The Mosta Archives Banner

Inkomplu dak li bdew l-antenati taghna

minn Anthony Camilleri


Il-Mosta: Lulju – Awissu 1989


(p.4) Id-devozzjoni tal-Mostin lejn il-Madonna hi maghrufa minn kulhadd. Fuq fomm il-barranin u hutna Maltin tisma' sikwit kliem li jixhed il-bazi soda ta' din id-devozzjoni. Il-Mostin huma devoti ghax tellghu tempju f'gieha b'sagrificcji kbar u b'imhabba baqghu jiehdu hsieb li jzejnuh kif jixraq lid-Dar t'Alla.


Il-Mostin huma generuzi ma min hu fil-bzonn. Ghal Santa Marija jghidulek li "il-Madonna qieghda go gnien" ghax l-istatwa tkun imdawra b'ghexiren ta' bukketti sbieh. Tisma wkoll, kif kont imdorri nisma' jien minn fomm missieri, li ma twelidx fil-Mosta imma l-aktar li ghex fiha u habba, din l-espressjoni jew xi wahda tixbahha, "Kemm ihobbuha il-Mostin lill-Madonna! Kulhadd hekk ighid." Din hija konferma ta' dak li hu reali ghax lehen il-poplu Malti!


San Pawl u San Luqa


L-Appostlu Missierna San Pawl tana l-fidi ta' Gesu b'mod providenzjali. Mieghu kellu lil San Luqa, l-Evangelista tal-Madonna u l-kittieb ta' l-atti ta' l-Appostli, li jiddeskrivu dettaljament in-nawfragju Pawlin. It-tnejn zgur li ma naqsux li jlaqqmuha b'doza qawwija ta' spiritwalita Marjana. X'xorti kellna ahna l-Maltin!


Devozzjoni Bikrija


Ghalkemm kellu jghaddi hafna zmien biex l-istorja tar-Religjon f'pajjizna tohrog b'dik ic-certezza li l-kelma miktuba thalli ghal-posterita, xorta ghanda hjiel tad-devozzjoni tal-Mostin lejn l-Assunta minn dak li kiteb il-Vizitatur Appostoliku Mons. Pietru Dusina fl-1575. Hu nizzel fl-Atti ta' dik iz-zjara appostolika li fil-Mosta kien hemm knisja ddedikata lill-Vizitazzjoni tal-Beata Marija li jinghad li kienet ikkonsagrata minn seba' isqfijiet li kienu nawfragati Malta.


Mons. Dusina rrefera ghall-knisja l-qadima tal-Mosta ddedikata lill-Assunta bhala knisja parrokjali, ghalkemm ma kenitx. Dan issahhah il-fehma li l-Mostin kienu jiehdu hsieb il-knisja principali taghhom sewwa u b'lealta filjali lejn il-Madonna.


Il-Pantheon ta' Malta


Ikollna naqbzu hafna episodji u sekli biex ma ntawwlux u nghidu li l-Mostin taw prova ta' mhabba kbira lejn il-Madonna meta huma ssagrifikaw kollox biex jibnu l-Pantheon ta' Malta. Ma jidhirlix li nkun qieghed nesagera meta nghid li l-bini tar-Rotunda taghna kien wiehed mill-avvenimenti religjuzi l-aktar importanti fl-istorja tal-Knisja Maltija tas-Seklu Dsatax.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-Papa Girgor XVI

Ghala?


Dan nazzarda nghidu ghax il-bini tar-Rotunda sa wasal biex f'diversi okkazjonijiet jigbed l-attenzjoni tas-Sagra Kongregazzjoni tal-Koncilju ta' Ruma u sahansitra ta' Papa Bartolomeo Alberto Cappellani, Papa Girgor XVI, l-ahhar li ghex f'monasteru qabel lahaq Papa, li b'bolla tal-25 ta' Gunju, 1842, ordna li s-successuri ta' l-Isqof F.S. Caruana kellu jaghti 3,000 skud (Lm250) fis-sena ghal ghaxar snin shah. Din il-koncessjoni tal-Papa lill-Mostin wara ntuzat bhala argument favur li tittiehed somma mill-Mensa ta' l-Isqof ta' Malta biex tghin lid-Djocesi il-gdida ta' Ghawdex, imwaqqfa fl-1864, li ma kellhiex fondi bizzejjed.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-Papa Piju IX

