The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantissimu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Il-Grigalati, San Pawl u Atlantis

minn Francis Galea


Il-ktieb 'Malta Fdal Atlantis' li ppublika l-awturIl-ktieb 'Malta Fdal Atlantis' li ppublika l-awtur.

(p.80) Wara bosta snin ta’ ricerka u tiftix, lejn tmiem l-2002 ippubblikajt il-hsibijiet u l-fehmiet tieghi fil-ktieb Malta fdal Atlantis. Kien ezercizzju estensiv li qatt ma bsart li se ntemm, izda qtajtha li nohorgu ghall-pubbliku ghaliex dejjem hassejt li ghandu jservi ta’ dibattitu u ricerka serja. Il-mod kif dan il-ktieb gie milqugh wera li hawn hafna ghatxana ghal ricerka ta’ din is-sura u fuq kollox mixtieqa biex ikunu jafu aktar dwar dan is-suggett. Kienet ukoll ix-xewqa tieghi li nqanqal interess ghal aktar tiftix rninn dawk f’qaghda li jaghmlu dan. Jidher izda li f’pajjizna ghadna ferm marbuta ma’ kuncetti tradizzjonali. Forsi ghax nibzghu ncaqilqu gebel nofsu mirdum jew nifthu bieb li ilu msakkar?


F’pagna 85 tal-ktieb Malta fdal Atlantis ktibt: "L-istejjer tal-grigalati kif ukoll tbahhir perikoluz bejn il-gzejjer Maltin u dawk ta’ l-Afrika ta’ Fuq imorru lura anke elfejn sena ilu meta fir-rakkont tal-Bibbja, San Luqa jirrakkonta l-qaghda mwieghra tal-bahar Mediterran permezz tal-migja ta’ San Pawl meta jghid: “ghaddejna taht ir-rih tal-gzira jisimha Kawda u bit-tbatija stajna naqbdu d-dghajsa. Tellajnieha u hazzimna l-gifen bil-hbula biex insahhuh: imbaghad billi bzajna li nahbtu mas-Sirti, tlaqna l-ankra li tghum u hallejna l-mewg igorrna.”


Il-kruha ta’ dawn l-ibhra kif ukoll il-biza’ u t-terrur ta’ l-irjieh u l-kurrenti f’dawk l-inhawi gew murija fl-Atti tal-Bibbja b’ghadd ta’ kummenti dwar id-diffikultajiet ghall-bahhara fiz-zminijiet imghoddija ta’ madwar 2,000 sena ilu. Fl-istess rakkont, San Luqa kiteb:


“Tlaqna minn hemm (Sidun) u mxejna taht ir-rih ta’ Cipru ghax ir-rjieh kienu kontrina. Imbaghad qsamna l-bahar ta' Kilika u ta’ Pamfilja u, wara hmistax wasalna Mira f’Likja. Hemm sab ic-cinturjun gifen minn Lixandra sejjer l-Italja u ghabbiena fuqu.


Ghal hafna jiem imxejna kemm kemm nitharrku u bit-tbatija wasalna quddiem Knidos. Billi r-rih ma halliniex nidhlu, ghaddejna taht ir-rih ta’ Kreta lejn in-naha ta’ Salmone; wara li mxejna maghha bit-tbatija, wasalna fi mkien jghidulu l-Portijiet is-Sbieh, li qrib tieghu kienet il-belt ta’ Lasaja."


Hawn ta’ min jinnota li Cipru jinsab 1,059 mil jew 920 mil nawtiku ‘l boghod minn Malta filwaqt li Kreta tinsab madwar 550 mil jew 475 mil nawtiku mill-gzejjer taghna. Minn dawn l-inhawi jonfoh rih iehor kiefer maghruf bhala l-Bora-Aegean mill-Balkani u l-muntanji tal-punent tat-Turkija, li ghalkemm ikun gej mit-tramuntana spiss jersaq lejn il-grigal.


Il-Professur Pietru Pawl Saydon, il-bniedem li b’ghaqal u dedikazzjoni kbira ttraduca l-Bibbja ghall-ilsien Malti jissokta jirrakkonta li meta l-gifen ta’ San Pawl hareg mill-port ta’ Feniks go Kreta, “gie rih tar-rwiefen jghidulu Grigal.” F’dawn is-siltiet wiehed jinnota r-referenzi ripetuti ghall-irjieh, ghall-biza’ u fuq kollox ghat-tbatija li kellhom ihabbtu wicchom maghha l-bahhara waqt in-navigazzjoni taghhom (p.81) f’dawn l-inhawi tal-Mediterran. Il-qawwa tal-kurrenti flimkien ma’ l-irjieh u l-maltemp li jitqanqal fil-bahar Mediterran wassal sabiex f’dawk iz-zminijiet bhala regola ma kienx isir tbahhir fil-Mediterran bejn Ottubnj u Marzu! Il-kurrenti ewlenin jibdew min-naha ta’ fuq u jinfirxu ’l isfel, izda billi jinbidlu kull sitt sighat uhud minnhom jilhqu jduru mill-gdid ’il fuq. Kurrent iehor li jgib tibdil fl-ilma tal-Mediterran huwa dak li jidhol mal-wicc u jimxi mal-kosta ta' l-Afrika ta’ fuq waqt li l-haig ta' l-ilma lejn l-Atlantiku jimxi sew ‘1 isfel mill-wicc.


