The Mosta Archives Banner

Il-kelma li tmantni r-ruh: Atologija ta' kitbiet minn awturi Mostin

Edituri George Cassar, Manwel D. Schembri, Anthony Spiteri


Dan il-ktieb interessantissimu mahrug mill-Kunsill Lokali f'gheluq l-10 Anniversarju mit-twaqqif tieghu (1994-2004) fih diversi kitbiet interessanti fuq il-Mosta u f'xi kazi fuq Malta li ma nkludejtx kollox u jinxtara mill-Kunsill. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


L-Erba' Hwienet

minn Joseph V. Sammut


Missier u omm l-awtur madwar l-1940Missier u omm l-awtur Joseph Sammut madwar l-1940

(p.115) Kienu hafna s-sighat li qattajt nitkellem m’ommi rigward il-hajja fil-Mosta ta’ l-imghoddi. In-nannu Karmnu (It-Tut) halla d-dar fi Triq il-Kbira n-naha li taghti lejn in-Naxxar fejn l-istatwa ta’ San Guzepp u mar ghan-naha l-opposta ta’ l-istess triq maghrufa L-Erbgha Hwienet fejn kera dar bir-remissa bin-numri 422 - 423. Fir-remissa fetah hanut ibigh il-hwejjeg u l-fajjenza. Din il-mossa saret minhabba illi d-dar li hallew warajhom ma kinitx f'kundizzjoni tajba u n-naha ta L-Erba Hwienet kien hemm iktar kummerc tant illi l-inhawi kienu mimlija hwienet ta’ kull xorta.


Darba meta kelli xi ghaxar snin gie f’idejja ritratt qadim li juri l-pjazza qabel ma infethet it-Triq tal-Arkati jew Triq il-Kostituzzjoni u bhal dejjem mort ghand il-Mamma u saqsejtha mitt mistoqsija fejn, meta u ghaliex. Kelma ggib lill-ohra u mill-pjazza u wasalna l-Wata. Matul iz-zmien kemm-il darba parlajna fuq dan is-suggett interessanti. (Il-Mamma hallietna tliet snin ilu). Darba fost l-ohrajn kont qed inqalleb xi karti u rega' fegg dan ir-ritratt. Wara li ergajt flejtu ghidt bejni u bejn ruhi, kif qatt ma rrekordjajt kulma kienet tghidli.


Dan iz-zmien kwazi kull nhar ta' Hadd wara nofs in-nhar niltaqghu ghand iz-zija Kelina li toqghod fl-istess triq. Kultant ikun hemm wahda habiba tal-familja, Gorga Caruana bint Spiru Tal-Kunt li kellu hanut tax-xorb f’wahda mill-erba kantunieri. Din irrakkuntatli kulma ftakret minn mindu hi kienet tifla, xi tmenin sena ilu.


Hi bdiet hekk: “Jien Gorga Caruana twelidt il-Mosta fis-26 t'Ottubru 1918 minn Karmni xebba Magro, Qormija u Spiridiano Caruana Tal-Kunt mill-Mosta.


"F'dak iz-zmien min ried imur in-nahat ta' fuq ta’ Malta ried jghaddi mill-Mosta. Hu kien jaqbad Triq il-Kbira lejn L-Erba' Hwienet u jkompli tul Triq it-Tama jew l-Isperanza sa kemm jasal San Guzepp tat-Targa Din kienet l-ahjar u l-iqsar triq biex tiehu lil dak li jkun ghan-nahat ta fuq.


“ ‘Spiridione Caruana Wine and Spirit Merchant’ - hekk kien kiteb missieri fuq il-bieb principali li kien jaghti ghal Triq il-Kbira. Fuq il-bieb tal-genb fi Triq it-Tama (p.116) kien hemm miktub ‘Hotel.’