Il-Papa tal-Koncilju Vatikan I


Il-koncessjoni ta' Papa Girgor XVI twettqet fil-pontifikat ta' Papa Giovanni M. Mastai Ferretti, il-Papa tal-Koncilju Vatikan tad-Domma ta' l-Immakulat Koncepiment tal-Madonna (1854). Meta miet l-Isqof F.S. Caruana, lahaq il-kugitur tieghu Mons. Publiju dei Conti Sant fl-1847. L-Isqof Mons. Publiju Sant talab u qala' m'ghand il-Papa Piju IX id-digriet li bih il-Madonna Assunta, verita li kienet ghadha mhix proklamata bhala domma, intghazlet bhala Patruna Specjali tal-Gzejjer Maltin.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-Papa San Piju X

Il-Papa San Piju X


Kien fi zmien Papa Giuseppe Sarto, il-Papa ta' l-Ewkaristija, li f'Malta sehhet l-akbar grajja religjuza tas-Seklu ghoxrin, grajja li, ghall-grazzja tal-Providenza Divina hi marbuta mal-Mosta u mghozza b'hegga mill-Mostin. Jinghad li meta l-Papa San Piju X ra xi pellikoli tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta' Malta, qabizlu dmugh bil-ferh li hass hu u jara li l-Maltin kellhom dik il-qima profonda lejn l-Ewkaristija. F'dawk il-manifestazzjonijiet ta' fidi l-Mostin kellhom sehem dirett, huma li cedew il-knisja taghhom lill-kungressisti, offrew l-ospitalita ta' djarhom f'kaz li tkun mehtiega u gabru l-flus kollha mehtiega biex il-Mosta tizzejjen ghal dik l-okkazjoni singolari.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Papa Piju XII

Papa Eugenio Pacelli


Singolari kienet ukoll il-Petizzjoni Nazzjonali tad-Domma ta' l-Assunta (1946) u tar-ringrazzjament (1950) meta l-knisja taghna kienet ic-centru Malti li fih tvara l-appell tal-Papa Piju XII halli jistharreg dwar il-verita kbira tal-Assunzjoni. Fih il-Maltin regghu gew biex jinghaqdu mar-Raghaj Universali dakinhar tad-definizzjoni.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Papa Gwanni XXIII

Papa Gwanni XXIII


Tifkira ta' Papa Gwanni XXIII ghandna wkoll ghax fl-1960 saru l-festi tad-dsatax l-anniversarju tan-Nawfragju ta' San Pawl u l-Kardinal Legat Aloisius Muench ippresieda l-Akkademja li saret fil-Knisja taghna fit-22 ta' Lulju.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Papa Pawlu VI

Papa Giovanni Battista Montini


Xi nghidu mbaghad ghall-Papa Montini, il-Papa Pawlu VI, il-Papa ta' l-Inkurunazzjoni? Il-mibki Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi ried li l-Inkurunazzjoni tal-kwadru titular ta' l-Assunta tinghata b'digriet tal-Papa pawlu VI. Seta' kieku ried hargu hu. Izda l-Arcisqof Gonzi, f'gest nobbli, ceda d-dritt u offra li jressaq il-petizzjoni hu personalment f'Novembru 1973 meta ltaqa' mal-Papa Pawlu f'Ruma. Papa Montini kellu stima kbira ta' Mons. Arcisqof Gonzi u ghalhekk fehem li t-talba tieghu kien jixirqilha twegiba pozittiva. Hekk hareg digriet pontificju ta' l-Inkurunazzjoni, wiehed mill-ftit, hafna drabi tghoddhom fuq il-pala ta' idek, li johorgu ghad-dinja kollha f'sena wahda.


Bhallikieku dan ma kienx bizzejjed, Papa Montini flos florum, il-Papa Gwanni XXIII, nauta et pastor, halla espressament f'idejn Mons. Arcisqof Gonzi biex jinkuruna lill-Madonna. U la darba l-Papa ma setghax jigi Malta, il-Mostin riedu juru lil Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi li (p.5) huma sudditi fidili tal-Papa u tieghu u lilu riedu li jinkuruna lill-Madonna. Gabu Kardinal, imma l-Kardinal gie biex jaghlaq il-festi nhar Santa Marija.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Papa Gwanni Pawlu II

Papa Karol Wojtyla


Meta l-Kardinal Karol Wojtyla ntghazel Papa fl-1978 din il-gazzetta sellmitlu f'isem il-Mosta b'ritratt u curriculum vitae qasir fil-faccata ta' quddiem. Biex ghamlet hekk kellha tittardja hafna l-istampar taghha.


