The Mosta Archives Banner

IL-MOSTA, IL-MOSTIN U R-ROTUNDA TAGHHOM MATUL IZ-ZMINIJIET

George Cassar, Joseph G.M. Borg

Pubblikazzjoni tal-Kunsill Lokali Mosta f'gheluq l-400 sena parrocca, fl-2008.


Dan il-ktieb interessantissimu msejjes fuq il-ktieb ta' E.B. Vella imma jidhol f'aktar dettalji jinxtara mill-Kunsill Lokali. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Kap. 8 - Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699)


L-istat tar-rahal


(p.75) Hekk kif ir-rahal tal-Mosta sar parrocca, beda jikber sewwa kemm fil-bini tad-djar, kif ukoll fl-ghadd tan-nies. Skond figuri li jaghti Gan Frangisk Abela ghall-Mosta u li huma mehudin mis-sena 1632, ir-rahal kien maghmul minn 344 dar u 1,579 ruh.1 Dawn il-figuri juru qabza fil-popolazzjoni meta mqabbla maz-zmien fejn il-lokalita kienet ghadha maghquda mal-matrici tan-Naxxar.


Madankollu, ghas-seklu sbatax naraw li l-abitanti tal-Mosta daqqa zdiedu u daqqa naqsu u ghalhekk ma kienx hemm zieda kostanti hekk kif is-snin ta’ dan is-seklu bdew igerbu u jersqu lejn is-seklu ta’ wara. L-ewwel cifra li ghandna tmur ghas-sena 1614 u turi li fil-Mosta kien hemm 900 ruh. Rajna li fl-1632 lahqet 1,579 imma mbaghad fl-1645 nizlet ghal 1,214. Fl-1658 rega’ kien hemm nuqqas iehor u l-abitanti nizlu ghal 1,078. Sa l-1670 in-numru tala’ ghal 1,181 u hekk rega’ ghamel sa l-1680 meta lahaq 1,300. L-ahhar cifra li ghandna ghas-seklu sbatax ghal Mosta terga’ tara nuqqas fin-numru tal-Mostin ghax fl-1687 kien hemm 1,243 ruh fir-rahal.2


Il-Mosta fil-bidu tas-seklu sbatax esperjenzat is-sodisfazzjon tat-twaqqif tal-parrocca. Wahda mir-ragunijiet ghalfejn kienet ittiehdet din id-decizzjoni mill-lsqof Gargallo kienet li l-popolazzjoni zdiedet u sa l-1608 diga kienet lahqet id-900 ruh. Raguni ghal din iz-iieda kienet li l-gvern ta’ Malta taht l-Ordni ta’ San Gwann kien ta’ artijiet lil dawk li urew ix-xewqa li jibnu darhom fil-Mosta.3


Dwar iz-zwigijiet f’dan ir-rahal wara li sar parrocca, nafu li l-bicca l-kbira ta’ dawn kienu jkunu bejn Mostin. Nghidu ahna, fil-perjodu bejn l-1630 u l-1650 kien hemm 204 iwigijiet. Minn dawn, 83 kienu ta’ rgiel barranin li hadu mara Mostija. L-akbar numru ta’ barranin kienu min-Naxxar u ftit inqas mir-Rabat, imma kien hemm ukoll irgiel li gew minn hafna aktar boghod, bhal dawk l-erbgha li gew minn Ghawdex.4


L-etajiet tan-nisa li zzewgu kienet tvarja, imma bhala eta medja, mara Mostija kienet tizzewweg ta’ 24 sena. Mill-banda l-ohra l-irgiel kienu jizzewgu ta’ madwar 29 sena.5


Maz-zwieg kienu jigu l-ulied. Fil-Mosta bejn l-1612 u l-1629 gew mghammda 617-il tarbija. Dan ifisser li kull sena kellek medja ta’ 37.28 trabi. Mela jidher li bhala medja, familja Mostija fl-ewwel nofs tas-seklu sbatax kienet tikkonsisti fi tmien persuni. Dan ma jeskludix familji b’wild wiehed u ohrajn b’disgha ulied jew aktar.6 Jekk niehdu l-wiehed u ghoxrin sena ta’ wara, jigifieri mill-1630 sa l-1650, insibu 798 maghmudija u dan ifisser, bejn wiehed u iehor, l-istess medja tal-perjodu ta’ qablu.7


Dwar l-imwiet, jidher li n-numru ta’ mejtin fil-perjodu 1613-1629 kien ta’ 41 ruh u fil-perjodu 1630-1650 kien ta’ 250 ruh. Kienu jindifnu fil-knisja u dan baqa’ jsir matul is-seklu sbatax kollu.8


Dwar l-edukazzjoni, il-Mostin tas-seklu sbatax ma jidhirx li kienu akkaniti wisq. Kienu mohhhom fix-xoghol tar-raba u qajla kien jimpurtahom mill-iskola. Tant hu hekk li, milli jidher, skond il-listi ta’ skejjel approvati biex jghallmu lit-tfal, fil-Mosta kien hemm wahda biss. L-ghalliem kien Dun Grazio Deguara u l-iskola nghatat permess biex tibda tiffunzjona fl-1695. Fiha kien isir it-taghlim tal-qari u l-grammatika Kienet skola elementary.9 Veru li l-Mosta kienet daqsxejn ta’ rahal zghir, imma tfal kien hemm kemm trid (p.76) b’medja ta’ madwar 38 tarbija fis-sena. Jidher li hafna genituri ma kellhomx interess li jibaghtu lil uliedhom l-iskola ghax kieku, probabbli, in-numru ta’ skejjel jew ta’ ghalliema kien ikun akbar ghax il-htiega kienet tinhass izjed.


Jitwieldu l-ewwel ghaqdiet fil-Mosta


Billi fil-hajja Maltija kollox kien idur mal-Knisja u r-religjon, kienet haga kwazi naturali li l-ewwel ghaqdiet fil-komunita jkollhom konnessjoni qawwija religjuza. Il-Knisja hegget hafna t-twaqqif ta’ fratellanzi u ta’ xirkiet. Id-differenza bejniethom kienet li filwaqt li l-fratellanzi kellhom ghanijiet purament religjuzi, ix-xirkiet kienu ghaqdiet ta’ haddiema. Kull xirka kient tigbor fiha haddiema ta’ l-istess sengha. Ix-xirkiet, barra li kienu marbuta mar-religjon, kienu jahdmu wkoll biex igibu ‘l quddiem l-interessi tas-sengha taghhom.10 Il-fratellanzi, li kienu marbutin f’kollox mal-Knisja, kienu mifruxa mal-gzejjer Maltin u tista’ tghid li kwazi fil-parrocci kollha kont issib il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament.11


Kienet appuntu din li tat bidu ghal numru ta’ fratellanzi fil-Mosta. Kien il-Vizitatur Appostoliku Mons. Dusina li heggeg biex f’kull parrocca jkun hemm il-Fratellanza tas-Sagrament u din zgur li twaqqfet fl-ewwel zminijiet wara li l-Mosta saret parrocca ghaliha.12 Fost dak li kellhom jaghmlu l-imsiehba f’din il-fratellanza kien hemm li jgibu ‘l quddiem il-qima u d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija. Kellhom jizguraw li l-vjatku mqaddes lill-morda jkun organizzat b’mod tajjeb u li Gesu Sagramentat ikun meqjum kif jixraq fit-tabernaklu billi jitpogga lampier quddiemu, jixghel il-hin kollu. Il-Fratellanza kienet tiehu sehem f’quddiesa fit-tielet Hadd ta’ kull xahar u tippartecipa f’purcissjoni bis-Sagrament li kienet iddur mal-knisja. Maghrufa bhal ‘tat-Terza,’ din ic-cerimonja baqghet issir fil-Mosta sas-snin sittin tas-seklu ghoxrin.13


Twaqqfet ukoll mill-bidu tal-parrocca l-Fratellanza tar-Ruzarju. Hekk il-Mosta kienet wahda mill-bicca l-kbira tal-parrocci li raw II jkollhom din il-fratellanza fi hdanhom.14 Fil-Mosta l-Fratellanza tar-Ruzarju twaqqfet fil-11 ta’ Frar 1612. Kellha l-kappella taghha mill-1615 u kienet taghmel il-festa tar-Ruzarju fl-ewwel Hadd ta’ Ottubru bil-purcissjoni. Kienet terga’ ssir fl-ewwel Hadd ta’ Mejju, festa tal-Madonna tal-Ward. Maz-zmien il-purcissjoni tar-Ruzarju bdiet takkumpanja l-vara tal-Madonna tar-Ruzarju li ngiebet f’xi zmien bejn l-ahhar tas-seklu sbatax u l-bidu tas-seklu tmintax.15


Fratellanzi ohra twaqqfu f’sekli aktar ‘il quddiem.16


Xi bini ta’ importanza li nbena fis-seklu sbatax


Ghalkemm il-Mosta fis-seklu sbatax kienet daqsxejn ta’ rahal, xorta wahda kellha dak il-bini li ghall-komunita tal-post kellu importanzi u sinifikat partikulari. Il-Mostin, bhal dawk ta’ rhula ohra, kellhom zgur ghal qalbhom il-kappelli taghhom. Kien ukoll jispikka xi bini partikulari li bhalu ma kienx ikun hemm ohrajn u ghalhekk forsi kien jinhass aktar importanti f’ghajnejn in-nies tal-post.


Il-Palazz ta’ Kaspru


Il-Palazz ta' Kaspru fil-Mosta(p.77) Il-Palazz ta' Kaspru juri l-bini mibni b'mod solidu biex jilqa' kontra xi attakk mill-ghadu.

Bini li fil-Mosta kien jispikka ghax bhalu ftit li xejn kont tara, kien dak maghruf bhala l-Palazz ta’ Kaspru. Dan il-palazz (aktar forsi ezatt tissejjah dar sinjorili) kien jispikka ghal zewg ragunijiet principali. L-ewwelnett kien mibni f’nofs l-ghelieqi minhabba li f’dak iz-zmien ftit kien hemm bini fin-nahat fejn jinsab. It-tieni, l-unici binjiet madwaru kienu l-ftit irziezet u giren li kellhom il-bdiewa tal-post. Ghaldaqstant il-prezenza ta’ dan il-bini kienet tispikka ferm aktar.


Jidher li l-Palazz ta’ Kaspru kien rizultat tal-biza’ kontinwa li kienet tahkem hawn Malta minhabba l-attakki ghalgharrieda u kontinwi tal-furbani u t-Torok, l-ghedewwa eterni ta’ l-Ordni ta’ San Gwann.


