The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 11 - Seklu shih taht hakma Ingliza (1800 - 1899)


Zmien l-lnglizi


(p.121) Matul l-ewwel snin tal-hakma Ingliza ta’ Malta nibdew niltaqghu mar-rapprezentanti tal-Mosta, il-Kappillan Dun Felic Calleja u l-Kmand tar-rahal, Giovanni Maria Chetcuti, li ma’ shabhom id-deputati l-ohra kitbu u baghtu rapprezentanti l-lngilterra1 fejn, fost l-ohrajn, qalu li ma jridux li art twelidhom terga’ tigi moghtija lill-Ordni u li “jekk sejrin jigu rtirati t-truppi Inglizi minn Malta, in-nies ta’ hawn jitolbu li tkun imhollija f’idejhom is-setgha li jmexxu lilhom infushom. Il-Maltin iddecidew li ma joqoghdu taht l-ebda nazzjon, hlief dik tal-Gran Brittanja, u li, jew izommu l-liberta taghhom u ma jkollhom x’jaqsmu ma’ hadd, jew inkella jmutu taht is-swar tal-belt taghhom”.2 Dan qaluh ghaliex beda jinstema’ li kienet se terga’ tigi hawn Malta l-Ordni ta’ San Gwann,3 haga li mbaghad dehret tassew fit-Trattat ta’ Amiens ta’ l-1802.4


Kien ukoll fl-istess zmien, jigifieri fil-15 ta’ Gunju 1802 li l-Maltin, maghqudin flimkien, ifformulaw id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet ta’ l-Abitanti tal-Gzejjer Maltin. F’dan id-dokument, li firmatarju tieghu ghan-nom tal-Mosta kien il-Kappillan Dun Felic Calleja, ippropona li tinghata kostituzzjoni li biha jitwaqqaf Kungress Generali fejn fih jigu eletti r-rapprezentanti tal-poplu mill-istess poplu. Kull belt u rahal kellu jeleggi numru ta’ deputati.5 Fil-kaz tal-Mosta kien deciz li jtellghu hames rapprezentanti, liema numru ta’ deputati kien superat biss mid-deputati ta’ Birkirkara jekk jinqatghu barra l-ibliet indikati f’dan id-dokument.6


Rigward it-Trattat ta’ Amiens, dan ma sehhx ghax ma damx ma rega’ nqala’ l-glied bejn l-Ingilterra u Franza, sa ma mbaghad fit-Trattat ta’ Parigi ta’ l-1814, “l-lmhabba tal-Maltin u r-rieda ta’ l-Ewropa ddeterminaw li dawn il-Gzejjer jibqghu taht il-kbira u qatt mirbuha Brittanja,” sew sew kif tghid il-kitba bil-Latin fuq il-Main Guard fil-pjazza ta’ quddiem il-Palazz7 fil-Belt.


Il-Kmand tal-Mosta


Id-dar tal-Kmand Giovanni Maria Chetcuti fi Triq Speranza. (p.122) Id-dar tal-Kmand Giovanni Maria Chetcuti li tinsab fi Triq l-Isperanza u li kien juzaha wkoll bhala ufficju tieghu.

Dak li kull rahal ikollu rapprezentant tieghu nstabet sewwa hafna fil-Kungress li mexxa lill-Maltin fi zmien l-imblokk tal-Francizi. Issa li dawn kellhom jitilqu, il-hakkiema Inglizi hasbu biex f’kull belt u rahal jappuntaw kmand li tawh l-isem ta’ logutenent u dan ha post l-ufficjali ta’ zmien l-Ordni, jigifieri s-sindku u l-gurat.


X’kien xogholhom dawn il-logutenenti jew kmandi, u ghalfejn kienu gew appuntati? It-twegiba kienet tinsab fil-proklama ta’ l-14 ta’ Dicembru 1801 mahruga mill-Kumissarju Rjali Sir Charles Cameron. Din tat is-setgha lil-logutenenti li jaqtghu kawzi mhux ‘il fuq minn ghoxrin skud. Kellhom ukoll jippruvaw igibu l-ftehim bejn dawk li jkunu sejrin jifthu xi kawzi fil-qorti; u bhala missirijiet ta’ l-irhula, kellhom jaraw li hadd minn dawk li kienu jaqghu taht ir-responsabilta taghhom ma jkun mahqur. Kellhom jaraw li l-bejgh ta’ l-ikel, xorb u bzonnijiet ohra jsir sewwa, u l-uzin u l-kejl ikunu gusti; u kellhom ukoll johorgu l-mieta fuq il-qmuh, xghir u mahlut.


Din il-proklama tat ukoll lil-logutenenti stabilixxiet dak il-prestigju li kien jisthoqqilhom bhala nies li kienu qed jirrapprezentaw il-kap tal-gvern; filwaqt li mill-banda l-ohra kienet tfakkarhom li huma ghandhom ikunu ta’ ezempju ghall-ohrajn kif titlob il-pozizzjoni taghhom. Tathom ukoll taht idejhom ghadd ta’ nies bhala pulizija biex isahhu l-ordnijiet taghhom fir-rahal li tieghu kienu amministraturi, u ordnatilhom li jibaghtu rapporti lill-Gvern centrali ta’ kull ma jinqala’. (p.122) Fl-ahharnett kienet tfakkar lil-logutenenti ta’ l-irhula li fil-knejjes huma kellhom igawdu l-istess unuri li gew moghtijin lill-kollegi taghhom ta’ l-ibliet.8


Proklama bid-data tad-9 ta’ Mejju 1801, tat il-lista ta’ dawn il-logutenenti ta’ l-ibliet u l-irhula. Kien se jkollhom uniformi u anki salarju. Nafu li fis-sena 1812 il-logutenent tal-Mosta kellu salarju ta’ 35 skud fix-xahar.9 L-ewwel logutenent tal-Mosta, Giovanni Maria Chetcuti, ghall-habta li ntghazel f’din il-kariga kellu madwar 49 sena u kien pjuttost tat-tajjeb.10 Jidher li kellu hafna raba’ mxerred mar-rahal, u la gie maghzul ghal dik il-pozizzjoni hu kwazi cert li kellu edukazzjoni tajba u kien jinqala’ u jifhem f’dak li titlob il-ligi. Kien jabita fid-dar Nru 116, Triq l-lsperanza. Mid-data mnaqqxa fil-poggaman tal-gallarija tal-gebel ta’ din id-dar jidher li kienet giet mibnija fl-1796, sentejn qabel ma gew il-Francizi. Id-dar kellha certa imponenza li tindika li kienet ta’ xi hadd importanti ghal dak iz-zmien. L-iskudetti tal-muftieh kienu jgibu kuruna fuq ras iz-zewg ajkli (l-arma ta’ l-lmperu Imqaddes Ruman). F’din id-dar il-Logutenent jew Kmand Chetcuti11 kellu l-ufficcju tieghu u hemm kien jaqta’ l-kawzi.


Il-logutenent kien jara l-bzonnijiet tar-residenti tar-rahal jew belt tieghu u jitlob ghan-nom taghhom dak li huma jkunu jehtiegu ghall-gid taghhom personali jew ghal dak tal-komunita. Kaz li l-Logutenent Chetcuti ha interess fih kien il-bini ta’ mithna tar-rih barra dik li diga kien hemm minn ta’ zmien l-Ordni. Kien fl-ahhar xhur ta’ l-1803 li Chetcuti kiteb lill-awtoritajiet tal-pajjiz biex tinbena mithna ghall-kumdita tal-poplu, u din it-talba giet mghoddija lill-Amministratur tal-Beni Pubblici. Madankollu ma jidher li sar xejn ghax l-istess kmand tal-Mosta rega’ kiteb tliet snin wara, fl-1806, biex ghamel l-istess talba. Il-korrispondenza regghet giet mghoddija lill-awtorita kompetenti.


Il-Gnien tal-Kmand


Il-gnien tal-Kmand li jinsab fi Triq il-Kbira l-Mosta.(p.122) Il-gnien tal-Kmand li jinsab fi Triq il-Kbira u li jmur lura ghall-ewwel snin tal-hakma Ingliza f’Malta ... mzejjen kif jaf jaghmel il-Malti b'gegwigija ta' wires.

ll-Kummissarju Civili, Sir Alexander John Ball (1803-1809) kien ghamel gnien f’kull rahal, li kellu jservi ghall-kmand tal-post. Dan il-gnien fil-Mosta qieghed fi Triq il-Kbira, fil-parti maghrufa bhala l-Wata, faccata taz-zona mibnija tal-Blata l-Gholja. Hemm bicca raba’ mdawra bil-hitan gholjin u tidhol minn kantuniera fejn tidher kamra fuq l-ohra. Hemm ukoll fl-istess kantuniera statwa antika mizbugha tal-Madonna. F’xi rhula ohra dan il-gnien kien kbir gmielu u niltaqghu wkoll ma’ l-arma tal-Gran Brittanja fuq il-bieb u tahtha skrizzjoni tat-twaqqif tieghu, Minn dan (p.123) kollu tal-Mosta m’ghandu xejn, u f’dawn iz-zminijiet il-post qieghed ghand il-privat.


Epidemiji u mard


Kien fit-28 ta’ Marzu 1813 li Malta regghet esperjenzat il-flagell tal-pesta. Dahlu fil-Port ta’ Marsamxett tliet xwieni minn Lixandra, wiehed minnhom Malti, li gabu maghhom din il-marda. Sas-7 ta’ April il-Belt Valletta rregistrat l-ewwel vittma minn fost ir-residenti. Il-pesta malajr xterdet ma’ partijiet differenti ta’ Malta u hekk l-epidemija bdiet thalli vittmi kullimkien.12


Il-pesta laqtet kwazi l-irhula u l-ibliet kollha tal-gzira ta’ Malta barra l-Qrendi, Hal Safi u x’aktarx l-Isla. Qatlet aktar minn 4,500 ruh, u kissret ukoll l-ekonomija tal-pajjiz.13 Fil-Mosta dahlet f’Gunju u damet sa Settembru, u f’dawn l-erba’ xhur mietu 32 ruh14 li gew midfunin fic-cimiterju tal-pesta. Ghad li l-Mosta ma messhiex ix-xorti li tehles minnha ghal kollox, bhalma kienet helset l-lsla u xi ftit irhula zghar, mill-banda l-ohra ma batitx wisq bhal xi rhula ohra fejn baqghu mejtin mijiet ta’ nies.


Jibqa’ l-fatt li l-Mosta xorta kellha tbati l-konsegwenzi tal-marda. Ghalhekk, bhal kull logutenent iehor, Chetcuti zdiedlu x-xoghol. Ried jara liema djar kienu gew infettati u jibghat il-lista lill-awtoritajiet centrali. Dawn kellhom ukoll jipprovdu ghajnuna finanzjarja lil dawk il-familji li kienu fi tbatija specjali minhabba li l-ekonomija tal-pajjiz kienet tfarrket u hekk kull gid kien spicca fix-xejn. Kull persuna fil-bzonn kellha tinghata 4 tari kuljum bhala ghajnuna imma ebda familja ma setghet tinghata aktar minn 2 skudi kuljum meta dawn il-beneficcji finanzjarji jinghaddu flimkien.15


Il-faqar kien sar haga ta’ kuljum ghax in-nuqqas ta’ l-ikel kien gholla l-prezzijiet ta’ dak li kien ghad baqa’ fis-suq. Il-gvernatur ta’ Malta nnifsu kellu jammetti li anki hu kien qed ibati xi naqra tal-guh meta kien jikkunsidra l-prezzijiet tal-bzonnijiet li kienu qed jintalbu, hlasijiet li qatt ma kienu nstemghu bhalhom qabel.16 Anki fl-irhula ta’ Malta kienu qed ibatu il-guh. Ghalhekk Gunju 1813, il-logutenenti ta’ l-irhula bdew jircievi ammont ta’ flus mit-Tezor u ammont ta’ qamh minghand il-gurati biex jitqassmu fost il-foqra tad-distrett li huma kienu qed jamministraw. Kellhom izommu kollox bil-miktub u jibaghtu rendikont ta’ dan it-tqassim fl-ahhar ta’ kull gimgha. Il-kmand tal-Mosta, Giovanni Maria Chetcuti, kellu jircievi 10 mdied qamh kull gimgha minghand il-gurati tal-Belt Valletta u 200 skud fi flus fil-gimgha.17 Dan kien kollu biex imur bhala ghajnuna ghall-Mostin fil-bzonn biex hekk ikunu jistghu jkampaw fix-xhur tal-pesta.


