The Mosta Archives Banner

Il-HBIT MILL-AJRU FUQ IR-ROTUNDA TAL-MOSTA - Il-Hamis 9 t'April 1942

minn Anthony Camilleri


Dan il-ktieb interessantissimu fuq din il-grajja tat-Tieni Gwerra Dinija jinxtara mill-hwienet ewlenin u taf mill-Oratorju. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


KAPITLU 1


TARGET AREA
KNISJA BIEB U GHATBA MA’ MITJAR


PARTI I


(p.7) 20 ta’ Marzu, 1942: “Ta’Qali... kien l-ewwel carpet-bombing tal-gwerra kollha u sa fl-ghaxija l-bazi ta’ l-ajruplani tat-taqbid dehret bhallikieku skussata minn eruzzjoni volkanika.”


Wiehed mill-piloti li tajru l-iSpitfires lejn Malta f’Operation Spotter fis-7 ta’ Marzu, 1942 kiteb:
“Il-Port il-Kbir issa kien jidher sewwa, kif kienet tidher il-Koppla tal-Mosta lewn ir-ramel. Hi t-tielet l-ikbar fid-dinja u tiddomina r-rassa ta’ bini abjad.”


Dhahen fuq Ta' Qali waqt bumbardament mir-Regia AeronauticaDhahen fuq Ta' Qali waqt bumbardament mir-Regia Aeronautica

Din hi gabra u damma elokwenti ta’ bosta memorji li baqghu stampati f’mohh il-piloti ta’ kull naha li hadu sehem fit-taqbida fis-sema Malti u lil hinn. Sa mill-1860 l-opra Grognetana kienet saret landmark tal-pajsagg Malti, dak iz-zmien aktar gawduta b’dawk il-wesghat li darba kienu ghelieqi u llum saru bini li jghatti u jaghlaq facilment il-veduta b’naqra ta’ angulatura ckejkna jew b’binja kemxejn oghla mill-ohrajn.


Meta bdiet l-era ta’ l-avjazzjoni civili ma’ tbexbix dan is-seklu b’dik l-ewwel titjira ta’ l-ahwa Orville u Wilbur Wright fis-17 ta’ Dicembru, 1903 f’Kitty Hawk, North Carolina, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-knisja tal-Mosta saret ukoll parti integrali tad-dimensjoni l-gdida ta’ osservazzjoni u fotografija mill-ajru. Ma kellux ighaddi wisq zmien qabel din ir-rabta bejn knisja gholja u l-gholi tas-smewwiet li ssahhah bil-bini ta’ ajrudrom ghall-avjazzjoni civili, wara mibdul minhabba l-htigiet tal-gwerra f’ajrudrom militari.


Sir Alan Cobham, li hadem qatigh biex titwaqqaf l-avjazzjoni civili fl-imperu Ingliz, instema’ minn Kumitat Maghzul imwaqqaf mill-Assemblca Legislattiva ta’ Malta mlaqqgha fit-28 ta’ Novembru, 1927. F’rapport li hejja semma sitt inhawi li minnhom seta’ jintghazel post ghal ajruport civili. Dawn l-inhawi kienu: il-wesgha ta’ l-art taht l-Imdina fuq ir-rih tal-Mosta, li fuqha setghu jinbnew zewg ajrudromi (infatti wara nbena Ta’ Qali), l-art bejn iz-Zurrieq u l-Qrendi (ftit ’il boghod minn fejn fi zmien it-Tieni Gwerra nbena (p.9) RAF Qrendi), bejn Hal Far u z-Zurrieq (li llum taghmel parti mir-runway il-gdida n-naha ta’ Birzebbuga), bejn in-Naxxar u San Pawl il-Bahar taht il-Fortizza tal-Mosta, l-art li hemm bejn Hal Safi u l-Gudja (li fi zmien it-Tieni Gwerra saret RAF Safi u llum hi parti mir-runway il-gdida) u l-art imdawra minn Hal Kirkop, Hal Luqa u l-Gudja (li llum hu l-mitjar ta’ Hal Luqa).


Is-suggerimenti ta’ Sir Alan damu ftit ma tpoggew fil-prattika. Ghall-ewwel Hal Far beda jilqa’ l-ajruplani civili wkoll wara li nfetah ghal ajruplani militari fis-16 ta’ Jannar, 1923 mill-Gvernatur Lord H. Plumer.


Fis-Snin Tletin inbena Ta’ Qali biex ikun l-ajrudrom civili ewlieni ta’ Malta.1 Kien uzat minn ajruplani civili biss. Kienu jinzlu ajruplani ta’ linji ta’ l-ajru Inglizi u Taljani, fosthom Imperial Airways u Ala Littoria. L-Ala Littoria inawgurat servizz gdid bl-ajru bejn Malta, l-Italja u l-Ewropa ta’ Fuq b’rotot maghhom ghal Tunis, nhar is-6 ta’ Gunju, 1939. “Dawn l-ajruplani Taljani, ibbazati fuq l-art, ser juzaw l-ajrudrom ta’ Ta’ Qali u dan is-servizz, flimkien ma’ dak li diga jezisti b’ajruplani tal-bahar li joperaw minn Marsaxlokk, ser jipprovdi servizz bl-ajru kuljum bejn Malta u l-Ewropa ta’ Fuq.”2 Fil-bidu s-servizz kien ippjanat ghas-17 ta’ April, 1939, izda l-kundizzjoni ta’ l-art f’Ta’ Qali ma kinitx tippermetti.3


L-intensita tal-bumbardamenti fuq Ta' QaliTa’ Qali mill-ajru fid-29 t'April 1942. L-intensita tal-bumbardamenti tidher mill-krejters tal-bombi, li taqqbuh qisu gharbiel u tawh il-bixra ta’ wicc il-qamar. Ix-xoghol ta’ mili tar-runways kien isir il-gurnata kollha minn suldati Maltin u Inglizi, haddiema Maltin u sahansitra piloti, li kienu jkunu ga mifnija bit-taqtighat mal-Germanizi fl-ajru. Izda kien essenzjali li l-ajrudrom jibqa’ jiffunzjona u li l-ajruplani jkunu jistghu jitilghu u jinzlu minkejja l-isfrakass li kull hbit kien jikkaguna lir-runways. Dan ir-ritratt miksub f'verzjoni ahjar minn tal-ktieb minn post fuq facebook.

Hafna nies ma kenux hadu pjacir bis-suggerimenti ta’ Sir Alan Cobham. Haduha kontra l-bini ta’ aktar ajrudromi ghax fil-bini ta’ Hal Far u ta’ Ta’ Qali kien ittiehed hafna raba’ tajjeb. Il-biedja kienet settur ewlieni ta’ l-ekonomija ta’ Malta dak iz-zmien. Illum, meta nharsu lura, nargumentaw li meta l-Ala Littoria tajret is-Savoia-Marchetti S.M. 75 l-AUME lejn Malta u rritomatu Ruma minn Ta’ Qali ghal Catania, Palermo u Napli, mhux biss kitbet pagna ohra fl-istorja tal-komunikazzjoni permezz tal-posta bl-ajru izda wkoll kompliet tqieghed il-pedamenti ma’ dawk li kien hemm bl-uzu ta’ ajruplani tal-bahar biex ikollna industrija tat-turizmu li titwiezen l-izjed bis-sahha ta’ l-ajruplani.4


Il-knisja tal-Mosta diga kienet centru ghat-turizmu organizzat, li kien qieghed iwarrad wara l-isforzi bikrin li saru biex jasal il-vapur Meteor bi tnejn u disghin passiggier Ingliz u Amerikan fis-16 ta’ Frar, 1923.5 Dawn kienu ntlaqghu minn irjus Maltin tal-habta u ohrajn midhla u inkangati fosthom il-Profs. Temi Zammit, il-Profs. Augustus Bartolo, l-Av. A.V. Laferla, il-Maggur V.C. Micallef, is-Sur Censu Bugeja, is-Sur Hannibal Scicluna, rapprezentanti ta’ l-agenti Cutajar and Cook, u l-Konslu Amerikan.