Kaz ta’ attakk perikoluz hafna mill-flotta Torka sehh fis-6 ta’ Lulju 1614. Dahlu 60 xini Tork fil-bajjiet ta’ San Tumas u Wied il-Ghajn wara li ma rnexxilhomx jidhlu Marsaxlokk u Birzebbuga minhabba t-torri armat u b’sahhtu li kien hemm f’dawk l-inhawi. Sbarkaw 5,000 gwerrier li harbtu z-zona taz-Zejtun u Haz-Zabbar u rtiraw biss meta waslet il-kavallerija Maltija. Wara li (p.77) mbarkaw fuq ix-xwieni taghhom, it-Torok ippruvaw jinzlu San Pawl il-Bahar imma ma rnexxilhomx minhabba l-prezenza tal-fortifikazzjomjiet li kien hemm f’dik in-naha. Ghalhekk ghamlu nzul fil-Bajja tal-Mellieha u l-Ghadira. Wara li harbtu dak li sabu hemm, kellhom jergghu lura fuq l-imriekeb taghhom u lebbtu ‘l boghod minn artna meta regghet intervjenit il-kavallerija Maltija li sfrattatilhom il-pjanijiet li kellhom.17


Ghalkemm din il-forza ostili ma kinitx bizzejjed biex tattakka u tiehu l-gzira, kienet madankollu bizzejjed biex izzomm il-poplu dejjem fuq ix-xwiek dwar is-sigurta tieghu. Il-biza’ tal-Musulmani ghalkemm kien beda jonqos, zgur li ma kienx ghadu nqered ghal kollox u hekk il-poplu ma kellux mohhu mistrieh. In-nies ma kinitx tafda, u l-ebda ghani ma kien jahsibha li jibni xi dar ghall-villegjatura vicin il-bahar f’dawk iz-zminijiet.


Id-dar sinjorili maghrufa bhala l-Palazz ta’ Kaspru jidher li nbniet madwar seba’ snin wara dan l-attakk qalil fuq Malta. F’dak iz-zmien hadd ma kien jaf li dan kellu jkun l-ahhar inzul serju ta’ din ix-xehta. Ghalhekk hu possibbli li l-familja li bniet dan il-’palazz’ riedet thossha kemm jista’ jkun imkenna mill-perikli ta’ dawn l-attakki. Dan il-bini kien tela’ fin-naha l-gholja tal-punent tar-rahal tal-Mosta, ihares lejn l-Imdina.


Il-Palazz ta’ Kaspru ghandnu daqsxejn ta’ misrah quddiemu, minn mnejn jigbdu tliet toroq. Il-bieb ta’ barra kien kbir u miftuh biex il-karozzella ta’ sidu tkun tista’ tibqa’ diehla ghal gewwa l-bitha. Kif taqbez il-bitha mbaghad, issib dar sabiha b’zewg sulari u b’hitan b’sahhithom. Madwar zewg gnub, fuq l-ewwel sular, kienet iddur gallerija b’saljaturi daqshiex, u li minnha kienet tidher veduta sabiha.


Mal-genb tal-majjistral tat-torri, hemm dar li tidher li kienet mibnija biex tkun bicca mill-palazz. Madwar il-bieb iddur gwamica, li kienet moda hafna f’dak iz-zmien, u ‘l fuq minnha hemm minquxa l-ittri ‘IHS’ (l-ewwel tliet ittri Griegi tal-kelma ‘Jesus’), u maghha hemm imnizzla s-sena ‘1621’.


E.B. Vella jghid li ghal Mostin ta’ zmienu dan il-palazz kien tifkira ta’ zminijiet qodma meta r-religjon, l-ghana u s-sengha ta’ l-armi kienu l-oghla hsibijiet li kienu jmexxu l-pajjiz.


Illum din id-dar saret parti mill-ambjent mibni tal-madwar u dak l-ambjent rurali ta’ ghelieqi, rziezet, giren u ghorof ta’ darba issa spicca ghal kollox. Ghalhekk il-prezenza tal-Palazz ta’ Kaspru ma baqghetx tispikka, anzi llum sar parti integrali min-nisga urbana.


Il-Kappella ta’ San Silvestru


L-arma tal-Kavallier Silvestru Fiteni mal-Kappella tieghu fil-Mosta(p.78) L-arma tal-Kavallier Silvestru Fiteni li kienet tinsab fuq il-bieb tal-Kappella ta’ San Silvestru – illum din giet mibdula ma kopja taghha peress li gratilha hafna hsara meta l-kappella spiccat fin-nofs ta’ Vjal l-Indipendenza.

Binja ohra tas-seklu sbatax fil-Mosta u li hi tifkira diretta ta’ l-Ordni ta’ San Gwann f’dan ir-rahal hi l-knisja zghira ddedikata lill-Papa San Silvestru I. Din, darba kienet tinsab fi Triq San Silvestru, imma llum spiccat ezatt f’nofs il-karreggjatura ta’ Vjal l-lndipendenza.


L-istess skrizzjoni li tinsab fuq il-faccata ta’ din il-knisja taghti hjiel dwar l-istorja taghha. Taht l-arma ta’ Fiteni pogguta fuq is-Salib ta’ l-Ordni ta’ San Gwann, insibu l-kitba:18


FITENI SULVESTER EQUES
SULVESTRIBUS AGRIS
DIVO SVLVESTRO DAT DICAT
IPSE DOMVM 1664


Din il-kappella saret bl-inizjattiva u l-flus tal-Kavallier Silvestru Fiteni u kellha t-titlu ta’ commenda skond kif tnizzel fl-atti tan-Nutar M. Ralli fl-24.x.1657.19 Baqghet ghalhekk guspatronat tal-Gvern ta’ Malta meta l-Ordni telqet minn Malta.20


(p.78) Jidher li dan il-kavallier kien ihobb l-inhawi tal-Mosta u kien izurhom kull tant zmien. Mal-kappella haseb ukoll biex ihejji fejn izomm il-mezz tat-trasport li kien jigi bih ghax tella’ remissa ghaz-zwiemel u l-karrozzella tieghu. Fuq din ir-remissa, li kienet ghadha wieqfa sas-snin sittin tas-seklu l-iehor, kont tara wkoll l-arma ta’ Fiteni.21


Il-Kavallier Fiteni hallilna hu stess hjiel ta’ hajtu u dak li ghadda minnu. Dan jinsab imnaqqax fuq irhama li tpoggiet f’post aktar ‘il fuq mill-kwadru titulari ta’ din il-kappella. L-iskrizzjoni maqluba ghall-Malti tghid li:
IN-NOBBLI SILVESTRU FITENI, MALTI, BARUNI TA’ BUDAPEST, WARA LI LAHAQ HAKEM U MAHLUL MlZ-ZWIEG. FL-IMGHODDI MAS-SINJURA GENOVEFFA ... D. TASSALOCANNA, IMDAHHAL FL-IMQADDES ORDNI MILITARI TA’ SAN GWANN TA’ GERUSALEMM, FIL-GRAD TA’ KAVALLIER TA’ KASTELLANJA EMPOSTA, MILL-GID TA’ PATRIMONJU AKKWISTAT FI ZMIEN IZ-ZWIEG, HUWA WAQQAF IL-KOMMENDA TAHT L-ISEM TA’ SAN SILVESTRU (TAL-FAMILJA) FITENI, GHALIH U GHALL-KAVALLIERI (TA’ L-IMSEMMIJA) KASTELLANIJA; U GHAMEL LI TIGI MWETTQA B’PERMESS APPOSTOLIKU, TA’ L-24 TA’ DICEMBRU 1657. GHALHEKK BENA DAN IL-LOK MIX-XAGHRI TAHT IL-PATROCINJU TA’ SAN SILVESTRU, FIS-SENA 1664.


Fiteni ddedika din il-kappella lil San Silvestru ghall-qaddis ta’ ismu stess. Il-pittura li tinsab f’din il-kappella turi lil dan il-papa qaddis liebes il-kappa u qieghed gharkobbtejh fuq is-shab. Hemm madwaru erba’ angli zghar in-naha ta’ riglejn Silvestru filwaqt li hemm ukoll anglu kbir fuq ix-xellug qieghed izomm il-kappa u iehor fuq il-lemin bit-trerenju f’idejh. Din il-pittura hi attribwita lil Stefano Erardi u kienet giet restawrata snin ilu.22


Stefano Erardi kien mill-Belt Valletta. Kien gej mill-klassi tan-nofs u twieled go familja li kellha gheruq Francizi. Tnejn minn hutu kienu qassisin. Wiehed minnhom, Gio Batta kien kanonku tal-Kripta ta’ San Pawl tar-Rabat u din kellha rabta mal-Kavallieri ta’ San Gwann. L-iehor, Pietro, kien Monsinjur tal-Katidral ta’ l-lmdina. It-tnejn setghu ghenuh biex isib xoghol ta’ pittura.23 Dan seta’ gara wkoll kemm fil-kaz tal-kwadru tal-Kappella ta’ San Silvestru u ta’ kwadri li Erardi ghamel ghall-knisja parrokkjali tal-Mosta.


Il-Kappella ta' San Silvestru kif kienet fis-snin sittin(p.79) Il-Kappella ta' San Silvestru kif kienet fis-snin sittin tas-seklu ghoxrin fejn kienet ghadha wieqfa r-remissa li l-Kavallier Fiteni bena biex izomm iz-ziemel meta kien izur din il kappella - ir-remissa twaqqghet biex ghamlet spazju ghall-ftuh ta’ Vjal l-Indipendenza, u l-kappella spiccat f’nofs it-triq.

F’dan il-kwadru ta’ San Silvestru li jinsab imdendel fuq l-artal, fin-naha t’isfel tieghu terga’ tidher l-istess arma li tinsab ukoll fuq il-faccata ta’ barra. Tahtha hemm skroll b’dawn il-kelmiet:
LIL SAN SILVESTRU PROTETTUR TAL-( FAMILJA) FITENI, IL-KAVALLIER KOMMENDATUR FRA SILVESTRU FITENI, MALTI NOBBLI, FUNDATUR B’QIMA RELIGJUZA GHAMEL FIS-SENA TAS-SAHHA 1665, ID-9 SENA TAL-KOMMENDA, IS-67 SENA TA’ HAJTU.


Minn gewwa, is-saqaf huwa kollu mzejjen bi stilel u bi slaleb ta’ tmien ponot ta’ l-Ordni ta’ San Gwann, imma llum m’ghadux fl-istat ta’ sbuhija kif bla dubju kien lura fiz-zmien.


Il-faccata ta’ din il-kappella tikkonsisti f’pilastri ta’ stil Doriku f’kull kantuniera. Minn tarf ghall-iehor ta’ dawn il-pilastri jghaddi gwarnicjun fl-gholi u fuqu jitla’ frontispizju li f’nofsu, fuq nett, jinsab kampnar b’qanpiena fih. Fil-faccata, ezatt (p.79) taht il-gwarnicun hemm zewg nicec, wahda fuq il-lemin u l-ohra fuq ix-xellug, li sa l-2002 kienu ghadhom vojta.24


ll-bini ta’ din il-kappella, kien originarjament xi ftit jew wisq different minn dak li naraw illum. Biss biss il-kappella kienet tinsab fi trejqa li issa nfethet u hekk saret parti minn Vjal l-Indipendenza. Kellha wkoll ir-remissa, imsemmija fuq, li twaqqet wara l-1964 u spiccat ghal kollox biex inholoq spazju ghat-triq gdida tal-lum. Addizzjonijiet ohra kienu z-zewg statwi li mlew in-nicec fil-faccata. Kien fit-30 ta’ Lulju 2002 li dawn iz-zewg statwi, xoghol ta’ l-iskultur Savio Deguara, gew impoggija hemm. Dawn juru lil San Pietru, l-ewwel papa, u lil San Silvestru.25


Dwar il-hidma pastorali li kienet issir mill-Kappella ta’ San Silvestru fl-ewwel zmien minn meta twaqqfet, ghandna rapport miktub b’rizultat taz-zjara ta’ l-lsqof Buenos fil-Mosta fl-1668 ta’ min jghid li ghalkemm din il-kappella kienet ta’ l-Ordni, xorta kienet isservi ghal bzonnijiet religjuzi ta’ kuljum ghan-nies tal-madwar. Il-Kappillan Dun Karlu Schembri xehed li ghadd ta’ nies kienu jmorru f’din il-kappella ghall-qrar u t-tqarbin.26


Dan is-servizz baqa jinghata u hekk ghadu sal-lum. Issir il-festa ta’ San Silvestru fil-31 ta’ Dibembru.27


Il-Kappella ta’ San Leonardu


Il-Kappella  ta' San Leonardu f'jum ta' festa.(p.81) Il-Kappella ta' San Leonardu ta' Limoges kif tidher f'jum ta' festa.