“Missieri kien jiftah il-hanur tal-kafè fil-paternoster jigifieri fit-3:30 ta’ filghodu. Ftit wara kienu jibdew jaslu l-gabillotti u l-bejjiegha bil-biegha. Kienu jigu mill-Pwales, minn Ghajn Tuffieha, minn Burmarrad, mill-Mellieha u minn bnadi ohra. Il-parti l-kbira tal-biegha kienet jew tinbiegh jew titpartat. Kien hemm min waqt li jkun strah jerhilha lejn in-naha t'isfel ta' Malta waqt li ohrajn wara li jimlew zaqqhom bi skutella kafè u ftit qriemec imorru lura minn fejn gew.


“Fil-hanut kien ikollna ghall-bejgh nbid minn ta' Kola, minn tal-Mitalla u xi haga ta’ barra aktarx impurtata minn Sqallija. Ta’ Malta konna nixtruh bil-kwarta f’recipient tal-landa li kien jesa’ ftit inqas minn hames litri u nofs. Xorb irqiq kien ikollna rum, wiski, brandi, ginn u vermut. Xorb iktar komuni kien hemm birra, luminata u ginger li kien jinbiegh fil-fliexken tal-hgieg u bhala tapp kellu bocca tal-hgieg. Kellna wkoll xi haga ta’ l-ikel bhal biskuttelli, galletti, karawett u cicri. Insejt it-tabakk, is-sigarri u s-sigaretti Tom Mix, Scissors u Yacht. It-tabakk missieri kien jixtrih weraq, iqattghu fil-boroz biex jintuza fil-pipa. Kien ibigh il-kordi tal-kitarra li jinxtraw mill-ghannejja li fil-Karnival u fis-sajf kienu jigu fil-hanut.


Triq il-Kbira ghall-habta tas-snin hamsin tas-seklu ghoxrin bil-hwienet li kien fihaTriq il-Kbira ghall-habta tas-snin hamsin tas-seklu ghoxrin bil-hwienet li kien fiha

“Il-hanut kien mghammar b'kulma kien jehtieg: bank kbir ta’ l-injam bil-wicc ta’ l-irham u sett ta' erba' imwejjed parigg. Kien hemm bank fejn joqoghdu n-nies dawra mejt mal-hanut u xi ftit banketti. Bhala tizjin kellna armatura kbira u sabiha bil-hgieg immullat fejn kien jinzamm ix-xorb irqiq. Mal-hitan l-ohra kien hemm inkwatru kbir li kien juri xena mill-Gwerra tat-Transvall (Gwerra tal-Boeri 1899), erbgha ohra jiddiskrivu l-bahar u xi reklami maghmulin mill-enemel.


“Kull filghodu wara li jitilqu l-gabillotti, il-bejjiegha u x-xerrejja, ommi kienet tiehu hsieb il-hanut, filwaqt li missieri kien jerhilha lejn il-Belt. Jien kont nghid missieri x’imur jaghmel kuljum il-Belt? Darba staqsejtu u rrispondieni hekk: ‘Binti jien immur Strada Merkanti u hemm nipprova naghmel xi naqra negozju.’


"Kont naf illi missieri kien jinnegozja l-patata li kienu jsiefru fil-krietel ta' l-injam. Din kien jixtriha minn ghand il-bdiewa u mbaghad tinghazel minn xi nisa li kien iqabbad apposta. Kien ukoll jixtri s-silla, il-qamh, ix-xghir u l-kemmun dejjem biex jerga' jinnegozjah. Filghaxija kienu jigu l-irgiel tal-madwar ghal dik il-pinta inbid. Ta' kuljum kienu jigu l-biccerin ta' Sonos, ta' Gangikk, Gamri ta' Ganna u ohrajn. Qabel kull nhar ta' Hadd fis-sajf in-negozju kien ikun tajjeb hafna minhabba li hafna nies kienu jerhulha lejn il-bahar. Dawn kienu Zebbugin u Qriema li jigu bil-karettuni jieqfu l-Erba' Hwienet u jaghmlu ors jieklu, jixorbu u jghannu.