Il-knisja tal-Mosta, bhal kull post sagru, inbniet bhala post ta’ qima lil Alla biex isservi ta’ pont u ghaqda fl-imhabba u r-rispeti religjuz u civili bejn (p.11) il-bnedmin. L-ajrudrom ta’ Ta’ Qali nbena ghal skopijiet pacifici. Min kellu jghid li fl-istess epoka li l-Mostin lestew l-opra grandjuza ta’ l-iskultura u l-induratura tal-koppla magenb il-knisja tal-Mosta kien qieghed jinbena ajrudrom li kellu jkun l-istazzjon ewlieni ta’ l-ajruplani tal-glied lnglizi fil-Mediterran! Il-Mosta sofriet hafna minhabba dan l-ajrudrom ghalkemm fil-grajja tad-9 ta’ April, 1942 jidhlu fatturi ohra. Il-Mosta gawdiet dik id-dehra gdida ta’ l-koppla mlestija fl-1936 ghal sitt snin biss. Il-Luftwaffe kkagunatilha hsarat u ghal naqra ma qerditx it-tempju b’kollox, tempju li jixraq lill-gzira ta’ San Pawl!


Minn Works of Art in Malta: Losses and Survivals in the War ta’ Hugh Braun FSA, FRIBA6 nisiltu din is-silta: "MOSTA: This village, situated near the end of Ta’ Qali aerodrome, has in consequence been very badly bombed.” Fost il-bini bbumbardjat tissemma r-Rotunda tal-Mosta.


PARTI II


Ta’ Qali "... kwazi impossibbli li temmen li dan kien punt centrali tal-battalja li kienet miggielda ghal Malta, il-Mediterran, l-Afrika ta’ Fuq u l-Lvant Nofsani.”7


Spitfires Mk V fl-ajrudrom ta’ Ta’ QaliSpitfires Mk V fl-ajrudrom ta’ Ta’ Qali u Beaufighter niezel. Il-knisja tal-Mosta tidher fuq ix-xellug. Il-linja ta’ barra tal-knisja hi mghoddija bil-linka biex tidher.

Ta’ Qali kien l-ajrudrom ewlieni ta’ l-ajruplani tal-glied f’Malta fil-gwerra. Minnu l-piloti tar-Royal Air Force tajru l-ajruplani tal-glied biex jitqabdu kontra l-Luftwaffe.8 Kien “ajrudrom bi storja qasira izda mzewqa b’hafna grajjiet”.9 “Hafna mill-irgiel li taru u tqabdu fil-Battalja ta’ l-Ajru ta’ Malta kienu joperaw minn Ta’ Qali. Uhud minnhom qatt ma gew lura hemmhekk.”10 Mietu fl-ajru jew f’xi kraxx flok li mietu fl-ajrudrom infestat bil-bombi ta’ Ta’ Qali, kif iddeskrivieh Laddie Lucas, wiehed mill-piloti stazzjonati f’Ta’ Qali bejn id-9 ta’ Mejju u Settembru 1942. Lucas kien qal ukoll li ghexu f’kundizzjonijiet li hadd minnhom ma xtaq li jerga’ jkun hemm bhalhom.


Ta’ Qali nbena fuq pjanura li fil-qedem kienet ghadira. Kellu erba’ runways N-S twila 335 metru, E-W (433m), NE-SW (386m). Bikri fl-1941 ir-runway NW-SE ittawwal u kien sar fih medda ta’ 473m. Filwaqt li t-tliet runways l-ohra kienu 40m wiesgha, dan baqa’ wiesa’ 20m. Fir-rokna xlokkija kien hemm hangar Bellman u ufficcji u erba’ xeltrijiet ghal zewg ajruplam kull wiehed inqatghu fl-gholja n-naha tat-tramuntana.


(p.13) Fl-1940 ir-RAF hadet Ta’ Qali u f’Ottubru beda jintuza minn Squadron 261 imghammra bil-Hawker Hurricanes.11 Din l-iskwadra kellha wkoll xi Gloster Sea Gladiators. Sa l-ahhar ta’ Dicembru ta’ l-1940 kienu diga operaw hdax-il skwadra minn Malta, uhud minnhom ghal ftit xhur biss. Kienu mferrxin f’Hal Far, Kalafrana, Hal Luqa u Ta’ Qali. Fil-Milied ta’ l-1940 ir-Regia Aeronautica dehrilha li kellha tixhet kartolini tal-Milied fuq Ta’ Qali.


Spitfires Mk V f’Ta’ Qali u x’uhud min-nies tas-servizzSpitfires Mk V f’Ta’ Qali u x’uhud min-nies tas-servizz li kienu jiehdu hsieb li l-ajruplani jinzammu fi stat li jtiru. L-ewwel Spitfires tal-glied waslu fis-7 ta’ Marzu, 1942. Fl-isfond fuq il-lemin tidher il-knisja tal-Mosta, target imponenti f’halq vulkan li kien l-ajruport ewlieni ta’ l-ajruplani tal-glied Birtannici fit-teatru ta’ l-operazzjonijiet militari fil-Mediterran. Il-linja ta’ barra hi mghoddija bil-linka biex il-knisja tista’ tingharaf.

Fl-1941 saru aktar sforzi mill-Inglizi biex isahhu d-difiza mill-ajru. Bejn it-3 ta’ April u l-21 ta’ Mejju Force H tar-Royal Navy setghet tibghat Malta tnejn u tmenin Hurricane, imtajrin mill-aircraft-carriers Ark Royal u Furious. F’Mejju 1941 Squadron 261 giet zbanduta u l-ftit Hurricanes li kien fadlilha nghaqdu ma’ Squadron 185 stazzjonata Hal Far u ma’ Squadrons 126 u 249 stazzjonati f’Ta’ Qali. Squadron 249 waslet Ta’ Qali fil-21 ta’ Mejju, 1941.


Meta fit-22 ta’ dak x-xahar il-Germanja haddmet Operazzjoni Barbarossa u invadiet ir-Russja, Malta stejqret ghax Fliegerkorps X ittiehdet biex taghti sehemha f’waqt meta l-gzira kienet ghoddha waqghet gharkubbtejha taht il-qilla tal-blizz.


Wiehed irid jifhem x’wassal lill-Germanja biex tidhol b’ruhha u b’gisimha fl-ewwel fazi tal-Battalja ta’ Malta fl-ewwel sitt xhur ta’ l-1941. Wiehed jara l-ghazliet li kellhom jaghmlu kemm l-Inglizi u kemm il-Germanizi u jipprova jikkonkludi ghala sar li sar.


Il-hsieb tas-Servizzi Inglizi, qabel bdiet il-gwerra, ma kienx hsieb shih u koerenti. Anzi r-RAF u l-Armata Ingliza min-naha l-wahda u r-Roya Navy min-naha l-ohra ma kenux jaqblu fuq il-kwistjoni jekk Malta kellhiex tinzamm f’kaz ta’ gwerra. Ir-RAF u l-Armata ma kenux interessati. Dan x’aktarx li influwenza lill-Kabinett Ingliz tant li, biex jimpacikaw lil Mussolini, saret votazzjoni bejn il-hames membri tac-cirku ristrett tal-Kabinett biex joffrulu lil Malta basta ma jindahalx fi gwerra. Din il-votazzjoni m’ghaddietx bi tlieta kontra tnejn favur.


Ir-Royal Navy kienet tahsibha b’mod differenti mir-RAF u mill-Armata u z-zmien taha ragun. Kienet tridha lil Malta u insistiet li tkun imharsa sewwa militarment. Suppost li f’Malta kien hawn erba’ skwadri ta’ Hurricanes qabel il-gwerra izda mank kien hawn ajruplan wiehed ta’ dan it-tip. Kulma kien hawn kienu l-oqfsa ta’ ghadd ta’ Gladiators ippakkjati gol-kaxxi u hames Fairey Swordfish torpedo-bombers. Il-Gloster Sea Gladiators kienu ilhom li ghamluh zmienhom. Kien hawn tmienja u sittin kanun ta’ kontra l-ajruplani flok l-ghadd rakkomandat ta’ mija u sitta u hamsin. Id-difiza ta’ Malta kontra l-hbit mill-ajru ghalhekk kienet fantazma.