Wara erbatax-il lejl u nhar fil-maltemp, bil-gifen jitkaxkar u jingarr ‘l hawn u ‘ hinn fil-bahar ta’ Adrija, jidher li kien mexa mill-inhawi tal-port ta’ Kreta lejn ix-xtut tas-Sirti fl-Afrika ta’ Fuq u biswit il-gzejjer Maltin. Saydon jghid li Adrija kien il-bahar Mediterran bejn Sqallija, l-Afrika u Kreta, u kien jissejjah hekk mill-kittieba antiki, fosthom Tolomew. B’hekk, dan ma kellu xejn x’jaqsam mal-Bahar Adrijatiku. Fil-versi 27.39 tan-nawfragju u wara, ir-rakkont jissokta: "X'hin sebah, l-art ma gharfuhiex, imma lemhu bajja li kellha xatt u li fiha riedu, jekk jista’ jkun, jitfghu l-gifen, u hemm habtu ma sikka bejn zewgt ibhra.”


Il-gzejjer ta’ Selmunett jew ta’ San Pawl jinsabu mifruda mill-gzira ta' Malta. U jekk kienu mifruda wkoll 2,000 sena ilu, fuqhom ma kinux jghixu nies. Allura sabiex San Pawl u n-nies li salvaw mieghu ltaqghu man-nies li kienu jghammru f’Malta, riedu jinzlu fuq l-art u mhux fuq daqsxejn ta’ blata maqtugha mill-art Maltija.


Hu minnu li fin-nahiet ta’ San Pawl il-Bahar, insibu Ghajn Razul, San Pawl Milqi, u l-Grotta tar-Rabat, kollha marbuta mal-migja ta' San Pawl f’dawn il-gzejjer. Izda nafu wkoll li dawn l-ismijiet inghatawlhom mhux aktar minn ftit mijiet ta’ snin ilu, waqt li l-grajja ta’ San Pawl tmur lura ghall-habta tas-sena 60. Terga’, il-katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat Malta li jmorru lura sa tliet sekli wara l-migja ta' San Pawl ma nstab fihom l-ebda hjiel dwar ir-religjon jew twemmin ta’ dawk midfuna fl-oqbra taht l-art. Huwa minnu wkoll li lanqas il-festa ta’ San Pawl ma tigi ccelebrata fil-jum li seta’ wasal f’dawn il-gzejjer, u ghal xi zmien, jghidilna Andrew P. Vella fil-ktieb tieghu Storja ta’ Malta, kienet ccelebrata fil-25 ta’ Jannar. Patri Vella jissokta jghid li mir-ricerka tieghu jidher li San Pawl gie Malta f’Novembru! Ta' min ifakkar li fi Xrobb l-Ghagin fuq ir-rih tal-Munxar insibu kappella ddedikata lil San Pawl.


Fir-rakkont dwar il-gzira ta’ Atlantis, Platun ta deskrizzjonijiet cari tal-konsegwenzi kawza tat-tifrik ta’ din il-gzira kontinent li ghebet f’temp ta’ erba’ u ghoxrin siegha. Fi Critias, Platun kiteb li meta din l-art cediet u gherqet taht wicc il-bahar, iddeskriva l-qaghda tal-bahar bhala “...impenetrable mud which prevents the free passage of those who sail..:” waqt li f’Timaeus, Platun issokta jikteb “...why the sea in that area is to this day impassable to navigation.” Hawn wiehed irid jinnota li Platun kien qed jikteb madwar 400 sena qabel il-kitba ta’ San Luqa. Sahansitra fl-ahhar 300 sena nsibu dokumentazzjoni ta’ nawfragi ta’ bastimenti li mahkuma u maqbuda f’ibhra kiefra fil-lvant tal-Bahar Mediterran, u wkoll minn irjieh mill-grigal, sabu rwiehhom inkaljati u mfarrka fuq ix-xtut lejn iz-Zonqor. Wied il-Ghajn, il-Bajja ta’ San Tumas, Delimara u Birzebbuga. Il-qwiel Maltin huma mimlija twiddib u nsibu bosta minnhom marbuta ma’ l-effetti ta’ l-irjieh. F’dan il-kuntest ikun tajjeb li nsemmu l-qawl: Meta tisma' jghajjat il-Munxar tista tghid li se jdur ir-rih. Ir-rih gol-Munxar huwa dak li jonfoh mil-lvant.


