The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA FIZ-ZMIEN IL-HAKMA TAL-KAVALLIERI TA' SAN GWANN

Michael A. Sant

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta, 1996.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kunsill jew mill-hwienet ewlenin. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


HJIEL EKONOMIKU DWAR IR-RAHAL TAL-MOSTA


(p.10) M hix haga hafifa titkellem dwar il-livell ta’ l-ghajxien fil-Mosta fi zmien il-hakma ta’ l-Ordni f’Malta. Li l-Kavalieri ta’ San Gwann, l-aktar wara l-Assedju l-Kbir ta’ l-1565 u l-bini tal-Belt Valletta, gabu gid kbir ekonomiku-socjali fil-pajjiz, hadd ma jista’ jichdu. Dal-gid izda kien jinhass l-aktar fl-ibliet ta’ madwar il-port u kien ghalhekk, bhal ma ghedna, li hafna nies, maghdudin ukoll xi Mostin, gibduha ’l hemm ifittxu x-xoghol. Il-Mosta, rahal zghir f’xaqliba rurali ta’ Malta, forsi ma hassitx il-pendlu ekonomiku daqs inhawi urbani. Izda zgur (p.11) illi l-imbuttatura li l-Ordni ta, nghidu ahna, lill-industrija tal-qoton f’Malta hassewha wkoll il-Mostin. F’Malta u Ghawdex fi zmien l-Ordni, hbula kbar ta’ raba’ kienu moghtijin ghat-tkabbir tal-qoton: ir- Rabat, is-Siggiewi, Haz-Zebbug, Haz-Zabbar, iz-Zurrieq u l-Mosta jissemmew bhala l-inhawi l-aktar important ghat-tkabbir ta’ dan il-prodott.23 Meta fl-1836, fi zmien l-Inglizi, giet Kummissjoni Irjali tirrapporta dwar Malta, il-Mosta tissemma bhala l-aqwa rahal f’dak li hu xoghol ta’ l-insig. U fic-censiment li kien sar fl-1861, fi zmien meta l-industrija tal-qoton, minhabba l-gwerra civili fl-Istati Uniti, regghet temporanjament ixxettlet, fil-Mosta jissemmew illi kienu jahdmu madwar 400 ruh fix-xoghol ta’ l-insig minn popolazzjoni ta’ 3,828 persuna.24


Mhux l-industrija tal-qoton biss ixxettlet fi zmien l-Ordni. Gan Frangisk Abela25 jfahhar il-qaghda ekonomika ta’ Malta f’nofs is-seklu 17. Jissemmew l-ghasel, il-qoton u l-ghasir ta’ l-gheneb bhala l-aktar xoghlijiet importanti tal-bidwi. Jissemma wkoll il-kemmun li sahansitra qabel il-migja tal-kavalieri f’Malta kien prodott ewlieni tal-gzejjer Maltin. Il-kemmun kien jintuza mhux biss bhala medicina izda wkoll bhala hwawar u kien jigi esportat fi kwantitajiet mhux hazin barra minn Malta.26 Imbaghad insibu l-frott u l-aktar il-laring u l-lumi li kienu jesportawhom ghal Franza u ghal Ruma. Abela jsemmi wkoll, barra l-inbid u x-xoghol ta’ l-insig, il-kittien u c-cereali li kienu jikbru sewwa f’Malta. Anke l-industrija tas-sajd tidher illi kienet imqabbda f’Malta billi l-gzejjer Maltin ghandhom portijiet u dahliet imkennin mnejn setghu johorgu u jidhlu s-sajjieda. Abela jsemmi wkoll il-kacca ta’ l-ghasafar u dik tal-fenek selvagg. Jissemmew ukoll it-trobbija tal-fniek, tat-tigieg u ta’ tjur ohrajn. Dawn il-prodotti jidher illi huma wkoll kienu nghataw spinta mill-Ordni.


Izda dak li jghodd ghal Malta jghodd bilfors ghall-Mosta? Meta jsemmi r-rahal tal-Mosta, Abela jaghtina stampa x’aktarx kerha, l-aktar meta wiehed iqabbilha ma’ dik tan-Naxxar, rahal fil-qrib. Abela jghidilna li n-Naxxar hu rahal mibni fil-gholi b’arja tajba mill-ahjar illi nsibu fil-gzira u li minnu tara dehriet mill-isbah ta’ Malta.27 Skond l-istess kittieb il-hbit tal-kursari fl-1526 dam sewwa jaffettwa l-hajja tal-Mostin. Jghidilna illi biex il-Mostin setghu jirahnu lil nieshom fil-jasar kellhom ibighu l-artijiet taghhom. B’hekk sfaw foqra u damu foqra ghallinqas sa zmien il-kittieb.28


(p.12) Izda skont xi kitteiba ohra29 l-qaghda tal-Mosta ma kinitx daqshekk hazina. Ir-rahal jinsab fil-wita bejn l-gholjiet tan-Naxxar u dik ta’ Bingemma u kien, biex nghidu hemm, jikkontrolla r-rotta lejn it-tramuntana. Minnu kienu jghaddu l-ghelejjel tal-biedja u ma setax jonqos li xi kummerc ma kienx isir.