(p.14) L-Ammirall Sir Andrew Cunningham kien ipprotesta ghax il-Gvern Ingliz u l-Istaff Generali Imperjali ma hadux hsieb xieraq tad-difiza ta’ Malta. B’risq Malta l-Comando Supremo ma invadihiex wara li Bizerta sfat newtralizzata bl-iffirmar ta’ l-armistizju tal-Germanja ma’ Franza. Kien zball li ghamel tajjeb ghall-izball l-iehor ta’ l-istrategisti ta’ qabel il-gwerra. Dawn kienu hasbu li Franza ma taqax u li t-Taljani, f’kaz ta’ gwerra, ma jattakkawx lil Malta ghax jibzghu li jigu attakkati mill-bazi ta’ Bizerta. Hasbu li l-Alleanza Franciza ma’ l-Ingilterra kienet ghalhekk bizzejjed biex thares lill-pajzana Maltin u lill-bazi Ingliza ta’ Malta mill-attakki mill-ajru. Lanqas biss ghaddielhom minn mohhhom li Franza setghet iccedi u, meta dan sar fatt, ir-Royal Navy kienet bazata Lixandra, skont l-istrategija tal-Gvern Imperjali. Ir-Royal Air Force ma kinitx tidher b’nemes hawn Malta ghax kienet taf x’setghu jaghmlu huma lill-bliet Sqallin u Taljani u ghalhekk x’setghet taghmel ir-Regia Aeronautica lil Malta u l-ajruplani taghha! Malta sfat bla difiza ghax kienu basru li Franza twerwer lill-Italja minn Bizerta fost ohrajn.


Il-Gvern Ingliz kien iddecieda li jipprovdi l-htigiet tal-Lvant Nofsani bir-rotta tal-bahar madwar il-Kap ta’ Good Hope, f’kaz ta’ gwerra kontra l-Italja. Peress li r-Regia Aeronautica ma kinitx b’sahhitha bizzejjed, il-kmand Ingliz qataghha li jerga’ juza lil Malta bhala bazi minfejn ikun attakkat l-ghadu. Fit-teorija ta’ qabel il-gwerra, il-bomber kien hassar l-importanza ta’ Malta. Hekk hasbu r-RAF u l-Armata Ingliza izda mhux hekk hasbet ir-Royal Navy. Is-success ta’ Malta fl-offensiva kontra l-ghadu, specjalment il-konvojs bil-bahar ghal kontra l-Afrika ta’ Fuq, kien jiddependi wkoll minn kemm f’Malta jkun hawn ajruplani tat-taqbid, kanuni ta’ kontra l-ajruplani u radar. Dan kien ippruvat biz-zmien u, meta ma kienx hawn difiza kontra l-attakki, il-bombers gew irtirati.


Winston Churchill ghall-ewwel deherlu li Malta kellha tmur fuq l-offensiva, bhallikieku d-difiza taghha biex tghix u tiggieled minn jum ghal jum ghas-sopravivenza taghha halli tkun tista’ tfajjar hi wkoll ma kinitx mehtiega. Churchill bhal canfar lil Cunningham f’nota tad-9 ta’ Settembru, 1940 talli kien qieghed jahseb biex lill-gzira jghinha wkoll halli jilqghalha mix-xita ta’ azzar li kellha tinzel fuqha.


Mela l-waqgha ta’ Franza fit-22 ta’ Gunju, 1940, meta gie ffirmat l-armistizju Franko-Tedesk, u d-dhul ta’ l-Italja fl-10 ta’ l-istess xahar spalla ma’ spalla mal-Germanizi qatghu lil Malta kwazi ghal kollox minn kull ghajnuna vicina. L-eqreb bazijiet kienu Gibilta fil-punent, madwar (p.15) 1600 kilometru boghod, u Alessandrija fl-Egittu, distanza ta’ xi 1800 kilometru. B’danakollu bdew jintbaghtu l-Hurricanes u l-ewwel sitta, immexxija minn George Vincent Davies, waslu Malta fil-21 ta’ Gunju, 1940.


It-Taljani kienu fallew kemm fil-Grecja u kemm fl-Albanija u qalghu xebgha mir-Royal Navy f’Taranto. Fallew ukoll fl-iskop li jfarrku lil Malta. ll-hbit qawwi tal-bidu ma damx u n-nuqqas ta’ taghmir militari u efficjenti u adatt kien car.


Min-naha tar-RAF l-Air Officer Commanding, Malta, Air Vice-Marshal Hugh Lloyd, kellu sittax-il Vickers Armstrong Wellington bomber, tnax-il Swordfish torpedo-bomber u ftit Martin Maryland light bombers mibnijin l-Amerka. Ajruplani tat-taqbid Hurricane kellu sittax. Dawn l-ajruplani kienu mxerrda f’Hal Luqa, Hal Far u Ta’ Qali.


Dawn il-ftit ajruplani kienu qeghdin jahbtu ghat-trasport navali Taljan li kien iforni t-truppi fl-Afrika ta’ Fuq. Ir-RAF kienet qieghda tikseb success konsiderevoli meta wiehed iqis l-ghadd limitat ta’ ajruplani.


Dan it-tinbix qajjem lill-Germanizi fuq taghhom, l-izjed meta raw li r-Regia Aeronautica ma kinitx mewtet lil Malta. F’Dicembru ta’ l-1940 Gener-alleutnant Hans-Ferdinand Geisler, kmandant ta’ X Fliegerkorps, nizel f’Taormina, Sqallija, biex imexxi l-attakk mill-ajru li kellu jinnewtralizza lil Malta, iwaqqaf il-hidma tal-flotot navali u merkantili ta’ l-lngilterra fil-Mediterran u jhares il-konvojs Taljani u Germanizi. B’hekk kien ighin lil Afrika Korps, li kien ghadha kif twaqqfet taht il-leggendarju Feldmarschall Erwin Rommel, taqsam minn Sqallija u tkun moqdija bi provvisti regolari mill-Italja. X Fliegerkorps kienet giet ittrenjata kontra l-bastimenti u l-iskop taghha kien ukoll li tgharraq il-konvojs, li fis-sitt xhur li kien ilha thaggeg il-gwerra f’Malta, tajjeb u hazin, sfidaw lit-Taljani u gabu provvisti adegwati. Fl-10 ta’ Jannar, 1941 l-Junkers 87 Stuka dive-bombers habtu ghal HMS Illustrious, li kienet teskorta konvoj u ghamlulha hsara tant li kellha tidhol it-Tarzna ta’ Malta ghat-tiswija. Dan kien il-preludju tal-bumbardamenti qliel ta’ l-1941, sitt ijiem qabel ma l-Luftwaffe dehret f’Malta fis-16 ta’ Jannar. Meta l-Afrika Korps bdiet taqsam minn Sqallija l-attakki mill-ajru fuq Malta hraxu qatigh. Tant qlielet il-hidma Germaniza li l-Wellington bombers li kien fadal Malta gew irtirati fi tmiem Frar 1941. F’Marzu kien fadal tmien Hurricanes li setghu jintuzaw fit-taqbid. Ghalhekk l-Afrika Korps sabitha facli taqsam il-Bahar Mediterran, minn kontinent ghal iehor, distanza qasira, biex tiftah kampanja li, skont il-pjan ta’ l-Assi, kellu jwassalhom biex jiehdu f’idejhom il-Kanal tas-Swejz u l-bjar taz-zejt ta’ l-Gharabja.