(p.82) Minn dan nifhmu li l-geografija ta' dawn l-inhawi tal-Mediterran, jigifieri lejn il-Lvant u n-nofsinhar tal-gzejjer Maltin, ma kinitx kif nafuha llum, anzi sehh tibdil kbir u qawwi li halla l-effett tieghu fuq l-ibhra tal-madwar. Il-professur John Borg, fir-ricerka tieghu Remains of Prehistoric Flora of Malta (1910) kiteb hekk: "Finally, the tradition of the submerged Atlantis to which many ancient writers refer, and which when deprived of its legendary - character will be found to apply to the submerged land between Malta and Africa. The submersion must have happened in the quaternary period, and at an epoch when the land was already inhabited by a civilized prehistoric people of which the Kabyli and Berbers of North Africa are possibly the survivors."


Din is-sena, l-awtur Robert Comuke hareg il-ktieb The Lost Shipwreck of Paul li fih qal li l-gifen ta’ San Pawl inkalja fil-parti tal-Munxar, fil-bajja ta’ San Tumas. Din il-ponta blat inghatat dan l-isem, ghaliex kienet donnha snien ta' serrieq, li l-antiki kienu jsejhulu, munxar. Barra minn dan, kif semmejt ukoll fil-ktieb Malta fdal Atlantis (p.91), din il-ponta blat tibqa' sejra f’qiegh il-bahar lejn id-direzzjoni tas-sikka l-barranija, maghrufa bhala Hurds Bank. Il-ktieb ta’ Comuke qanqal il-kontroversji li nbdew sa mis-snin sittin, fejn mhux talli kien hemm id-dubju dwar il-bajja, izda fuq kollox jekk San Pawl giex Malta nkella band’ohra. Diversi awturi u ricerkaturi taw is-sehem u l-fehmiet taghhom f’din il-kontroversja li ma wasslet ghall-ebda konkluzjoni. Grazzi ghall-kelma ‘Barbaroi,’ San Luqa warrab kull hsieb li San Pawl seta’ nkalja ma’ xi gzira Griega! F’Malta dak li hu tradizzjonalment accettat mhux la kemm tbiddlu, anzi jidher li minn zmien ghal zmien jitqanqlu certi mistoqsijiet, ifiggu ftit kitbiet u fehmiet - imbaghad jorqod kollox. Anki dawk l-aktar midhla u esperti fis-suggett diskuss, aktarx li jzommu certa distanza u jirrispondu b’mod diplomatiku minghajr ma jikkommettu lilhom infushom.


Madwar mitejn sena ilu, William Henry Smydi ibahhar, jistudja u jifli l-imgiba tal-Bahar Mediterran, ippubblika s-sejbiet tieghu fil-ktieb The Mediterranean - A Memoir Physical, Historical and Nautical. F’pagna 161 l-awtur juri kif l-effett tad-dhul ta’ l-ilma mill-Ocean Atlantiku johloq kurrent ‘l isfel mill-wicc tul il-kosta ta’ l-Afrika ta’ Fuq sal-bajja ta’ Tunes u jdur lejn il-kosta ta’ Sqallija. Huwa jikteb li jezistu kurrenti qliel kemm bejn Malta u Sqallija kif ukoll bejn Malta, Tunes u Tripli fejn intilfu ghadd ta’ bastimenti navali. F’maltempati vjolenti, dak ta’ l-ewwel jista’ jixhet bastiment lejn l-ixtut ta’ Barbarija waqt li tat-tieni ghandu mnejn ikaxkru lejn l-Adventure Bank. Fl-inhawi tas-Sirti l-Kbira, sa mitejn sena ilu l-bahhara kienu jitkexkxu jghaddu minn hemm u sa certu punt din il-biza’ kienet tahkem ukoll lil dawk li jghaddu mis-Sirti z-zghira. Ghalkemm il-Mediterran mhux marbut ma’ cikluni jew xi urugan. insibu rapporti anke fl-ahhar snin ta’ rjieh li gabu maltempati qawwija uhud minnhom jibdew mill-bajja ta’ Sirti u jitilghu qrib il-gzejjer Maltin biex imbaghad jimxu u jinfirxu fuq Sqallija jew il-gzejjer Griegi. Fost l-aktar qliel insibu dawk li sehhu f’Jannar 1982 u 1995 li gew mitqiesa bhala cikluni tropikali. Izda l-grigalati kiefra m’humiex marbuta biss ma’ dan ix-xahar ghaliex spiss holqu rjieh u maltempati horox li jtawlu bejn tlieta u hamest ijiem lejn tmiem Awissu u l-bidu ta’ Settembru.


