The Mosta Archives Banner

Santa Marija Milqugha bhala r-Regina tal-Mosta, 28 ta’ Lulju 1985


Il-Mosta: Settembru – Ottubru 1985


Santa Marija tal-Mosta lura mir-restawr Il-wasla ta’ Santa Marija fil-Mosta

(p.4) Il-Mosta harget bi hgarha biex tilqa’ lura l-vara ta’ Santa Marija nhar il-Hadd, 28 ta’ Lulju, 1985 wara li kienet ilha ghand ir-restawratur u induratur mill-1 ta’ Novembru, 1984. Mhux ta’ b’xejn li fuq xufftejn kemm il persuna smajna l-kliem sabih: “Festa ohra ta’ Santa Marija”.


Wasla


L-istatwa waslet imghottija l-Mosta ghall-habta tas-6:00p.m. wara li ghaddiet is-Sibt u l-Hadd ghand is-Sorijiet Ursulini tal-Belt Valletta li laqghuha, fi kliemhom, “qisu gejja l-Madonna stess” fil-monasteru u klawsura taghhom. Wara velja ta’ talb kontinwu bil-lejl li fih is-sorijiet talbu wkoll ghall-Mosta u ghall-vokazzjonijiet fil-Parrocca, ingiebet fuq trakk u ttiehdet dritt lejn il-kappella tal-Housing Estate fi Vjal l-Indipendenza.


Kxif


Sas-7:30pm in-nies kien ilha li harget fit-toroq u b’mod partikolari ngabret fejn il-kappella. Fis-7:33pm il-W.R. Arcipriet Dun Joe Carabott nehha l-velu celesti li kien ighatti l-vara fost il-musketterija u c-capcip tal-folla, li baqghet imsahhra bil-gmiel ta’ restawr, id-disinn, l-ilwien u d-deheb abjad tas-shaba taht riglejn il-Madonna. Fis is-Sur Joe Borg beda jlibbisha d-dehbijiet barra c-curkett li l-Kardinal Corrado Ursi kien libbisha ghaxar snin ilu.


Merhba


Il-purcissjoni bdiet miexja u hdejn ic-Central Hotel, il-Madonna ntlaqghet bl-Ave Maria Assunta mill-Banda Nicolo Isouard. Is-Sur Joe Cauchi, President tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, ghamel l-ewwel diskors ta’ merhba, diskors imqanqal li fakkar il-glorji ta’ Marija u l-festi straordinarji li din is-sena jfakkru l-ghaxar anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni, gurnata li tibqa’ “mhux fix-xjuh imma fit-tfal zghar kommemorata f’mohhom”. Il-Banda kompliet bl-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni u marcijiet ohra.


Hdejn is-showroom tas-Subaru kien hemm jistennew it-tfal bil-ward u l-fjuri, u malli lemhu l-Madonna bdew ixejru l-imkatar taghhom u jghajtu fost il-kant ta’ l-Ave Maria Assunta. Tifel, Kevin Vella, f'isimhom ilkoll sellem lill-Madonna bil-poezija Ghaziza Marija.


L-Ghaqdiet Religjuzi


Il-vara baqghet tingibed fuq karru specjali li sar biex kullhadd seta’ jimbotta fih jekk irid. Fejn Triq Callus tiltaqa’ ma Triq il-Kungress Ewkaristiku kien hemm lesti l-membri ta’ l-Ghaqdiet Kattolici u l-movimenti ta’ spiritwalita b’ghadd ta’ plakards bi hsibijiet Marjani u patrijottici profondi.


Wara l-Ave Maria Assunta, is-Sur Joe Gatt, segretarju tal-Guvintur ta’ l-Azzjoni Kattolika, qara l-indirizz lill-Madonna:


Devozzjoni u mhabba


“Din taghna l-lejla hija okkazjoni specjali … ghax ninsabu hawn u pubblikament qeghdin nuru d-devozzjoni u l-imhabba taghna lejn il-Vergni Marija …


“Imma wkoll, ghax Insara, ghandna ghal qalbna t-twemmin. Inghozzu t-taghlim ta’ Sidna Gesu Kristu kif jasal ghandna fl-Evangelju u kif inhu mfisser lilna permezz tal-Knisja. Nixtiequ nkunu mezz, irridu nkunu Appostli, biex jasal f’kull familja tal-Parrocca taghna. Irriduh jolqot lil kull individwu hawnhekk fil-Mosta biex maghna u bhalna jghix ta’ Nisrani awtentiku. Ghalhekk ahna, f’dawn l-impenji tal-hajja taghna ta’ kuljum dahhalna impenn iehor, dak ta’ l-appostolat fi hdan l-ghaqda, li hu moviment ispirat mill-Vangelu u ggwidat mill-Knisja.”