"Iz-zmien igib il-bidla. Meta l-karozzi zdiedu kemm dawk privati u iktar u iktar il-karozzi tal-linja li kienu ikbar, kien jitla' pulizija mill-ghassa u ma jhallix il-karettuni jieqfu. Biex taghqad il-ftuh ta' triq gdida li mill-pjazza tiehdok San Guzepp tat-Targa kompla jnaqqar il-kummerc fl-inhawi ta' l-Erba' Hwienet. Ix-xoghol fuq it-triq inbeda f'Novembru tal-1929. Kellu jinbena pont tal-gebel bi tliet arkati kbar biex jaqsam Wied il-Ghasel u t-triq hi twila xi 1000 metru. Fit-13 ta' Gunju 1930 il-Gvem tal-Prim Ministru Gerald Strickland semma din it-triq Constitution Street. Meta nfethet din it-triq it-traffiku biddel ir-rotta u kull min kien sejjer lejn (p.117) San Pawl il-Bahar beda jghaddi minn hemm. Hekk bdew inaqqsu mill-importanza li kellhom l-inhawi ta' l-Erba' Hwienet.

"Fis-sena 1936 (meta bdiet il-Gwerra Civili fi Spanja) missieri wella l-hanut lil Joseph Zammit (il-Qinca) waqt li missieri kien hadu minghand certu Xmun Sammut. F'dan iz-zmien missieri beda jirranga d-dar li noqoghdu fiha llum. Bena mill-gdid il-faccata li kienet fi stat hazin. Dan ix-xoghol sewa lil missieri £110, £-80 lill-bennej ic-Cikit u £30 lill-mastrudaxxa ghax-xoghol tal-injam bhat-twieqi u l-bibien.”


"Gorga tista' ssemmi xi hwienet li kien hawn dak iz-zmien?"


“Mela nibdew mill-Erba' Hwienet: il-hanut ta’ faccata kien ghand iz-ziju Pacik Caruana, hu missieri. Wara haduh Ganna n Gorg is-Saqqufija. Ta’ ma genbu kien hemm Toni Borg ta' Lahlah. Dawn it-tnejn huma maghluqin. L-uniku hanut li ghadu miftuh hu s-San Remo Bar. Dan biddel l-idejn kemm-il darba. Fis-snin hamsin kien ghand Censu l-Ghuref u kien semmieh Pandora Bar.


"Aktar ‘l isfel niftakar lil Xmun tal-Kafe, il-Lilles li kellu St. Peter and St. Paul Bar li fis-snin tbiddel ghall-Mosta Football Club u wara sar is-Cycling Club. Illum insibuh bhala s-City Bar ghand Lorry li hadu minghand missieru Leli Gatt. Hanut iehor li safa maghluq u li anki l-bini tieghu tbiddel kien ta’ Kelina u Grezz ta’ Dahru. Dan kien parti hanut tal-merca u parti bar.


Fran kien hemm tlieta. It-tnejn li ghalqu kienu ta’ Patist Falzon fil-bidu ta’ Triq it-Tama u ta’ Manini Mamo tal-Gabudier, bieb ma bieb ma fejn noqghodu ahna. Il-forn li ghadu jahmi hu maghruf bhala tal-Pejx. Dan kien ta Guzeppi u Karmni Said tal-Guzu u wara hadu Salvu t-Tewwej. Bhall-fran kollha l-aktar li kien isir hobz. Infatti kien hemm xi nies ma' Manini jahbzu l-hobz u mbaghad kienu jmorru jbighuh f’kaxxa tal-injam migbuda minn ziemel. Darba lil-gimgha kien jinhema l-hobz li n-nies kienu jaghgnu d-dar li kien irid iservihom il-gimgha kollha. Fil-Hdud u fil-festi x-xena kienet tinbidel minn hobz ghal turtieri mimlijin b’kull xorta ta' ikel: patata, laham, ghagin u xi torta! Ir-riha biss kienet taqsamlek qalbek. Fil-hamsinijiet Manini li sfat armla, halliet il-forn u emigrat lejn Sydney l-Awstralja fejn it-tfal.


