The Mosta Archives Banner

L-Arkitett Gio Maria Camilleri – 90 sena minn mewtu

minn Ivan Scerri


Il-Mosta: Harga Nru. 5 (2007) Format Gdid


L-Arkitett Mosti Gio Maria Camilleri L-Arkitett Mosti Gio Maria Camilleri

(p.63) Tul dawn l-ahhar 400 sena kemm ilha parrocca l-Mosta, numru kbir ta’ Mostin ghamlu isem u unur lir-rahal taghna f’diversi oqsma tal-hajja.


Wiehed minn dawn kien l-arkitett Gio Maria Camilleri. Twieled il-Mosta nhar is-27 ta’ Mejju 1860, iben Guzeppi u Grazzja, mwielda Sant. Beda l-istudju tieghu fl-iskola tar-rahal u wara dahal is-Seminarju ta’ l-Imdina. Wara xi zmien gharaf li t-triq tieghu ma kinitx dik ta’ sacerdot, ghalhekk halla s-Seminarju u ntefa’ fuq ix-xoghol tal-bini ma’ hutu.


Ta’ 26 sena zzewweg lil Marija Sammut u kellhom sitt itfal. Gio Maria kien impjegat mal-gvern bhala foreman, u mexxa diversi progetti fosthom, fl-1905, meta nbniet fuq ohra qadima l-arkata (pont) fejn il-knisja ta’ l-Isperanza.


Hadem ukoll bhala mghallem u bennej, flimkien ma huh Wigi, fil-bini tal-knisja parrokjali l-gdida tal-Mellieha. Gio Maria kien ukoll bandist attiv u habrieki fil-Banda Nicolo Isouard, l-ewwel socjeta fil-Mosta.


Il-pont li jaqsam Wied Speranza minn hdejn il-knisja  tal-Madonna ta' l-Isperanza fil-Mosta Il-pont li jaqsam Wied Speranza minn hdejn il-knisja tal-Madonna ta’ l-Isperanza fil-Mosta

L-arkitett Gio Marija Camilleri, miet nhar is-17 ta’ Frar 1917, wara marda twila fl-eta ta’ 57 sena.


Il-knisja tar-rahal tal-Imgarr Il-knisja tar-rahal tal-Imgarr

Il-knisja parrokjali ta’ l-Imgarr


Isem l-arkitett Camilleri huwa marbut mal-bini tal-knisja parrokjali l-gdida ta’ l-Imgarr. Dan ir-rahal sar parrocca nhar il-11 ta’ Ottubru 1898, b’digriet ta’ l-Arcisqof Pietru Pace u l-ewwel kappillan kien Dun Glormu Chetcuti mill-Mosta.


Fl-ewwel snin kienet intuza knisja qadima f’gieh Marija Assunta, izda maz-zmien inhass il-bzonn ta’ knisja akbar.


Il-kappillan Chetcuti kien jaf sewwa lil Gio Maria, u bil-hila tieghu fil-bini; ghalhekk talbu biex ifassar pjanta ta’ knisja kbira.


Chetcuti xtaq li tkun tixbah lill-knisja tal-Madonna tal-Karmu ta’ l-Imdina u xtaq ukoll li jkollha koppla.


L-arkitett Camilleri accetta mill-ewwel li jaghmel il-pjanta, u offra li jaghmilha bla hlas, imma xtaq li wiehed mill-altari jkun iddedikat lill-Madonna ta’ l-Isperanza li lejha kellu devozzjoni kbira.


Dun Glormu Chetcuti – kwadru li jinsab fis-sagristija  tar-Rotunda tal-Mosta Dun Glormu Chetcuti – kwadru li jinsab fis-sagristija tar-Rotunda tal-Mosta

Meta tlestiet il-knisja kien Dun Glormu stess li hallas ghal kwadru, li huwa xoghol Ramiro Cali, iben il-maghruf pittur Guzeppi Cali.