Din l-kappella ddedikata lil San Leonardu tmur lura mill-inqas ghas-seklu sittax ghax il-Vizitatur Appostoliku Mons. Dusina kien zarha u kkummenta fuqha.28 Madanakollu kienet regghet (p.80) inbniet fl-1659 bil-flus ta’ Bernarda Mangion skond l-atti notarili tan-Nutar G. P. Fenech tal-15.iii.1658.29 Bernarda kienet halliet il-proprjeta li kellha f’Hal Pisa u Hal Dimekk biex jaghmlu tajjeb ghal dan.30


Meta l-lsqof Buenos zar il-Mosta fl-1668 ma naqasx li jmur jara din il-kappella. Sab li l-amministratur taghha kien Dun Gwann Mangion, imma ghal xi raguni l-isqof nehhielu l-permess li jibqa’ jqaddes fiha.31


Aktar taghrif dwar din il-kappella hareg miz-zjara pastorali li ghamel fil-Mosta l-lsqof Molina fl-1680. Nikkonfermaw b’dan ir-rapport li din il-kappella (dik mibnija originarjament) kienet giet ipprofanata fit-13 ta’ April 1659. Qabel, kienet issir fiha quddiesa kuljum li kien ihallas ghaliha Domenico Borg. F’din il-kappella (l-antika) kienet tigi ccelebrata l-festa bil-kant ta’ l-ghasar u bil-quddiesa kantata li kienet thalliet minn Giovanni Battista u Lorenzo Scerri.32


L-lsqof Molina kkalkola li din il-kappella (issa mibnija mill-gdid) kienet xi sebghin pass ‘il boghod mill-knisja parrokkjali tal-Mosta. Bernarda Mangion kienet bnietha bl-obbligu tac-celebrazzjoni ta’ zewg quddisiet fix-xahar. F’jum il-festa kellhom isiru tliet quddisiet u sitt quddisiet ohra kellhom jitqaddsu l-festi ohra matul is-sena. Il-festa ta’ San Anard f’din il-kappella kienet tigi ccelebrata bil-kant ta’ l-ghasar u b’quddiesa kantata.33


Aktar ‘il quddiem din il-kappella bbenefikat mix-xewqa li kellu Guzeppi Mangion. Dan, skond l-atti notarili tan-Nutar G. Gatt ta’ l-4.iii.1697, halla parti mill-bini li kellu biex mid-dhul jinxteghel il-lampier fis-Sibtijiet, fil-Hdud, u fil-festi li kienu jigu ccelebrati f’din il-kappella. Dawn il-festi kienu dawk ta’ San Anard, tat-twelid ta’ San Gwann il-Battista, ta’ San Bernard u ta’ l-Erwieh tal-Purgatorju.34


Il-Kappella  ta' San Leonardu minn gewwa ghall-festa(p.81) Il-Kappella ta' San Leonardu ta' Limoges minn gewwa hija zghira u semplici.

Il-kappella kienet semplici minn gewwa, u kellha artal wiehed. Il-pittura titulari hi minn idejn Filippo Dingli u saret fis-snin erbghin tas-seklu sbatax. Dan ifisser li kienet tappartjeni lill-kappella li kien hemm wieqfa qabel fuq l-istess post. Din il-pittura turi lill-Madonna tal-Grazzji mdawwra b’San Leonardu ta’ Limoges, San Gwann il-Battista, San Bernard u l-erwieh tal-Purgatorju.


L-artist Filippo Dingli jidher li kien jigi hu l-arkitett Tommaso Dingli u kien minn H’Attard. Ma kienx xi artist rinomat u ghalkemm ghandu xi xogholijiet f’numru ta’ knejjes, ma jidhirx li kien daqstant imfittex.35 Minn studji fuq ix-xoghol tieghu, johrog li hu kien baqa’ juza stil ta’ Manerizmu li ma kien moda xejn fl-epoka li Dingli kien qed jahdem fiha. Madankollu hemm min jahseb li dan Filippo jew Filippino Dingli jista’ jkun li kien personagg importanti fl-izvipupp ta’ l-arti f’Malta fis-seklu sbatax u jaf kellu influwenza kbira fuq l-artist Stefano Erardi.36


Il-kappella hi ddedikata lil San Anard, qaddis marbut mal-pjaga ta’ l-iskjavitu, tant komuni fis-sekli l-imghoddija. Plakka fuq nett tal-pitturua msemmija turi din ir-rabta bl-aktar mod car. Il-kitba bil-Latin tghid ‘Captivorum Salvator’ (Hellies ta’ l-ilsiera). Li titwaqqaf kappella lil San Leonardu kien hsieb li jaqbel hafna mal-grajjiet li ghaddiet minnhom il-Mosta fis-sekli passati f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ attakki tas-sibbien Musulmani. Il-Mostin, bhal huthom il-Maltin u l-Ghawdxin kollha, kienu jghixu f’biza’ kontinwa ta’ attakki minn dawn, li fihom qraba u hbieb kienu jitkaxkru fl-iskjavitu u djar, ghelieqi u proprjeta kienu jispiccaw meqruda jew misruqa.


Il-kappella minn gewwa hi semplici u bla ebda tizjin specjali fil-gebla. Is-saqaf hu ghat-tond u l-prospettiva hi wahda semplici hafna. Hemm artal wiehed. Minn barra originarjament il-kappella kellha stil arkitettoniku fuq il-moda vernakulari ta’ zmienha. Madankollu fl-1907 ittella’ kampnar fuq l-inizjattiva ta’ Dun Karm Camilleri Chetcuti li jistona hafna mal-kumplament tal-bini ghalkemm jigbed l-ghajn. Dan Dun Karm kien ghamel anki xoghol fuq gewwa tal-kappella.


U la ghandek kampnar ghandek ukoll il-qniepen. L-aktar wahda qadima fil-fatt kienet saret qabel il-bini ta’ l-imsemmi kampnar. Din il-qanpiena ghandha l-istorja taghha fuqha stess. Naqraw l-iskrizzjoni ‘Sumptibus Popli - Salvator Cauchi - Fecit A.D. 1848.’ Qanpiena ohra ggib l-iskrizzjoni ‘Carlo Pace 1909,’ filwaqt li l-izghar qanpiena fil-kampnar ma fiha miktub xejn fuqha.37


Maz-zmien zdiedu numru ta’ opri bhal xi statwi, tizjin ghall-artal u hwejjeg ohra li taw id-dehra li din il-kappella ghandha llum.38 Din il-kappella (p.82) ghadha tintuza regolarment sal-lum u jsiru laqghat ta’ natura religjuza gewwa fiha. Avvenimenti specjali huma l-festa ta’ San Leonardu, li ssir il-Hadd fuq it-8 ta’ Novembru; quddiesa bis-supplika tal-Madonna ta’ Pompej fit-8 ta’ Mejju; u l-festa ta’ Sant’ Antnin ta’ Padova bit-tberik tal-hobz fit-13 ta’ Gunju.39 F’jum il-festa l-quddiesa tkun kantata u jkun hemm il-vespri, kollox skond legat imholli mill-familja Mangion.40


Din il-kappella kienet ukoll fuq ir-rotta ta’ numru ta’ purcissjonjiet tar-rogazzjonijiet marbuta mal-festa ta’ Lapsi. Kienu purcissjonijiet li jsiru filghodu, it-Tnejn, it-Tlieta, u l-Erbgha ta’ qabel jum il-festa li kienet tigi ccelebrata l-Hamis. It-Tnejn u l-Erbgha l-purcissjoni kienet tohrog mill-knisja parrokkjali u tmur sal-Kappella ta’ San Anard u terga’ lura minn fejn bdiet.41 Kienu jmorru wkoll sa San Anard il-purcissjonijiet tar-rogazzjonijiet marbuta mal-festi ta’ San Mark u San Girgor kif ukoll il-purcissjoni solenni ta’ Korpus.42


Il-Kappella ta’ Santa Margerita


Il-kappella ta' Santa Margerita mdawra bic-cimiterju maghha.(p.81) Il-kappella ta’ Santa Margerita u c-cimiterju ta’ San Rokku llum jinsabu f’nofs qasam tal-bini.

Darba din il-kappella kienet tinsab wieqfa wehidha f’nofs ix-xaghri mdawwra biss b’art blatija u haxix salvagg. Kellha fil-vicinanzi taghha, imferrxin madwarha, numru ta’ oqbra Punici kif ukoll ghadd ta’ raddet ir-roti. Dan kollu spicca ghax madwar is-snin tmenin tas-seklu ghoxrin ix-xaghra ta’ Santa Margerita nghatat ghall-izvilupp u giet imdawra f’zona residenzjali. Illum din hi maghrufa bhala z-Zona ta’ Santa Margerita. Ghalhekk il-kappella issa hi mdawra bil-bini u baqa’ biss hdejha roqgha zghira ta’ raba’ li ghadha tinhadem. Meta kiteb E.B. Vella kien ddeskriva din il-kappella bhala li qieghda fit-tarf tat-tramuntana tar-rahal tal-Mosta


Fl-1668 ghamel zjara pastorali l-lsqof Buenos fil-Mosta u fost postijiet ohra mar jara l-Kappella ta’ Santa Margerita. Buenos jghid li din il-kappella kienet f’tarf it-territorju tal-parrocca tal-Mosta fejn dan imiss mat-territorju tal-Katidral ta’ l-Imdina.43


Din il-kappella maghha kellha wkoll cimiterju li fih kienu ndifnu l-vittmi tal-pesta li laqtet lil Malta fl-1592.44 Fost il-mejtin midfunin hawn kien hemm 27 li kienu mill-inhawi tal-Mosta u 283 ohra li kienu gejjin mill-parrocca tan-Naxxar mill-inhawi ta’ Hal Gharghur. Ghad hemm lapida li fuqha, barra xi tizjin, hemm imnaqqxa s-sena ‘1594’ u dan juri li din tmur lura ghaz-zmien tal-pesta imsemmija.45 Illum din il-gebla tinsab f’rokna fil-kappella u m’hi xejn ikkurata. Dan ic-cimiterju kien igib l-isem ta’ San Rokku, qaddis marbut sew mal-marda tal-pesta.46


Il-kappella ta' Santa Margerita minn gewwa armata ghall-festa(p.81) Il-kappella ta’ Santa Margerita minn gewwa hi semplici imma tidher attrajenti meta armata ghal xi okkazjoni specjali.