(p.16) X Fliegerkorps kienet qawwa formidabbli. Kellha ajruplani tat-taqbid u tal-bumbardament mill-ahjar u kienet imghammra b’ajruplani ohra mehtiega biex topera b’mod mill-aqwa. Stab. II u III/LG1, ibbazati f’Katanja, kellhom madwar tmenin ajruplan Junkers 88 A-4s. IIKG/26 u II/LG 4 kienu jtajru madwar sitta u tletin ajruplan Heinkel III H-6 minn Comiso. Tnejn u sebghin Junkers 87B/R-ls Stuka dive bombers kienu jghammru Stab St G3, I/St G1 u II/St G2 stazzjonati fi Trapani-Milo. L-ajruplani tat-taqbid Bf 110C-4 ta’ III/ZG26, sitta u tletin b’kollox, kienu jigu mill-bazi ta’ Palermo. Kien hemm tnax-il ajruplan Ju 88Ds ta’ Staffel I(F)/121 biex jigbdu ritratti u jitkixxfu fuq l-ghadu. Dawn kienu stazzjonati f’Katanja. X Fliegerkorps kellha wkoll sitta u tletin Ju 52/3ms ta’ Kampfgruppen z.b.V.9 ibbazati f Reggio Calabria. Seenotberichskommando X kellha He 59s u Do 24s biex jigbru piloti li jitwaqqghu fil-bahar. Maz-zmien zdiedu skwadri ohra, bhal 7/ JG 26 Schlageter taht il-kmand ta’ Oblt Joachim Muncheberg, pilota veteran. Din l-iskwadra kellha l-Messerschmitt Bf 109 E-7. Kienet armada ta’ l-ajru ta’ madwar mitejn u tmenin ajruplan, forza sproporzjonata ghat-target ckejken li kellha tehodha kontrieh. Ghalhekk Malta batiet il-guh u l-mizerja fl-ewwel sitt xhur ta’ l-1941 u Ta’ Qali messu sehmu.


PARTI III


"Hawnhekk tghix biss biex teqred il-Vandalu... il-kundizzjonijiet ta’ l-ghajxien, l-irqad, l-ikel, spiccaw il-bahar...Imqabbla ma t’hawn il-Battalja tal-Britannja qisha loghob tat-tfal.” (Mid-djarju ta’ pilota)


L-Afrika Korps marret minn Sqallija ghall-Afrika ta’ Fuq imharsa mill-ajkli ta’ l-iswastika, li kienet tiddomina x-xena ta’ l-ajru fil-Mediterran. It-telf kien ftit ferm. Il-Germanja attakkat ir-Russja fit-22 ta’ Gunju, 1941 u b’hekk htieget rinforzi ta’ ajruplani fuq il-front il-gdid fil-lvant. Il-Germanizi hasbu li Malta qalghetha sewwa x-xebgha li tawha. Izda zbaljaw. Fit-tieni nofs ta’ l-1941 Malta rpiljat. Waslu konvojs b’ikel u munizzjon, aktar ajruplani tat-taqbid u rritomaw il-bombers li kienu gew irtirati biex ma jinqerdux minhabba nuqqas ta’ protezzjoni.


Peress li sa Novembru 1941 il-konvojs ta’ l-Assi tilfu sitlin fil-mija tal-prowisti minhabba l-bumbardamenti minn Malta, iz-zejt ghall-Afrika Korps (p.17) skarsa. Din il-qaghda qajmet lill-Germanizi mill-gdid u dawn hasbu biex jifthu fazi ohra, it-tieni kampanja harxa mill-ajru kontra MaJta. Din id-darba ndahlet II Fliegerkorps laht il-kmand ta’ Oberbefehlshaber der Luftwaffe, Süd, General Feldmarschall Albert Kesselring.


Fil-25 ta’ Novembru, 1941 il-Kmand Gholi Taljan kien imgharraf li l-Germanja kienet lesta li tibghat it-II Fliegerkorps fi Sqallija. Il-Germanizi talbu li t-Taljani jaghtuhom f’idejhom ghall-uzu taghhom biss l-ajrudromi ta’ Catania, Gerbini, Comiso, Gela, San Pietro (Caltagirone), Sciacca, Trapani u facilitajiet ohra fi Sqallija, Cagliari u Sardegna. Il-Gvern Taljan laqa’ dawn it-talbiet hlief li zamm Castelvetrano ghax kien jintuza halli jintbaghtu l-provvisti kollha bl-ajru ghall-Afrika ta’ Fuq.


Oberbefehlshaber Süd Albert Kesselring hareg struzzjonijiet biex, sakemm tohrog l-ordni ghall-attakk qawwi fuq Malta, il-bdoti jaghmlu biss attakki zghar biex idejqu lin-nies tal-gzira u d-difensuri taghha. B’dan il-mod kienu jidraw ukoll l-ambjent halli malli jasal il-waqt tad-daqqa lil Malta jaghtuhielha.


F’Dicembru 1941 Kesselring hareg dokument iehor u fih semma li l-iskop ta’ l-offensiva tat-II Fliegerkorps kien li Malta ma tibqax effettiva bhala bazi navali u ta’ l-ajru u b’hekk il-provvisti Taljani ghat-truppi fl-Afrika ta’ Fuq ikunu jistghu jaslu. L-attakk kellu jsir mill-Germanizi u t-Taljani.


Minn dak li kienet osservat X Fliegerkorps is-sena ta’ qabel l-ajruplani Inglizi f’Malta kienu inferjuri u ma jersqux fil-qrib ta’ dawk Taljani. Ghalhekk il-Germanizi kellhom jiehdu l-inizjattiva huma. Il-batteriji tal-kanuni kienu stmati hafna mill-avjaturi Germanizi. Ghalhekk biex jintlaqlu t-targets kellhom jintlahqu b'dive-bombing. Peress li kien hemm ajruplani tat-taqbid ta’ bil-lejl Hawker Hurricane f’Ta’ Qali l-Germanizi kellhom ivarjaw it-tattika.


Biex jinqerdu l-ajruplani Inglizi kellhom isiru rejdijiet kontinwi minn formazzjonijiet kbar ta’ bombers. Anke l-uzu ta’ SD2s u bombi anti-personnel kellu jitqies f’attakki fil-baxx.


Il-Qawwa ta’ l-Ajru taht il-kmand ta’ Kesselring kienet maghmula minn dak li kien fadal mit-II Fliegerkorps wara l-esperjenza taghha fil-kampanja Russa, mill-I/NJG 2 mill-Ewropa tal-Punent u mit-III/ZG26 minn Kreta u l-Afrika ta’ Fuq.


Mill-I/KG54, Stab II u III/KG77 u Kampfgruppen 606 u 806 taht il-kmand ta’ Generalleutnant Bruno Lörzer tghaqqdet forza ta’ xi mitejn Ju 88 A-4. Dawn kienu l-qalba tal-forza li ntuzat kontra Malta fl-ewwel hames xhur ta’ l-1942. Major Günther Fr Hr von Maltrazahn kellu taht idejh Stab I, II u IU/JG53 b’mija u ghoxrin Messerschmitt Bf 109F-4/Trop. Dawn l-ajruplani kienu bbazati (p.18) Gela u Comiso. Major von Maltrazahn kellu wkoll it-II/JG3 b’erbghin Messerschmiu Bf 109F ibbazati f’San Pietro.


Kien hemm Stab I, II u III/StG3 u Ergungstruppe StGl b’Junkers Ju 87B, li f’Marzu 1942 inbidlu minn Ju 87 D-ls.


Din kienet forza ikbar minn dik li habtet ghal Malta s-sena ta’ qabel. Kien hemm aktar minn erba’ mitt ajruplan, jigifieri zieda ta’ xi hamsa u ghoxrin fil-mija fuq in-numru ta’ l-X Fliegerkorps. Il-wasla ta’ Kesselring f’Ruma fit-28 ta’ Novembru, 1941 habtet ma’ l-elf hbit mill-ajru fuq Malta. Ir-rekords kienu bdew jigu stabbiliti. Ma kienx ser itul wisq iz-zmien li jibdew jinkisru.


