, u jitqieghed taht il-hsara li saret fis-saqaf tal-koppla.


(p.232) Il-hsara, ghalkemm ma tidhirx wisq, hi kbira u tehtieg hila ta’ sengha biex tissewwa. Id-daqqa tal-balla bezqet xi 330 pied kubu ta’ gebel. Hu mahsub li hemm xi 700 pied kubu iehor ta’ gebel imdamdam, li dan irid jitnehha.


Il-hxuna tas-saqaf fejn hemm il-hsara hi minn hames sa sitt piedi. Il-gebel mingur jizen xi erba’ qnatar il-wahda, u huwa mfassal f’ghamla ta’ “Z” biex meta jitqieghed ma jkunx hemm htiega ta’ armar iehor biex iriffed il-gebel.


L-imghallem jahseb li sal-15 ta’ Awissu, jum il-festa ta’ Santa Marija, ix-xoghol tal-gebla jkun lest”.


Sezzjoni C


Ritratt riprodott f’ “Il-Berqa” tat-Tlieta 2 ta’ Lulju 1946, pagna 8.


Minn caption li deher taht ritratt ta’ Schembri Photo Studio, nafu li x-xoghol ta’ tiswija kien f’idejn il-Professur Victor Galea u l-imghallem Salvu Zahra (mhux Saver, kif deher bi zball).


Sezzjoni D


Rapport f’ “The Times of Malta” tas-Sibt 21 ta’ Mejju 1960, pagna 9.


“SAVING MOSTA DOME”


L-Arcipriet Mons. Dun Karm SciberrasL-Arcipriet Mons. Dun Karm Sciberras, li fi zmienu saru t-tiswijiet kagunati mill-balla fil-koppla.

“Il-bomba Germaniza li laqtet il-knisja tal-Mosta madwar tmintax-il sena ilu, u li b’xorti tajba ma haditx, hi maghduda bhala l-kagun ta’ l-ispiza ta’ izjed minn Lm5,000 li se tintefaq fil-koppla mill-awtoritajiel tal-knisja tal-Mosta.


Sa minn meta l-bomba rieghdet il-knisja, il-kapolavur ta’ Grognet qattar kull darba li ghamlet ix-xita. Ragel qal li l-koppla kienet qisha gharbiel. Ix-xita kienet qieghda taghmel hsara lis-saqaf, apparti li kienet ta’ skomdu ghall-parruccani.


Madwar tliet snin ilu, l-awtoritajiet tal-knisja tal-Mosta, immexxija mill-Arcipriet, illum Monsinjur, Paolino Galea, u Dun Salv Magro, prokuratur tal-knisja, qatghuha li jiehdu passi.


Permezz tal-Perit A.E. Cutugno, l-awtoritajiet tal-knisja kkuntattjaw lill-Messrs Fred. Braby & Co Ltd ta’ Londra. Messrs Braby baghtu espert, is-Sur T. Megilly, li rrapporta dwar dak li kien gara. Id-ditta talbet Lm5,000 biex tiksi disat elef pied kwadru mill-koppla b’kisja ta’ pjanci tar-ram.


L-istess ditta ghadha kif ksiet is-saqaf tal-kattidral ta’ Westminster b’kisja ta’ pjanci tar-ram u bniet koppla ghall-Universita ta’ Rangoon f’Burma.


(p.233) Meta l-prezz li taw Messrs Braby kien accettat, id-ditta baghtet Malta Iis-Sinjuri Leslie Elkington, E. Evans u G. Baker biex jaghmlu x-xoghol. F’xogholhom huma meghjunin minn haddiema Maltin. Qabel ma dawn waslu, id-ditta baghtet pjanta ta’ armar li kellu jsir u affarijiet ohra mehtiega biex ikun jista’ jsir il-kisi tas-saqaf. Inbena tarag (flying staircase) minn Messrs Cemenstone Ltd u l-provvista tad-dawl issahhet. Ix-xoghol ta’ tiswija ghandu jitlesta l-gimgha d-diehla. Id-ditta ggarantiet xogholha ghal ghoxrin sena”.


Skont il-caption li hemm mar-ritrat, it-tarag tal-konkrit li naraw in-naha ta’ wara tal-knisja nbena minhabba din il-bicca xoghol.


Sezzjoni E


TISWIJIET TAL-HSARAT TAL-GWERRA


  1. Kontijiet tal-gebel

    L-Arcipriet Mons. Paolino GaleaL-Arcipriet Mons. Paolino Galea, li fi zmienu fl-1960, l-ahhar sena tal-parrokat tieghu fil-Mosta, sar il-kisi tal-parti ta’ fuq tal-koppla bir-ram.
    Bejn it-28 ta’ Lulju u s-7 ta’ Ottubru 1945 thallsu Lm45.55 ghall-provvista ta’ 830 pied kubu gebel u 21 xkora. Dawk li gabu l-gebel kienu Guzeppi Vella, Giovanni Camilleri, Gio Maria Camilleri u Carmelo Abdilla.