Dan ic-cimiterju jissemma’ fir-rapport ta’ Buenos u jigi specifikat li fih indifnu dawk li ntlaqtu bil-pesta u xi mard iehor li jittiehed. Jissemma’ wkoll ir-responsabbli ghaz-zamma ta’ din il-kappella. Dan kien il-kjeriku Xmuni Fenech li kien minn Haz-Zebbug. Fenech kellu l-inkarigu li fi granet partikulari jixghel il-lampier. Il-Kappillan Dun Karlu Schembri tal-Mosta Imenta li minn din il-kappella ma kienx qieghed jinghata d-drittijiet tieghu.47


Aktar ‘il quddiem zar il-Mosta l-lsqof Molina. Fiz-zjara pastorali tieghu fl-1680, hu qal li din il-kappella kienet tinsab barra l-abitat. Dwar il-kappella, insibu li din kienet kompluta u kellha dhul ta’ 83 (skud ?) li kienu jservu biex isiru numru ta’ quddisiet matul is-sena. Il-festa kienet tigi ccelebrata permezz ta’ quddiesa kantata u l-kant ta’ l-ghasar.48


Meta ezamina c-cimiterju, sab 84 qabar li ghaxra minnhom kienu nghataw minn Gwanni Pawlu Fenech u tletin ohra minn Ganmari Fenech. Benefattrici ohra ta’ din il-kappella kienet Pawla, minn Hal Ghadir il-Bordi, armla ta’ Gakbu Calleja. Skond l-atti notarili tan-Nutar Bartoli ta’ l-20.ii.1577, din l-armla halliet xi proprjeta li kellha lil din il-kappella.49 Pawla Calleja kienet mill-inhawi vicin Hal Lija, appuntu fejn kien jinsab Ghadir il-Bordi,50 u ghalhffl mhux daqstant boghod minn din il-kappella D jidher li kienet ghal qalbha hafna.


Il-Kappella ta’ Santa Margerita kienet saret centru ta’ devozzjoni wara din l-imxija tal-pesta minhabba l-imsejknin vittmi li gew midfuna f’dan ic-cimiterju mifrux madwarha. Tant hu hekk li miz-zjarat pastorali ta’ l-isqfijiet johrog li din il-kappella kienet tinzamm tajjeb min-nies ta’ l-inhawi. Per ezempju, kemm fir-rapport taz-zjara ta’ Molina ta’ l-1680, kif ukoll f’dak tal-vizta ta’ l-Isqof Alpheran de Bussan ta’ l-1745 hemm riferenza ghall-lapida bis-sena ‘1594’ li huma (p.83) jindikaw li kienet saret u tpoggiet quddiem il-bieb principali u li kienet tfakkar il-vittmi tal-pesta midfuna f’dik l-art.51


Jidher pero, li fil-fatt kien hemm ghallinqas zewg lapidi bid-data ‘1594’. Dun Edgar Salomone jghid li, fiz-zmien li hu kien qed jikteb, kien hemm zewg lapidi tal-gebel bi slaleb "mahzuzin’’ fuqhom u bid-data imsemmija fuq. Hu kien ta’ l-opinjoni li dawn kienu hemm biex jitfakkru xi persuni tat-tajjeb li kienu gew midfunin fl-istess post.52


Il-kancell li jaghti ghac-cimiterju / gnien li jdawwar il-kappella ta' Santa Margerita(p.83) Il-kancell li jaghti ghac-cimiteiju tal-pesta li kien hemm mal-Kappella ta’ Santa Margerita - fuq il-bieb tidher ir-ruh li tfakkar li dak kien post tad-dfin.

Fil-kappella li kienet tezisti dak iz-zmien (mhux dik tal-lum), jghidilna ir-rapport ta’ l-lsqof Alpheran de Bussan, kienet tigi ccelebrata fiha il-festa tal-qaddisin fl-20 ta’ Lulju. Kien isir il-kant tal-vespri u titqaddes quddiesa kantata. Kien hemm rixtellu ta’ l-injam biex wiehed jidhol fiz-zona tal-kappella u c-cimiterju, u l-artal kien mzejjen b’salib u sitt gandlieri. Il-lampier kien jinxteghel fil-festa u kull nhar ta’ Sibt.53


Jidher li din il-kappella regghet inbniet fis-seklu tmintax. Ghallinqas hekk donnha kienet tindika id-data ‘1771’ fuq il-faccata taht is-salib tal-kampnar tal-kappella tal-lum. Hekk hi l-fehma ta’ Salomone54 u ta’ kittieba ohra.55


Il-kwadru titulari ta’ din il-kappella juri lill-Madonna bil-Bambin Gesu. Jidhru wkoll, fuq naha wahda, Santa Margerita bid-dragun hdejha (skond l-istorja marbuta maghha), u fuq in-naha l-ohra San Rokku u San Bastjan, it-tnejn marbutin mal-marda qerrieda tal-pesta. Dak li hemm fil-kappella llum hu kopja, ghax l-original jinsab fis-sagristija tar-Rotunda tal-Mosta.56


Il-kappella maz-zmien kellha numru ta’ tibdiliet bhal nghidu ahna fl-1902 meta zewg qassisin, Dun Karm Camilleri Magri u Dun Angelo Falzon sewwew il-kappella u holqu gnien madwarha u hekk regghu tawha l-hajja wara snin ta’ telqa.57 Saret ukoll prospettiva u ngieb artal iehor wara li nqala dak antic. Dawn it-zidiet madankollu ma jaqblux ma’ l-istil semplici tal-kappella. Hekk ukoll gara bil-qiegha, fejn l-art tac-cangatura giet mibdula ma’ art b’forma ta’ madum.58


Matul is-seklu ghoxrin din il-kappella kienet xi ftit jew wisq attiva fejn anki baqghet issir il-quddiesa tal-festa fl-20 ta’ Lulju u l-ghasar lejlet il-festa. Anki c-cimiterju bl-oqbra kien ghadu jitbierek kull 2 ta’ Novembru.59


(p.84) Fis-snin disghin tas-seklu l-iehor il-Kunsill Lokali tal-Mosta kien ghamel xoghol ta’ restawr u l-passagg li jaghti ghall-kappella nkesa bic-cangatura. Sa dan iz-zmien il-kappella ghadha tintuza ghal attivitajiet religjuzi, ghalkemm il-funzjonijiet taghha ma jinkludux il-quddies. Madankollu l-quddiesa tal-festa ta’ Santa Margerita ghadha ssir f’din il-kappella kull sena.


Il-Kappella ta’ l-Immakulata Kundizzjoni


Il-Kappella ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni fil-Mosta(p.84) Il-Kappella ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni li regghet inbniet wara l-gwerra u li tinsab vicin hafna ta’ fejn kien hemm il-mitjar f’Ta’ Qali.

ll-knisja ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni, ta’ l-Ghandar il-Blat, jew Derimblat, giet mibnija mill-gdid bi spejjez ta’ Bartilmew Busuttil, skond il-permess moghti lilu waqt iz-zjara ta’ l-lsqof Balaguer fis-sena 1658. Ghalhekk, qabel din il-kappella diga kien hemm ohra.


Waqt iz-zjara tieghu fil-Mosta fl-1668, l-Isqof Buenos halla miktub li f’tarf it-territorju tal-Mosta fejn dan kien jiltaqa’ ma’ dak tal-Katidral ta’ l-Imdina kien hemm din il-kappella li taghha l-imsemmi Bartilmew Busutil kien fundatur u prokuratur. L-Isqof kompla jinnota li din il-kappella kienet f’qaghda hazina u ghalhekk hu kien skonsagraha. Madanakollu aktar tard regghet giet miftuha.60 Kien l-istess Busuttil li ha hsieb ihalli legat fejn titqaddes quddiesa f’kull wahda mis-seba’ festi principali tal-Madonna.61


Il-kappella kellha kwadru mpitter minn Filippo Dingli li juri lil Marija Immakulata bil-Missier Etern, fil-parti ta’ fuq tal-kwadru, imdawwar bl-angli. Fil-parti t’isfel jidhru, fuq naha San Guzepp u San Bartilmew - bhala tifkira tal-fundatur tal-kappella - u fuq in-naha l-ohra Santa Katerina Vergni u Martri. Dan il-kwadru ghadu jezisti sal-lum.62


Minhabba l-pozizzjoni taghha qrib hafna tal-mitjar ta’ Ta’ Qali, din il-kappella sofriet hsarat kbar bil-bombi ta’ l-ghadu u ggarfet. Il-gebel taghha ntuza fil-bini ta’ kmamar ghall-ajruplanji. Wara l-gwerra l-kappella regghet inbniet fuq l-istess stil li kellha qabel waqghet. Il-flus gew mill-fond tal-War Damage. Kien fl-1955 li fit-8 ta’ Dicembru saret l-ewwel darba l-festa tal-Kuncizzjoni f’din il-kappella u hekk baqa’ jsir sal-lum.63


Il-Kappella ta’ Santa Marija ‘taz-Zejfi’


Il-kappella Ta' Zejfi minn gewwa(p.84) Il-kappella Ta' Zejfi minn gewwa - tidher il-prospettiva semplici u delikata.

Il-Kappella taz-Zejfi f'gurnata bis-shab.(p.85) Il-Kappella ta' Santa Marija Mtellgha s-Sema maghrufa bhala ‘Ta ‘ Zejfi’ li tidher bi dritt il-knisja taht l-istess titlu - ir-Rotunta tal-Mosta.

Din il-kappella li tinsab fil-Besbizija hi maghrufa bhala ‘taz-Zejfi’ u hi ddedikata lil Marija Assunta. Fi zminijiet antiki din kienet taqa’ fil-limiti ta’ l-lmdina ghalkemm f’rapporti ta’ vizti pastorali ta’ xi isqfijiet din kienet maghduda mat-territorju parrokkjali tal-Mosta.64 Din il-kappella kienet originarjament mibnija fis-seklu sittax minn familja mill-Mosta.65


(p.85) Din il-knisja ckejkna, bic-cimiterju taghha, giet mibnija mill-gdid minn Dr Gio. Maria Camenzuli, skond id-digriet ta’ Dr D. Filippu Borg, Vigarju Generali, taht id-data tal-5 ta’ Dicembru 1607. Dan Camenzuli, appuntu mlaqqam ‘iz-Zejfi,’ halla gidu kollu ghal din il-kappella, donazzjoni li saret nhar il-11 ta’ Awissu 1610.66


Minn gewwa ghandha artal wiehed tal-gebel u l-prospettiva tikkonsisti f’pilastru kwadru kull naha ta’ l-artal li fuqu sserrah arkata li l-burdura taghha hi mdawwra bi stilel imnaqqxa fil-gebla.