Bdiet iggib siltiet mit-taghlim tieghu u ritratti ta' Mostin li ltaqghu mieghu. Dan kompliet taghmlu tul is-snin ghax konvinta li fl-ahhar kellu jasal iz-zmien li jzurna. Ghamlitu biex dak li nbeda mill-Papa Pawlu VI u minn Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi jitkompla u jsib il-milja tieghu. Ghalhekk baqghet hajja u qawwija t-tama li dan il-Papa jaghti gieh lill-Patruna tal-Mostin fit-tempju li laqa' l-uniku Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f'Malta. Tant li fl-editorjal tal-mitt harga taghha, li habtet mal-festa ta' Santa Marija 1982, regghet talbet li l-Papa jaghti gieh lill-Madonna b'att liturgiku. Nikkwota: "Anzi ahna nipproponu li l-kwadru tal-Madonna inkurunata jerga' jitnizzel minn postu u jigi mahdum stellarju tad-deheb biex il-Papa jpoggih madwar ras il-Madonna."


L-isem tal-Papa prezenti, kemm dak tat-twelid, Karol kif ukoll dak li ha meta sar Papa, Gwanni Pawlu, saru jinghataw lit-trabi u kunjomu, Wojtyla, mhux biss ilu li nghata lil xi djar godda li nbnew fil-Mosta, izda issa ghandna wkoll Sala msemmija ghalih, Sala Papa Wojtyla ta' l-Oratorju Marija Immakulata li nbniet fl-okkazjoni tas-Sena Marjana 1987-1988. Issa fl-okkazjoni taz-zjara tal-Papa jmiss att ta' qima xieraq fil-"Mamma" tal-Mosta f'gieh Omm il-Maltin.


Mixja


L-antenati taghna bdew. Missirijietna komplew. Ezatt kif huma mdorrijin jaghmlu l-Pollakki u l-poli Slavi. Il-hajja religjuza hi mixja kontinwa.


It-titular tal-altari tal-Kappelluni ta' San Pawl u San Guzepp It-titular tal-altari tal-Kappelluni ta' San Pawl u San Guzepp fir-Rotunda

L-ahhar grajja Marjana kbira li kellna fil-Mosta kienet l-Inkurunazzjoni fl-1975. Kienet grajja li assumiet dimensjoni nazzjonali, fi kliem Mons. Arcisqof Gonzi nhar l-Inkurunazzjoni u skond xewqtu meta hareg pastorali dwarha f'Lulju 1975. Tajjeb li niftakru li ghaddew erbatax-il sena u telghet generazzjoni ohra ta' Mostin. Gew joqghodu fil-Mosta eluf ohra ta' Maltin. L-appell biex isir stellarju baqa' motivat mis-sejha li saret fl-1974 biex il-Papa Pawlu VI izur il-gzejjer taghna, gzejjer Marjani u Pawlini, biex isir tigdid, "ringjovaniment", fil-hajja Nisranija Maltija.


Semmejna lil San Pawl. Ghandna ghax inkunu rikonoxxenti li wiehed mill-altari tar-Rotunda hu ddedikat lil Missierna San Pawl. Iehor hu ddedikat lil San Guzepp, li kif osserva Padre Tarcisio Stramare OSJ, hu tutur tas-santwarji Marjani, kif kien tal-Familja Mqaddsa.


Gest Spiritwali


Il-kwadru tal-Assunta fil-KorIl-kwadru tal-Assunta fil-Kor: "U deher sinjal kbir fis-sema: Mara liebsa x-xemx, bil-qamar taht riglejha, u b'kuruna ta' tnax-il kewkba fuq rasha", Apokalissi Kap 12. Signum Magnum apparuit in coelo.

L-istellarju m’ghandu l-ebda tifsira ohra ghajr dik spiritwali imsahha, kif ga deher f’din il-gazzetta, mill-Bibbja, il-Marjologija, it-Tradizzjoni u l-uzanza tal-popli. L-istellarju hu simbolu tal-kult religjuz ghal kull zmien. Jurina l-Mara tal-Kapitlu 12 ta' l-Apokalissi, iz-zaghzugha, Vergni u Omm, bi tnax-il kewkba madwar rasha. Hija l-"Mara" li jsemmi l-Appostlu Missierna San Pawl fir-raba' vers tar-raba' kapitlu ta' l-ittra lill-Galatin. B'hekk l-Evangelizzatur tal-Mediterran tana ezempju bikri u qaddis tal-gieh singolari li kien riservat ghaliha. Hi l-Mara tal-Kapitlu 8 tal-Kostituzzjoni Dommatika Fuq il-Knisja, il-Lumen Gentium, tal-Koncilju Vatikan II, promulgata mill-Papa Pawlu VI nhar il-21 ta' Novembru, 1964, festa tal-Prezentazzjoni tal-Madonna fit-tempju mill-genituri taghha, jum storiku li fih il-Papa ta' l-Inkurunazzjoni zied it-titlu Madonna Omm il-Knisja.