“Hwienet tal-merca kien hawn hafna: illum ma baqa’ hadd f’din it-triq. Kien hemm (p.118) Gerita ta’ Gakbu, Karmni ta’ Gamri, Karmena Muscat tal-Lilles, Marija Agius il-Begilla fejn qabel kien hemm missieri u kien hemm xi hadd minn ta' Marcoqqa. Tal-laham kien hawn Gamri Camilleri (il-Barri), Wigi Scicluna, Ganni Vella ta’ Gangikk li kien Rabti u kellu l-hanut fl-intrata tad-dar u Gamri Borg (Pipi) li ghad ghandu t-tfal u xi nepulijiet bin-negozju tal-laham.


“Hajjata kien hawn kemm irgiel u kemm nisa. L-irgiel kienu wkoll parrukkiera bhal Karmnu Fenech (il-Petit) u Zaren Mallia li kellu lavrant certu Guzeppi Sammut li kien jigi kuljum mis-Siggiewi bir-rota. Xi snin wara Guzeppi zzewweg lil Sunta Vella tat-Tut. Filomena Muscat (tal-Lelles) kienet hajjata prima u kien ikollha xi xebbiet jahdmu maghha.


Triq il-Kbira ghall-habta tas-snin hamsin tas-seklu ghoxrin bil-hwienet li kien fihaTarf Triq il-Kbira fejn illum hemm l-istabbiliment ta’ Cauchi.

"Fost snajja' ohra nsibu l-landiera li kien hawn tnejn zgur: Karmnu ta' Gangikk u Fjakiz li kien jaghmel il-fanali ghall-Vjatku u li kien joqghod fi Triq San Gwann. Pacikk Muscat ta’ Gesu kien legatur tal-kotba. Ma' dawn insemmu liz-zewg skrapan certu Salvu min-Naxxar u Karmnu Fsadni z-Znaj. Bil-gwiez kien hawn ta' Sprettu, Klement Borg, Ganninu Sammut u Guzepp Chetcuti ta' Gakki. Sahansitra kien hawn fotografu, Gamri Schembri l-Maniku li kellu l-hanut flok Karmnu z-Znaj.


"Taz-Zebgha kien hawn Epifanjo Dimech (Taz-Zinna) li kellu hanut mad-dar (casa bottega), kantuniera ma Triq Chetcuti. Imhaghad mar fetah hanut fil-pjazza, izda meta giet biex tinfetah it-triq tal-arkati, il-bini ried jaqa’ u fetah il-hanut f’remissa wara St Peter's and St Paul's Bar. Hanut iehor taz-zebgha kien tax-Xatbi.


“Hwienet tal-hwejjeg niftakar ta' Rozann, Gianninu Vella (Ta' Serafin) u Karmnu Vella (it-Tut) illi fir-remissa kellu hanut bid-drappijiet, hwejjeg, brieret u xedd bhal zraben, papocci u sandlijiet. Fl-intrata tad-dar kellu l-fajjcnza. Nhar ta' Hadd kienu jigu nies miz-Zebbiegh u mill-lmgarr biex jixtru."


Gorga semmiet nies li ma niftakarhomx, biss hemm ohrajn li nafhom u huma gheziez ghalija. Vitor il-mara ta' Karmnu t-Tut hallietna matul il-gwerra. Sunta t-tifla l-kbira zzewget lill-mahhub taghha Guzeppi Sammut tal-Bomblu mis-Siggiewi. Dan kien ghadu kif gie lura mill-Egittu fejn serva bhala suldat tal-R.M.A. Xi zmien wara li zzewgu l-hanut tat-Tut inghalaq.


Hawn inghalqet ukoll grajja illi tat it-tama lil qrabatna ta' L-Erba' Hwienet. Spiccat il-gwerra, beda zmien gdid, zmien ecitanti. Ittajjarna bil-hsieh u bil-gisem ma l-erbat irjieh tad-dinja. Maz-zmien irritornajna lejn il-Mosta mahbuba taghna.


Artikli ohra mill-ktieb