Minbarra x-xoghol tal-biedja30 l-Mostin kienu maghrufin ghal xoghol iehor, bhal dak tal-bini. Fi zmien il-hakma ta’ l-Ordni f’Malta pajjizna ra zieda kbira f’dax-xoghol. Inbnew il-fortifikazzjonijiet li jdawru ‘l gziritna, inbnew l-ibliet ta’ madwar il-port, tkabbru l-ibliet u l-irhula l-ohra biex ikennu fihom lill-popolazzjoni li kienet dejjem tizdied, inbnew palazzi u knejjes ta’ kull xorta. Fil-Mosta, biex insemmu biss in-nofs seklu ta' bejn l-1610 u l-1660, inbnew mill-gdid il-knejjes ta’ Wejda (1610), ta’ Sant’ Anton Abbati (1657), ta’ San Silvestru (1657), tal-Kuncizzjoni maghrufa ta' Andar il-Blat (1658) u ta San Anard (1659). F’dan iz-zmien ukoll intemm ix-xoghol fuq il-knisja tal-parrocca ddedikata lit-Tlugh fis-Sema ta’ Marija (1614).31 M’ghandniex xi nghidu nbnew ukoll f’dan iz-zmien u wara, ghadd ta’ djar fejn jghammru n-nies dejjem jizdiedu tar-rahal.


Il-qaghda ekonomika-socjali tal-Mosta, bhal dik ta’ Malta kollha kemm hi, kienet xi kultant tmur ’il quddiem u kultant tmur lura. Meta r-raba’ jaghti, meta l-qoton igib prezz tajjeb, meta x-xoghol tal-bini u xoghol iehor jiehu spinta ’l quddiem, il-hawtiela Mostin kienu jmorru tajjeb. Kultant il-qaghda f’pajjizna u allura fil-Mosta, kienet tehzien, nghidu ahna fl-ahhar xhur ta’ l-1635 u matul l-1636 meta Malta kienet mhedda mill-guh minhabba nuqqas ta’ qamh f’pajjizna. Meta kien jigri hekk ix-xwieni ta’ l-Ordni kien ikollhom sahansitra jahbtu ghal xwieni mghobbijin bil-qamh, kienu ta’ liema nazzjon kienu u jgaghluhom ihottu f’pajjizna.32 Kultant kienet titfaghna lura xi mxija qerrieda bhal dik tal-pesta ta’ l-1592-93 u ta’ l-1675-76. Izda dawn kienu daqqiet ta’ harta li ma nhassewx fit-tul. Il-Mosta, bhall-bqija ta’ Malta, wahda ghall-ohra rat zidiet fl-ghadd tan-nies u rat ukoll titjib ekonomiku-socjali.


REFERENZI

  1. J. Debono, “The Cotton Trade of Malta 1750-1800”, Archivium, No. 1 (1981), p. 94.
  2. E. B. Vella, op. cit., p. 216 u Nota 2.
  3. G. G. Lanfranco, “The Natural History of Malta as presented by Abela in 1647”, G.F. Abela: Essays in his Honour by Members of the Malta Historical Society”on the Third Centenary of his Death (1655-1955) (Malta 1961), pp. 49-62.
  4. B. Blouet, op. cit., p. 145.
  5. G. F. Abela, Descrittione di Malta (1647), p. 84 “... e situata questa Terra in posto eminente. Uno de’ migliori, e di piu buon' aria e di piu vaga e delitiosa vista, di tutta l’lsola ...”
  6.  Ibid., p. 83. C. Calleja, (Aspects of the Social History of Mosta, 1630- 1650, Unpublished B. A. Dissertation, 1973, p. 56) isemmi kaz ta’ wahda Agata Vella li fl-Arkivji tal-parrocca tal-Mosta hi mnizzla bhala “paupercula”.
  7.  Ara M. Richardson, Aspects of the Demography of Modern Malta, Ph.D Thesis (University of Durham 1960) p. 242.
  8. Il-“motto” tal-Mosta hu Spes Alit Ruricolam (“It-Tama ssostni lill-bidwi”).
  9. Skond A. Ferris, Descrizione Storica delle Chiese di Malta u Gozo (1866) ix-xoghol fuq il-knisja l-gdida ntemm fl-1614 izda skond E. B. Vella (op. cit., p. 82) ix-xoghol tal-bini tkompla sa l-1619. Dwar dawn il-knejjes zghar ara wkoll Bonnici (1996), pp. 126-127. L-awtur jishaq kemm-il darba illi l-knisja parrokkjali l-qadima kienet xoghol ta’ l-arkitett Tumas Dingli, izda mkien ma jaghti prova ta’ dan. X'aktarx, izda mhix haga certa, illi l-knisja hazzizha Dingli. Bonnici (p. 122) jaghtina deskrizzjoni qasira ta’din il-knisja.
  10. V. Borg, Fabio Chigi: Apostolic Delegate in Malta (Biblioteca Apostolica Vaticana 1967), pp. 7l-72.

Kapitli ohra mill-ktieb

Introduzzjoni, Studji demografici, Mosta issir parrocca, (Hjiel ekonomiku), Hajja Socjo Religjuza, Ismijiet / Kunjomijiet, Zwigijiet, Twelidijiet, Imwiet, Gheluq, Appendici.