The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA V


Xoghlijiet li qedghin isiru


(p.261) Biex inwasslu din l-istorja sal-gurnata tallum1, nixtiequ ndahhlu wkoll dawk ix-xoghlijiet sbieh li qeghdin isiru gewwa ir-rahal kemm ukoll fir-Rotunda tieghu. Nibdew mill-knisja.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku L-armar li sar biex titqatta u tigi ndurata l-koppla

Meta fl-1919 tlestiet l-induratura u z-zebgha ta' bejn it-twieqi tat-tambur, kont tisma hafna Mostin ighidu: "Issa l-koppla fadal!" Din il-koppla kien ghadha lixxa kif halliha l-imghallem li bnieha bdiet tinhass li ma ddoqx mal-bqija ta' knisja fejn huwa kollu zebgha, induratura, skultura u pittura. Imma dak l-gholi u dak il-kobor kollu taghha donnu kien ibezza lil kulhadd li jindahal ghall-bidu ta' xoghol li hadd ma kien jaf sewwa kemm iqum imhabba l-armar tieghu.


Inqala ragel ghani mill-Mosta, is-Sur Karm Dimech, li fil-ftit snin li kien ilu li gie mill-Amerika kien ga hallas ghal zewg opri (il-"monument" famuz tal-Gimgha l-Kbira u ventartal tal-metall), u dan il-benefattur kbir bil-kuragg kollu ried issa jindahal biex jaghmel ix-xoghol tal-koppla minn butu.


Wara li saret ir-relazzjoni tal-periti u l-Isqof ta' d-degriet tieghu, f'Settembru 1928 inbeda x-xoghol ta' l-armar u baqa sejjer ghal sena shiha. Il-Perit responsabbli huwa s-Sur Indri Micallef, u s-Sur Tuse de Maria ndahal ghall-armar li, imhabba il-kobor, il-gholi u t-twerwir tieghu, huwa wiehed mill-ikbar bicciet armar li qatt tar Malta. Il-mosti Mastru Salv Zahra hazz il-koppla fuq id-disinn tqil u sabih li halla Grognet u ix-xoghol tat-taqtigh tal-kwadretti u l-iskultura tar-ruzetti mbeda fil-15 ta' Marzu 1930. Meta l-koppla titlesta mill-iskultura, zebgha u nduratura, nistghu nghidu bla biza ta' xejn li sejra tkun wahda mill-isbah bicciet xoghol li ghandna fil-knejjes tal-Gzira. Jalla s-Sema jpatti t-tjubija tas-Sur Dimech li fih ir-Rotunda sabet wiehed mill-ikbar benefatturi taghha.


(p.263) Il-bicca xoghol l-ohra li qeghda ssir fir-rahal, qieghed jaghmilha l-Gvern. Dan, wara li f'Novembru tal-1925 gieb id-dawl eletriku, beda jahseb ghal triq gdida li tifred bicca mir-rahal u taqbad mat-triq ghal San Pawl il-Bahar, minflok dik il-qadima. Ix-xoghol imbeda f'Novembru 1929 u ghadu sejjer.


Meta titlesta sejra tkun wahda mill-isbah toroq li ghandna f'Malta. Tibda mir-rokna tal-punent tal-pjazza, b'wisa ta' 30 pied ghat-traffiku u bankina kull naha ta' 10 piedi wisa kull wahda. Mbaghad tigbed dritt ghal 584 jarda lejn il-majjistral, meta tiltaqa ma pont tal-hagar mibni fuq il-wied. Dan il-pont maghmul minn tliet arkati ta' 30 pied wisa kull wahda u li jistriehu fuq zewg pilastri ta' sitt piedi hxuna mqeghdin fil-qiegh, u t-truf tal-arkati qeghdin mal-gnub tal-wied. Filwaqt li t-triq ta' fuq il-pont (fuq is-46 jarda tul) tibqa ghaddejja dritt il-bicca li gejja mir-rahal il-wisa taghha jibqa l-istess ghat-traffiku, imma l-bankini jkunu ta' 5 piedi wisa kull wahda minflok 10 piedi bhal dawk il-barra mill-pont. Iktar l'hinn mill-pont it-triq tkompli sejra dejjem ghad-dritt sal-quccata tal-wied fejn Sant'Andrija. Hemm imbaghad taqghad ma dik li hemm sejra ghal San Pawl il-Bahar.


B'avviz li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Gunju 1930, din it-triq giet imsejha "Triq il-Kostituzzjoni".


Barra mill-ikbar htiega ghat-traffiku li jghaddi ghas-Salini, San Pawl il-Bahar, Ghajn Tuffieha, il-Melllieha w il-Marfa, li qieghed jizdied kull sena, din it-triq sejra tati l-Mosta xehta gdida, u minn issa wiehed jista jahseb x'dehra sabiha ta' fuq 1,000 jarda tul ikun wiehed jista jgawdi mill-pjazza tar-rahal. Imbaghad min irid jaghmel passiggata fiha, twasslu dritt fuq il-gholja tal-wied, mnejn tidher witja kbira u sabiha, imberfla fil-boghod bil-khula ta' dik il-bicca bahar maghrufa tajjeb minn kull min qara l-Iskrittura Mqaddsa, u stampata f'mohh il-Maltin kollha, ulied gheziez ta' l-Appostlu San Pawl.


Noti

  1. E.B.Vella qieghed jikteb sal-1930

Kapitli ohra mill-ktieb