    Bejn is-16 ta’ April u l-11 ta’ Awissu 1946 thallsu Lm37.70 ghal 550 pied kubu gebel. Hallashom ukoll l-Arcipriet Sciberras. Dawn thallsu lil Antonio Galea “ta’ Pippu”, Pawlu Mifsud, Calcedonio Mifsud, Manwel Vella u Salvu Zahra. F’dan il-kont thallsu erba’ liri lil Gio Maria Camilleri ghal 76 pied kubu li ma kienx thallas taghhom fil-kont ta’ qabel. Dan il-gebel insibuh imnizzel fis-16 ta’ Settembru 1945 u mhallas fil-11 ta’ Awissu 1946.

    Dun Salv Magro sar amministratur wara l-Arcipriet Sciberras. Lahaq sacerdot f’Awissu ta’ l-1946. Hallas  Lm6 lil Salvatore Zahra ghal zewg kunsinni ta’ gebel, b’kollox disghin pied kubu, provduti fil-15 ta’ Marzu 1947.

  2. Xoghol tal-bennejja u l-lavranti

    Fid-29 ta’ Lulju 1945 l-Arcipriet Dun Karm Sciberras hallas Lm5 lil Giuseppe Bonnici ghal erbat ijiem xoghol bil-Lm1.20 fil-gurnata. Kien l-ewwel pagament li sar lil bennej.

    Il-monument li jfakkar il-hamsin anniversarju mill-grajjaIl-monument li jfakkar il-hamsin anniversarju mill-grajja hu xoghol l-iskultur Mosti Gianni Bonnici.
    Bejn id-29 ta’ Lulju u l-20 ta’ Novembru 1945 thallsu Lm370.78,3 lill-bennejja u lil-lavranti fix-xoghol tal-gebel. Il-bennejja u l-lavranti kienu Giuseppe Bonnici, Carmelo Galea, Carmelo Grima, Francesco Grech, Emanuele Sammut, Paolo Borg, Filippo Caruana u Joe Muscat mal-krejn, Filippo Caruana, l-imghallem Salvu Zahra (Lm 120 akkont), u Censu Mifsud li ghamel xoghol fil-kampnar u l-antifissi.

    (p.234) lt-tieni kont jigbor fih il-hlasijiet li saru bejn is-27 ta’ April 1946 u t-28 ta’ Settembru 1946. Intefqu Lm508.34. Mal-bennejja u l-lavranti diga msemmija nsibu ohrajn: Giuseppe Schembri, Giovanni Muscat, Giuseppe Falzon, Giuseppe Farrugia, Gio Maria Borg, Gerardu Zammit, Giuseppe Sammut, Carmelo Dimech, Angelo Muscat u Antonio Agius. Minn din is-somma, ghaxar liri marru fi bwiet il-manwali tat-tlugh ta’ l-armar, u Lm3.50 ghall-uzu tal-krejn minghand Lorenzo Bezzina.

    Taht l-amministrazzjoni ta’ Dun Salv Magro ntefqu Lm289.56 ohra fi spejjez lill-bennejja u lil-lavranti bejn il-5 ta’ Ottubru 1946 u l-5 ta’ Lulju 1947. Ismijiet godda li zdiedu ma’ dawk ta’ qabel kienu dawk ta’ Ganni Camilleri, Guzeppi Gatt, Censu Vella, Pacik Calleja, Karmnu Catania, Bastjan Fenech u Mikiel Galea (kahhala). Dawn bejniethom b’kollox hadmu 266 gurnata xoghol.

  3. Injam u hgieg

    Intefqu Lm399.27 fi spejjez f’injam u hgieg bejn is-26 ta’ Dicembru 1943 u l-20 ta’ Awissu 1945. Antonio Magri rcieva Lm27 ghall-hgieg ta’ erba’ nicec u Lm87.60 ghal hgieg opak ta’ sittax-il tieqa. Is-Sur Valentino thallas Lm19.79 ghal injam ghat-twieqi filwaqt li ghat-tiswija fl-injam u l-hgieg tal-knisja, maghduda sittax-il tieqa, Salvatore Mifsud ha Lm91.77. Tliet liri hadhom Gio Batta Abela ghal erba’ twieqi tal-koppla tal-kor, u Guzeppi Camilleri, mastrudaxxa, thallas Lm170.10 ghat-tiswija ta’ tlittax-il tieqa mill-kbar u zewg loggiet.