Fl-ahhar ta’ l-indirizz tieghu s-Sur Joe Gatt qal hekk lill-Madonna: “Fuq kollox, irridu nhossuk hajja u vicina taghna. Irriduk tkun il-mudell tat-tifsira ta’ hajjitna, l-avukata taghna fis-sema minhabba d-dghufija taghna”.


Posta Ruzarju


Indaqq l-innu ta’ l-Inkurunazzjoni u ntqalet posta Ruzarju, ir-raba’ misterju tal-Glorja, it-Tlugh ta’ Sidtna Marija fis-Sema.


Tizjin


In-nies kompliet niezla mal-vara tul Triq il-Kungress Ewkaristiku mixghula bil-bozoz ta’ l-istilel u tal-fustuni twal laterali, il-galleriji mzejnin bid-drapp ahmar, dwal, xbihat tal-Madonna u slogans. Erba’ streamers li twahhlu fi Triq il-Kungress Ewkaristiku kellhom dawn il-kliem: “Alla ghamel mieghek hwejjeg kbar”, “igborna madwarek u xejn ma tifridna”, “itlob ghalina mis-sema fejn qieghda” u “merhba bik Marija Assunta”.


Il-Klabb tal-futbol haraq musketterija filwaqt li l-ghaqdiet tan-nar laqghuha bi sfafar u girasoll fil-pjazza.


Triq il-Kbira


Fil-pjazza l-Madonna tqieghdet thares lejn Triq il-Kbira lejn l-Imgarr biex in-nies ta’ hemmhekk ikunu jistghu jinawguraw is-sett ta’ disinji tad-dwal li saru bl-inizjattiva tas-City Social Activities Club skont disinn ta’ l-artist Marco Cremona. Il-Banda tal-Boy Scouts bdiet iddoqq hi wkoll hekk kif minn Triq il-Kbira waslet il-pjazza u, anke hi, fuq iz-zuntier daqqet l-Innu ta’ l-Inkurunazzjoni.


Santa Marija tal-Mosta titlibbes curkett L-Arcipriet ilibbes ic-curkett lill-Assunta.

Fuq iz-zuntier


Wara li ddawret thares ‘il barra lejn il-pjazza u l-kant ta’ xi innijiet, l-Arcipriet bierek l-istatwa u ftit tal-minuti wara tela’ jlibbisha c-curkett li kien libbisha l-Kardinal Corrado Ursi nhar Santa Marija 1975. Dan kien fl-10:41pm skond l-arlogg tar-Rotunda. Salut iehor kienet il-kaxxa Roman Candles tal-kulur li telghet minn fuq il-bejt tas-Sala Parrokjali.


Dhul fil-Knisja


Fil-10:48pm l-Assunta dahlet mill-gdid, glorjuza u trijonfanti, wara assenza ta’ ftit inqas minn disa’ xhur taht il-koppla majestuza tal-Grognet u ntlaqghet bid-daqq ta’ l-orgni u c-capcip tan-nies. U fl-10:52pm tqieghdet fuq il-bankun biex tkun esposta ghall-qima tal-poplu Mosti u barrani li jigi ta’ kuljum u minn kullimkien biex jara l-gmiel u l-ghaxqa tal-Mostin.


Kien ta’ sodisfazzjon kbir ghal kulhadd u l-izjed ghall-Arciprieet Dun Joe Carabott, id-ditta Em. Darmanin tal-Belt u l-pittur Rafel Bonnici Cali, li kellu sehem fiz-zbigh ta’ parti mill-vara. Kien bidu xieraq ghall-festi li jfakkru l-ghaxar anniversarju ta’ l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta, grajja unika li ma tintesa qatt fl-istorja ta’ kull min ghandu qalb u ruh Mostija.