L-arkitettura tal-kappella hi wahda semplici. Is-saqaf hu catt u jserrah fuq numru ta’ arkati. Il-pittura prezenti hi kopja ta’ dik originali li f’xi zmien kienet insterqet. Meta l-kwadru originali nstab, dan tqieghed fis-sagristija tal-knisja parrokkjali tal-Mosta biex ikun indokrat ahjar. Fil-kwadru tidher il-Madonna taht it-titlu ta’ l-Assunta. Madwarha hemm numru ta’ angli u taht jidhru zewg qaddisin maghrufa sew fil-Mosta, jigifieri San Anton Abbati u San Pawl Eremita.67


Din il-kappella kienet giet restawrata mill-prokuratur taghha Dun Salv Magro fl-1989 u tpoggiet ukoll statwa tal-Madonna fil-kampnar.68


F’din il-kappella ssir quddiesa specjali l-Hadd ta’ qabel il-festa ta’ Santa Manja Assunta li tigi ccelebrata fil-15 ta’ Awissu.69


Il-Kappella tal-Vizitazzjoni tal-Vergni Mbierka ‘ta’ Wejda’


Il-faccata tal-kappella Ta' Wejda qabel sar ir-restawr fuqha(p.85) Il-faccata semplici tal-kappella maghrufa bhala "Ta’ Wejda"

Din il-kappella tmur lura ghall-1610 u skond l-informazzjom li hallielna l-lsqof Cagliares fl-1615 jidher li l-fundatur taghha kien Damiano Bonnici (p.86) maghruf bhala ‘Wejda’ li ha hsieb jibniha mill-gdid.


Qabilha jista’ jkun li kien hemm knisja mhaffra taht l-art jew forsi wkoll iffurmata minn xi ghar naturali li tissemma’ fir-rapport tal-vizta ta’ Mons. Dusina.70


Mill-vizta pastorali ta’ l-lsqof Buenos li saret fl-1668 hu maghruf li din il-kappella ta’ l-1610, fi zmien din iz-zjara pastorali kienet taht il-harsien ta’ Gakbu Busuttil imma ma kienx permess isir quddies fiha.71


Fi zmien l-lsqof Molina regghet saret zjara ohra lill-Mosta fl-1680 u nkiteb li din il-kappella kienet madwar mitt pass ‘il boghod mill-knisja parrokkjali u li fiha kienet tigi ccelebrata l-festa bil-flus imhollija minn Damjan Bonnici.72


F’din il-kappella ghad hemm pittura li turi lil Elizabetta u Zakkarija jilqghu lil Marija u Guzeppi fiz-zjara li dawn ghamlu lill-koppja xwejha wara t-thabbira ta’ l-Anglu. Fin-naha t’isfel jidhru Damiano u Agatha Bonnici, il-koppja fundatrici. Il-kwadru jgib id-data ‘1605’.73


Fiz-zmien li kienet qed tinbena l-knisja parrokkjali tal-Mosta ta’ l-arkitett Grognet, il-Kappillan Dun GioMaria Schembri (1833-59) gab permess mill-Vatikan biex idawwar fuq il-knisja l-gdida d-dhul kollu tal-kappelli tar-rahal. Madankollu, permezz tat-thabrik tal-prokuratur taghha, il-Kappella tal-Vizitazzjoni rnexxiela zzomm id-dritt ta’ flixkun zejt ghal kull ghalqa li kellha.74


Minhabba li din il-kappella kienet vicin il-mitjar ta’ Ta’ Qali, fl-11 ta’ Marzu 1942 giet milquta mill-ghadu. Giet imsewwija sentejn wara u zdiedilha il-kampnar li hemm illum. Matul iz-zmien zdiedu n-numru ta’ opri li jinsabu f’din il-kappella. Per ezempju t-titular li juri lill-Madonna tkanta l-Manifikat gie mpitter minn G.M. Caruana. L-istatwa tal-Vizitazzjoni saret minn Wistin Camilleri flimkien ma’ statwetti li jirapprezentaw il-Fidi, it-Tama u l-Karita. Zdiedet ukoll sagristija fis-snin hamsin tas-seklu l-iehor u z-zuntier gie ccangat. Saret ukoll gallerija ghall-orgni. Kien imbaghad fis-17 ta’ Gunju 1964 li artal gdid gie mbierek mill-Arcipriet tal-Mosta Dun Bartilmew Bezzina. Fis-sena ta’ wara gie mpitter is-saqaf b’personaggi biblici - Abraham, Mose, David, Gwanni l-Ghammiedi, Rebekka, Sara, Goel, Debora, Rut, Ester, u Guditta. Gew mizjuda wkoll il-versi mill-Manifikat, l-erba’ Evangelisti u simboli Marjani.75


F’din il-kappella ssir il-festa specjali taz-Zjara ta’ Marija nhar il-Hadd fuq il-11 ta’ Ottubru, fejn issir quddiesa kantata, il-vespri u priedka, barra li tintuza regolarment.76


Il-Kappella tan-Nawfragju ta’ San Pawl


Wiehed mill-graffiti mal-kappella ta' San Pawl tal-Qlejja(p.87) Wiehed mill-graffiti mal-hitan tal-Kappella ta’ San Pawl.

Il-kappella ta' San Pawl tal-Qlejja f'jum ta' festa(p.88) Il-Kappella tan-Nawfragju ta’ San Pawl f’Wied il-Qlejgha f’jum ta’ festa.

Il-kappella ddedikata lil San Pawl hi wahda antika. Tinsab f’Wied il-Qlejgha u ghalhekk gieli tissejjah San Pawl tal-Qlejgha.


Mill-vizti pastorali ta’ l-isqfijiet fi zminijiet different johrog li fil-kappella originali, kull sena kienet tigi ccelebrata l-festa tal-Konverzjoni ta’ San Pawl. Fuq l-artal kien hemm pittura li turi lil San Pietru u lil San Pawl. Kien hemm ukoll cimiterju li fih kienu jindifnu l-abitanti tal-vicin. Din il-kappella madanakollu, kienet giet ittraskurata u waqghet fl-abbandun.77


Kien madwar l-1690 meta l-kappella giet mibnija mill-gdid. Inbniet fuq stil barokk, u dan hu rifless fid-disinn tal-faccata u l-gewwieni. Iz-zuntier hu wkoll different minn ta’ kappelli ohra. Kienet giet imbierka minn Dun Ferdinando Castelletti nhar id-9 ta’ Frar 1695.78


Hi kappella li tinqata’ mill-kappelli l-ohra ta’ zmienha mhux biss minhabba l-istil taghha imma wkoll ghax ghandha zewg hitan ta’ barra mizghuda b’numru kbira ta’ graffiti. Fil-faccata ta’ quddiem hemm mhux inqas minn erbatax-il graffit, filwaqt li fuq dak tat-tramuntana hemm mill-inqas tmintax ohra. Il-bicca l-kbira minn dawn il-graffiti juru mriekeb tal-bahar, imma hemm ukoll numru ta’ idejn, slaleb tat-tmien ponot, loghba (it-trija), qatta’ qamh u ghasfur. Jidher car li kienet kappella mfittxija hafna u devota.79


Din il-kappella, li hi maghrufa wkoll bhala ‘tal-Mingiba,’ tinsab fil-limiti tal-Mosta fejn dawn imissu ma’ dawk tar-Rabat. Mhix parti mill-parrocca tal-Mosta ghax hi proprjeta tal-familja Testaferrata Bonici, ghalhekk hi kappella (p.87) privata. Il-festa tat-titular issir kull nhar l-10 ta’ Frar fejn issir quddiesa solenni bil-kor.80


Il-kwadru titulari li tpogga f’din il-kappella ‘l-gdida’ jirrapprezenta n-Nawfragju ta’ San Pawl. Maz-zmien dan gratlu hafna hsara u sar fuqu ‘restawr’ li aktar kompla hassru. Kien fl-2005 li, fuq inizjattiva ta’ Harsien Patrimonju Mosti dan il-kwadru ttiehed ghal restawr professjonali.81 Fuq inizjattiva ta’ HPM ukoll, il-kappella giet restawrata, mnaddfa u mehlusa mill-wajers u kull xorta ta’ oggetti li kienu twahhlu wara, u li kienu qed ikerrhu u jaghmlu hsara lil dan il-bini.82


Il-Kappella ta’ San Pawl Eremita


Il-Kappella ta' San Pawl Eremita ghad-dell tal-ghar(p.87) Il-Kappella ta’ San Pawl Eremita kif tinsab gewwa ghar f’Wied il-Ghasel

Il-kappella ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita, twaqqfet f’ghar f’Wied il-Ghasel, post imwarrab hafna f’dawk iz-zminijiet, madwar kilometru u nofs boghod mill-parrocca. Ghal hafna zmien kienet imhollija f’idejn ir-rettur tal-Mellieha biex jiehu hsiebha.


Deskrizzjoni tas-seklu sittax tidher mir-rapport ta’ Mons. Dusina li fl-1575 nizel fil-wied u zar il-kappella ezistenti f’dak iz-zmien. Hu nnota li kellha bieb ta’ l-injam, artal u dak kollu necessarju ghall-funzjonijiet liturgici. Nafu wkoll li Paolo Cumbo halla benefikat biex il-festa ta’ San Pawl Eremita tkun iccelebrata f’din il-kappella bil-kant ta’ l-ghasar u bil-quddiesa. Cumbo ghamel dan ghax kellu devozzjoni lejn il-qaddis li ghalih kienet imsemmija din il-kappella.83


Ma’ din il-kappella u l-ghar hemm marbuta leggenda li titkellem fuq eremita li kien jghix f’dan l-ghar. Wara li ghamel li seta’ biex jikkonvinci lill-abitanti tal-madwar biex ibiddlu hajjithom u jibdew jghixu tajjeb, dawn mhux talli ma semghux minnu, imma ghal kuntrarju, ippruvaw jonsbuh biex ikunu jistghu jakkuzawh li l-hazin kien hu stess. Dan ir-ragel qaddis fl-ahhar abbanduna l-ghar u l-post fejn kien jghix, firex il-mantell fuq il-bahar u telaq lejn il-Qala. Hemm verzjoni ohra li tghid li dan il-qaddis kien Korradu li spicca Noto fi Sqallija. Il-leggenda tkompli tghid li dan l-eremit halla l-bastun tieghu l-Mosta u fil-jum tal-festa ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita, minn dan il-bastun spontaw il-weraq b’ghageb ta’ dawk kollha li rawh.84


Skond Gan Frangisk Abela, dan l-ghar kien il-post fejn matul iz-zminijiet ghexu diversi rgiel ohra tajbin li hu jsejhilhom “servi t’Alla.” Jghid li dan l-ghar kien jinsab f’post mahluq ghall-hajja tas-solitudni, appuntu ghall-dawk li kienu jridu jghixu ta’ eremiti.85


Nafu l-bixra ta’ din il-kappella-ghar minn deskrizzjoni li hallielna l-istess storiku Abela mnizzla fil-ktieb tieghu li hareg fl-1647. Jghid li kien hemm xbiha tal-Madonna bil-Bambin Gesu fuq dirghajha, impingi bhala affresk mal-hajt fuq (p.89) l-artal tal-kappella. Ikompli jiddeskrivi l-intern billi jzid li fuq in-naha tax-xellug kien hemm xbiha ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita u fuq il-hajt orjentat lejn il-lvant kont tara xbiha ohra, din id-darba ta’ San Anton Abbati. Fuq in-naha ta’ wara tal-kappella, jghidilna Abela, fi zmienu kienet tidher hjiel ta’ kmajra li kienet imwahhla u sserrah mal-wicc tal-blat u li kienet mizmuma min-nies bhala l-post fejn kien jghammar dak it-twajjeb eremita msemmi fuq.86


Minn manuskritti antiki johrog li din il-kappella kienet ghaziza hafna u kull sena kienet issir fiha festa li ghaliha kienu jigu hafna nies. Kien isir fiha wkoll hafna quddies fis-sena. Giet mibnija mill-gdid minnflok ohra qadima, u n-nefqa hallas ghaliha ragel tajjeb mill-Mosta.