(p.64) Il-funzjoni tat-tqeghid ta’ l-ewwel gebla saret nhar it-2 ta’ Gunju 1912, mill-Vigarju Generali Mons. Luigi Attard, fost id-daqq ferriehi tal-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta.


Ta’ kull nhar ta’ Hadd, l-arkitett Camilleri kien imur l-Imgarr biex jara x-xoghol. Huwa baqa’ jmur sa ma qabditu marda twila u miet fis-sena 1917.


Meta l-bini wasal sa l-ewwel ordni, giet imsaqqfa sakemm inbniet il-koppla u nhar it-3 ta’ Awissu 1919, il-kappillan Chetcuti bierek il-parti li kienet lesta. Meta ra li tlesta l-ewwel ordni, Chetcuti offra li jirtira minn kappillan minhabba l-eta u sahhtu wara snin ta’ tahbit u problemi. Bhala apprezzament ghal kull ma ghamel bhala kappillan, nhar it-30 ta’ Gunju 1930, l-Arcisqof Mawru Caruana hatru Monsinjur tal-Katidral ta’ Malta. Monsinjur Glormu Chetcuti miet fis-sena 1949 u gie midfun fil-Katidral ta’ l-Imdina.


Dun Edgar Salomone Dun Edgar Salomone

Ghal ghaxar snin shah Chetcuti kellu bhala l-vici tieghu lil Dun Edgar Salomone mill-Mosta. Salomone hu maghruf fostna l-Mostin bhala l-fundatur tal-Boy Scouts tal-Mosta. Kien ukoll direttur ta’ l-Oratorju ‘Qalb ta’ Gesu’ u President tal-Banda Nicolo Isouard. Wara li Chetcuti gie mahtur kanonku tal-Katidral, Dun Edgar gie nominat Vigarju Ekonomu.


Ftit tax-xhur wara l-Arcisqof Caruana hatru bhala t-tieni kappillan u ha l-pussess fl-4 ta’ April 1931. B’kuragg kbir kompla x-xoghol tal-bini tal-knisja u nhar is-Sibt 2 ta’ Ottubru 1948, l-Arcisqof Mikiel Gonzi mexxa c-cerimonja tal-Konsagrazzjoni. Ghal din l-okkazjoni specjali giet mistiedna l-Banda Nicolo Isouard. Minbarra z-zewg kappillani, Chetcuti u Salomone, li kienu mill-Mosta, tul is-snin il-parrocca ta’ l-Imgarr kellha zewg kappillani ohra Mostin; dawn kienu Dun Lino Grech u Dun Vince Fenech, li t-tnejn hadmu bis-shih ghall-progress spiritwali u socjali ta’ din il-parrocca.


Riferenza

  • Francesco Mangion, ‘Gio Maria Camilleri Arkitett Mosti’, E.B.Vella et al, Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta, 1972), pp. 278, 279.