Fl-1830 fegget f’Malta il-marda tal-gidri imma mill-1,523 vittma ma nafux jekk kienx hemm Mostin fosthom, billi r-registru tal-mejtin tal-parrocca ma jsemmi l-ebda wiehed.


Kien imiss li zzur il-gzejjer Maltin l-epidemija tal-kolera, marda ohra ta’ kefrija kbira. Din il-marda dehret f’Gunju 1837 u fl-erba’ xhur li damet fost il-Maltin garret maghha 4,252 ruh. Fil-Mosta dahlet f’Lulju u sakemm telqghet f’Settembru attakkat u qatlet 46 ruh.18


lr-registru tal-mejtin tal-parrocca jindika li s-Sibt, 5 ta’ Awissu 1837, il-Kappillan Dun Gio Maria Schembri, bil-permess ta’ l-lsqof Francesco Saverio Caruana, mar bil-kleru mieghu biex ibierek ic-cimiterju l-gdid li kien ma’ genb il-qadim f’tarf ir-rahal u li kien moghti mill-gvern fi zmien il-Gvernatur Sir Henry F. Bouverie.


Il-kolera zaret Malta mhux inqas minn sitt darbiet ohra fis-seklu dsatax.19 Fl-1865 mietu mill-Mosta 14-il ruh;20 fl-1867 mietu 19-il persuna21 u fl-1887 ir-registru tal-mejtin ma jsemmi lil hadd.


Ir-riformi tal-Gvernatur Maitland


Kien fit-23 ta’ Lulju 1813 li Sir Thomas Maitland gie maghzul bhala gvernatur u kap kmandant ta’ Malta u d-dipendenzi taghha. Hu wasal Malta fl-4 ta’ Ottubru u l-ewwel haga li kellu jhabbat wiccu maghha kienet il-pesta.22 Meta din ghaddiet, seta’ jibda xoghlu u jwettaq ir-riformi li ra li kien hemm bzonn.


Fl-1815, il-Gvernatur Sir Thomas Maitland hareg proklama fejn qal li n-nobbli Maltin li mhux biss ma kienu ghadhom raw l-ebda gid mill-ghaqda tal-gzejjer taghhom mal-Gran Britannja, anzi kellhom ibatu minhabba l-gholi tal-hajja. Ghalhekk sabiex iroddilhom dak ir-rispett li kien (p.124) jisthoqqilhom skond il-grad socjali taghhom, dan il-Gvernatur qasam il-gzejjer Maltin f’sitt distretti, u qieghed nobbli bhala logutenent fuq kull distrett. Dawk li qabel kellhom dan l-ufficcju baqghu bl-istess salarju u bl-istess setghat, imma kellhom jobdu lil dan in-nobbli li issa beda jgib it-titlu ta’ luogotenente di governo u beda jikkmanda d-distrett. Dawk li qabel kienu logutenenti f’Malta jew sindki f’Ghawdex issa bdew jissejhu deputato del luogotenente del governo. U dan skond proklama tal-5 ta’ Gunju 1815.23


Bil-proklama tat-28 ta’ l-istess xahar, gew mahluqa sitt distretti, hamsa f’Malta u wiehed f’Ghawdex. Id-distrett li fih kien hemm il-Mosta kien hemm fih ukoll Had-Dingli, Haz-Zebbug, is-Siggiewi, ir-Rabat u l-lmdina. Dan kien it-tieni distrett u kien jissejjah Distretto Notabile.24 (p.142) Tpogga taht il-Logutenent tal-Gvern25 il-Konti Baldassare Sant.26 Ta’ min jghid li dan l-post gdid kien fid-dehra pozizzjoni amministrattiva gholja, imma fil-fatt Maitland kien holqu bi skop. Ried jigbed il-lealta ta’ dawk in-nies appuntati f’din il-pozizzjoni.27 Ghalhekk kienu d-deputati taghhom li baqghu l-aktar importanti fl-amministrazzjoni ta’ l-ibliet u l-irhula. Fil-Mosta, Giovanni Maria Chetcuti sar issa deputat logutenent tal-Gvern imma fil-fatt baqa’ l-aktar ufficjal importanti u funzjonali fit-tmexxija ta’ kuljum tar-rahal tieghu.


Matul is-snin fil-Mosta kien hemm diversi persuni li okkupaw l-ufficcju ta’ deputat tal-logutent. Chetcuti serva f’din il-pozizzjoni sa l-1821. Is-successur tieghu kien Salvatore Pizzuto li serva sa mewtu, u warajh gie appuntat Salvatore Teodoro Mamo fis-7 ta’ Jannar 1825. Fil-31 ta’ Mejju 1826 gie mahtur fil-pozizzjoni Filippo Perini li miet (Salvatore Teodoro Mamo?) fil-bidu tas-sena 1828 u ghalhekk ha l-post Giuseppe Perini fl-10 ta’ Marzu 1828. Dan kien l-ahhar deputat tal-logutenent u spicca meta l-pozizzjoni giet abolita fl-1839. Dan Perini kien jircievi hlas ta’ £51-4-0, ghallinqas zgur fl-1838.28


Matul l-istess zmien li Maitland kien qieghed jaghmel riformi fl-amministrazzjoni lokali, kien waqqaf ukoll il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Dan sar permezz ta’ Proklama Nru XXII mahruga fl-1 ta’ Lulju 1814 u l-Korp twaqqaf b’effett mit-12 ta’ l-istess xahar. Il-Mosta tpoggiet fit-Tieni Distrett li kien maghmul mill-istess lokalitajiet u bl-istess nobbli li kien responsabbli ghall-amministrazzjoni lokali. Hu probabbli li dan id-distrett kien jitmexxa mill-ghassa tar-Rabat bejn l-1815 u l-1840.29


Iz-zamma ta’ l-ordni u l-amministrazzjoni tar-rahal kienu baqghu f’idejn id-deputat logutenent. Ghalhekk, Giovanni Maria Chetcuti fil-kaz tal-Mosta, bhall-kollegi tieghu f’lokalitajiet ohra, kien jaghmilha ta’ magistrat ufficjal tal-pulizija u ufficjal pubbliku. Bhala magistrat kien jittratta kawzi civili li l-kwistjoni tissupera l-hamsa u ghoxrin skud. Il-partijiet involuti kienu jintalbu biex jidhru quddiem id-deputat tal-logutenent b’avviz li kien irid johrog mhux anqas minn erbat ijiem qabel. Dettalji shah tal-kawzi ttrattati kienu jintbaghtu fl-ahhar ta’ kull gimgha lir-registratur tal-Qorti tal-Monthly Sessions. Min-naha tieghu l-ufficcju tad-deputat tal-logutenent kien izomm rekord tad-dettalji tal-kawzi li jkunu dehru quddiemu. Il-hlas dovut f’kull kawza kien jinkludi skud lill-iskrivan u sitt tari lill-ufficjal li jkun ghamel it-tahrika. Is-sentenzi tad-deputat logutenent kienu appellabbli quddiem il-Qorti tal-Monthly Sessions.30


Bhala ufficjal tal-pulizija, id-deputat logutenent kien jiehu hsieb iz-zamma tal-paci pubblika flimkien mal-qbid u d-detenzjoni tal-persuni. Kien fil-poter tad-deputat logutenent li jordna l-arrest u l-prigunerija ta’ nies li jkunu nstabu hatja ta’ ksur tal-ligi. Dawn il-persuni kienu jigu mghoddija ghand il-pulizija biex jitressqu l-qorti. Id-deputat logutenent kellu wkoll poter jordna tfittxija fil-proprjeta ta’ nies li jkunu suspettati bi qtil, serq jew delitt gravi. Dan kien isir biex jigu elevati oggetti li jkunu jistghu jservu ta’ evidenza fil-kaz. Hadd ma seta’ jfixkel fi dmirijietu jew jiddisprezza lid-deputat logutenent ghax dan kellu poter jordna l-arrest ta’ min jaghmel hekk. Id-deputat logutenent kien ukoll jiehu hsieb jissorvelja hwienet tax-xorb, ta’ l-ikel u negozji ohra li kienu jehtiegu licenzja. Kien jirrapporta dak kollu konness mal-pulizija lill-kmandant tal-pulizija li minn zmien ghal iehor kien jibghat l-ordnijiet tieghu permezz ta’ Cirkularijiet.31


Bhala ufficjal pubbliku, Chetcuti bhall-kollegi fl-istess pozizzjoni, kien jirrapporta direttament lill-gvern dak kollu li ma kienx tas-soltu fil-lokalita tieghu. Kien isir rapport kull xahar dwar l-istat (p.125) tar-rahal u darba kull sitt xhur kien jibghat rapport iehor li jkopri l-popolazzjoni - twelit, zwigijiet u mwiet. Kien jirraporta wkoll darbtejn fis-sena dwar il-kultivazzjoni u l-hsad tac-cereali, u l-ispezzjonijiet li jsiru fi hwienet bil-licenzja. Kellu wkoll jiehu hsieb l-indafa tat-toroq u min jinqabad ihammeg it-toroq bi skart jew materjal tal-bini kien jigi mharrek u jitressaq quddiem il-qorti.32


Jidher car li d-deputat logutenent tal-gvern fil-Mosta kellu x’jaghmel sew. Kien ufficcju ta’ responsabilta kbira mifruxa fuq diversi doveri li hafna minnhom kienu pjuttost delikati.


Is-sindki


Membru tal-Pulizija fi zmien l-Inglizi(p.125) Membru fil-Korp tal-Pulizija ghall-habta ta’ l-ahhar tas-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu ghoxrin bl-uniformi ta’ dak iz-zmien.

Permezz tal-Kummissjoni Rjali mahtura mill-Gvern Ingliz li zaret Malta fl-1839, inbidlet mill-gdid l-istruttura tal-gvernijiet lokali fil-lokalitajiet. Il-kummissarji John Austin u George Cornwall Lewis hassew li setghu jnehhu numru ta’ karigi ufficjali u hekk jiffrankaw il-flus lill-Kaxxa ta’ Malta. Fost il-karigi li raw zejda kien hemm dik tal-logutenenti ta’ gvern.33 Hekk allura spiccat l-istruttura li kien holoq il-Gvernatur Maitland.


Il-proklama tat-8 ta’ Awissu 1839 nehhiet dawn il-logutenenti u d-deputati taghhom u minn flokhom waqqfet seba’ sindki, li kienu maghzula mill-klassi ta’ l-avukati. Id-drittijiet u dmirijiet tas-sindki baqghu l-istess bhal dawk tad-deputati logutenenti ta’ qabilhom, barra minn xi tibdil li sar fuq ix-xoghol taghhom bhala magistral tal-pulizija gudizzjarja.