Fit-2 u t-3 ta’ Jannar, 1942 saru attakki horox u kontinwi fuq l-ajrudromi. Damu sitta u tletin siegha bla waqfien.


Sadanittant ghall-habta ta’ Dicembru ta’ l-1941 beda x-xoghol biex ikun hemm post ghall-ipparkjar ta’ ajruplani tat-taqbid in-naha ta’ l-gholja blajtija ta’ Ta’ Qali.


Bejn Marzu u Mejju 1942 ir-RAF u l-Armata ghamlu hilithom kollha biex itejbu t-tliet ajrudromi ta’ Malta. Ir-rigment Ingliz li kien inkarigat li jsewwi l-hsarat f’Ta’ Qali kien il-Manchester. Jiddefendu lil Ta’ Qali kien hemm kanuni Bofors ta’ kalibru ta’ 40mm. Kienu mdawrin minn xkejjer mimlija ramel ghall-protezzjoni u mqeghdin ma’ truf l-ajrudrom. Dawn il-Bofors kienu jisparaw b’heffa kbira u kienu ta’ periklu ghall-ajruplani ta’ l-ghadu.


Meta fid-9 ta’ Mejju, 1942, xahar wara li nhabtet intenzjonalment il-knisja tal-Mosta, waslu ’l fuq minn sittin Spitfire mill-erbgha u sittin mixhutin mill-aircraft-carriersUSS Wasp u HMS Eagle, Ta’ Qali, il-bazi ewlenija ta’ l-ajruplani tat-taqbid, u Hal Luqa u Hal Far, setghu jisserdku b’ilqugh (pens) kontra l-blast u b’nies kapaci jimlewlhom it-tankijiet bil-petrol, jarmawhom b’munizzjon u jibdlulhom il-piloti b’ohrajn li kienu draw ix-xenarju Malti u Mediterranju. Xi Iqugh kien maqtugh fl-irdum ta’ Ta’ Qali. L-ajruplani kie­nu mxerrdin biex l-ghadu ma jsibhomx f’massa u jeqridhom f’ghamza t’ghajn.


Dhahen fuq Ta' Qali waqt bumbardament mir-Regia AeronauticaAttakk fuq Ta' Qali f'April 1942 minn skwadra ta' Ju88, bil-Mosta u l-knisja jidhru sew fil-parti ta' fuq xellug. Ritratt miksub minn post fuq facebook.

Sakemm wasal il-jum tad-9 ta’ Mejju, 1942, meta l-USS Wasp niggzet ghat-tieni darba (Winston Churchill), u, flimkien ma’ HMS Eagle, tat lil Malta l-ghodda li biha nqalbet il-folja kontra l-Luftwaffe, “il-fjamma ckejkna tiddi fid-dlam - il-fanal tat-tama”12 kellha tghaddi minn martirju shih, bicca wahda mill-qalba tal-kalvarju li minnu ghaddiet id-dinja fil-konflitt imdemmi ta’ l-Erbghinijiet. Wahda mill-feriti gravi li nhasbu min-Nazi biex jidorbu bihom lil Malta f’ruhha kienet il-qerda sistematika tal-knejjes u monumenti storici tal-gzira. Izda, bhalma boomerang terga’ tigi lura ghand min iwaddabha, hekk gralhom in-Nazi meta raw li xejn u hadd ma seta’ jkisser il-moral u (p.19) r-rezistenza tal-Maltin. Bit-teknologija u bil-piloti qalbiena u veterani kollha taghhom, il-Germanizi skoprew li kollox baqa’ f’wicchom, maghduda l-vilta li habtu ghal targets bla valur militari u bi pregju kulturali u religjuz, l-istess kif darba l-Vandali habtu u ssakkeggjaw b’mod barbaru l-imqades u l-patrimonju nobbli ta’ Ruma u bliet ohra. L-istess kif l-iStasi ta’ llum ghandha l-wicc tiekol bhal parassita minn fuq dahar in-nies li darba kienet terdaghha xort’ohra, din il-vjolenza fizika nbidlet f’sens ta’ Frankenstein u b’suppervja Mefistofeljana fi vjolenza morali, imseddqa sa fi zmienna minn Nazisti li baqghu ma bidlux l-alleanza taghhom mal-Hitlerizmu li xorob minn Nietzsche u Heidegger, nies li ghadhom jigru ma’ saqajna.


Il-Mosta sofriet minn dan il-martirju u whud minn uliedha kellhom jixhdu b’ghajnejhom id-dive-bombing li sar fuq ir-Rotunda nhar id-9 ta’ April, 1942. Kienet daqqa ta’ stallet izda x-xhieda taghhom kellha taghmel tajjeb biex l-awtenticita tal-grajja tithares ghall-posterita. Ghadd ta’ bombi ta’ kull daqs u kalibru twaddbu bhal dococ tax-xita madwar ir-Rotunda minn mewga wara mewga ta’ ajruplani Germanizi sakemm wiehed ha l-girja preciza ghal fuqha u mmiralha salvo ta’ bombi biex itemmha hesrem. Ma rnexxilux.


Il-kalci kien imfawwar. Fi Frar 1942 il-glieda fl-ajru kienet qieghda ssir minn xi sitt Hurricanes ibbazati f’Ta’ Qali. Kienu l-unici ajruplani tat-taqbid dik il-habta u kienu qeghdin jehduha kontra forza bil-wisq akbar li tattakka diversi drabi kuljum.


PARTI IV


20 ta’ Marzu, 1942
“Il-hin issa hu d-9.00 p.m. u ghadni kif hlistha mill-aghar blizz li qatt sar fuq l-Ingilterra, il-Germanja jew Malta, u dan kollu fuq Ta’ Qali!...
Hsibt li t-tmiem kien wasal.”

Mid-djarju ta’ William Metcalf, Aircraftsman One f’Ta' Qali f’dak iz-zmien.


L-ewwel Spitfires li waslu biex jiddefendu Malta u li nzertaw ukoll l-ewwel tat-tip stazzjonati barra r-Renju Unit waslu fis-7 ta’ Marzu, 1942. Kienu hmistax-il Spitfire Mark VB u nizlu Ta’ Qali wara li taru minn fuq HMS Eagle, li kienet stazzjonata Gibilta. F’Malta kienu nizlu zewg (p.20) Spitfires qabel dawn; izda dan l-inzul sar accidentalment. Fid-19 ta’ Jannar, 1941 Spitfire VB nizel b’emergenza f’Hal Luqa wara li kellu jhassar il-missjoni militari tieghu li jigbed ritratti ta’ Genoa. Kien ajruplan tat-tkixxif, il-PR IV-P9551. It-tieni Spitfire li llandja Malta nizel f’Ta’ Qali u kien pilotat minn Flight Lieutenant Messervy. Kien Spitfire tat-tkixxif u nizel bi htiega fit-22 ta’ Settembru, 1941.


Issa habat li l-attakk finali fuq Malta wara l-atlakki biex ibezzghu u jdejqu, terrorangriffe, kif ukoll biex jahbtu ghal targets militari thalla ghall-20 ta’ Marzu, 1942. Il-bicca xoghol kienet fdata lit-II Air Group Messina taht il-kmand ta’ General Deichmann. L-iskopijiet kienu tlieta. Kellhom l-ewwel jinqerdu l-ajruplani fl-ajrudromi; imbaghad il-batteriji ta’ kontra l-ajruplani; u wara l-vapuri merkantili u navali fil-portijiet.


L-attakki bdew nofs siegha qabel inzul ix-xemx. Il-kalkli kienu li Malta kienet ser tigi attakkata minn forza ta’ izjed minn mitejn ajruplan. Din kienet haga gdida. L-ewwel formazzjoni ta’ hamsin Ju 88s, skurtati minn ajruplani tal-glied, qasmet il-kosta mill-ponta Sally, fejn kien hemm batterija maghrufa ta’ kontra l-ajruplani. Il-Junkers attakkaw Ta’ Qali. Kien Ta’ Qali, mela, li beda jaqla’ go fih il-qilla tal-bumbardamenti ta’ din il-fazi qalila u mwieghra tal-konflitt.