Fl-1565 tpoggiet pittura tal-Madonna qed izzomm lil Binha Gesu. Santa Marija ghandha kuruna fuq rasha, mizmuma mill-angli, u jidhru wkoll l-erwieh tal-Purgatorju fin-naha t’isfel tal-kwadru. Din il-pittura tigbed wara l-istil ta’ l-artist Alessio Erardi.87 Tpoggiet hemm minn Gan Pawlu Mangion, ragel mill-Mosta, skond digriet ta’ l-isqof ta’ Malta tas-27 ta’ Jannar 1565. L-istess Isqof Balaguer ta wkoll permess lil Mangion biex jaqta’ artal fil-blat u hekk titqieghed ix-xbiha msemmija fuq. Hekk dan l-ghar gie mibdul f’kappella ckejkna. L-istess benefattur halla wkoll flus biex jinxteghel il-lampier kull nhar ta’ Sibt u biex issir quddiesa nhar il-festa tal-Purifikazzjoni tal-Madonna. Dan kollu hu mnizzel fl-atti notarili tan-Nutar G.P. Fenech tat-28-30.xii.1565. Kien hemm kundizzjoni li jekk il-festa ma setghetx issir dakinhar, kellha issir nhar it-8 ta’ Settembru.88


Il-Kappella ta' San Pawl l-Ewwel Eremita minn gewwa(p.88) Il-Kappella ta' San Pawl l-Ewwel Eremita minn gewwa – fuq ix-xellug taghha hemm l-ghar iddedikat lill-Madonna tal-Grazzja.

Ftit aktar minn seklu wara, insibu li din il-kappella regghet kienet fic-centru tad-devozzjoni tal-poplu meta wara l-pesta ta’ l-1676 kien Dun Ortensio Bennini li, barra milli kien maestro di cappella tal-Knisja Konventwali ta’ San Gwann, beda jiehu hsieb li f’din il-kappella kull sena ssir il-quddiesa tal-festa bil-muzika u l-priedka.89


Fil-kappella-ghar iddedikata lill-Madonna tal-Grazzja hemm hawt dejjem mimli bl-ilma u li qatt ma jonqos jew jinxef, haga li hija mizmuma bhala rieda tas-Sema. Hafna, kienu jixxarbu b’dan l-ilma b’devozzjoni kbira. Fost dawn id-devoti kien hemm il-granmastru. Ta’ min jghid li l-Granmastru Manoel Pinto de Fonseca kellu devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Grazzja ta’ Wied il-Ghasel. Il-bini tal-knisja ddedikata lill-Madonna ta’ l-lsperanza dghajfet id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja ta’ Wied il-Ghasel. Dan ghaliex il-Knisja ta’ l-lsperanza kienet ehfef biex tasal ghaliha mill-kappella l-ohra mperca fuq xiefer blat go wied, xi ftit jew wisq ostili f’dawk iz-zminijiet.90


Matul is-seklu tmintax id-devozzjoni lejn din il-kappella kienet b’sahhitha hafna91 mhux biss fil-Mosta imma mal-gzira kollha. Kif ghedna l-Granmastru Pinto kien benefattur taghha. Fil-15 ta’ Jannar 1760 saret quddiesa kantata f’din il-kappella biex is-Sema joghgbu jibghat kull gid lil dan il-granmastru.92 Minhabba li l-ilma li kien jinzel f’dan l-ghar-kappella kien mizmum bhala “safi u tas-sahha", xi whud mill-granmastri kienu jgorruh minn hemm fil-btieti,93 bicca xoghol mhix zghira minhabba t-tweghir li hemm biex tinzel u titla’.


Kien tassew maghruf dan l-ghar, u tant hu hekk li f’mapep antiki ta’ Malta dan l-ghar kien jidher indikat vicin ir-rahal tal-Mosta.


Il-kappella ta’ San Pawl l-Ewwel Eremita hi fil-fatt zewg kappelli f’kumpless wiehed. Barra l-kappella-ghar iddedikata lill-Madonna, hemm ukoll il-kappella l-ohra li qed taghlaq il-bokka ta’ l-ghar. Din il-kappella mibnija ghandha artal taghha wkoll u fuqu kienet iddendlet pittura li tmur lura ghal nofs is-seklu sbatax. X’aktarx saret minn xi artist Malti u l-istil taghha hu wiehed provincjali. Hi pittura li tirrapprezenta lil San Anton Abbati waqt mument ta’ talb fil-kumpanija ta’ San Pawl l-Eremita. Tidher cawla bi hbejza f’halqa nizla magenb iz-zewg qaddisin. Bejniethom hemm ktieb tat-talb miftuh, u nuccali li jitpogga fuq l-imnieher, imsejjah pince-nez, jidher mitluq fuq dan il-ktieb.94


Il-kappella ta’ gewwa, dik iddedikata lill-Madonna, inbidlilha l-artal tal-gebel ma wiehed ta’ l-irham fl-1921. Din l-opra kienet ghotja ta’ Dun Karm Gauci, li kien gie mahtur mill-lsqof Mauro Caruana fl-1920 biex jirsisti halli d-devozzjoni lejn San Pawl terga tiehu l-hajja. L-istess Dun Karm irranga l-art tal-kappella billi din giet ippavimentata. Il-madum tnizzel mit-tfal ta’ (p.90) l-Oratorju tal-Mosta u kienu jgorruh waqt li jmorru ma’ Dun Karm ghall-quddiesa. Fil-fatt kienet titqaddes quddiesa nhar ta’ Erbgha u l-kappella kienet tinfetah ghall-pubblika kull nhar ta’ Hadd wara nofsinhar. Dun Karm hadem ukoll biex jinkesa z-zuntier tal-kappella bis-siment u dawwar il-kappella u l-ferja ta’ madwarha b’recint tal-hadid.95


Fuq in-naha ta’ barra tpoggew numru ta’ statwi mahduma mill-franka u li jirrappreientaw li San Gwann il-Battista, San Pawl Eremita, u lil San Anton Abbati li maz-zmien batew mill-hidma qerrieda tal-vandali. Dawn l-istatwi kien irregalhom il-Kavallier Fra Wolfgang Philip Guttenberg. Kien hemm skrizzjoni fuq il-pedestall li kienet tghid ‘B. de Guttenberg S.J. Co Baiulius Brandeburgensis 1705.’ Tissemma’ wkoll statwa ohra ta’ San Pawl l-Eremita u li kienet ghotja ta’ Filippo Cassar fl-1646. Din l-istatwa madankollu m’ghadx baqa’ sinjal taghha.96


L-istatwa ta’ San Pawl kellha maghha hawt ta’ l-ilma li kien jinsab fil-misrah ta’ quddiem il-kappella. Kienet tidher ukoll arma ta’ l-istess Cassar, dak li pogga l-istatwa hemm, u ta’ martu Vincenza Xara.


Din il-kappella ghaddiet minn zmien ta’ abbandun u garrbet hafna hsarat kemm mis-suldati li kienu stazzjonati fil-Fortizza tal-Mosta u kemm mill-vandali. Per ezempju il-kwadri tal-Madonna u ta’ San Pawl gew imcarrta. Kien ghalhekk li, fl-1972, l-awtoritajiet ekklesjastici ordnaw li dawn iz-zewg xoghlijiet jittiehdu fis-sagristija tar-Rotunda. Il-pittura li turi l-Madonna tal-Grazzja giet restawrata minn Rafel Bonnici Cali u kopji taz-zewg kwadri sanu minn George Apap. Il-kappella kienet ukoll ipprofanata mill-Arcisqof Gonzi fl-ahhar zjara pastorali tieghu lill-Mosta.97


Fl-1992 din il-kappella giet restawrata u kull hsara u nuqqas li kellha gew irrangati. Dan sar minn grupp ta’ voluntiera Mostin Nhar it-12 ta’ Settembru 1993 jum il-festa tal-Madonna tal-Grazzia il-kappella regghet mfethet ghall-qima tan-mes Hi l-unika kappella ddedikata lil San Pawl Eremita li tezisti f’Malta.98


F’din il-kappella ghadhom isiru zewg festi specjali. Dik ta’ San Pawl Eremita issir l-Hadd fuq il-15 ta’ Jannar u dik tal-Madonna tal-Grazzja tigi ccelebrata Hadd fuq it-8 ta’ Settembru.99


Il-Kappella ta’ San Anton Abbati


Il-Kappella ta' Sant' Anton Abbati minn gewwa f'jum ta' festa(p.88) Il-prospettiva u xena minn gewwa f'jum ta' festa tal-Kappella ta San Anton Abbati.

It-tberik ta' l-annimali fejn il-Kappella ta' San Anton Abbati.(p.90) It-tberik ta' l-annimali li jsir fl-okkazjoni tal-festa ta' San Anton Abbati (ritratt tal-festa tal-2020).

Din il-kappella kienet wieqfa zgur fis-seklu sittax ghax zarha l-Vizitatur Appostoliku Mons. Dusina.100 Regghet inbniet fl-1657 bil-hidma tal-Mostin Dr. Dun Salvatore Fenech u Florio Borg u baqghet bid-dedika ghal San Anton Abbati li ghex fl-Egittu fl-ewwel seklu wara Kristu u li kien eremit.101 Florio Borg u Antonio Xerri hallew legati ghall-quddies regolari u servizzi f’din il-kappella.


ll-kwadru titulari li tpitter fl-1657 hu xoghol l-artist Malti Filippo Dingli. Is-suggett li jimla’ t-tila hu l-qaddis San Anton, moghti bixra ta’ xwejjah, qed iserrah fuq bastun li ghandu marbuta mieghu qanpiena.102


(p.91) Il-kappella kompliet tisbieh maz-zmien meta sarulha aktar opri u tizjin. Meta tidhol fiha tolqtok il-prospettiva fejn jinsab l-artal. Dan hu xoghol fil-gebla Maltija u hareg minn idejn l-iskultur Antonio Sciortino li kien ghadu daqsxejn ta’ guvnott ta’ 15-il sena meta ghamilha. Tant impressjona lir-rettur tal-kappella ta’ dak iz-zmien, Dun Mikielang Sant, li dan gharraf bih lid-Direttur ta’ l-Edukazzjoni l-Prof. Napuljun Tagliaferro. Meta d-direttur ra x-xoghol hass li kellu jirrikkmanda lil Sciortino biex ikompli l-istudji tieghu barra l-pajjiz u hekk dan seta’ jikseb is-success li kiseb.103