Fis-16 ta’ Awissu hareg l-avviz kif gew imqassmin id-distretti, u min kien is-sindku ta’ kull wiehed minnhom. Il-Mosta saret taghmel parti mir-raba’ distrett li kien iffurmat ukoll min-Naxxar u Hal Gharghur. Is-sindku appuntat kien l-Avukat Carmelo Trapani bl-ufficcju tieghu fin-Naxxar. Dan dam fil-kariga sa mewtu li grat madwar l-ahhar ta’ l-1865 jew il-bidu ta’ l-1866. It-tieni sindku kien Dott. S. Mifsud li fuq talba tieghu, gie trasferit mit-tieni distrett. Mifsud spicca mill-kariga fl-1869 meta miet. Is-successur tieghu kien Dott. Gaetano Darmanin.34


F’dan iz-zmien hu probabbli li l-Pulizija fil-Mosta kienet bdiet tigi diretta mill-ghassa tan-Naxxar35 la issa s-sindku kellu l-ufficcju tieghu f’dak ir-rahal.


Kien fl-1880 li saru xi tibdiliet fl-istruttura tal-gvern lokali. Fuq suggeriment tal-Kummissarju Rjali Sir Penrose Julyan fl-1878, minn seba’ distretti issa waqghu ghal erbgha. Anki s-sindki kellhom xi tnaqqis. Hekk is-sindku tar-raba’ distrett, Dott. Darmanin, tpogga wkoll fil-kmand tat-tielet distrett - Birkirkara, H’Attard, Hal Balzan, u Hal Lija. Darmanin spicca minn sindku tar-raba’ distrett fl-1890 u postu hadu provvizorjament l-Avukat Giovanni Battista Mifsud li kellu wkoll jiehu hsieb l-ewwel distrett. Kien imbaghad fl-1892 li l-Mosta kellha sindku gdid. Dott. Raffaele Cassar Torreggiani sar sindku ta’ l-ewwel, it-tieni u r-raba’ distretti. Baqa’ fil-kariga sakemm is-sindki gew aboliti fl-1896 biex intemmet it-tmexxija bil-gvernijiet lokali ghal dak iz-zmien.36


L-ordni min-naha tal-pulizija x’aktarx bdiet titmexxa mir-rahal stess ghall-ahhar snin tas-seklu dsatax. Jista’ jkun, ghalkemm xejn m’hu (p.126) zgur, li l-ghassa tal-Mosta nfethet fi Triq il-Kbira (fil-pjazzetta faccata tas-City Bar) madwar is-sena 1880. Din l-ghassa zgur li baqghet tintuza sas-snin tletin tas-seklu ghoxrin u kienet giet mikrija mill-Gvern minghand il-familja Gulia.37


Aspetti mill-hajja fil-Mosta


Bandisti tas-Socjeta Nicolo Isouard waqt il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta (p.126) Ritratt ta’ l-1913 li juri grupp ta’ bandisti tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard meta l-Banda kienet qed tippartecipa fl-avveniment storiku tal-Kungress Ewkaristiku li parti mill-programm tieghu kien sar fil-Mosta.

ls-seklu dsatax dahhal lil Malta f’era gdida minhabba l-fatt li issa l-gzejjer Maltin saru parti minn imperu kbir u mifrux bhal ma kien appuntu l-lmperu Britanniku. Kien seklu li bil-mod il-mod beda jibdel aspetti mill-hajja tal-Maltin imma dan kollu sar b’ritmu kawt u l-bidliet fir-rutina tal-poplu Malti kienu jiehdu snin twal sakemm jitwettqu u jindraw.


Il-Mosta, kien rahal rurali u kwiet, u ghalhekk ma hassx malajr it-tibdil li bil-mod beda diehel fil-hajja tal-Maltin. Il-Mostin kienu ghadhom mghedija bil-hajja tal-biedja u kkoncentrati fuq il-progett li tista’ tghid iddominalhom l-ewwel nofs tas-seklu dsatax, u aktar ukoll. Dan il-progett kien il-bini tal-knisja parrokkjali gdida b’dak id-disinn mhux tas-soltu u tant diskuss u dibattut minn hafna, kemm Maltin u kemm barranin. Ghall-Mostin ta’ dak iz-zmien din kienet id-dinja taghhom - ir-Rotunda u l-bini taghha.38


U mar-Rotunda kien ukoll marbut l-ewwel kazin tal-banda li nfetah fil-Mosta. Kien madwar is-sena 1869 li xi dilettanti tal-banda hasbu li jwaqqfu banda fil-Mosta. It-taghlim tal-muzika hadu f’idejh Ganni Azzopardi li kien ukoll bandist mal-Banda tar-Royal Navy. M’ghaddiex wisq Zmien li, wara li gie kkunsidrat il-progress li kien sar mill-allievi, id-dirigenti ta’ din il-banda hassew li kien wasal iz-zmien li johorgu fit-toroq tal-Mosta u jaghtu l-ewwel rapprezentazzjoni quddiem il-pubbliku. L-okkazjoni giet meta fil-15 ta’ Ottubru 1871 ir-Rotunda kellha tigi kkonsagrata mill-lsqof ta’ Malta Gaetano Pace Fomo. ‘Il-Banda tal-Mosta,’ kif kienet maghrufa fl-ewwel snin ta’ l-ezistenza taghha, ghamlet l-ewwel programm dakinhar filghaxija u hekk kompliet izzid fis-solennita ta’ l-okkazjoni. L-ewwel surmast direttur tal-Banda kien is-Surmast G. Demajo. Imbaghad, waqt li l-Professur Napuljun Tagliaferro kien president ta’ (p.128) din il-Banda, nghatalha l-isem li ghadha ggib sal-lum, jigifieri Filarmonika Nicolo Isouard. B’hekk hadet l-isem tal-kompozitur Malti li ghamel isem ghalih u ghal Malta f’Parigi fejn kien jikkomponi l-muzika tieghu.39


Marbuta mal-knisja u r-religjon kien hemm ukoll it-twaqqif ta’ l-ahhar minn sitt fratellanzi li l-Mosta qatt kellha. Din kienet il-Fratellanza tad-Duluri li fil-Mosta twaqqfet fl-1886. Mat-twaqqif taghha din il-fratellanza hasbet ghal statwa biex tintuza fil-purcissjonijet. Jinghad li tqabbad l-istatwarju Salvu Dimech imma meta l-fratelli raw l-istatwa ta’ San Guzepp li l-fratellanza ddedikata lil dan il-qaddis kienet gabet minn Franza, ghogbithom u hekk twarrbet ta’ Dimech biex tingieb wahda minn Marsilja. Hekk bdiet tintuza dik tad-ditta Galard et Fils. L-ohra tal-Mosti Dimech illum tinsab fl-Oratorju Qalb ta’ Gesu.40


Il-Mosta mic-censimenti u dokumenti ufficjali ohra


Id-dar tal-Kmand Giovanni Maria Chetcuti fi Triq Speranza.(p.127) Ir-rahal tal-Mosta kif kien fl-1824 – kienet ghadha mibnija l-knisja parrokkjali ta’ Tumas Dingli li tidher forma ta’ salib fic-centru tar-rahal.

Hjiel tal-qaghda tal-Mosta matul is-snin tidher mill-istatistika migbura mic-censimenti li kienu jsiru matul is-seklu dsatax. Fil-bidu tas-seklu, sew sew fl-1806, ir-rahal kellu popolazzjoni ta’ 3,003 ruh.41


Fis-snin tletin tas-seklu dsatax il-qaghda tal-komunita Mostija kienet wahda mwieghra. Hjiel ta’ dan johrog minn lista tal-foqra42 li marru ghal xi rbghajjen mit-tqassim tal-200 skud li halla l-Kappillan Calleja wara mewtu biex jinghataw lill-foqra. It-tbatija ma kinitx zghira fir-rahal u dan jikkonfermah ir-rapport li hejjiet il-Kummissjoni Rjali li zaret Malta fl-1836. Dan jindika li fil-Mosta ma kien hawn l-ebda ghani li jghix biss bir-renta. Kien hawn 6 avukati, 14-il qassis, 3 impjegati mal-Gvern, tabib wiehed, 20 ragel li jahdmu r-raba’ taghhom, 200 bir-raba’ mqabbel ghandhom, 30 bil-hanut, 20 mghallem, 800 haddiem u 500 mara li jinsgu. Fuq il-qligh li l-haddiem tar-raba hawn Malta kien idahhal, il-Kummissjoni sabet li l-hlas ta’ jum xoghol kien 4 irbaghajja (6 soldi u 8 habbiet jew madwar 2c5), fir-Rebbiegha 4 irbghajja u 10 habbiet (7½d jew 3c2), fis-Sajf 5 irbghajja (8 soldi u 4 habbiet jew madwar 3c5) li kienu jithallsu fi flus. Fix-Xitwa, imbaghad, il-hlas kien ta’ zewg sighan xghir u sold (4m) fi flus, u f’xi okkaijonijiet ma kienx jinghata s-sold u minfloku jaghtuhom qoton, mahlut jew hobz.43 Il-faqar minhabba n-nuqqas ta’ xoghol kien mifrux ma’ Malta kollha, imma milli jidher il-Mostin kienu maghfusa aktar minn nies ta’ rhula ohra. Dan jidher ukoll mill-fatt li fil-lista tat-tallaba nsibuhom fuq nett. Kien zmien difficli ghal hafna, u ghal xi whud aktar minn hekk ukoll, ghax ftit qabel f’dan ir-rahal kienu mietu erbgha min-nies bil-guh.


Mic-censiment tal-popolazzjoni li sar fl-1842, johrog li l-Mosta kienet ghaddejja minn zmien ta’ faqar kbir. Kien hemm nuqqas ta’ medicini u hekk il-mard kien jinhass itqal. Kienu jippruvaw idahhlu lix-xjuh u l-morda f’xi ospizju jew xi sptar. Ohrajn baqghu jigu assistiti minn qrabathom f’darhom. Skond dan ic-censiment jidher li fil-Mosta l-irgiel kienu jghoddu 1,601 fil-waqt li n-nisa kienu jlahhqu 1,785, ghal total ta’ 3,386 abitant.44


Fic-censiment li sar ghaxar snin wara, jigifieri fl-1851, johorgu dettalji ohra dwar il-Mosta. Issa r-rahal kien kiber ghal 4,305 abitanti li kienu jinqasmu f’2,126 ragel u 2,179 mara, total ta’ 771 familja. F’dan iz-zmien kien ikkalkulat li fil-Mosta kien hemm 2.34 fil-mija biss li setghu jitqiesu ghonja u meta dan jigi mqabbel mal-11.53 fil-mija ghal Malta kollha, jidher car li l-Mostin, b’mod generali, zgur li ma kinux fost il-klassi l-gholja tal-pajjiz. Dwar il-klassi medja li f’dawk iz-zminijiet kienet qed tispikka bhala klassi socjali ghaliha, f’Malta din kienet ikkalkulata li tlahhaq id-39.22 fil-mija tal-popolazzjoni kollha. Fil-Mosta, mill-banda l-ohra, il-klassi tan-nofs kienet tlahhaq biss 22.17 fil-mija tal-komunita Mostija kollha. Meta mbaghad nosservaw il-klassi l-baxxa jew il-klassi tal-haddiema, kif kienet maghrufa fi zminjiet ohra, insibu li 49.25 fil-mija tal-poplu Malti kien jikkwalifika bhala fqir.45 Izda anki dan il-persentagg, meta mqabbel ma’ dak tal-Mosta, juri kemm il-Mostin kienu aktar foqra mill-medja nazzjonali. Tant hu hekk li fil-Mosta, fin-nofs tas-seklu dsatax, kien hawn 75.71 fil-mija tal-poplu li kien jinsab f’faqar u ma kellux biex jghix hajja ta’ certa livell, anzi ma kellux biex jghix hajja mqar dik modesta li tixraq lil kull bniedem. Meta tanalizza din l-istatistika jidher mill-ewwel li fil-Mosta ma kienx hemm daqstant nies li setghu jghinu fil-bzonnijiet ta’ huthom u lanqas jikkon-tribwixxu ghall-opri li soltu tgawdi minnhom (p.129) il-knisja tal-lokal. Ma rridux ninsew li bhal dan iz-zmien kienet qed tinbena r-Rotunda li kienet tirrikjedi ammonti kbar ta’ flus.46