Il-bombi twaddbu f’forma ta’ linja linja. Kien l-ewwel carpet-bombing li ghamlet il-Luftwaffe tul il-kors kollu tal-gwerra fuq kwalunkwe front fid-dinja.


L-ajruplani baqghu dehlin f’intervalli regulari ta’ nofs siegha u xehtu kull kwalifa ta’ bombi. F’wiehed mill-ahhar rejdijiet intuzaw ir-rokits Jabo ta’ 2000 kg biex jippenetraw dak li l-Germanizi hasbu li kien hangar taht l-art. Cajus Bekker osserva li sa fl-ghaxija Ta’ Qali kien qisu gie splodut minn eruzzjoni ta’ vulkan.


William Metcalf kiteb li kien imbezza’ u mwerwer. “Zewg bowsers ohra tal-petrol gew sploduti. Spitfires, Hurricanes, Beaufighters, Blenheims u l-Maryland antik huma mkissrin jew idahhnu. Ir-riha tal-kordajt u l-kraxx ta’ bombi nezlin, maghdudin mat-tifqigh infernali tal-baraxx ta’ l-Akk Akk, ghoddhom tarrxuni.”


Wasal il-21 ta’ Marzu, 1942, it-tieni jum ta’ l-assalt ahhari. Wara nofsinhar intlaqat ix-xelter Nru 71 fi Triq Gaft u halla bosta vittmi civili. Oberfeldwebel qal li kellhom ordni stretta biex jibbumbardjaw il-Mosta fil-21 ta’ Marzu, 1942 ghax il-Germanizi ssuspettaw li kien hawn il-piloti u nies tad-Dockyard. Din il-konferma ta’ dak li dejjem intqal mill-Mosta sa mis-snin (p.21) tal-gwerra u li ahna stess niftakruh jinghad sa minn tfulitna saret waqt intervista li dan l-eks-ufficjal tal-Luftwaffe kellu ma’ membri tan-National War Museum Association fil-15 ta’ Settembru, 1982.


N.C.O. ta’ D. Company tar-rigment tar-Royal Irish Fusiliers stazzjonat fl-area ta’ Ta’ Qali halla din id-deskrizzjoni ta’ attakk li sar fuq Ta’ Qali, x’aktarx tal-hbit li sar fl-20 ta’ Marzu, 1942: “In a clear blue evening sky, sailing majestically over our heads, were two large formations of Ju 88s; and behind them could be discerned another formation. Their target was obvi­ously the aerodrome used mainly by our fighter aircraft, and in our Brigade area. How many planes were actually employed in the attack I do not know, but to us watching it seemed as though an endless stream of bombers dived down in rapid succession on that aerodrome. As fast as one wave had finished diving another wave would pass high over our heads on its way to the same target. Never before had I seen so many planes attacking a single target.”13


Dan l-attakk sar lejla qabel il-wasla ta’ konvoj mistenni hafna u ghamluh Ju 87s u Ju 88s Germanizi fuq l-ajrudrom tal-fighters, jigifieri Ta’ Qali. Meta tqis li l-awtur kiteb dwar x’gara f’Marzu hu u jiddeskrivi l-attakk, jidher car li l-attakk sar lejlet il-wasla tal-konvoj ta’ Operation Picket One. Dan il-konvoj dahal fil-21 ta’ Marzu, 1942.


Il-hruxija ta’ dawn l-attakki tidher cara kristall meta nsemmu li, inghidu ahna, it-tieni attakk fuq Ta’ Qali fil-21 ta’ Marzu, 1942 sar minn hamsa u sebghin Ju 88s skurtati minn Me 109s u Me 110s.


L-Assi kienu jissuspettaw li f’Ta’ Qali kien hemm hangar taht l-art. Il-General Cavallero kiteb fil-11 ta’ April, 1942, fost ohrajn, “Ta’ Venezia (Ta’ Qali) ghandu hangar 20 metru (taht l-art). Jehtieg li jintbaghtu mwieg ta’ ajruplani li jixhtu bombi tal-hruq fi dhul l-eghrien.” L-attakk ta’ l-20 ta’ Marzu, 1942 fuq Ta’ Qali sar bhala parti mill-pjan li jeqirdu l-ajrudromi Maltin kif ukoll ghax kienu jissuspettaw l-ezistenza ta’ dan il-hangar.


Tajjeb li wiehed jistaqsi ghala l-iSpitfires ta’ Operation Picket I li waslu Malta fil-21 ta’ Marzu, 1942 ma nizlux Ta’ Qali kif ippjanat. Dawn l-iSpitfires minflok nizlu Hal Luqa. Kif iddeskriva Metcalf Ta’ Qali kien herba wara l-ewwel carpet-bombing li sar fil-jum ta’ qabel. X’aktarx li ghalhekk li nbidel l-ajrudrom, sakemm almenu jissewwew xi hsarat kbar. Il-21 ta’ Marzu, 1942 hu mnizzel bi prominenza fil-kronaka tat-Tieni Gwerra Dinjija. Christopher Argyle jinnota r-rejdijiet kbar li saru fuq Malta dakinhar.14 Din in-nota trid tqisha fil-kontest globali tal-gwerra kollha b’tant episodji importanti li kienu qeghdin jigru kuljum kullimkien.


PARTI V


(p.22) April 1942
Ix-xahar l-aktar kiefer tal-gwerra f'Malta.


Ammissjoni Universali
“L-istorja ta’ Malta tirrekordja li fiz-Zminijiet Nofsana l-Mosta minghajr eccezzjoni dejjem garret il-piz u l-piena ta’ l-attakki tal-barbari fuq gziritna. Hekk ukoll illum, f'dawn il-jiem tragici, il-Mosta, kalma u inagitabbli, tista’ turi sehemha mhux zghir fil-qerda bl-addocc li ghadu bla skrupli zera fuq djarna.”
George Cross at Mosta, A.J. Mallia Vernon, ittra fit-Times of Malta, 8th October, 1942, p.2.


“Il-hbit mill-ajru fuq Malta mill-1 sad-9 ta’ April (1942) fl-opinjoni tieghi qered lil Malta bhala bazi navali... Fi hsiebni nkompli l-attakk sa l-20 ta’ April...’’
Oberbefehlshaber der Luftwaffe, Süd, General Feldmarschall Albert Kesselring.15


Fil-8 ta’ April, 1942 sar erbatax-il hbit fuq Malta. F’wiehed minnhom hadu sehem madwar tliet mitt ajruplan Germaniz. L-ghada, il-Hamis, id-9 ta’ April, fl-4:40 p.m. Junkers 88, li kien diehel min-naha tan-Naxxar, gibed ghal fuq ir-Rotunda u xehet salvo ta’ balal, li whud minnhom laqtuha. L-iktar li tissemma hi l-bomba SC jew SD500 li nifditha. Izda bomba izghar habtet mal-kampnar tal-qanpiena l-kbira u spiccat fuq iz-zunlier minghajr ma splodiet. Ohra habtet in-naha ta’ l-altar ta’ Santa Filomena, barra, u l-istess, baqghet shiha. Bombi ohra waqghu madwar il-knisja. Min ried ixerred it-terrorangriffe kien issa mess il-qiegh ta’ kull ghajb kontra principji bazici ta’ kondotta umana.


Fl-20 ta’ April sebgha u erbghin Spitfire telqu minn fuq il-USS Wasp. Intilef wiehed fl-operazzjoni ta’ l-illancjar. Nofshom marru Ta’ Qali u l-bqija Hal Far. Bilkemm lahqu waslu li l-Germanizi ma gewx jahbluhom. Ghaddew ghoxrin minuta biss u formazzjoni qawwija ta’ Junkers 88 u Messerschmitt 109 inqasmu fi tnejn biex jeqirdu l-iSpitfires. Ghoxrin inqerdu u tnax garrbu hsara. Dakinhar li waslu kien gheluq snin Hitler u Malta dabbret xebgha bombi liema bhalha.