    Bejn il-5 u d-29 ta’ Mejju 1946 intefqu Lm94.20,8 fi hgieg ghat-twieqi ta’ fuq tas-sagristija minghand Nicola Gatt, Lm50.20 ghal travi mit-tarzna, Lm 13.22,5 ghal zewg coils ta’ wire minghand Bernard Zammit u Lm26.80 ghal 627 pied injam minghand Timber Pool.

    Bejn l-24 ta’ Jannar u l-11 ta’ Gunju 1947 thallsu Lm 171.47 ghal xoghol fl-injam lil Indri Galea.

  4. Siment, gir, terrapien u materji ohra

    L-Assunta ta'fuq iz-zuntier li ntlaqtet mill-isplintersL-istatwa ta’ Santa Marija fuq iz-zuntier xoghol l-iskultur Malti Censu Apap, intlaqtet minn xrapnel ta’ bombi li splodew fil-pjazza zmien qabel id-9 ta’ April, 1942. Dawn il-hsarat gew imsewwija.
    Fis-6 ta’ Ottubru 1944 l-iskultur Vincent Apap thallas Lm5 ghat-tiswija ta’ l-istatwa ta’ Santa Marija ta’ fuq iz-zuntier. Mir-rendikonti jirrizulta li din l-istatwa ntlaqtet mill-isplinters.

    Fl-1945 Francesco Fenech u Francesco Sciberras ipprovdew gir, siment, madum u xoghol flimkien ma’ tnehhija ta’ terrapien. Ta’ dan thallsu Lm23.48.

    (p.235) Bejn it-28 ta’ Lulju u d-19 ta’ Settembru 1946 intefqu Lm51.06 ghal ramel, zrar, garr ta’ terrapien, gir, zebgha u ghall-irbattatur ta’ l-ghodda. Il-koniijiet thallsu lil Vitor Sant, Geraldu Farrugia, Emanuel Vella, Guzeppi Zammit, Francesco Sciberras, Francesco Fenech u Albert Said.

    Inhargu Lm51 bejn is-26 ta’ Novembru 1945 u l-1 ta’ April 1947 ghal xoghol simili. Barra minn hekk, sar xoghol ta’ skultura fil-hajt minn Antonio Agius.

    Guzeppi Farrugia hadem fir-restawr tar-ruzuni. Antonio Said ghamel xoghol ta’ skultura. L-ahwa Galea u Napuljun Grech u Tancredi Grech thallsu taz-zebgha. Gamri Camilleri gab iz-zrar tal-konkos tat-tarag. Wigi Sciberras gab il-gir. Hlasijiet ohra saru lil Salvu Zammit u lil Frangisk Sant.

    Mis-7 ta’ Mejju sat-13 ta’ Lulju 1947 intefqu mal-Lm 168 ohra. Il-hlas lill-perit Profs. Galea tela’ ghas-somma ta’ Lm106. Patri Faustin Testaferrata ha Lm22 ghat-tiswija tal-kwadri.

    Nota minghajr data fi tmiem ir-rendikont ta’ din il-parti, pagna 51, turina x’nefqa kbira saret biex jissewwa r-ruzun tan-nofs. Dan sewa Lm920. Ix-xoghol sar minn Giuseppe Spampinato Tabone.

  5. Tikhil

    Lunetta ta' Kristu li ntlaqtet mill-bombaIl-lunetta ta’ Kristu mdawwar mill-Appostli, xoghol Giuseppe Cali, garrbet hsara kbira meta l-bomba ta’ 500kg giet f’wicc Kristu qabel waqghet fuq il-paviment. Il-pittur Guido Cali, qarib tal-pittur famuz, irrestawraha.
    Bejn it-18 ta’ Settembru 1943 u s-26 ta’ Lulju 1947 inhadmu 297 jum u nofs xoghol mill-kahhala u mil-lavranti. In-nefqa telghet ghal Lm222. Il-kahhala li hadmu minn zmien ghal zmien kienu Carmeo Abela, Lonzu Calleja, Carmelo Catania, Francesco Sciberras, Pacifiku Calleja, Manwel Sammut, Ganni Camilleri, Cikku Tonna, Anglu Xuereb u Manwel Fenech.

  6. Hlas mill-Kummissjoni ghall-Hsarat tal-Gwerra

    Il-Kummissjoni ghall-Hsarat tal-Gwerra hallset lill-knisja parrokkjali tal-Mosta fi tliet pagamenti. L-ewwel hlas sar lill-Arcipriet Dun Karm Sciberras. X’aktarx li dan il-kont kien ta’ Lm45 u kien ghal spejjez preliminari. F’nota ffirmata, l-Arcipriet Dun Karm Sciberras kiteb li l-kont thallas f’Marzu ta’ l-1946.