Mic-censiment li sar fl-1861 jidher li l-Mosta kienet issa tlahhaq it-3,828 ruh. Fi Nuova Via Valletta (illum Triq il-Kungress Ewkaristiku) kienu joqoghdu biss 16-il ruh. Dwar kif kienu impjegati n-nies, johrog li kien hawn 23 membru tal-kleru, li l-bicca l-kbira tal-Mostin kienu jahdmu fir-raba u li madwar 400 ruh kienu jahdmu fix-xoghol ta’ l-ghazil u l-insig. Dwar l-edukazzjoni, johrog li minn dawk li kienu jafu l-iskola, ghal kull wiehed li kien jaf l-lngliz kien hawn tmienja jafu t-Taljan.47


Element qawwi li hareg minn dawn l-istatistici kien in-numru kbir ta’ haddiema fis-settur tal-manifattura tat-tessili. Filwaqt li fil-hamsinijiet tas-seklu dsatax, kif registrat fic-Censiment ta’ l-1861 kien hemm 400 persuna li kienu jaghzlu u jinsgu, dan in-numru kien akbar fl-ewwel decenji tas-seklu. Ghas-snin tletin in-nissiega fil-Mosta kienu jlahhqu l-500 ruh, li kien l-oghla ammont ta’ haddiema f’dan il-qasam f’Malta kollha. Wara l-Mosta kien jigi Haz-Zebbug fejn in-nissiega kienu jammontaw ghal 400 ruh.48 F’dan l-istess zmien il-maggoranza tal-haddiema Mostin kienu bdiewa. Kien hemm ghoxrin minnhom li kienu sidien ta’ l-art taghhom filwaqt li mitejn ohra kienu jahdmu art imqabbla ghandhom. Fir-rahal kont issib ukoll sitt avukati, erbatax-il qassis, tliet impjegati mal-gvern, tabib wiehed, tletin bejjiegh tal-hwienet, ghoxrin ragel tas-sengha, u 800 haddiem iehor f’xoghlijiet varji.49


Mic-censiment ta’ l-1871 imbaghad, johrog li fil-Mosta kien hawn tliet ghalliema li ma kinux parti mill-kleru. Kien hawn ukoll erba’ studenti qed jattendu jew l-Universita jew il-Liceo fil-Belt Valletta. Fl-iskola primarja tal-gvern kien hemm b’kollox 141 studenti imma ma kien hemm ebda skola privata fil-Mosta.50


Fl-1898 l-lmgarr gie mwaqqaf parrocca ghalih, u mill-popolazzjoni ta’ madwar 500 li kellu mxerrdin fil-limiti tieghu hafna minnhom kienu jaghmlu mal-parrocca tal-Mosta.


L-edukazzjoni fir-rahal


Dawn is-snin tac-censimenti habat wkoll mat-twelid tas-sistema ta’ l-iskejjel tal-gvern li bdew jidhru f’Malta fuq il-parir li kien inghata mill-Kummissjoni Rjali li zaret Malta fl-1836. Kien b’mod specjali bl-instigazzjoni ta’ Sarah Austin, mart John Austin, wiehed minn dawn (p.130) il-kummissarji rjali, li l-edukazzjoni elementari f’Malta hadet spinta ‘l quddiem. Il-Mosta ma kinitx ma’ l-ewwel grupp ta’ rhula li nfethet fihom skola primarja. Ghalhekk, it-tfal Mostin kellhom imorru Hal Lija jekk riedu jitghallmu xi ftit qari, kitba u somom. Din l-iskola nfethet f’Mejju 1838. Hemm marru l-Mostin u Itaqghu mat-tfal minn Hal Lija, Hal Balzan, H’Attard, Birkirkara, in-Naxxar u Hal Gharghur.51 Ma jidhirx li kien hemm hafna tfal Mostin li hadu vantagg mill-ftuh ta’ din l-iskola u dan forsi wkoll ghax li tattendi l-iskola ma kinitx obbligatorja.52 Fattur iehor zgur kien il-faqar li fih kienu jinsabu l-maggoranza assoluta tal-familji tal-Mosta. Kienet haga aktar naturali li l-ewwel tiehu hsieb zaqqek imbaghad mohhok ghax sakemm qed titghallem xorta trid tiekol. Il-faqar ma ghenx biex il-genituri Mostin jaraw xi siwi fl-iskola f’dawk iz-zminijiet.


Id-dar fi Triq il-Kurat Calleja li kienet tintuza bhala skola.(p.130) Id-dar fi Triq il-Kurat Calleja li f’xi zmien kienet tintuza bhala skola primarja.

Madanakollu, l-awtoritajiet hassew li l-Mosta kien jimmerita jkollha skola ghaliha u ghalhekk fl-1840 krew dar privata fejn fiha ntlaqghu l-ewwel tfal Mostin, subien u bniet. Inghataw ukoll l-ewwel ghalliema, Dun Tommaso Chetcuti ghas-subien b’salarju ta’ £35 fis-sena u Marianna Borg ghall-bniet, b’salarju ta’ £20 fis-sena. Imma jidher li lanqas din id-decizjoni ma hajret wisq lill-Mostin biex jattendu ghax il-Kanonku Pullicino, Direttur ta’ l-lskejjel Elementari, irrapporta li fil-Mosta f’Mejju 1850 kien hemm 50 tifel u 77 tifla fuq ir-registri imma kienu jattendu b’mod regulari 21 tifel u 14-il tifla biss jew 42 fil-mija tas-subien u 18 fil-mija tal-bniet.53 Kien l-aktar persentagg baxx mill-iskejjel kollha miftuha fdak iz-zmien.54


F’dan iz-zmien id-Dipartiment ta’ l-lskejjel Primarji kien qasam l-irhula tal-kampanja f’distretti ghall-fini ta’ l-amministrazzjoni ta’ l-edukazzjoni. Il-Mosta kienet tpoggiet fir-raba’ distrett flimkien man-Naxxar. L-iskola tal-Mosta kienet tinsab fi Strade Reale jew Triq il-Kbira.55 Aktar tard, taht id-Direttur ta’ l-Edukazzjoni Sigismondo Savona, l-amministrazzjoni ta’ l-iskejjel kompliet tizviluppa u saru l-Local Management Committees (Kumitati ta’ Tmexxija Lokali). Dik tal-Mosta fl-1883 kienet iffurmata mill-Kappillan Dun Francesco Camilleri, Mons. Dott. Michel Angelo Kanonku Mifsud, u Dott. Daniele Chetcuti. Kellhom l-inkarigu li jheggu lill-genituri u tuturi biex dawn jibaghtu lit-tfal biex jitghallmu. Kellhom ukoll izuru l-iskola, jaraw li l-ghalliema qed jaqdi dmirhom sew u jassiguraw li t-taghlim tar-religjon kien isir sew. Meta jzuru l-iskola tal-bniet kellhom struzzjonijiet biex ikun hemm mal-kumitat xi mara jew tnejn.56


Kien fl-1894 li l-gvern iddecieda li jibni fil-Mosta skola gdida, skola li allura kienet se tkun mibnija apposta ghal dan l-iskop. Inxtrat art minghand Dr Salvatore Camilleri li kienet tinsab bejn Triq San Gwann u Triq it-Torri. Inxtrat ukoll art bizzejjed biex issir triq u tghaqqad dan iz-zewg toroq flimkien. Din saret Triq Grognet. L-art kienet tiswa £50 u l-progett kien stmat li se jlahhaq l-£400. L-iskola nbniet u laqghet fiha l-ewwel studenti f’Awissu 1898.57 Is-surmast f’dik is-sena kien A. Sammut filwaqt li s-sinjora kienet M.A. Pace.58 Din l-iskola ghadha hemm sal-lum imma maz-zmien giet imkabbra skond il-bzonnijiet li zviluppaw matul is-snin.


Is-sahha tal-poplu


Il-hajja rurali li kienet komuni qalb il-Mostin fis-seklu dsatax.(p.129) Il-hajja rurali li kienet komuni qalb il-Mostin fis-seklu dsatax tinkludi dik tat-trobbija ta’ l-annimali – ritratt li juri hajja li issa ghoddha spiccat, wahda rahhala bil-moghoz taghha f’Ta’ Xkora, limiti tal-Mosta, ghall-ahhar tas-seklu ghoxrin.

(p.131) Il-Mosta kienet fost l-ifqar irhula ta’ Malta. Hi u n-Naxxar kienu l-ifqar zewg lokalitajiet tal-gzira ta’ Malta; f’Ghawdex kien ix-Xaghra li kien l-ifqar, u f’Kemmuna, il-ftit nies li kienu jghix hemm kienu kollha maghduda bhala fqar.59 Madankollu kellhom ghallinqas konsolazzjoni li fil-Mosta kien hemm tabib u berga minn fejn setghu jinqdew f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ medicini u vizti medici.


Kien ghal habta tas-snin erbghin tas-seklu dsatax li l-gvern iddecieda li jiftah spizeriji jew bereg f’numru ta’ rhula u bliet. Dawn il-bereg kienu parti mill-ghases tal-pulizija. Kien fl-1859 li dan is-servizz mediku u ta’ spizerija gie riorganizzat u hekk sahhah l-ghajnuna li kienet tinghata fil-bzonnijiet varji ta’ sahha lin-nies tal-lokal. Dan is-servizz kien maqsum fi tlieta - klinika, amministrazzjoni, u sanita. Il-klinika kienet tiftah fi granet u hinijiet stabiliti u tipprovdi servizz b’xejn ta’ tabib. L-istess tabib kien ukoll, fost servizzi ohra, imur fid-djar jekk jintalab mill-kappillan jew mis-sindku biex jara morda fqar li ma kinux jifilhu jmorru fil-berga. Kien ukoll ilaqqam it-trabi taht is-sena, johrog permessi ghad-dfin, u jimla certifikati biex il-foqra jigu accettati god-Dar tal-Fqar jew biex jinghataw ghajnuna ohra.60


L-istess tabib kien jaghmel xoghol amministrattiv billi jzomm ir-registri tat-tilqim, il-kura preskritta, l-ismijiet u dettalji tal-pazjenti u dawk li jitwieldu u jmutu fid-distrett tieghu. Fil-linja tas-sanita mbaghad, it-tabib kien jghin fejn jintalab mill-pulizija u jezamina oggetti ta’ l-ikel u jekk setghux jinbighu, u kien marbut jibghat rapport kull gimgha dwar il-qaghda tas-sahha tal-lokalita li kien jiehu hsieb. Kien hemm b’kollox 28 berga miftuha u jahdmu b’dan il-mod sakemm kien hemm xi tibdil fl-istrutturi fl-1885.61


Dan kollu kien jaghmlu t-Tabib Daniele Chetcuti li kien iservi fil-berga tal-Mosta mill-12 ta’ Jannar 1853 u kellu salarju ta’ £36 fis-sena.62 Hu zgur li Dott. Chetcuti kellu hafna x’jaghmel meta l-Mosta kella daqstant nies li ma kinux jistghu jhallsu ghal servizz mediku privat. L-istess Chetcuti kien ukoll wiehed mill-Kumitat ta’ Tmexxija Lokali ta’ l-iskola primarja kif indikat fuq.