Sitta biss mis-sitta u erbghin Spitfire setghu jintuzaw. Erbgha kienu minn Ta’ Qali. L-uniku Spitfire li kien ghadu jopera minn Ta’ Qali fit-22 ta’ April intbaghat Hal Luqa u beda jinghadd ma’ Skwadra 126. Dawk l-iSpitfires (p.23) kienu swew lill-arsenali Germanizi mal-hames mitt tunnellata bombi, erba’ mija minnhom fuq Ta’ Qali.


Wasal il-jum tad-9 ta’ Mejju, 1942. Operazzjoni Bowery bdiet tibghat erbgha u sittin Spitfire lejn Malta permezz tal-USS Wasp u HMS Eagle. Il-Konti Ciano, haten Mussolini, halla miktub fid-djarju tieghu li din l-operazzjoni bidlet il-kors tal-gwerra. Fi zmien tlett ijiem dawn l-iSpitfires qerdu aktar minn mitt ajruplan Germaniz. Ir-RAF kisbet mill-gdid is-supremazija ta’ l-ajru ta’ Malta.


Ta’ Qali rcieva disgha mis-sittax-il Spitfire mitluqa minn HMS Eagle fit-18 ta’ Mejju.


F’Gunju 1942 parti minn Skwadra 601 City of London marret Ta’ Qali. Il-bqija ttajret lejn l-Egittu.


Il-Luftwaffe kienet ghamlet li riedet fl-ajru ta’ Malta fl-ewwel erba’ xhur ta’ l-1942. Habtet ghal targets civili, fosthom knejjes. L-ghadab tal-Maltin infexx f’ghajta qawwija fil-kitba fil-gurnali u mal-hitan tas-sejjieh biex Ruma tkun ibbumbardjata. Ma kinitx xi novita, izda meta ntmesset il-knisja ta l-Mosta, il-poplu infurja kontra gjufija bhal dik. Li l-Germanizi saru nervuzi meta raw li xejn ma seta’ jkisser lil Malta nafuh minn komunikat tal-General Quaade, kelliemi ghal-Luftwaffe. Quaade ammetta li l-Luftwaffe ma rnexxilhiex tisterilizza lil Malta, frazi ta’ KesseIring, minhabba d-difiza qawwija ta’ l-Akk Akk u storijiet taht l-art. “Ma tistax tistenna li l-Luftwaffe tgharraq il-gzira bil-balal.” Quaade kiteb hekk fil-komunikat tat-3 ta’ Apnl, 1942.


Fl-1 u d-9 ta’ Gunju waslu aktar Spitfires ghal Ta’ Qali. Mas-sittax li gew fid-9 ta’ Gunju kien hemm Sergeant George Beurling, Kanadiz fir-RAF. Inghadd ma l-Iskwadra 249, l-iskwadra li waqqghet l-akbar numru ta’ ajruplani ta’ l-ghadu fost l-iskwadri kollha tar-RAF fid-dinja kollha. Beurling kien il-pilota li kellu r-rekord, fost il-piloti li servew f’Malta, ta’ l-akbar ghadd ta’ ajruplani mwaqqghin f’Malta.


Ir-RAF baqghet tilqa’ lil-Luftwaffe bil-goff u gieli daqqet is-sirena u l-ghadu ma deherx ghax kellu jahrab. It-tbatija ghall-Maltin kienet ghadha m’ghaddietx izda l-pendlu beda jitbandal u r-rota daret. Meta pilota ta’ Spitfire li dahal Malta fis-7 ta’ Marzu, 1942 kiteb li l-knisja tal-Mosta kienet tiddomina l-bini ta’ Malta, l-aghar kien ghadu gej. Anke ghall-Mosta s-salib kien ghadu gej: gimaghtejn wara bit-tragedja tax-Xelter Nru 71 ta’ Triq Gafa u xahar wara bil-bumbardament vili tar-Rotunda, bejn ghax it-teorija ta’ Jeschonnek, ix-Chef des Generalstabes der Luftwaffe, u kapijiet ohra (p.24) Germanizi ma kinietx qieghda tahdem f’Malta u bejn ghax il-gwerra psikologika hekk iddettatilhom lill-Germanizi. Deichmann skarta l-bumbardament tat-target b’markatura stretta fuqha u flokha dahhal is-sistema li l-bombers jattakkaw bhala forza maghquda. Id-dive-bombing ma twarrabx ghal kollox; anzi gie applikat l-izjed kontra targets civili li ma setghux jerfghu dirghajhom biex iharsu lilhom infushom.16


Fl-1982 Scottish Television gibed dokumentaiju fuq it-Tieni Gwerra Dinjija f’Malta. Fost grupp zghir li gew kien hemm Wing Commander Laddie Lucas, li kkmanda Skwadra 249 fTa’ Qali, Group Captain Satchell, Station Com­mander f’Ta’ Qali u Flt Lieut. Tony Holland, l-uniku pilota li kien ghadu haj minn Skwadra 603 City of Edinburgh. Dawn il-piloti rrakkontaw l-episodji ewlenin tal-gwerra. Ta’ Qali kien suggett li ddiskutewh sewwa ghax servew lil Malta minn hemm u harsuha b’lahamhom u b’xahamhom minn qerda mahsuba u ppjanata b’reqqa u b’sengha liema bhalhom.17 Nhar it-13 ta’ Mejju, 1982 ingibdu xeni ghad-dokumentarju fil-Mosta.18 Ma setax jonqos li Ta’ Qali u l-knisja tal-Mosta ma jidhrux bi prominenza f’dan id-dokumentarju. Hawn, f’din il-pjanura centrali u fuqha nies bl-uniformi militari u pajzana ggieldu gwerra bl-armi, bl-imhuh u bid-dawl tal-fidi u s-sahha morali f’mument meta l-istorja tad-dinja kienet f’salib it-toroq. Il-Battalja ta’ Malta kisbet postha fost il-battalji ewlenin tat-Tieni Gwerra Dinjija u ta’ kull zmien. Ahna rridu nharsu l-awtenticita ta’ dak li gara ghal dawk li ghad jigu warajna.


Ma jistax jonqos li naghtu harsa lejn in-nies li kienu jissugraw hajjithom hafna drabi waqt li l-hbit ikun ghadu sejjer biex jimlew il-krejters imtaqqba mill-balal Germanizi fir-runways.


F’Malta kienu waslu seba’ mitt suldat tar-Rigment tal-Buffs f’Novembru 1940. Aktar kemm il-bumbardament ta’ Ta’ Qali qliel mal-wasla tal-Germanizi fi Sqallija fl-1941, aktar il-Buffs, specjalment A Company stazzjonata H’Attard, sabu x’jaghmlu. Huma bdew jibnu lqugh bi xkejjer mimlija ramel halli jharsu l-ajruplani, u jimlew il-krejters u jinvellaw ir-runways. Kien xoghol kontinwu ghax il-hbit mill-ajru kien attivita ta’ kuljum, rejd wara l-iehor, gurnata wara l-ohra. Il-Buffs kienu wkoll ittrenjati biex jaghtu l-fuel u jarmaw mill-gdid malajr l-ajruplani malli jinzlu halli jkunu jistghu jitilghu jiggieldu mill-gdid peress li qatt ma setghu jlahhqu ma’ l-avversaiji ghax kellhom ferm u ferm inqas ajruplani. Din is-sitwazzjoni ta’ inferjorita numerika baqghet sad-9 ta’ Mejju, 1942.19


F’April 1942 kien jidher car li l-Assi riedu jfarrku lil Malta ghal kollox biex iwittu t-triq ghal invazjoni. Il-kamp tal-Buffs f’H’Attard garrab hsara (p.25) kbira izda huma helsuha peress li kienu qeghdin f’posthom fil-kamp tal-battalja jiddefendu lil Ta’ Qali (A Company).20


