The Mosta Archives Banner

Drawwiet ta' Dari tal-Gimgha l-Kbira

minn Francesco Mangion


Il-Mosta: Jannar – April 1983


Cimiterji fil-Mosta, tallum u l-antikIl-Monument. Fuq quddiem jidhru z-zewg ahwa Qassisin Dingli

(p.5) Sa miz-zerniq taz-zmenijiet Insara Ommna l-Knisja Mqaddsa dejjem hadet hsieb il-fidili taghha biex ma jitbeghdux mit-twemmin tal-Vangelu. Ghalhekk, fuq l-ezempju ta' Gesu stess, ghamlet ir-Randan Imqaddes biex dawk l-Insara li kienu wirtu d-drawwa pagana ta' ikel u xorb zejjed jikkoregu ruhhom u minflok jaghmlu penitenza li minghajra l-bniedem ma jistax jasal fil-glorja tal-Qawmien.


Il-knisja wkoll holqot wirjiet ta' Fidi billi bdiet taghmel purcissjonijiet ta' kull ghamla, fosthom dawk penitenzjali, u dawn id-drawwiet sbieh dahlu wkoll gewwa Malta.


Fost dawn ix-xorta ta' purcissjonijiet insibu dik tal-Gimgha l-Kbira, li bdiet issir fl-ibliet u rhula ta' Malta u fost dawn insibu lill-ghaziza Mosta taghna.


Mal-medda tas-snin id-drawwiet jinbidlu u l-mumsar il-gdid jaqla' l-qadim. Jiena niftakar meta r-Randan kien osservat b'reqqa kbira, tant li matulu, il-Hdud komprizi, ma konniex induqu laham, u f'xi granet lanqas latticeni (prodotti tal-halib). Il-funzjonijiet tal-Gimgha l-Kbira jibdew minn Hadd il-Palm, it-tifkira ta' meta l-poplu ta' Gerusalem laqa' lil Gesu bhala Sultan u bil-frieghi tal-palm u z-zebbug f'idejhom ghajtu "Hosanna Figlio David." Dakinhar il-Knisja tbierek iz-zebbug u l-palm. Dari kienet tohrog purcissjoni qasira, li ddur mal-pjazza. Kien jinghalaq il-bieb tal-knisja u ma jinfetahx qabel ihabbtu ghal tliet darabiet. Il-qassisin ikantaw minn barra u gewwa.


L-Erbgha fost il-gimgha kienet issir il-funzjoni tat-Tniebri. Il-hasil ta' riglejn l-Appostli kien isir il-Hamis filghodu. Wara tibda l-quddiesa u wara l-kant tal-Glorja jintrabtu l-qniepen. Gesu ostja jigi esportat fis-Sepulkru, li dari kien jintrama fil-Kappella tar-Ruzarju, u jibdew il-Vizti. Filghaxija kienet issir il-priedka tal-Passjoni.


Fil-funzjoni tal-Gimgha filghodu kienu jsiru l-adorazzjoni u l-bews tas-Salib mill-Kleru u l-fratelli biss. Ghall-habta tal-10am kien jizzarma s-Sepulkru.


Ir-Redentur ghaddej mit-toroq tal-MostaIr-Redentur ghaddej mit-toroq tal-Mosta

Fit-3pm tibda l-priedka tat-tliet sieghat jew  tas-Seba Kelmiet u filghaxija tohrog il-purcissjoni bil-vari tal-Passjoni. Fil-funzjoni ta' Sibt il-Glorja kienu jinqraw il-profeziji, jitbierku l-Blandun, in-nar u l-ilma. Imbaghad tibda l-quddiesa. Mal-kant tal-Glorja jinhallu l-qniepen, jaqghu l-purtieri minn quddiem ix-xbihat sagri, u mad-daqq ferriehi tal-qniepen it-tfal jigru mat-toroq. Dak il-hin tinstema' musketterija shiha ghax kulmin kien ikollu arma tan-nar kien jiskarga xi nofs tuzzana tiri.


Malli tispicca l-quddiesa l-Arcipriet kien jibda t-tberik tad-djar kif ukoll l-iskejjel governattivi, fejn kien ikun milqugh b'merhba mill-ghalliema.


Il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' madwar sebghin sena ilu ma kinitx ghal kollox bhal tallum. Ma kienx hawn vara ta' Kristu ttradut minn Guda. Il-vara tad-Duluri kienet mod iehor u l-Monument kien izghar u jintrafa fuq l-ispalla. Inghid ukoll li l-vari fil-knisja kienu jinhargu wahda kull nhar ta' Gimgha matul ir-Randan u dakinhar issir il-priedka taghha. Niftakar meta l-vari ma kellhomx bankuni u kienu jitqieghdu fuq l-istrippi.


Ghad-daqq tac-cuqlajta kienet tibda hierga l-purcissjoni. Quddiemnett zewgt irgiel lebsin ta' suldati Rumani kienu jdoqqu l-fifra u t-tambur. Qabel il-vara tal-Orazzjoni kienet tohrog il-bandalora tas-serduk u maghha erbat irgiel lebsin iz-zimarra jerfghu l-fjammi li jinxteghlu bl-isponoz bix-xaham. Il-bandalora l-kbira tal-Passjoni kienet tiehu l-wisa' tat-triq kollha; l-irgiel li jkaxkru l-ktajjen kienu hafna numeruzi u kienu jimxu wara r-Redentur jew, kif insejhulu, l-Imghobbi. Qabel il-vara zewg suldati Rumani jdoqqu l-bugle.


Quddiem il-vara l-Kbira jew Kristu Msallab, ragel liebes iz-zimarra kien jerfa' x-xemx mikfusa. Quddiem il-Monument kien ikun hemm erbat irgiel ixerrdu l-fjuri minn gabare.  Warajh qatgha tfal lebsin iz-zimarri jkantaw il-Miserere Mei Deus akkompanjati mid-daqq tal-vjolini. Il-partecipazzjoni fil-purcissjoni kienu numeruzi wisq iktar mil-lum, ghax kienu jiehdu parti l-fratelli mghammdin igorru fanal u salib propjeta taghhom stess x'uhud minnhom.


It-tizjin tal-vari wkoll kien differenti minn tallum. Dak iz-zmien ma kienx hawn bankuni u bradelli tal-kewba. Fuq il-bradella kien jintrama ornament x'aktarx tal-hadid li jkollu mal-erbghin bukkin, ghoxrin ghall-bozoz u l-bqija ghax-xama'. Il-bozoz jinxteghlu bix-xama' u l-bqija xama' tal-kwart. Il-bradella kienet tkun imdawra bil-pavaljuni tad-drapp, aktarx bellus, festuni u kuruni tal-fjuri artificjali jew naturali. Dan it-tizjin, ghalkemm goff, kien sabih ukoll. Wara l-vara tad-Duluri kienu jimxu hafna nisa jghidu r-Ruzarju.


Nappella liz-zaghzagh taghna biex jikkonkorru numeruzi u jippartecipaw f'din il-purcissjoni b'serjeta u devozzjoni, bhalma s'issa ghadhom jaghmlu ghall-grazzja t'Alla, biex b'hekk naghtu gost lil Gesu u anke biex permezz tat-turisti li jkun hawn madwarna nuru lid-dinja li ahna l-Maltin ghadna verament Insara.