Mjiel ta’ sistema ta’ votazzjoni lokali


It-Tabib Ruzar Mizzi fil-Mosta fuq l-ispallejn wara rebha tal-PN fl-1932.L-elettorat Mosti ta' erba' min-nies kollox fl-1880.

Sakemm giet abolita l-pozizzjoni tas-sindku fl-1896, il-gvern centrali kien ipprova jdahhal ukoll sistema ta’ kumitati distrettwali. Is-sindku ma kienx jintghazel mill-poplu imma kien jitpogga direttament mill-gvern. Rigward il-membri tal-kumitati distrettwali kienet se tintuza procedura ohra.


L-iskop ta’ dawn il-kumitati kien li joffru l-pariri taghhom. Kull wiehed mid-distretti tal-kampanja kien mahsub li jkollu kumitat ta’ hames persuni, b’wiehed minnhom ikun il-president. Fil-kaz tal-kampanja, is-sindku tal-post kien se jokkupa din il-pozizzjoni. Membru iehor ex ufficio kien it-tabib tal-gvern tad-distrett. L-ohrajn kienu se jkunu eletti min-nies tad-distrett. Id-dritt tal-vot kien ezatt bhal dak ghall-elezzjonjiet tal-Kunsill tal-Gvern.63


Fl-ewwel elezzjoni fl-1867 jidher li ma kienx hemm wisq entuzjazmu ghax hargu jivvutaw biss 482 persuna minn total ta’ 2,394 eligibbli f’Malta kollha. Fid-distrett tal-Mosta, minn 67 ragel li kellhom id-dritt ghall-vot marru fil-post tal-votazzjoni 26 biss. Dawn eleggew lill Dun Guzepp Carbone bi 23 vot, lin-Nutar Giuseppe Emanuele Micallef b’14-il vot u lin-negozjant Karlu Bugeja bi 13-il vot. Hekk dan il-kumitat gie maghqud billi zdiedu s-sindku tad-distrett, Dott. S. Mifsud bhala president, u t-Tabib Daniele Chetcuti - it-tabib tal-gvern tal-Mosta. Il-laqghat saru fin-Naxxar, f’69 Triq Celsi, fejn is-sindku kellu l-qorti tieghu u f’sentejn iltaqghu 18-il darba. Iddiskutew numru ta’ problemi li kienu jolqtu lin-nies tad-distrett bhal nghidu ahna l-probema tal-qghad b’suggeriment li l-irgiel bla mpjieg jinghatalhom xoghol fit-tiswija tat-toroq.64


Kien imiss elezzjoni ohra ghall-1871-3 fejn rega’ ma kienx hemm konkorrenza mill-votanti. Mill-voti mitfugha gew eletti n-Nutar Giuseppe Emmanuele Micallef b’20 vot, Dun Guzepp Carbone bi 18-il vot u l-Avukat Antonio Scicluna b’19-il vot. Il-president issa kien is-sindku Dott. Gaetano Darmanin u rega’ dahal it-Tabib Chetcuti. Dan il-kumitat jidher li kien l-ahhar wiehed ghax meta fl-ahhar ta’ 1873 kellha ssir l-elezzjoni li jmiss, din ma saritx.65


(p.132) Kien hemm attentat biex jergghu jinghataw il-hajja fl-1882 imma, l-istess bhal qabel, il-konkorrenza kienet baxxa hafna. Fir-raba’ distrett (li issa kien sar in-Naxxar, il-Mosta, Hal Gharghur, u l-Mellieha) telghu Dun Guzepp Carbone, l-Avukat Ignazio Micallef, u s-Sinjuri Pietru Pawl Decelis, Salvatore Galea, Nicola Fenech u Vincenzo Sciberras (ghax issa kienu se jkunu kumitati b’sitt membri u president - is-sindku). Kull wiehed mill-membri gab sitt voti. Il-kumitati ma tlaqqghu qatt u mietu mewta naturali.66


Il-politika u kwistjonijiet nazzjonali


Barra l-politika lokali, il-Mostin kienu jkunu wkoll imdahhlin xi ftit jew wisq fil-politika aktar wiesgha konnessa ma’ l-elezzjonjiet ghall-Kunsill tal-Gvern li kienu jsiru taht kostituzzjonjiet varji li Malta nghatat minn zmien ghal zmien. Dan ma kienx ifisser li l-Mostin kollha kellhom il-jedd jivvutaw. Ghal kuntrarju, per ezempju, skond il-Kostituzzjoni ta’ l-1887 il-kwalifika biex tivvota, barra li ridt tkun ragel ta’ wiehed u ghoxrin sena jew aktar, kien hemm specifikat ukoll li votant ried ikollu dhul ghallinqas ta’ £6 minn proprjeta jew ihallas dan l-ammont f’renti fuq proprjeta li kien ikollu mikrija ghandu. Din il-proprjeta setghet tkun f’ismu jew f’isem martu.67 Jidher car li Mostin li kellhom dawn il-kwalifiki kienu ftit li xejn fi zmien fejn il-maggoranza tal-Mostin kienu kkunsidrati fost l-ifqar fil-gzejjer Maltin.


Zewg politici li marru jkellmu lill-Mostin, Panzaveccha u Savona. (p.132) Iz-zewg politici li marru jkellmu lill-Mostin fil-miting tat-22 ta’ Dicembru 1895 – Mons. Ignazion Panzavecchia (xellug) u Sigismondo Savona (lemin)

Sadattant, il-politici xorta wahda hassew li ghandhom jindirizzawhom. Miting politiku minn dawn sar, per ezempju, f’Dicembru 1895. Kienet ghadha kif ghaddiet l-elezzjonl generali li saret fis-26 u s-27 ta’ Awissu fejn kien gie elett fost ohrajn Sigismondo Savona mill-ewwel distrett.68 L-informazzjoni dwar dan il-miting kienet harget minn rapport tal-pulizija dwar dak li gara f’dak il-jum. Kien it-22 ta’ Dicembru meta barra Savona, marru l-Mosta Mons. Ignazio Panzavecchia, qassis li kien imdahhal fil-politika ghax bejn l-1891 u l-1892 kien irrapprezenta lill-kleru fil-Kunsill tal-Gvern. Il-politiku l-iehor kien certu Darmanin. X’aktarx dan kien Cesare Darmanin, membru iehor elett f’dik l-elezzjoni. Dawn it-tliet politici kienu marru fid-dar ta’ certu pizatur jismu Salvatore Micallef u stennew il-funzjoni religjuza fil-knisja parrokkjali tispicca. Kif spiccat u madwar 300 ruh hargu barra, il-politici hadu posthom fuq borg gebel fil-pjazza ta’ quddiem ir-Rotunda u bdew jitkellmu. L-ewwel tkellem Panzavecchia li fahhar lill-Savona u sejjahlu kap tal-Maltin. Semma’ l-kwistjoni taz-zwigijiet imhallta, li dak iz-zmien kienet tahraq, u semma’ t-taxxi flimkien ma’ affarijiet ohra. Warajh tkellem Darmanin u dan iffoka fuq il-kwistjoni tal-laham tal-friza u qal lill-Mostin li l-projbizzjoni ta’ dan it-tip ta’ laham kienet tkun ta’ beneficcju ghalihom ghax huma kellhom art imqabbla ghandhom u l-importazzjoni ta’ dan il-laham kienet tkun l-ahhar daqqa u r-rovina tal-biedja. Tkellem fl-ahhar Sigismondo Savona li semma’ kemm kellu dellu tqil mal-pulizija ghax ma kienx jibza’ jitkellem. Semma’ t-taxxi, it-tkomplija tal-linja tal-ferrovija sa l-lmtarfa, u l-kwistjoni tal-laham tal-friza. Skond ir-rapport imsemmi tal-pulizija, sakemm tkellem Savona l-folla kienet osfrot u kien baqa’ madwar tmenin ruh quddiemu. Il-pulizija osservat li n-nies ma tantx taw kas il-kelliema. Fl-ahhar tal-miting inqala’ xi ftit tal-glied meta persuna saq iz-ziemel bil-karrettun fil-pjazza, u waqt li kien qed jghajjat lil huh, il-Mostin hasbuh qed jinsultahom. Dawn ghalhekk bdew jghajjtu kliem ta’ disapprovazzjoni u grew wara dan il-persuna u tawh xebgha. L-incident ma kellux konsegwenzi gravi. Wara dan il-miting il-pulizija talbet li ma jkunux jistghu jsiru aktar laqghat ghallarrieda ghax inkella (p.133) l-pulizija ma jkunux jistghu jiggarantixxu z-zamma tal-paci pubblika. Il-gvern laqa’ din it-talba tal-pulizija u sa sena wara l-gvernatur kien approva regolamenti biex dawn il-laqghat ma jsirux jekk l-awtoritajiet ma jkunux gew avzati minn qabel.69


Il-Mostin ma kinux biss jiddahhlu fil-politika partiggjana imma wkoll f’dik bejn il-Knisja Kattolika u l-Gvern ta’ Malta. Issemmiet diga l-kwistjoni taz-zwigijiet imhallta li fil-miting ta’ Dicembru 1895 ghamel accenn ghaliha Mons. Panzavecchia. Din kienet problema hawn Malta u kienet ilha tkaxkar ghaxar snin. Kienet holqot kommozzjoni kbira qalb il-Maltin u dan kollu gara ghax il-Gvern Ingliz kien accetta li zwigijiet li kienu saru bejn persuni ta’ religjonijiet differenti jkunu validi f’Malta, ghalkemm mhux skond l-ordnijiet li l-Knisja Kattolika hadet fil-Koncilju ta’ Trentu.70


Il-Maltin hassew dan bhala affront ghat-twemmin Kattoliku taghhom u li l-Inglizi kienu qed jindahlulhom b’xi mod f’dak li kien ghaziz ghalihom. U ghalhekk, ma baqghux lura biex juru l-ghadab taghhom. Kien il-Hadd, 22 ta’ Marzu 1896, meta xi suldati bhas-soltu marru biex jaghmlu s-sinjali li kienu jsiru ghall-finijiet militari ta’ difiza minn fuq il-kampnari tal-knejjes ta’ Malta. Izda ghal din id-darba l-arcipriet tal-Mosta, Dott. Dun Giovanni Sarreo, u taz-Zejtun, Dott. Dun Anton Psaila, ma tawx il-permess mehtieg biex is-suldati jkunu jistghu jitilghu fuq il-bjut tal-knejjes taghhom. L-awtoritajiet tal-gvern irrapurtaw b’dan mill-ewwel lill-Arcisqof ta’ Malta Mons. Pietro Pace biex jaraw hu kienx ta xi ordni f’dan ir-rigward. L-Arcisqof Pace wera soghba ghal dak li gara u l-ghada, it-23 tax-xahar, baghat ghall-Ajjutant Kolonjali l-Kaptan Biancardi, biex jitkellmu fuq li gara. Kien hemm ukoll l-Arcipriet Psaila taz-Zejtun u l-Vigarju Generali tad-Djocesi. Ma kien hemm hadd mill-Mosta. Skond Dun Anton Psaila, iz-Zwieten kienu rrabjati ghax ma ridux li l-bejt tal-knisja taghhom isir stazzjon militari. Kompla li meta pprova jargumenta mal-folla migbura, ir-rahhala tant kienu rrabjati li bdew jimbuttawh. Hu spicca jghid li dak li gara fiz-Zejtun gara bhalu fil-Mosta.71