Fil-Kappella ta’ San Anton jinsabu numru ta’ statwi fosthom l-istatwa tal-Kuncizzjoni li dari kienet taghmel parti mill-pulptu tal-knisja parrokkjali ta’ Tumas Dingli. Din iggib id-data ‘1693.’ Fi zmien ir-rettorat ta’ Dun Salv Magro giet argentata u ndurata fuq inizjattiva tieghu u nhadmilha pedestal mill-imghallem Frangisk Tonna. Hemm ukoll Bambin tal-kartapesta li qabel kien jintrama’ fil-knisja arcipretali u kien inbidel ma’ wiehed gdid. Hu xoghol ta’ l-istatwarju Karlu Darmanin. Zdiedet ukoll statwa tal-Beatu Gorg Preca li harget minn idejn l-iskultur Mosti Lessju Fenech u giet ispirata mill-proklamazzjoni ta’ Dun Gorg bhala beatu mill-Papa Gwanni Pawlu II nhar id-9 ta’ Mejju 2001. Saret ukoll Via Sagra li giet impittra minn Pawlu Camilleri Cauchi fuq ix-xewqa ta’ Frangisk Tonna li twebbel b’din l-opra fl-1985. Ma dan kollu u aktar, hemm l-istatwa titulari li nhadmet fis-snin sittin tas-seklu l-iehor u harget minn idejn il-Mosti Manwel Fenech u fuq l-inizjattiva tal-kuratur tal-kappella Frangisk Tonna.104


Cerimonja marbuta ma din il-kappella hi dik tat-tberik ta’ l-annimali li ssir il-Hadd fuq is-17 ta’ Jannar. Fil-misrah ta’ quddiem il-kappella jingabru n-nies b’diversi annimali u taht il-harsien ta’ l-istatwa ta’ San Anton Abbati li tinhareg fuq iz-zuntier, isir dan it-tberik.105 Ghalkemm din ic-cerimonja hi wahda antika u tidher li f’Malta ingiebet mil-Ordni ta’ San Gwann fil-Mosta dan it-tbenk beda jsir mill-1962.106


Il-Kappella ta’ San Anton hi wahda attiva u tintuza regolarment. Il-festa specjali f’din il-kappella hi dik li ssemmiet fuq tat-tberik ta’ l-annimali.107


Il-Kappella ta’ Sant’Andrija


Il-Kappella ta' Sant'Andrija wara li kienet restawrata(p.91) Il-faccata restawrata tal-Kappella ta’ Sant’Andrija – tidher il-lapida li tfakkar dan ix-xoghol siewi.

Il-Kappella ta' Sant'Andrija minn gewwa(p.92) L-artal bit-titular ta’ Sant’Andrija kif restawrat bl-inizjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Mosta

Kappella ohra li kieent regghet inbniet fis-seklu sbatax hi dik iddedikata lil Sant’Andrija. Mons. Dusina kien semmiha fil-vizta tieghu, imma dak iz-zmien kienet taghmel mal-Mellieha.108 Dik ezistenti dakinhar kienet tmur lura ghas-seklu hmistax.109


Jidher li l-kappella regghet inbniet fl-1657 u din id-data tidher imnaqqxa fuq il-blata tal-bieb ewlieni tal-kappella li hemm illum.


Il-kwadru titulari hu dak ta’ Sant’Andrija u gie mpitter minn Filippo Dingli. Bhala kappella kienet issir fiha l-festa tal-qaddis fit-30 ta’ Novembru u kienet tigi ccelebrata bil-kant ta’ l-ghasar u l-quddiesa kantata. Uzanza marbuta ma’ din il-festa kienet dik li jitqassam il-lewz u gellewz lil dawk prezenti waqt il-funzjoni.110


Kurzita marbuta ma’ din il-kappella hi li bhalha ezatt tinsab kappella ohra fil-limiti taz-Zurrieq. Hi ddedikata wkoll lil Sant’Andrija u t-tnejn huma (p.92) maghrufin bhala ‘Ta’ Berniga’. Skond ghajdut li jmur lura hafna fis-snin, hemm zewg kappelli bhal xulxin daqstant ‘il boghod minn xulxin ghar-raguni li darba, ragel ghani miz-Zurrieq, jismu Indri Bonnici u maghruf bhala ‘Berniga,’ u li kien dilettant kbir taz-zwiemel, harab bih ziemel li kien riekeb. Dan Bonnici ma setax iwaqqaf dan l-annimal sfrattat u ghamel weghda ma’ Sant’ Andrija li jekk johrog minn dil-bicca b’wicc il-gid jibni zewg kappelli, wahda fil-post minn fejn telaq u l-ohra fil-post fejn ikun wasal, u jiddedikom lill-qaddis ta’ ismu. Jidher li z-ziemel, ghajja u waqaf il-Mosta u hemm, dan ‘Ta’ Berniga,’ tella’ l-kappella li kien wieghed.111


Il-kappella kienet baqghet tintuza ghan-nies ta’ l-inhawi meta lejn it-tieni parti tas-seklu ghoxrin Mons. Antonio Buhagiar kien iqaddes fiha u jsir talb iehor u hekk in-nies taz-zona baqghu maghqudin flimkien.112


Din il-kappella gratilha hafna hsara strutturali billi kienet f’zona fejn kienu jghaddu hafna trakkijiet mghobbijin u tqal u li waqt li jghaddu minn hdejha kienu jrieghduha. Kompliet titgharraq meta tela’ bini gdid madwarha u bix-xoghol tat-trinek li sar fis-snin tmenin tas-seklu l-iehor tfaccaw ukoll konsenturi li rriducew din il-kappella f’bini perikoluz. Sar cintorin tal-hadid biex il-bini ma jaqax. Flok il-kappella nbena centru pastorali ftit ‘il boghod. Aktar tard, bil-hidma tal-Kunsill Lokali tal-Mosta u l-Gvern ta’ Malta, saret hidma kongunta u sar ir-restawr mehtieg taht il-Perit Norbert Gatt.113 Dan tlesta fil-bidu tas-snin elfejn u hekk il-kappella regghet issahhet u giet salvata mill-qerda.


Xi kappelli profanati


Jidher li numru ta’ kappelli fl-Mosta gew profanati fis-seklu sbatax. Fost dawn kien hemm il-Kappelli tal-Lunzjata (f’Wied is-Sir), profanata fl-1659; ta’ Santa Margerita, profanata fiz-zjara ta’ l-1659; ta’ San Gakbu Appostlu; ta’ San Pawl Appostlu; ta’ San Nikola (profanata minn Mons. Dusina fl-1575); ta’ l-Assunzjoni ta’ Marija; ta’ San Gakbu Appostlu ohra; ta’ San Rokku, li kienet mibnija mill-gdid minn Duminku Azzopardi; u ta’ San Lawrenz, li kienet tinsab fir-raba’ f’Ta’ Vnezja (profanata fit-13 ta’ April 1659).


Il-Pesta l-Kbira


Ic-cimiterju l-antik fil-Mosta(p.93) Is-salib li kien jimmarka d-cimiteiju l-antik tal-Mosta li llum m ‘ghadux fil-post - dan ic-cimiterju kien fit-triq li tiehu lejn Ta’ Qali, quddiem fejn jinsab il-’Flower Power.’

Filwaqt li l-Granmastru Nikola Cottoner kien qieghed idawwar it-tlitt ibliet bis-swar (li ssemmew ghalih u huma maghrufa bhala l-Kottonera) u ghamel lil Malta aktar qawwija, minflok l-ghadu Musulman deher fostna ghadu iehor, li ma kien jibza’ minn ebda sur. Dan l-ghadu kien il-pesta l-kbira li ghamlet qerda tassew kbira mill-Maltin, ghax bejn it-23 ta’ Dicembru 1675 u t-23 ta’ Gunju 1676 hasdet mat-8,740.114 Wara dan kienet ghadha ma spiccatx ghal kollox ghax baqghet sejra sa Settembru, u hu kkalkulat li l-mejtin li halliet b’kollox kienu mal-11,000 ruh.115


Mil-lista ta’ dawk li mietu sat-23 ta’ Gunju jidher li mill-Mosta kien hemm 18-il persuna. Imma ghad li min-Naxxar ma kinux mietu hlief in-nofs, il-Mosta ma kinitx marret hazin. Nghidu ahna, Hal Qormi mietu 309, u Haz-Zabbar - rahal zghir bhal Mosta - kienu raw il-mewt 270 ruh.


(p.93) Il-flagel tal-pesta lahaq il-Mosta meta kien beda joqrob lejn it-tmiem. Kien f’Mejju li ntlaqtu z-Zejtun, il-Gudja u l-Mosta. L-ewwel persuna mietet fil-21 ta’ Mejju 1676 u giet midfuna fic-cimiterju li kien hemm mal-Kappella ta’ Santa Margerita. L-ghada miet zewgha u gie midfun fil-mandra tad-dar tieghu. Il-bqija gew midfunin f’cimiterju gdid fit-tarf tar-rahal, fejn kien hemm il-Kappella ta’ San Gakbu.116 Dan ma setax ikun hlief dak li wara sar maghruf bhala c-cimiterju l-qadim, u li baqa’ mbaghad iservi ghall-impestati ta’ wara. B’kollox hu stmat li l-Mosta tilfet 23 ruh bil-pesta minn popolazzjoni ta’ 1,300 ruh.117


Il-pesta bdiet tnaqqas f’nofs Gunju u sa nofs Lulju kienet kwazi spiccat imma l-ahhar mewt kawza ta’ din il-marda grat fit-30 ta’ Awissu.118 Malta giet dikjarata hielsa minn din l-epidemija fl-24 ta’ Settembru 1676 u hekk il-kummerc rega’ seta’ jkompli mal-pajjizi girien.119


Kellhom ragun il-granmastru u l-Kunsill ta’ l-Ordni jaghmlu, bhala weghda, kappella kbira lil Kuncizzjoni ta’ Marija fil-post tal-kappella l-qadima ta’ Sarria, fejn kull sena (nhar il-Kuncizzjoni) kienet tispicca purcissjoni li titlaq mill-Knisja ta’ San Gwann, il-Belt.