Xi ritratti tal-knisja tal-Imgarr qed tinbena


Il-knisja tal-Imgarr kif ukoll dik tal-Bidnija huma primarjament frott l-gharaq u l-genju Mosti, bil-gebla taghhom maqtugha minn Ta' Vnezja l-Mosta minn fejn qatghu snin qabel tar-Rotunda, u b'retturi li hadu hsieb il-bini tal-knejjes rispettivi kienu qassisin Mostin. Ghal diversi snin il-Mostin tal-Bidnija u tal-Imgarr ghexu mifrudin mill-antenati taghhom taht parrocci ohra sakemm il-Bidnija vvutaw biex jinghaqdu mal-omma naturali l-Mosta kif sar fl-1950 waqt li l-Imgarr inqatghu mir-Rabat u saru parrocca ghalihom fil-11 ta’ Ottubru 1898. Diversi laqmijiet bhal tat-Tork (Bidnija), Saqqafi (Mgarr) li kienu komuni wkoll il-Mosta huma xhieda tad-demm komuni. Dawn ir-ritratti tal-knisja tal-Imgarr x'aktarx tas-snin 1937/8 ittellghu dan l-ahhar f'post fuq facebook minn certu David Vella li nannuh Gammari Camilleri Is-Saqqafi (missier ommu) kien l-Imghallem u l-Prim bennej taghha (jidher liebes l-abjad fl-ewwel ritratt). Peress li l-arkitett Gio Maria Camilleri (inzerta bl-istess isem u kunjom bhal dan l-Imghallem) kien miet fis-17 ta' Frar 1917 ta' 57 sena, kienu komplew jahdmu fuqha periti ohra fejn fosthom f'kumment minnhom hemm imsemmi l-perit Annetto Mifsud Ellul, Qormi li kien gie joqghod il-Mosta u spicca miet vittma tal-gwerra fid-9 ta' Frar 1942 ta' 53 sena (ara link fil-parti ta' taht bil-lista tal-vittmi tal-gwerra). Il-knisja tal-Imgarr tista' tghid hi minjatura ta' dik tal-Mosta imma b'aktar tahbil il-mohh ghax f'forma ovali flok tonda. Bhalma l-koppla tal-Mosta nbniet minghajr armar tahta, jidher li daqstant iehor ghamlu mas-70 / 80 sena wara l-Imgarrin fejn taf uhud minnhom kienu lahqu tal-Mosta tinbena (lejn l-1850s) u uzaw l-istess metodu ta' Grognet, metodu li nistghu nifmuh aktar permezz ta' dawn ir-ritratti. Dan hu dak li kiteb E.B. Vella rigward dan il-metodu fil-bini tal-koppla tal-Mosta fil-ktieb tieghu Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha f'Taqsima 12:

"Din il-koppla fiha bicca xoghol kbira tal-Inginerija imma dak li jghaggeb lil kulhadd huwa kif kellhom il-hila jtellghu saqaf bhal dak minghajr armar tahtu, kif soltu jsir f'gheluq minn dik ix-xorta. Il-bini taghha sar billi kienu jqeghdu filata dawra mejt, u minflok il-mollijiet li kienu juzaw fil-bicca t'isfel tal-knisja, hawn kellhom iz-zintlu. Imbaghad wara li tkun lesta dik il-filata jibdew l-ohra ta' fuqha. Il-hagra izzomm li ma taqghax ghall-isfel imhabba li kellha l-gorgnu mill-maqghad, mir-rjus u mill-faqqani; u ghalhekk wahda tigi ngastata ma l-ohra, u s-sodda ta' taht dejjem izzom l-ohra ta' fuqha. It-tajn kienu jaghmluh minn trab griz li kienu jgibu minn Buqana (fit-triq tar-Rabat). Dan sabu li kien jaqbad daqs il-purcellana u wisq ahjar mill-gir."


(Ikklikja fuq it-tali ritratt biex tarah akbar. Jekk ir-ritratti ma jidhrux f'kaxxi taf trid taghmel il-Javascript Enabled jew forsi trid taghmel Refresh)