Fl-istess sena tal-pubblikazzjoni ta’ Smyth, George Grognet de Vasse kien l-ewwel Malti li hareg bil-fehma li l-gzejjer Maltin huma l-fdal ta’ Atlantis, l-art ferm akbar (p.83) li kiteb dwarha Platun. Fil-kitba tieghu huwa wera li din l-art kbira li aktarx kienet maqtugha minn Sqallija u l-Afrika ta’ Fuq b'kanal dejjaq fuq kull naha, cediet f’daqqa u ghebet f’qiegh il-bahar.


Jista’ jkun li partijiet minn din l-art kbira ma nizlux mill-ewwel ’l isfel hafna minn wicc il-bahar; b’hekk ghal xi zmien dawn baqghu bhal skolli jew sikek ftit metri taht il-livell tal-bahar. Huwa fatt maghruf ukoll li f’dawn l-inhawi l-livell ta' qiegh il-bahar jinbidel tant li donnu jaqsam il-Bahar Mediterran f’zewg ghadajjar, wahda tal-lvant u l-ohra tal-punent. B'konsegwenza t'hekk, l-inhawi lejn il-lvant u n-nofsinhar tal-gzejjer Maltin saru ferm difficli sabiex tbahhar fihom. L-ewwelnett ghaliex f’certu temp u waqt maltempati dawn is-sikek setghu jinkixfu u hekk l-igfna setghu jinkaljaw maghhom, u t-tieni ghaliex dawn biddlu l-mixja tal-kurrenti tal-Bahar Mediterran, kemm tal-wicc kif ukoll dawk tal-qiegh.


Dan juri li ladarba l-gifen ta’ San Pawl kien gej min-naha tal-lvant, kien facli ferm biex maltemp bhal dak imsemmi fil-Bibbja minn San Luqa mill-inhawi ta' Kreta xehtu lejn il-gzejjer Maltin. Jidher interessanti wkoll il-fatt li ladarba l-gifen nizzlulu l-ankri, il-kurrenti tal-qiegh hadmu mod iehor u kaxkru l-gifen skond ir-rieda taghhom u hekk lejn bajja fin-naha t’isfel ta’ Malta. Il-ponta tal-Munxar fil-bajja ta’ San Tumas tixxiebah ferm mas-sikka “bejn zewgt ibhra” kif fissirha f’kithietu San Luqa. Is-sikka li mill-Munxar tohrog ghal aktar minn kilometru ‘l barra sal-Hurds Bank, 2,000 sena ilu kellha parti sew minnha ‘1 fuq minn wicc il-bahar, l-aktar qrib ix-xatt u l-ponta tal-Munxar fil-bajja ta’ San Tumas. Izda b’daqshekk hemm evidenza bizzejjed biex nimxu mat-tiftix ta’ l-awtur Amerikan Robert Cornuke li dan huwa l-lok tan-nawfragju ta’ San Pawl? Jew forsi meta San Luqa kiteb dwar iz-zewgt ibhra kien qed itenni dak li kitbu l-istorici ta’ qablu meta kienu jirreferu ghall-Bahar Mediteixan bhala zewgt ibhra, tal-Lvant il-Gewwieni u dak tal-Punent maghruf bhala l-Bahar Barrani?


Li nistghu nghidu fiz-zgur hu li hemm lok ghal aktar tiftix. U meta wiehed jaqtaghha li jrid ifittex jinhtieglu jinsa l-istorja kif intqalet u nkitbet sallum u jimxi pass pass mas-sejbiet li ghandna u t-trejqa li r-ricerka tmexxih fiha. Ikun bla sens li nissuktaw intennu dak li smajna u dak li qrajna jekk m’ahniex konvinti li dan huwa minnu. Ta’ l-inqas ghandu jkollna l-kuragg nghidu li m’hemmx evidenza bizzejjed li ssostni t-tali parti ta’ l-istorja ta’ pajjizna.


Riferenzi

  • Bibbja Saydon, ‘Il-Ktieb ta’ l-Atti ta' l-Appostli,’ Edizzjoni Societas Doarinae Christianae MUSEUM 1977
  • J. Campbell, The Mask of God - Creative Mythology (1984)
  • J. Borg, Remains of the Prehistoric Flora of Malta (Malta: 1910).
  • F. Galea, Malta fdal Atlantis (Malta: 2002).
  • G. Grognet de Vasse, Epilogo dell Atlantide (Malta: 1954).
  • H. V. Morton, In the Steps of St. Paul.
  • W.H. Smyth, The Mediterranean - A Memoir (1854).
  • A.P. Vella, Storja ta' Malta, (Malta: 1974).
  • V. Wickman, l-Orizzont, (Marzu-April 1979).
  • L Psaila, l-Orizzont, (Lulju 1980).

Artikli ohra mill-ktieb