X’gara fil-Mosta nafuh minn ittra li baghat lill-Arcisqof Pace il-qassis Dun Angelo Camilleri, li kien Vigarju Kurat f’dak iz-zmien. L-ittra tat-23 ta’ Marzu 1896 tirrakkonta kif fid-9 ta’ filghodu tat-22 ta’ Marzu tfaccaw is-suldati, u kif rawhom, il-Mostin ingabru fil-pjazza u nfexxew jaghjtu u jilmentaw li l-knisja taghhom ma kinitx torri u ma riedu bl-ebda mod ihallu s-suldati jitilghu fil-kampnar. L-istess Mostin heddew lill Dun Ang li jekk hu, bhala kurat u kustodju tal-knisja, jaghti permess lis-suldati biex jitilghu kien se jigri d-demm. Kienet ghalhekk difficli ghall-arcipriet tal-Mosta li johodha kontra l-folla ghax kien jaf kif kienu jahsbuha l-Mostin u x’incitament kien hemm fir-rahal minhabba f’din il-kwistjoni. Ghalhekk, Dun Ang kien ta’ l-opinjoni li f’dak il-mument kien ahjar jekk il-knisja ma tintuzax mill-militar biex jigu evitati disgrazzji u problemi minhabba r-reazjoni tal-poplu. Dun Ang ikkonkluda l-ittra tieghu billi wera d-dispoZizzjoni tieghu li joqghod ghal konsiderazzjonijiet ghaqlija ta’ l-arcisqof.72


Wara dawn l-ispjegi kollha, il-Kaptan Biancardi qal lill-Mons. Pace li jekk jigu mfixkla l-operazzjonijiet militari dan jista’ jkun ta’ dannu ghad-difiza ta’ Malta. Hu kien lest li jinforza l-arrangamenti li kienu saru mal-Kurja jekk l-Arcisqof Pace jurih din ix-xewqa. Mill-banda l-ohra, kompla Biancardi, kienet haga deplorevoli li l-kwistjoni taz-Zwigijiet kellha tfixkel is-success ta’ l-operazzjonijiet ghad-difiza ta’ Malta. Mons. Pace qallu li kien ikun ahjarjekk dawn il-manuvri jigu posposti temporanjament sakemm tikkalma is-sitwazzjoni.73 Flimkien mal-Mostin u z-Zwieten, il-poplu ta’ Haz-Zabbar, l-lsla u Bormla kienu wkoll urew l-ghadab taghhom kontra l-militar Ingliz. Il-Bormlizi, li kienu jammontaw ghal madwar elfejn ruh irrabbjati, sahansitra attakkaw u ghalqu seba’ bahrin gewwa dar ghal kwazi tliet sieghat.74 Kien jidher car l-ghadab tal-Maltin ghal din is-sitwazzjoni marbuta maz-zwigijiet imhallta, u l-Mostin ma kinux qaghdu lura biex isemmghu lehinhom u juru d-dizapprovazzjoni taghhom ghad-decizzjonijiet mehuda mill-qorti Ingliza.


Tisbieh tal-pjazza tal-Mosta


(p.134) L-izvilupp tal-Pjazza tal-Mosta mis-seklu dsatax ‘il quddiem.
(whud mir-ritratti u deskrizzjoni mhux kif imnizzla fil-ktieb imma ghamilt xi korrezzjonijiet u zidt ritratti milli sibt online u dettalji ohra)

Il-pjazza bil-knisja l-qadima tal-Mosta u l-bini l-antik tal-madwar. 1: Sa madwar l-1833 bil-knisja l-qadima, bid-dar dak iz-zmien tal-Kappillan l-antika fuq il-lemin kif baqghet sat-30s, u l-bini fuq ix-xellug li kien ghadu jezisti sal-50s.

Il-pjazza bl-iljun bl-ghajn tal-ilma u xi sigar 2: Bejn nofs is-seklu XIX u l-bidu tas-seklu XX bir-Rotunda kompluta bl-anterna imma ghadha biz-zuntier l-antik. L-iljun, ftit passi lejn in-naha tan-Naxxar minn fejn hu llum, kellu bhal ghajn tal-ilma madwaru u dawk l-4 sigriet mad-dawra.

Il-pjazza tal-Mosta waqt meeting fl-1932. 3: Ritratt li juri l-pjazza l-Hadd 1 ta' Mejju 1932 waqt meeting tal-Partit Nazzjonalista ta' Sir Ugo Mifsud ghall-elezzjonijiet li kellhom isiru ghas-Senat u ghall-Assemblea Nazzjonali fil-11 u t-13 ta' Gunju 1932, sussegwentament mirbuha mill-PN, imma ma kellhomx hajja twila minhabba l-inkwiet ta' qabel il-gwerra, fosthom b'Mussolini fl-Italja li ma tantx kien qed jinzel tajjeb ma l-Inglizi. L-iljun flimkien mas-sigar madwaru jidher li kienu tnehhew mill-pjazza darba kienu bdew ix-xoghol biex tinfetah Triq il-Kostituzzjoni vicin. Id-dar tal-Arcipriet ghada l-antika.

Il-pjazza bl-iljun bl-ghajn tal-ilma u xi sigar 4: Ritratt tas-sena 1935 juri d-dar tal-Arcipriet mibnija mill-gdid fi zmien l-Arcipriet Dun Girgor Borg. Il-linja tal-bini kienet iddahlet ftit 'l gewwa hawn hekk li jidher parti mill-hajt tad-dar l-antika fuq quddiem fil-process li jinhatt. Triq il-Kostituzzjoni qadgha ma nfethitx minkejja li bdiha Strickland li dam fil-Gvern sal-1932.

Il-hajja rurali li kienet komuni qalb il-Mostin fis-seklu dsatax. 5: Il-pjazza, fejn ir-Royal Hotel (il-kantuniera) kienet inhattet, ta' fejna ta' Francesco Ciappara nofsha mhotta, u erga ta' fejn din bdew ihottu minnha. Ghal xi raguni meta gew biex jifthu Triq il-Kostituzzjoni vicin, ghazlu li jwessghu din il-parti tat-triq, cioe biex kabbru l-pjazza, billi dahhlu l-linja tal-bini 'l gewwa, apparti li nehhew ukoll l-iljun. Dan meta t-triq bil-bini imma minghajr iljun kienet diga wiesgha aktar minn bizzejjed tant hu hekk li spiccat tintuza bhala parking tax-xarabanks (forsi din kienet ir-raguni?).

Il-hajja rurali li kienet komuni qalb il-Mostin fis-seklu dsatax. 6: Ritratt li juri purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' qabel il-gwerra (dan ritratt 4 ta' zmien qabel ritratt 3). Jidher li l-linja tal-bini qghadu jdahhluha 'l gewwa sa dik il-gabuba ta' dar dejqa (cioe l-ewwel bieb fuq ix-xellug salvaha).

Il-pjazza fil-process li tinfetah Triq il-Kostituzzjoni. 7: Ritratt mill-ajru tal-pjazza fejn tidher il-binja tal-kantuniera ma Triq il-Kostituzzjoni, bil-linja tal-bini mdahhla 'l gewwa imma l-kumplament tal-bini mwaqqa'. Din l-imsemmija dar tal-kantuniera ma Triq il-Kostituzzjoni kienet diga hekk f'ritratt li juri l-blast walls mibnija fil-gwerra quddiem it-3 bibien tal-knisja (Ara video tal-Yugoslavi ghaddejjin mill-pjazza).

Il-pjazza tal-Mosta lejn l-1962. 8: Il-pjazza kif kienet tidher minn postcard tal-1962 bil-bini ta' magenb il-knisja fil-process li jkompli jitwaqqa'. Il-portiku ghadu bla statwi u l-qanpiena l-kbira tal-knisja l-qadima kienet diga domnu mibdula mad-Dumnikana. Il-postcard x'aktarx irtukkjata ghax tal-linja tal-Mosta kellhom kulur aktar fil-kannella.

Ritratt tal-pjazza tal-Mosta qabel l-1973. 9: Ritratt li ttiehed bejn Jannar-Lulju '68 li juri l-istatwi fil-Portiku ta' San Bartilmew u San Filep li tpoggew fil-festa tal-Epifanija (6 ta' Jannar jew il-Hadd ta' wara) tal-1968 izda mhux ta' San Gakbu z-Zghir u San Mattew li tpoggew f'Lulju 1968 u l-anqas il-kumplament tal-istatwi ta' San Xmun u San Guda Taddew (Lulju '69) u San Pietru u San Pawl (Marzu '74). Tidher il-Berga ghadha kif inbniet u l-bini tal-muzew tas-subien qabel waqqghuh biex sar Gnien Reggie Cilia wara l-knisja.

Il-pjazza tal-Mosta waqt maltempata tas-silg fl-1998. 10: Ritratt li ttella' dan l-ahhar fuq facebook juri l-pjazza f'maltempata tas-silg tal 25 ta' Jannar 1998, gurnata ddedikata ghall-Konverzjoni ta' San Pawl. Aktar tard fl-istess sena kien imiss il-funtana ta' mal-iljun biex tlaqqatta' darba ghal dejjem.

Il-pjazza tal-Mosta fis-snin ricenti. 11: Il-pjazza kif tidher illum minn ritratt li jidher li ttiehed qorbot il-Gimgha l-Kbira.

Fuq aspetti kompletament different imma fl-istess snin ta’ dawn il-fatti kien hemm ukoll it-talba tal-Mostin permezz tal-membru tal-Kunsill tal-Gvern, in-Nutar Giovanni Carlo dei Marchesi Mallia Tabone, biex il-pjazza tar-rahal taghhom tissebbah b’funtana ahjar milli kien hemm sa dak (p.135) iz-zmien. Mallia Tabone kien ir-rapprezentant tas-sitt distrett li mieghu kienet taghmel il-Mosta f’dak iz-zmien. Id-deputat talab li funtana li kien hemm quddiem il-Knisja ta’ Liesse fil-Pixkerija tal-Belt Valletta, u li ma kienx baqalha uzu hemm, tittella’ fil-Piazzetta della Chiesa Parrocchiale. Ghalkemm din ix-xewqa giet milqugha, kienet offruta funtana ohra flok dik mitluba. Din kienet il-Funtana ta’ l-iljun li qabel kienet Tas-Sliema u li f’dak iz-zmien kienet mizmuma f’mahzen tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici. Il-gvernatur approva dan il-progett u l-funtana bl-iljun ttellghet fil-pjazza tal-Mosta.75


Jidher li din il-funtana nhattet mill-pjazza tal-Mosta fl-1925 u nhaznet fl-imhazen tad-Dipartiment tax-Xoghlijiet fl-lmriehel. Madankollu l-Mostin kienu regghu ghamlu talba biex l-iljun jerga’ jitla’ fil-pjazza madwar is-sena 1966. Fuq din l-insistenza, in-Nutar Joseph Spiteri, dak iz-zmien ministru tal-kummerc, industrija u agrikoltura u kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq id-distrett tal-Mosta, qatghalhom xewqithom u l-funtana regghet tpoggiet. Giet inawgurata mill-istess Nutar Spiteri fit-23 ta’ Settemrbu 1969.76


Triq gdida


It-Triq il-Gdida bi dritt il-knisja fl-1886(p.135) ‘It-triq il-gdida’ kif ghadhom isejhulha l-Mostin, giet miftuha biex thaffef it-traffiku li kien ikun tiela’ lejn it-tramuntana ta’ Malta jew inkella niezel lejn il-Belt.