    It-tieni pagament thallas fid-9 ta’ Mejju 1949 u rcevieh Dun Salv Magro. Kien hlas ta’ Lm950. F’Marzu ta’ l-1950 thallas it-tielet u l-ahhar pagament ta’ Lm1,400. B’hekk il-Kummissjoni ghall-Hsarat tal-Gwerra hallset Lm2,395 lill-knisja tal-Mosta ghall-hsarat li l-knisja garrbet bl-azzjoni tal-Luftwaffe fil-gwerra.

GLOSSARJU
Bomba anti-personnel Bomba ntenzjonata kontra l-individwu
Aufschlag Zünder (AZ) Impact Bomb Fuze
Baraxx (Barrage) Bumbardament b’artillerija kkoncentrat fuq area partikulari
Brandebombe Bomba tal-Hruq
Elektrische Aufschlag Zünder (El.A.Z.) Electric Impact Fuze
Feldwebel (Fw) Sergeant
Flakk Kanuni ta’ kontra l-ajruplani
Flammenbombe Bomba tan-nar jew taz-zejt
Flieger Aircraftsman Second Class
Fliegerdivision Divizjoni ta’ l-ajru
Fliegerkorps Air Corps
Flugzeugführer Pilota
Geffeiter Aircraftsman First Class
Generalfeldmarschall Marshall of the Air Force
Generalleutnant Air Vice-Marshal
Generalmajor Air Commodore
Geschwader Grupp ta’ ajruplani, maghmul minn 100 sa 120 ajruplan
Gruppe Grupp, maghmul minn 30 sa 60 ajruplan
Hauptmann Flight Lieutenamt
Heer Armata Germaniza
High Explosive (HE) Splussiv Qawwi
Jabo (Jagdbomber) Fighter-bomber, bhall-Me 109 F-4
Jagdgeschwader (JG) Fighter Wing, maghmula minn ghadd ta’ ajruplani fighters
Kampfgeschwader (KG) Bombing Wing, maghmula minn ghadd ta’ skwadri ta’ ajruplani bombers
Kette Sezzjoni ta’ tlitt jew erba’ ajruplani fighters jew bombers
Kopfring Cirku ta’ l-azzar imwahhal mal-manhar ta’ bomba biex ma jhallihiex tippenetra fl-art
Kriegsmarine Il-Flotta Navali Germaniza
Lehrgeschwader (LG) Wing tat-tahrig tal-piloti
Leutnant Pilot Officer
Luftflotte Flotta ta’ l-Ajru maghmula minn ghadd ta’ Geschwadem
Major Squadron Leader
Nachtjagdgeschwader (NJG) Night Fighter Wing
Oberbefehlshaber der Luftwaffe, Süd Kap Suprem tal-Qawwa ta’ l-Ajru fin-Nofsinhar
Oberleutnant Flying Officer
Oberfeldwebel (Ofw) Flight Sergeant
Oberst Group Captain
Panzerbombe-Cylindrisch (PC) Armour Piercing bomb
PE Professional Engineer
Phosphorbrandebombe Bomba tal-fosfru li tifrex nirien kbar
Reichluftfahrtministerium (RLM) Ministeru ta’ l-Avjazzjoni Germaniza
Salvo Sparar f’daqqa ta’ artillerija, snieter u kanuni f’battalja.
Numru ta’ bombi li jinxtehtu minn ajruplan jew aktar wara xulxin malajr hafna
Schwarm Sezzjoni ta’ tliet jew erba’ fighters
Splitterbombe Bomba-farfett anti-personnel
Sprengbombe Bomba ta’ splussiv qawwi
Sprengbombe-Cylindrisch (SC) General Purpose Bomb
Sprengbombe-Dickwandig-Cylindrisch (SD) Semi-Armour Piercing Bomb
Stab Staff
Staffel Skwadra maghmula minn disa’ sa 12-il ajruplan
Stuka Tqassir ta’ Sturzkampffiugzeug, dive-bomber
Stukageschwader (St. G) Dive-bombing Wing, maghmula minn ghadd ta’ ajruplani li jiddajvjaw u jixhtu l-bombi preciz fuq it-target, bhall-iStuka 87
Unexploded Bomb (UXB) Bomba mhux sploduta
Unteroffizier Kapural
Wehrmacht Il-Qawwiet Armati Germanizi fi zmien l-Era Hitlerjana
X-Gerät L-istallazzjoni f’ajruplan Germaniz li biha kien jircievi s-sinjali X-Verfahren
X-Verfahren Sistema ta’ bumbardament bi precizjoni li tuza l-VHF
Zeitzünder (ZtZ) Fuze ta’ dewmien il-hin
Zerstörergeschwader Destroyer Wing, maghmula minn ghadd ta’ skwadri ta’ ajruplani destroyers bhall-Me 110
Zünder Fuze ta’ bomba

Kapitli ohra mill-ktieb