Noti u Riferenzi

  1. (p.94) G.F. Abela, Descrittione di Malta, (Malta, 1647), 83.
  2.  S, Fiorini, ‘Status Animarum I: A Unique source for 17th and 18th century Maltese demography,’ Melita Historica, viii/4 a (Malta, 1983), 344, tabella II.
  3. R. Bellia, ‘lr-rahal tal-Mosta fl-ewwel snin tas-seklu sbatax,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2001 (Malta, 2001), 23-4.
  4. M.A. Sant, Il-Mosta fi Zmien il-hakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann (Malta, 1996), 25-6; Bellia, 25.
  5. Sant, 29; Bellia, 25.
  6. Bellia, 25.
  7. Sant, 31.
  8. Bellia, 26.
  9. V. Borg, ‘Developments in education outside the Jesuit Collegium Melitense,’ Melita Historica, vi/3 (Malta, 1974), 239.
  10. J. Bezzina, L-lstorja tal-Knisja f’Malta (Malta, 2002), 155.
  11. Ghal taghrif estensiv fuq il-fratellanzi ara, K. Ellul Galea, ‘Fratellanzi u Xirkiet tas-Snajja’ (Malta. 1981).
  12. Skond Francesco Mangion dan kien “zgur qabel is-sena 1658". Ara, F. Mangion, ‘Ghaqdiet fil-Mosta llum - Il-Fratellanzi,’ E.B. Vella et al. Storja tal-Mosta bil-Knisja taghha (Malta, 1972/1986), 303. Skond Joe Borg dan sehh malli l-Mosta saret parrocca fl-1608. Ara, J. Borg, ‘ll-Fratellanzi fil-Parrocca tal-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2003 (Malta, 2003), 45. Skond J.J. Camilleri din il-fratellanza twaqqfet fl-1634. Ara, J.J. Camilleri, ‘ll-Fratellanzi,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Festa 2001 (Malta, 2001), 82.
  13. J. Borg (2003), 45.
  14. Ellul Galea, 78.
  15. J. Borg (2003), 45. Skond J.J. Camilleri din il-fratellanza twaqqfet fl-1628 ara, Camilleri, 82.
  16. Ara Kapitlu 9 u Kapitlu 11.
  17. J.F. Grima, Zmien il-Kavallieri f’Malta 1530-1798 (Malta, 2001), 91-2.
  18. ll-kitba bil-Malti tghid hekk: “ll-Kavallier Silvestru Fiteni mir-raba’ xaghri jaghti u jiddedika lil San Silvestru din il-kappella fl-1664.”
  19. Ghalkemm Achille Ferres isemmi x-xahar ta’ Ottubru, jista’ jkun li dan kien Dicembru, jekk wiehed joqghod fuq l-iskrizzjoni misjuba fil-kappella stess li titkellem fuq din il-commenda. Jista’ jkun li Ferres kien zbaljat jew kien hemm xi zball waqt l-istampar tal-ktieb tieghu fejn jitkellem fuq din il-kappella. Ara nota 20 taht ghad-dettalji tas-sors imsemmi.
  20. A. Ferres, Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo (Malta, 1866), 473.
  21. L. Vassallo, ‘Il-Kappella f’Gieh San Silvestru Papa,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta, Annwal 2006 (Malta, 2006), 50.
  22. Ibid., 52.
  23. M. Buhagiar, The Iconography of the Maltese Islands 1400-1900 (Malta, 1987), 113.
  24. Vassallo (2006), 52.
  25. V. B. Caruana, ‘Statwi godda f’San Silvestru,’ Il-Mosta, 179 (Malta, 2002), 7.
  26. A. Bonnici, ‘ll-Mosta Nisranija,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), 118.
  27. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, (Malta, 2006), 20-1.
  28. Ara Kapitlu 7.
  29. Ferres, 472.
  30. L. Vassallo, ‘Il-Kappella ta’ San Anard fil-Mosta: kult u patrimonju li ghadhom b’sahhithom fit-tielet millenju tal-Kristjanezmu,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2005 (Malta, 2005), 67.
  31. Bonnici, 118.
  32. T. Terribile, ‘L-Isqof Molina jzur il-Parrocca tal-Marija Assunta l-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Programm tal-Festa 1993 (Malta. 1993), 70.
  33. T. Terribile, ‘Is-sena 1680: l-lsqof Molina jzur il-Parrocca tal-Assunta fil-Mosta,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Programm tal-Festa 1993 (Malta, 1993), 30.
  34. Vassallo (2005), 67.
  35. R. Mifsud Bonnici, Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali (Malta, 1960), 182.
  36. (p.95) Buhagiar, 89.
  37. Vassallo (2005), 71.
  38. Ara d-dettalji ta’ dawn iz-zidiet f’Vassallo (2005), 65, 67-9, 71, 73-4.
  39. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, 21.
  40. Kilin, A Hundred Wayside Chapels of Malta & Gozo (Malta, 2000), 107.
  41. Vassallo (2005), 67.
  42. Kilin, 107.
  43. Bonnici, 119.
  44. Ferres, 472.
  45. J. Borg, ‘Il-Kappella ta’ Santa Margerita,’ Il-Kunsill Tieghek-Lehen il-Kunsill tal-Mosta, 11 (Malta, 1999), 14.
  46. G. Cassar, ‘Santa Margerita Vergni u Martri,’ Kappelli fil-Mosta - Katendarju 2004 (Malta, 2004), April.
  47. Bonnici, 119.
  48. Terribile (1993), 30.
  49. Ibid.
  50. G Wettinger, Place-Names of the Maltese Islands ca. 1300-1800 (Malta, 2000), 178.
  51. T. Terribile, ‘Il-Kappella ta’ Santa Margerita,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, (Programm tat-Festa 1998) (Malta, 1998), 112.
  52. E. Salomone, Tifchirijet fuq l-imghoddi tal Mosta (Malta, 1913), 8.
  53. T. Terribile (1998), 112.
  54. E. Salomone, 8.
  55. Borg (1999), 14; Cassar, April.
  56. Borg (1999), 14.
  57. Ibid.
  58. Terribile (1998), 113.
  59. Borg (1999), 14.
  60. Bonnici, 119.
  61. T. Terribile, ‘Il-Kappella tal-Kuncizzjoni,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta, Festa Santa Marija, Mosta, 2001, (Malta, 2001), 170.
  62. Ibid.
  63. Cassar (2004), Mejju.
  64. Ferres, 474.
  65. Ibid., 127.
  66. T. Terribile, Il-Kappella 'taz-Zejfi,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard. Mosta, Festa Santa Marija, Mosta, 2001 (Malta, 2001), 171.
  67. Ibid; Cassar (2004), Gunju; M. Fenech, Il-Kappella ta’ Santa Marija “Taz-Zejfi,” Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta. Festa Santa Marija, 2002 - Mosta (Malta, 2002), 182.
  68. Fenech, 183.
  69. Cassar (2004), Gunju.
  70. Ghal aktar informazzjoni fuq dan l-ghar ara Kapitlu 7.
  71. Bonnici. 118.
  72. T. Terribile (1994), 70.
  73. S. Fiorini, 'Il-Mosta u l-inhawi ta’ madwar fiz-Zmien tan-Nofs,' G. Cassar (ed), Ex Annalibus Mustae (Malta. 2005), 92. G. Cassar, 'll-Kult Marjan (sekli XV-XVII),' Il-Mosta il-bierah u llum - Kalendarju 2007 (Malta 2007). Marzu.
  74. Kilin, 34.
  75. Ibid., 34-5.
  76. Ibid. 35; Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, 21.
  77. T. Terribile, 'll-Knisja ta’ San Pawl ta’ Wied il-Qliegha,' Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Festa Santa Marija Mosta – 1999 (Malta. 1999), 126.
  78. Ibid.
  79. (p.96) J Muscat, ‘Graffiti fil-Mosta: Il-hitan tal-kappella ta’ San Pawl Nawfragu,’ G. Cassar (ed.), Ex Annalibus Mustae (Malta, 2005), Kap 10.
  80. Cassar (2004), Novembru.
  81. Kien bl-ghajnuna finanzjarja ta’ l-APS Bank li sar dan ix-xoghol ghax dan il-Bank sponsorja l-ispiza kollha tar-restawr tal-pittura.
  82. Dan ix-xoghol sar mill-haddiema tal-Ministeru tar-Rizorsi u l-lnfrastruttura tal-Gvern ta’ Malta.
  83. T. Tembile, ‘Il-Knisja ta’ San Pawl Eremita,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard - Mosta, Festa Santa Marija - 2003 (Malta. 2003), 208.
  84. Ghal aktar dettalji dwar il-leggenda marbuta ma’ dan l-ghar ara Kilin, 41; G, Cassar Pullicino, ‘The Folklore of Mosta,’ L.J. Scerri (ed.), Mosta: The heart of Malta (Malta, 1996), 111-3, P Mizzi, L-Eremita ta’ Wied il-Ghasel (Malta, 2000).
  85. Abela. 373.
  86. Ibid., 374.
  87. M. Buhagiar, ‘The Church of St Paul the Hermit,’ Heritage, i (Malta, n.d ), 143.
  88. Kilin, 42.
  89. T. Terribile (2003), 209.
  90. Kilin. 42.
  91. Dan jghidu s-Sacerdot B. Mifsud fil-kitba tieghu Componimento Storico di S Publio (Messina, 1775), 171.
  92. Arkivju tal-Knisja tal-Mosta, Libro di Messe, S. Paolo Primo Eremita.
  93. G.F. Abela - G. Ciantar, Malta Illustrata, (Malta, 1772-80), Lib. I, 245.
  94. Buhagiar, 143.
  95. Kilin, 42.
  96. Buhagiar, 143.
  97. Kilin, 43-4.
  98. ‘Taghrif fuq Il-Knisja ta’ San Pawl Eremita,’ Il-Kunsill Tieghek - Lehen il-Kunsill tal-Mosta, 6 (Malta, 1996), 17.
  99. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, 22.
  100. Ara Kapitlu 7.
  101. Cassar (2004), Ottubru.
  102. L. Vassallo. ‘San Anton - il-kult il-kappella Mostija u l-artisti,’ Socjeta Filarmonika Santa Marija, Mosta, Annwal 2002 (Malta. 2002), 35.
  103. Ibid., 36-7.
  104. Ibid., 37-9
  105. Cassar Pullicino, 121-2.
  106. Cassar (2004), Ottubru.
  107. Direttorju Parrokkjali Mosta 2006, 20.
  108. Ara Kapitlu 7.
  109. S. Fiorini, 91; T. Tembile, ‘Il-Knisja ta’ Sant’ Andrija,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard - Mosta, Festa Santa Marija 2002, (Malta. 2002), 181.
  110. T. Terribile (2002), 181.
  111. P. Buhagiar, ‘Il-Kappella ta’ SanrAndrija,’ Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard - Mosta, Festa Santa Marija 2003 (Malta. 2003), 262.
  112. T. Terribile (2002), 181.
  113. A. Spiteri, ‘Il-Kappella ta’ Sant’Andrija salvata mill-qerda,’ Il-Kunsill Tieghek - Lehen il-Kunsill tal-Mosta, 15 (Malta, 2001), 14.
  114. L(ibrerija) N(azzjonali ta’) M(alta), ms 10, f. 313.
  115. G.A. Vassallo, Storia di Malta (Malta, 1854), 683.
  116. Parrocca tal-Mosta, Liber Defunctorum, Libro Antico delle Festivita.
  117. J. Micallef, The plague of 1676: 11,300 deaths (Malta, bla data), 118.
  118. C. Savona Ventura, Knight Hospitaller Medicine in Malta (1530-1798) (Malta 2004), 226.
  119. P. Cassar, Medical History of Malta (London. 1964), 175.

Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Konsiderazzjonijiet tal-bidu.
  2. Iz-zmien Preistoriku (c. 5000 q.k. - c. 700 q.k.).
  3. Iz-zmien Fenicju-Kartaginiz (c. 700 q.k. — c. 218 q.k.).
  4. Minn zmien ir-Rumani sal-hakma ta’ l-Gharab (218 q.k.-1091 w.k.).
  5. Iz-zminijiet tan-Nofs (1091 - 1530).
  6. Mill-wasla ta’ l-ordni ta’ San Gwann sa l-Assedju l-Kbir (1530 -1565).
  7. Mons. Dusina, it-twaqqif tal-Parrocca, u l-bini tal-Knisja Parrokkjali (1575 -1619).
  8. - Is-seklu sbatax - hajja kwieta imma mhux minghajr inkwiet (1600 -1699).
  9. Is-Seklu Tmintax -komunita li tikber u tizviluppa (1700 -1798).
  10. Il-hakma Franciza u l-qawmien tal-Maltin (1798 -1800).
  11. Seklu shih taht hakma Ngliza (1800 - 1899).
  12. Il-bini tar-Rotunda tal-Mosta.
  13. Ir-Rotunda - xi dettalji teknici u diskussjoni.
  14. Is-seklu Ghoxrin sat-tieni gwerra dinjija.
  15. Mit-Tieni nofs tas-Seklu Ghoxrin sal-lum (1946 - 2007).