Kien hawn tliet ajrudromi f’Malta meta l-Italja ddikjarat gwerra lill-Gran Britannja u Franza. Hal Luqa kien l-ikbar wiehed izda mhux imhejji biex jintuza. Ta Qali, fic-centru ta’ Malta, kellu bini biex jilqa’ n-nies u kien jintuza minn ajruplani zghar tal-passiggieri. Il-perimeter tieghu ma tantx kien immarkat sewwa u kien pjuttost traskurat. Hal Far kien fin-nofsinhar ta’ Malta. Ghalkemm kien zghir kien jintuza u f’kundizzjoni tajba.21


Fil-15 ta’ Mejju, 1940 it-Tieni Battaljun tal-Queen’s Own Royal West Kent Regiment ircieva ordnijiet biex Hal Far u Ta’ Qali jkunu rrangati halli jkollhom id-difiza taghhom. Kumpanija D marret taghmel ix-xoghol f’Ta’ Qali. L-ghada bdew ihaffru u jaghmlu l-barbel wire madwaru.22


Issa Ta’ Qali kien massa shiha catta ghall-berah tal-kampanja. Fih u madwaru setghu jinxtehtu l-paratruppi. Biex tharsu Kumpanija D, taht Major Chaplin, kellha bilfors tuza kanuni Vickers. Il-kwartier generali f’Ta’ Qali kien f’dar stramba u kbira, Villa Bertrand. Biex ma jhallux ajruplani u glajders ta’ l-ghadu jinzlu f’Ta’ Qali, poggew xarabankijiet, trakkijiet u karozzi qodma u kull xorta ta’ affarijiet li ma jiccaqalqux.


Ma kinitx cajta ghall-Kumpanija D biex tiddefendi Ta’ Qali. Ghalhekk, meta t-Tmien Battaljun tar-Rigment Manchester wasal Malta fil-21 ta’ Mejju, 1940, inhass sens ta’ rinforz. Filwaqt li f’Ta’ Qali zdiedet kumpanija ta’ Royal Irish Fusiliers, f’Hal Luqa marret kumpanija ta’ Manchesters. Dawn waqghu taht il-kmand ta’ The Queen’s Own Aerodrome Defence Commanders. Ir-Royal Irish Fusiliers f’din il-habta ddefendew Ta’ Qali minn gewwa u l-Kumpanija D ta’ The Queen’s Own in-naha ta’ barra. The Queen’s Own bdew iharsu lil Ta’ Qali fil-post maghruf minnhom bhala Round Hill, taht l-gholjiet ta’ l-Imdina, u minn qalb is-sigar qrib il-gibjun ta’ H’Attard.23


Il-Kumpanija D tat-Tieni Battaljun ta’ The Queen’s Own Royal West Kent Regiment ghamlet xoghol imprezzabbli iehor. Platoon minnha mar ihares l-uniku stazzjon tar-radar li kien hawn f’Malta, f’Had-Dingli. Il-Kumpanija D riedet ukoll taghlaq tliet fethiet fil-Victoria Lines f’kaz ta’ nzul mill-ghadu mit-tramuntana. Dawn kienu f’Ta’ Falka, Bingemma u s-Santi.24 Fl-14 ta’ Ottubru, 1940 marret il-Marsa minn Ta’ Qali.25


Fl-1942 kienu l-Manchesters li kienu inkarigati mit-tiswija tal-hsarat f’Ta’ Qali. Maghhom jizdiedu l-haddiema Maltin li ssugraw gildhom ghall-qligh ta’ hlas tajjeb.


PARTI VI


(p.29) Malta kienet xitla tax-xewk f’dahar l-Assi u Ta’ Qali kien wahda mix-xewkiet. Min-naha l-ohra l-Luftwaffed kienet flagell ghall-Mosta, kemm minhabba Ta’ Qali kif ukoll meta kellha ordnijiet biex tibbumbardjaha. Izda anke minn qalb ix-xewk tohrog il-warda u wara l-flagell tigi t-tisfija u hajja gdida.


RIFERENZI

  1. Group Captain B.J.R. Roberts, Staff Officer-in-Charge Administration, Air Headquarters, Malta, ikkwotat mill-korrispondent tas-Servizzi f’The Times of Malta ta’ l-10 ta’ Gunju 1953, f’pagna 5, fir-rapport Australian Airmen Take Over Ta’ Qali Air Station, Navy Told “You have done a good job".
  2. The Sunday Times of Malta ta’ l-4 ta’ Gunju 1939, silta riprodotta f’The Sunday Times ta’ l-4 ta’ Gunju 1989, f’pagna 16.
  3. The Sunday Times of Malta tad-19 ta’ Marzu 1939, taghrif riprodott f’The Sunday Times tad-19 ta’ Marzu 1989 f’pagna 16.
  4. Ara Sixty Years of Malta Air Mail Services, Carmel G. Bonavia, f’The Sunday Times tad-29 ta’ Mejju 1988 f’pagna 22.
  5. Harry Smith fi Progress, 16 ta’ Marzu 1923.
  6. Mahrug mill-British Committee on the Preservation and Restitution of Works of Art, ipprintjat minn HM Stationery Office fl-1946. Ara The Sunday Times tal-31 ta’ Jannar 1988, pagna 14.
  7. The Air Battle for Malta (The Diaries of a Fighter Pilot), Lord James Douglas-Hamilton M.P., pagna 176.
  8. The Island’s Own Air Battle, John Perry f’The Times of Malta.
  9. Group Captain B.J.R. Roberts, Staff Officer-in-Charge Administration, Air Headquarters, Malta, ikkwotat mill-korrispondent tas-Servizzi f’The Times of Malta ta’ l-10 ta’ Gunju 1953, f’pagna 5, fir-rapport Australian Airmen Take Over Ta ’ Qali Air Station, Navy Told. “ You have done a good job".
  10. A Time for Remembrance, John Perry f’The Times of Malta ta’ l-14 ta’ Settembru 1957 f’pagna 4. Fl-okkazjoni tal-wirja ta’ l-ajru li saret dakinhar, l-14 ta’ Settembru 1957, b’tifkira ta’ dawk li mietu fost l-avjaturi tal-gwerra, bhalma sar ukoll fl-Ingilterra fl-istess jum.
  11. Il-Battalja ta’ l-Ajru ta’ Malta, Ghada l-RAF se tkun “at home f’Ta’ Qali”, korrispondent f’Il-Berqa tat-13 ta’ Settembru 1957, f’pagna 7.
  12. Skroll tal-President ta’ l-IstatiUniti ta’ l-America, Franklin D. Roosevelt, iffirmat fis-7 ta’ Dicembru 1943.
  13. Wartime Malta, By a “D” Company NCO, f’The Faugh-A-Ballagh, Journal of the Regiment of the Irish Fusiliers, pagna 136.
  14. The Chronology of World War II, pagna 89.
  15. Operazione C3: Malta, seconda edizione, Mariano Gabriele, pagna 129.
  16. Ghat-tibdil fit-tattika, ara The Luftwaffe War Diaries, Cajus Bekker, pagni 237-238, 253.
  17. Leading RAF War Veterans in Malta to Narrate Experiences in Documentary, Staff Reporter f’The Times ta’ l-10 ta’ Mejju 1982, f’pagna 9.
  18. Wartime Ace Recalls Malta Experiences for TV Documentary, Staff Reporter f’The Times ta’ l-14 ta’ Mejju 1982, f’pagna 13.
  19. History of the Buffs, pagna 213.
  20. Ibid., pagna 215.
  21. The Queen’s Own Royal West Kent Regiment, pagna 184.
  22. Ibid.,
  23. Ibid., pagni 184-185.
  24. Ibid.,pagna 187.
  25. Ibid.,pagna 188.

Kapitli ohra mill-ktieb