Manifestazzjoni religjuza fi Triq il-Kungress Ewkaristiku (p.136) Manifestazzjoni religjuza li fiha qed jiehu sehem il-poplu Mosti ghaddejja minn Triq il-Kungress Ewkaristiku

Triq important li saret fis-seklu dsatax u li kienet l-ewwel triq moderna fir-rahal kienet dik li nfethet faccata tar-Rotunda. Kien jidher car li t-toroq li kien hemm sa dak iz-zmien kienu dojoq u ma kinux jifilhu ghat-traffiku li kien qieghed jizdied. Dan gara minhabba li aktar nies bdew jivvjaggaw bejn il-Belt Valletta u San Pawl il-Bahar li issa beda spiss jintuza bhala post tal-villeggjatura u tax-xalati. Dan, flimkien mar-Rotunda li issa kienet saret realta gdida, kien ifisser li l-Mosta kibret fl-importanza taghha u bdiet tizviluppa. Kien ghalhekk li t-triq li kien hemm quddiem il-knisja sa dak iz-zmien inhasset li kienet dejqa u mghawga wisq biex taqdi l-bzonnijiet ta’ zminijiet godda. Din it-triq antika kien jisimiha Strada Chiesa.77 Il-gvern hass li kien hemm bzonn tinfetah triq gdida u sabiha li taghti ghall-Belt Valletta.


Jinghad li Gorg Grognet, l-arkitett tar-Rotunda, kien wera kif ghandha tinfetah triq dritta quddiem il-knisja, imma minhabba li hawn kien kollu mibni, il-Gvern hasibha xorta ohra, u bejn (p.136) l-1853 u l-1854 fetah dik it-triq gdida li tidher illum, triq b’wisa’ ta’ kwazi 9.8 metri.


Ghall-ewwel it-triq giet imsemmija Via Nuova Valletta, imbaghad fl-1913 semmewha Via Congresso Eucaristico, bhala tifkira ta’ dan il-kungress intemazzjonali li sar fil-Mosta dik is-sena.78


Ghadha triq importanti minn fejn jghaddu l-manifestazzjonijiet principali li jsiru fil-Mosta. Il-Mostin baqghu jsejhula ‘it-triq il-gdida’ ghalkemm ghaddew hafna snin minn meta nfethet.79


Fortifikazzjonijiet Inglizi


Mappa tal-fortizza tal-Mosta u l-inhawi.(p.137) Mappa li turi l-pozizzjoni tal-Victoria Lines u l-Fortizza tal-Mosta u kif dawn kienu mahsuba biex jilqghu ghal xi attakk li jkun gej min-naha ta’ fuq ta’ Malta (mid-direzzjoni tal-vlegga).

Ritratt tal-Victoria Lines in-naha ta' San Guzepp tat-Targa.(p.137) Ritratt li juri l-istess sitwazzjoni bhall-mappa ta’ fuq – tidher fuq ix-xellug il-pjanura ta’ Burmarrad minn fejn kien mahsub li jista’ jigi xi attakk u fuq il-lemin tidher il-linja fortifikata tal-Victoria Lines bill-Fortizza tal-Mosta fit-tarf.

Il-pont ta' Wied Speranza fil-Mosta.(p.139) Il-pont li jaqsam Wied l-Isperanza u li kien jintuza biex jaslu sal-Fortizza tal-Mosta qabel inbena l-pont tal-hadid. Meta ttiehed dan ir-ritratt jidher li l-Gahan Malti kien ghadu ma hawwilx dik l-imbarazz tal-palma vicin l-ghar u propju fil-wied.

Il-pont ta' l-antik ta' Wied il-Ghasel fil-Mosta. (p.139) Il-pont tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel kif kien jidher minn taht.

Ritratt tal-pont l-antik ta' Wied il-Ghasel(p.140) Il-pont tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel f'ritratt mehud bir-Rotunda wara dahar il-fotografu.

Ritratt iehor tal-pont l-antik ta' Wied il-Ghasel (p.140) Il-pont tal-hadid li kien jaqsam Wied il-Ghasel f'ritratt mehud bil-Fortizza wara dahar il-fotografu.

Ritratt iehor tal-pont l-antik ta' Wied il-Ghasel (p.144) Parti mill-Victoria Lines li kienet mahsuba biex tiddefendi kontra xi attakk minn go Wied il-Ghasel – din l-istruttura nqerdet f’maltempata fil-25 t'Ottubru 1979.

Billi fi zmien il-hakma Ingliza kienu jahsbu li jekk kellha tigi invazzjoni fuq Malta l-ghadu kien jinvadi mit-tramuntana, inhass li kellu jsir xi haga biex dan l-attakk jigi mwaqqaf qabel ma l-invazuri jersqu wisq lejn il-Belt. Deher li l-ahjar linja ta’ difiza kienet dik li timxi mal-Qasma l-Kbira li tifred il-gzira ta’ Malta fi tnejn mill-lvant ghall-punent jew ahjar mill-Madliena sa Fomm ir-Rih. L-inginiera militari Inglizi hasbu biex tinbena linja ta’ fortifikazzjonjiet b’sahhithom li tizgura li l-ghadu jitwaqqaf qabel jaghmel hsara lill-parti abitata ta’ Malta. Dan sar fi zmien meta it-tramuntana ta’ Malta kienet ghadha kwazi vojta min-nies. Dan il-kumpless ta’ fortifikazzjonjiet gie moghti l-isem ta’ ‘The North-West Front’ jew ‘Il-Front tal-Majjistral.’ Din il-linja bdiet tinbena fl-1875 u meta kienet qed tersaq lejn it-tlestija taghha fl-1897 inzerta li kien qed jigu mfakkar il-Gublew tad-Djamanti tar-Regina Victoria tal-Gran Brittanja u hekk il-fortifikazzjoni kompleta giet imsemmija ghaliha. Ghalhekk f’gheluq is-sittin sena mill-bidu tar-renju tar-regina Il-Front tal-Mijjistral saru l-Victoria Lines.80


Biex jitfakkar l-avveniment ta’ l-ghoti ta’ l-isem, giet imqieghda lapida mal-hajt li jghaddi min-naha ta’ San Guzepp tat-Targa bil-kliem li bil-Malti jghid:


IL-VICTORIA LINES MIBNIJIN FI ZMIEN L-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ECCELLENZA TIEGHU IL-GENERAL SIR ARTHUR LYON FREMANTLE GEW IMSEMMIJIN HEKK BHALA TIFKIRA TAL-GUBLEW TAD-DJAMANTI tal-MAJESTA TAGHHA 1897


ll-Victoria Lines jghaddu vicin il-Mosta matul il-Qasma l-Kbira u Wied il-Ghasel u barra l-hajt tal-fanterija hemm ukoll wahda mit-tliet fortizzi principali tal-linja kollha, il-Fortizza tal-Mosta.


Din il-forti kienet it-tielet wahda li nbniet matul din il-linja difensiva wara l-Fortizza ta’ Bingemma (mibdija fl-1875) u l-Fortizza tal-Madliena (mibdija fl-1878). Il-Fortizza tal-Mosta nbdiet aktar tard fis-sena 1878. Kellha kostruzzjoni tipika ta’ forti fuq gholja Ingliza. Kienet tikkonsisti f’zewg partijiet principali, hajt ta’ barra poligonali u fortizza b’hamest ignub bi kmamar gewwinija ghall-kanuni.81 Il-Fortizza kienet mibnija fuq art f’Misrah Ghonoq, u qieghda fuq l-gholja li ggib tahtha l-wita kbira ta’ Ghajn Rihana, Burmarrad, is-Salini, San Pawl il-Bahar u l-bahar ta’ dik ix-xaqliba.


(p.138) Din il-fortizza tlestiet fl-1885 u kellha hamsa u ghoxrin bicca ta’ artillerija. Aktar tard dan in-numru gie mnaqqas ghal sbatax-il bicca. Madankollu sal-bidu tas-seklu ghoxrin kien hemm dubji serji kemm kien ghad hemm bzonn tal-Victoria Lines. Ghalhekk sa l-1907 il-linja kollha bil-fortizza tal-Mosta b’kollox giet abbandunata. Baqghu jahdmu biss il-fortizzi tat-truf - ta’ Bingemma u l-Madliena. Il-Fortizza tal-Mosta regghet giet attivata bhala stallazzjoni militari ftit wara u saret il-post principali ghall-hazna tal-munizzjon tal-militar Ingliz sa l-ahhar gurnata li damu Malta. Aktar tard ittiehdet mill-Forzi Armati ta’ Malta u baqghet tintuza fir-rwol taghha ta’ depow tal-munizzjon u splussivi.82


Ghalkemm il-post ghadu wiehed militari qed jaqdi wkoll l-uzu ta’ post ghall-hazna tal-materjal ghall-loghob tan-nar li jinharaq fil-festi tradizzjonali Maltin.83


Biex il-militari jilhqu l-fortizza mix-xaqliba tar-rahal ma kellhomx triq ohra hlief l-arkata jew pont li jghaddi minn quddiem il-Knisja ta’ l-Isperanza. Din il-kostruzzjoni giet imgedda fl-1905. Il-pont ikejjel mad-9.8 metri gholi minn qiegh il-wied. Billi din l-arkata kienet boghod wisq biex tasal ghat-triq tal-fortizza, l-inginieri Inglizi, fl-1897, bnew pont tal-hadid li jaghti ghal Misrah Ghonoq.