L-offerta ta' stellarju lill-Madonna hu l-Minimu. Ejjew b'dan il-gest, akkumpanjat minn gesti ta' xorta ohra, nispiritwalizzaw l-affarijiet materjali u, minn mentalita ta' konsumizmu, inghaddu biex inqisu l-gid li pprovdilna Alla l-Imbierek bhala gid ghall-uzu u s-servizz Tieghu u tal-Proxxmu.


Il-Kult


Niftakru wkoll li c-celebrazzjoni tal-kult Marjan mhux talli m'ghaddiex zmienha talli giet ikkonfermata fid-dokumenti konciljari li tajjeb li jinqraw minn kulhadd, partikolarment l-ewwel wiehed, dak dwar il-liturgija, promulgat mill-Papa Pawlu VI fl-4 ta' Dicembru 1963, u fil-Kodici tal-Ligi Kanonika, iffirmat mill-Papa Gwanni Pawlu II fil-25 ta' Jannar, 1963. Il-knisja dejjem kellha kongregazzjoni tal-Kult Divin.


Avvent


Qeghdin fi zmien Santa Marija imma, fejn tidhol iz-zjara tal-Papa qeghdin fl-Avvent. Qeghdin nistennew u nitolbu bil-herqa, kif ilna ghal erbatax-il sena shah, biex naraw lill-Papa fostna fuq din l-art Mostija u Maltija: ha jaghmel il-gid u "jikkonferma" lill-Knisja Maltija, kif kienu jaghmlu l-appostli minn zmien ghal zmien biex jobdu l-amar ta' Gesu lil San Pietru kulfejn waqqfu komunitajiet Insara.


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku Il-kwadru ta' San Silvestru l-Papa fil-knisja ddedikata lil dan il-qaddis

San Silvestru Papa


Hekk ghamel ukoll San Silvestru, it-tlieta u tletin Papa li kellha l-Knisja. Kien Ruman (p.18) u dam bejn il-31 ta' Jannar 314 u l-31 ta' Dicembru 335. Fil-Mosta nsibu sahansitra kappella ddedikata lil Papa, propju l-Papa San Silvestru I. Din il-kappella nghatat u kienet iddedikata lilu mill-Kavalier Silvestru Fiteni fl-1664, jigifieri 325 sena ilu.


Rabta sabiha ma l-Ordni tal-Kavallieri ta' San Gwann, li hi marbuta mal-Papa.


Ahna nibqghu nemmnu u nittamaw li d-devozzjoni tal-Mostin lejn il-Madonna, li hi certifikata mill-istorja dokumentata, tkun rikonoxxuta aktar jekk xejn ghall-grajjiet tassew kbar li graw f'dan it-tempju Marjan tal-Kattolicezmu Malti.


Referenzi

  1. Storja tal-Mosta ta’ E.B. Vella u Ohrajn (1972-1986), p.75.
  2. Ibid. p.76
  3. Fosthom twegiba bid-data tad-9 ta’ Marzu, 1835 u ohra tal-31 ta’ Lulju, 1852. Ara Storja tal-Mosta ecc., p.153 u p.158 rispettivament
  4. Ibid. p.157
  5. Il-Mosta, Nru. 100, Awissu 1982, p.3
  6. Dan l-isem ilu li nghata minn lanqas qabel April, 1984. Ilna narawh. Hu isem ta’ dar fi Vjal l-Indipendenza. Jidher imnizzel fir-Registru Elettorali, it-Tnax-il Distrett Elettorali, Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta, Nru. 14272 tas-27 ta’ April 1984, p.79, it-tieni kolonna.
  7. Il Messaggio della Santa Casa, No. 3 Marzo 1988, p.72.
  8. Storja tal-Mosta ta’ E.B. Vella u Ohrajn (1972-1986), p.86.