Santa Marija l-antika tal-MostaL-imghallem Gammari Camilleri jidher liebes l-abjad jiddirigi x-xoghol minn taht. Kien bla skola bhal Mast'Ang imma f'senghethom kienu aktar minn professuri. Fir-4 ritratt jidher l-oggett li l-imghallem hawn donnu qed jimxi fuqu biex ipoggi s-samrott fil-post. Dawk qishom david (sash clamps bl-ingliz) hergin mis-samrotti fil-parti ta' fuq taf qed izommuhom marbutin mal-filata ta' taht sakemm tinghalaq il-filata.
Santa Marija l-antika tal-MostaJidher samrott qed jiddahhal bejn samrotti ohra diga fil-post. Taf l-ewwel bicca xoghol meta jigu biex jibdew filata kien li jpoggu bhal 4 samrotti f'kull kantuniera opposta bhala posta u mpoggija biz-zintlu biex imbaghad jimxu maghhom.
Santa Marija l-antika tal-MostaWiehed jinnota s-samrotti jalternaw fid-daqs tal-gholi taghhom halli kollox jingasta ruhu aktar ma xulxin fil-post u jigu evitati movimenti orizontali bl-istess mod kif il-"gorgnu" jevita dawk vertikali. Li mhux ghax tal-Mosta nbniet hekk, kieku daqqa ta' bomba ta' 500kg bhal dik kienet zgur taghmel xpakkatura (crack) minn fuq s'isfel flok semplici toqba.
Santa Marija l-antika tal-MostaDak il-habel fil-parti minn gewwa diga mibnija tal-koppla taf intuza bhala zintlu biex jaghmlu l-elissi tal-filata. Imma kieku kif ma bdewx il-filata kurrenti b'samrott propju f'dan il-post fuq bhala wiehed mill-4 posti biex jimxu mieghu? Fis-samrotti diga mpoggija tidher f'nofshom toqba zghira li qed tintuza fis-samrott li qed ipoggu biex fiha dahhlu hadida u jillivaw biha.
Santa Marija l-antika tal-MostaJidhru dawk qishom david ma kull samrott jorbtu s-samrotti temporanjament mal-filata diga lesta ta' qabel (l-antiki kienu jkunu minghajr kamin, il-hadida jkollha toqba minn fejn tidhol il-virga u tissammar max-xoghol u biex tinqala' kemm tati daqqa bil-kontra). Zgur ma kinietx gurnata rih dakinhar tar-ritratt ghax kieku f'dak l-gholi l-beritta kien itajjarilhom ghand Kristu.
Santa Marija l-antika tal-MostaIl-koppla minn gewwa jidher li kienu jkahhluha u jtuha laqgha zebgha mill-ewwel kif kellhom l-armar tahta.
Santa Marija l-antika tal-MostaErba' rgiel biex igorru samrott wiehed, imdendel bejn zewg kanen fuq l-ispallejn. Wiehed jinnota kif l-ebda ndividwu li jidhru fir-ritratti m'ghandhom la lehja u wisq anqas mustacci minkejja li sa snin qabel li wiehed ihalli l-mustacci kien in voga sew.
Santa Marija l-antika tal-MostaMinkejja li l-kampnari kienu ghadhom mhux lesti ghal kollox tidher diga wahda mill-qniepen fil-post li taf tpoggiet hemm fl-1935. Taf il-qniepen ordnawhom kif kien ghaddej ix-xoghol biex kif il-kampnar kien ghadu mhux imsaqqaf jkunu jistghu jimmanigjawhom ahjar fil-post. Jidhru l-knaten fuq iz-zuntier.
Santa Marija l-antika tal-MostaMunzelli ta' knaten fuq iz-zuntier. Iz-zuntier jidher komplut bil-balavostri u t-turgien lestewh zmien qabel lestew l-istess knisja. Tghid fil-Mosta gara l-istess? Bhal gaj jahdem fuq il-knisja u ohrajn xi ftit anqas tas-sengha jaghtu daqqa t'id fejn jistghu fuq postijiet ohra.
Santa Marija l-antika tal-MostaL-Arkitett Gio. Maria Camilleri l-ahhar li jidher fl-elettorat Mosti tal-1916, fi Skak Uitet Nru. 41, illum Triq l-Oratorju. Jidher li fil-Mosta l-familja tieghu kellhom il-laqam ta' Wizu.


Silta mill-video tal-Imperial War Museums bit-titlu "THE MALTESE SEE THEIR GEORGE CROSS" part 2 fejn juri r-rahal u l-knisja tal-Imgarr (6:09) x'aktarx fiz-zmien ta' wara l-gwerra meta l-George Cross kien qed ikun ghall-wiri f'diversi rhula (ma jidhirx li kien il-kaz fl-Imgarr).