Il-pont li ghaqqad iz-zewg nahat ta’ Wied il-Ghasel kien maghmul mill-hadid. It-tarf tan-naha tal-fortizza kien jistrieh fuq pilastri (p.140) taz-zonqor filwaqt li n-naha l-ohra kienet imdahhla fil-blat tal-genb tal-wied. It-triq li tghaddi minn fuqu kienet twila 100.584 metri. Fuq kull tarf, il-pont kien jirkeb fuq il-blat tal-gnub tal-wied. It-triq li ghaddew minn fuqu kienet wiesgha 6.71 metri. Il-pont kellu gholi ta’ 32.614 metri meta mkejla sal-qiegh ta’ Wied il-Ghasel. Kien jghaddi minn fuqu t-traffiku kollu li min-naha tal-Mosta, fejn illum hemm iz-zona ta’ Santa Margarita, kien ikun tiela ‘l fuq lejn San Pawl il-Bahar Dan il-pont illum m’ghadux jezisti u nbena iehor floku tal-gebal.84


Noti u Riferenzi

  1. (p.141) Ara l-process verbal bil-lista tar-rapprezentanti ta’ l-irhula fejn xi rgiel gew maghzula minnhom biex imorru Londra u jpoggu quddiem ir-Re Brittaniku l-qaghda u l-bzonnijiet tal-Maltin u l-Ghawdxin. Din l-elezzjoni giet legalizzata fl-ufficcju tas-segretarju ta’ l-amministrazzjoni ta’ Malta nhar is-26 ta’ Novembru 1801. Il-firmatarju ghall-Mosta kien Giovanni Maria Chetcuti. Ara W. Hardman, A History of Malta during the period of the French and British occupations 1798-1815 (London, 1909), 416.
  2. Barone Azopardi, Raccolta di Varie Cose Antiche e Modeme, Utili ed Interessanti riguardanti Malta e Gozo (Malta, 1843), 219.
  3. Ara l-ittra li baghtu l-Kapijiet ta’ l-lrhula, Rapprezentanti, Logutenenti Gvernaturi, u Kapijiet tal-Battaljuni lill-Kummissarju Rjali Charles Cameron waqt li kien Malta, datata 19 ta’ Ottubru 1801, f’Hardman, 406-9.
  4. Fit-Trattat ta’ Amiens kien l-Artiklu X li specifika li Malta kellha terga’ lura ghal ghand l-Ordni ta’ San Gwann.
  5. Ara, H. Frendo, Malta’s Quest for Independence: Reflections on the course of Maltese History (Malta, 1989), 47; H. Frendo, Storja ta’ Malta: Zmien l-lnglizi - Is-Seklu Dsatax (Malta, 2004), 23-4.
  6. ll-membri eletti kellhom ikunu 104 b’kollox. Dawn kienu se jkunu maqsumin hekk: (l-ibliet) Notabile u Had-Dingli 14, Valletta 12, Il-Birgu 4, L-lsla 4, Bormla 4, (l-irhula u bliet ohra) Birkirkara 6, H’Attard 3, Hal Lija u Hal Balzan 3, Hal Qormi (belt) 12, In-Naxxar 4, Hal Gharghur 3, il-Mosta 5, Haz-Zebbug (belt) 8, Is-Siggiewi 4, Hal Luqa 3, Il-Gudja 1, Iz-Zurrieq 4, L-lmqabba 2, Il-Qrendi 2, Haz-Zabbar 3, Hal Tarxien 2, Hal Ghaxaq 1.
  7. Dan il-Palazz kien is-sit tat-tmexxija ta’ Malta mis-seklu sittax ‘l quddiem. L-ewwel kien il-Palazz tal-Granmastri waqt il-hakma ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Wara sar il-Palazz tal-Gvernaturi matul il-hakma ta’ l-lnglizi u meta Malta hadet l-Indipendenza fl-1964, l-ewwel kien jospita l-Gvernaturl-Generali u mill-1974 sar il-Palazz tal-Presidenti ta’ Malta.
  8. LNM 430, vol. i, 174 f’W.L. Zammit, ‘ll-Gvern lokali fil-Mosta (1773-1896),’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 148-9. E. B. Vella jaghti r-riferenza bhala Bandi 1784-1815.
  9. W. L. Zammit, 148.
  10. M.A. Sant, ‘Mosta through the ages,’ L. J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 30.
  11. Skond kif jghid E.B. Vella, il-familja mill-Mosta mlaqqma ‘tal-Kmand’ tigi minn dan Giovanni Maria Chetcuti, li minnu wkoll hadet dak il-laqam.
  12. Ghal rakkont dettaljat ta’ dak li gara matul ix-xhur li fihom laqtet lil Malta u Ghawdex ara, P. Cassar, Medical History of Malta (Londra, 1964), 175-87.
  13. G. Bonello, ‘Mementos of the Plague of 1813,’ Treasures of Malta, viii/3 (Malta, 2002), 29-30.
  14. Din ic-cifra jaghtiha Dr W.H. Burrell, Rapporto sulla Peste del 1813 (London, 1854). 28; madankollu fir-Registru tal-Mejtin tal-Parrocca hemm indikati 42 ruh li mietu bil-pesta.
  15. W.L. Zammit, 150.
  16. A.V. Laferla, British Malta, i (Malta, 1938), 85.
  17. W.L. Zammit, 150.
  18. Arkivju tal-Parrocca tal-Mosta, Liber Defunctorum, VI.
  19. 1850, 1854, 1856, 1865, 1867, 1887.
  20. J. Sutherland, Report on Sanitary Conditions of Malta and Gozo with reference to the Epidemic Cholera in the Year 1865 (Londra, 1865).
  21. Arkivju tal-Parrocca tal-Mosta, Liber Defunctorum, V.
  22. Laferla, 79-84.
  23. W.L. Zammit, 150.
  24. Id-distretti l-ohra kienu: l-Ewwel Distrett - id-Distrett tal-Belt (Valletta. il-Birgu, l-lsla, Bormla u l-Furjana); (p.142) it-Tielet Distrett - id-Distrett ta’ San Anton (Birkirkara, in-Naxxar. Hal Gharghur. Hal Lija, Hal Balzan u H’Attard); ir-Raba’ Distrett - id-Distrett taZ-Zejtun (iz-Zejtun. Haz-Zabbar, Hal Tarxien, Hal Ghaxaq, il-Gudja u Hal Luqa); il-Hames Distrett - id-Distrett ta’ Hal Qormi (Hal Qormi, iz-Zurrieq, il-Qrendi, l-lmqabba, Hal Safi u Hal Kirkop); u s-Sitt Distrett - id-Distrett ta’ Ghawdex (in-Nadur. ix-Xewkija. Kercem, l-Gharb, is-Sannat u z-Zebbug).
  25. Kull distrett kien taht nobbli Malti bit-titlu ta’ Logutenente di Governo. Hekk l-I Distrett - il-Kavallier Paolo Parisi; it-III Distrett - il-Kont) Romualdo Barbara; ir-IV Distrett - il-Baruni Pasquale Sciberras; il-V Distrett - il-Markiz Giuseppe Testaferrata Viani; u s-VI Distrett - il-Baruni Pietro Paolo Testaferrata.
  26. Il-Konti Baldassare Sant (1789-1858) kien it-tieni iben ta’ Gio Francesco Sant, it-tieni Konti Sant. Hu Baldassare kien ir-Rev. Publio Maria Sant (1779-1864) li sar arcisqof ta’ Malta. Il-Konti Baldassare fl-1811 izzewweg lil Luigia Fournier, it-tielet Barunessa de Pausier, u Kontessa Fournier. Dan iz-zwieg holoq il-familja nobbli gdida ta’ Sant-Fournier.
  27. G.A. Pirotta, The Maltese Public Service 1800-1940: The administrative politics of a micro-state (Malta, 1996), 116.
  28. W.L Zammit 151-2.
  29. R.G. Zammit, ‘Iz-zamma ta’ l-ordni fil-Mosta mill-1800,’ G. Cassar (ed.), Ex Annatibus Mustae (Malta, 2005), 216-8.
  30. Instructions to Deputy Lieutenants ta’ l-1.viii.1819 ikkwotati minn E. Attard, Il-Pulizija ta’ Malta 1814-1956 (Malta, 1994), 21.
  31. Ibid., 21-2.
  32. Ibid., 22.
  33. Pirotta, 158.
  34. W.L Zammit 153.
  35. R.G. Zammit 218.
  36. W.L Zammit 154.
  37. R.G. Zammit 220.
  38. Ghall-bini tar-Rotunda ara Kapitli 12 u 13.
  39. Dwar is-Socjeta Filamonika Nicolo Isouard matul iz-zmien ara, Ganni Bonnici, 125 sena mit-twaqqif tal-Banda Nicolo Isouard fil-Mosta 1871-1996 (Malta. 1996).
  40. J. Borg, ‘Il-Fratellanzi fil-Parrocca tal-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2003 (Malta. 2003), 46-7.
  41. Almanacco delle Isole di Malta e Gozo per l’anno 1806.
  42. Mill-Arkivju tal-Knisja tal-Mosta. Royal Commission of Enquiry, Reports of the Commission appointed to Inquire into the Affairs of the Island of Malta, part iii (London, 1837), 4-11.
  43. Royal Commission of Enquiry (1837), 4-11.
  44. A. Bonnici, ‘Il-Mosta f’taqbida qawwija mal-hajja bejn l-1842 u l-1852,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Marija 2002 - Mosta (Malta, 2002a), 74.
  45. Ibid., 75.
  46. Ghal aktar taghrif dwar il-qaghda generali, ara, A.Giglio, Comment and tables in illustration of the Statistical Abstract of the Census of the Population of Malta for the Year 1851 (Malta, 1853).
  47. A. Giglio, Brief Comments with Tables and Notes in illustration of the Statistical Abstracts connected with the Census of Malta taken in 1861 (Malta. 1865).
  48. Royal Commission of Enquiry, Copies of Reports of the Commissioners appointed to Inquire into the Affairs of the Island of Malta and of correspondences thereupon, part iii (London, 1839), 7.
  49. Sant 37
  50. E. Barber u L. Chappelle, Census of the Civil Population of the Island of Malta, Gozo and Comino taken on the 3rd May 1871 (Malta, 1872), 58-9.
  51. J.J Camilleri, ‘Early Government Schools in Malta,’ Melila Hisotrica, v/3 (Malta, 1970), 260.
  52. Sant, 37.
  53. G. Cassar, Grajja ta’ Skola: L-iskola primarja tal-Mosta fis-sekli dsatax u ghoxrin (Malta, 1999), 8-10.
  54. Ibid., App I, 138.
  55. (p.142) Ibid., 11-2.
  56. Ibid., 15-6.
  57. Ibid., 21-2.
  58. Ibid., 148.
  59. A. Bonnici (2002a), 75.
  60. P. Cassar, 349-50.
  61. Ibid., 350.
  62. A. Bonnici, ‘Ghalliema u skejjel, tobba u bereg fil-Mosta tas-snin 1874 u 1875,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta, Annwal 2002 (Malta, 2002), 25.
  63. W.L. Zammit, 155.
  64. Ibid., 155-6.
  65. Ibid., 157.
  66. Ibid., 157-8.
  67. J.J. Cremona, The Maltese Constitution and Constitutional History since 1813 (Malta, 1994), 11, 17.
  68. M.J. Schiavone, L-elezzjonijiet f’Malta 1849-1992: Storja, Fatti, Cifri (Malta, 1992), 32.
  69. G. Cassar, ‘Miting politiku fil-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2001 (Malta, 2001), 50-1.
  70. Ara aktar dettalji f’A.V. Laferla, British Malta, ii (Malta, 1947), 125-8.
  71. G. Cassar, ‘Meta l-Maltin haduha kontra l-armata,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2001 (Malta, 2001), 52-3.
  72. Ibid., 53.
  73. Ibid.
  74. H. Frendo, Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese experience (Malta, 1991), 84.
  75. A. Camilleri, ‘Il-Funtana ta’ l-lljun tal-Mosta,’ Il-Kunsill Tieghek: Lehen il-Kunsill tal-Mosta, 13 (Malta, 1999), 12.
  76. Ibid., 13.
  77. Illum jisimha Triq il-Kurat Calleja.
  78. Dwar dan il-Kungress ara Kapitlu 14.
  79. Ghal aktar taghrif fuq din it-triq ara, G. Cassar, Il-Mosta il-bierah u llum Kalendarju 2006 (Malta, 2006), Frar.
  80. Ghal taghrif dettaljat fuq din il-linja ta’ fortifikazzjonjiet ara, S.C. Spiteri, British Military Architecture in Malta (Malta, 1996), 383-400.
  81. Ibid., 301.
  82. S.C. Spiteri, ‘The fortifications around Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 158-9.
  83. G. Cassar (2006), Ottubru.
  84. Ibid., Lulju.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. - Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).