The Mosta Archives Banner

L-Arma tal-Mosta

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Jannar – April 1990


L-arma tal-Mosta L-arma tal-Mosta

(p.10) Il-Mosta, Santa Marija u r-Rotunda huma tliet kelmiet li ma tantx tista’ tifridhom minn xulxin kif gieb u lahaq, ghax marbutin flimkien u wahda tfakkrek fl-ohra. Dan narawh tajjeb fl-arma sabiha li jgib dan ir-rahal-belt ghaziz taghna. Fuq kamp jew sfond fidda jidher salib ahmar u sewwa sew f’nofsa, fuq sfond ikhal, tidher kewkba bajda, daqqa b’sitta u daqqa b’hames ponot, b’cirku safrani madwaha.


Din il-kewkba bajda fuq sfond kahlani mhix hlief xbieha tal-Vergni Marija Mtellgha s-Sema, imdawra b’cirku isfar, li jfisser il-knisja Rotunda li missirijietna waqqfu f’gieh il-Madonna, knisja li kellha tibqa’ bhala xhieda tal-fidi qawwija ta’ dawk il-Mostin li fil-bicca l-kbira taghhom kienu bdiewa, liema fidi hija mfissra hekk tajjeb fis-Salib ahmar li jiddomina l-arma taghna.


Bil-motto "Spes Alit Ruricolam," jigifieri "It-Tama Tghajjex il-Bidwi," kliem li joqghod tajjeb ghal rahal li kien fil-bidu mghammar l-aktar b’nies biezla tar-raba li kienu jahdmu b’hegga l-art ta’ madwarhom u ma jistax jonqos li l-aktar virtu li kienet iddawwal hajjithom kienet dik tat-tama, ghax liema bidwi seta’ jghix minghajr din il-virtu meta xoghlu kien jiddependi ghal kollox mill-elementi li kienu jdawwruh? Din it-tama swiet ukoll, filwaqt li ghaddiet f’missirijietna, biex wasslithom halli jtellghu dawk il-filati wahda wara l-ohra u jaslu sa ma jaghlqu bla ma hadd kien jistenna l-koppla ggantija tar-Rotunda li tghaggeb lil dawk l-eluf li tulek ja sena jzuruha.


Jibqa’ jaghmlilna l-ikbar unur


Kien jisthoqqilhom tassew lil dawk il-Mostin il-kliem sabih li Grognet ried li jitnaqqax fil-friz li jghaddi ‘l fuq mill-kolonni tal-portiku: "VIRGINI SYDERIBUS RESTITUTAE …" (Lill-Vergni Mtellgha s-Sema …) - kliem li kien, ghadu u jibqa’ jaghmlilna l-ikbar unur.


Nikola Zammit


Il-bicca l-kbira ta’ l-armi ta’ l-ibliet u rhula taghna kellhom bidu fis-seklu l-iehor u kien sawwarhom u tahom lewnhom it-tabib, arkitett u filosfu Nikola Zammit tas-Siggiewi (1815-1899). Dawn l-armi, ghalkemm ma kenux ufficcjali, dritt saru popolari fil-parrocci. Kienet dehret deskrizzjoni taghhom fl-1890 fil-ktieb li kien hareg Pietro Paolo Castagna – Malta bil-Gzejjer Taghha u li Ghadda minn Ghaliha.


F’dak il-ktieb ta’ Castagna l-arma taghna kienet tidher bl-istilla tan-nofs fi kwadru ikhal u minghajr cirku madwarha. Jista’ jkun li, meta twebbel bihom l-ewwel darba Nikola Zammit, ir-Rotunda taghna kienet ghadha ma tlestietx. Iktar tard, madwar l-istilla gie introdott ic-cirku isfar, imma dan la nafu sew meta u lanqas min introducieh. Li hu zgur hu li Nikola Zammit miet madwar disgha u tletin sena wara li kienet lesta r-Rotunda u li minnu kienet giet tant imfahhra fil-pubblikazzjoni L’Arte, li hu stess kien johrog.


Huwa ghalhekk li gieli l-arma taghna daqqa tidher bic-cirku isfar u daqqa le, daqqa bl-istilla b’sitt ponot u daqqa b’hamsa. Il-kulur ta’ l-isfond tas-salib daqqa jidher combi jew celesti car biex ikun jaqbel mal-fidda u daqqa, kif gieli rajnieh f’xi bandieri, ikhal skur.


Lampieri


Meta fl-1905 sar il-famuz lampier tal-fidda tal-parrocca taghna, id-disinjatur Rafel Caruana Dingli dahhal fih l-arma tal-Mosta bic-cirku isfar madwar l-istilla u hekk regghet dehret meta ftit snin wara, l-istess disinjatur rega’ dahhal l-arma fil-ventaltar tal-fidda ta’ l-altar maggur tar-Rotunda. Fl-1975 saret l-Inkurunazzjoni ta’ l-Assunta u f’dik l-okkazjoni memorabbli saru sitt lampieri tal-fidda. Fuq kull wiehed minnhom regghet saret l-arma tal-Mosta. Meta fl-1978 sar il-lampier tal-fidda ta’ kuljum fuqu regghet saret l-arma tal-Mosta. Fuq dawn l-ahhar seba’ lampieri li saru, dejjem naraw l-istilla mdawwra bic-cirku.


Palk u Pedistalli


Barra mill-knisja din l-arma tidher ukoll fuq wahda mill-armi li jzejnu l-palk sabih tal-banda li b’xorti hazina m’ghadux jintrama u tidher ukoll fuq il-pedistalli tal-Papa Piju XII u tas-Sultan David li jintramaw fil-pjazza fl-okkazjoni tal-festa titolari. L-arma narawha wkoll fil-pedistall ta’ taht l-iljun li hemm f’nofs il-funtana ta’ Pjazza Rotunda.


Ghandna wkoll l-arma f’xi bandalori li jzejnu l-pjazza fil-festa u narawha tperper ukoll fuq hafna bjut minn ma l-arbli fl-okkazjoni tal-festa ta’ Santa Marija. Fuq il-bandieri ta’ ilu kont tara s-salib l-ahmar fuq sfond ikhal skur jew griz, li hu kulur eqreb lejn il-fidda. Fi zmienna l-arma qieghda tidher iktar b’salib ahmar fuq sfond abjad, forsi kulur izjed korrett, ghax l-abjad fl-armi jfisser fidda u dan joqrob izjed lejn ix-xewqa ta’ min origina din l-arma.


L-arma tal-Mosta zzejjen ukoll iz-zewg bandalori tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla u l-bandalori sbieh u rikki fiz-zewg kazini tal-baned li ghandha l-Mosta. Barra milli huma xoghlijiet sbieh ta’ rakkmu huma wkoll xoghol mill-isbah ta’ disinjaturi msemmijin li kellna f’pajjizna.


Naghlqu billi nghidu wkoll li din l-imbierka ta’ arma taghna kienet dehret ukoll fil-qoxra ta’ zewg kotba li kien hareg Mons. Edgar Salomone, wiehed fl-1910 u l-iehor fl-1916.


Minn dak kollu li ghedna jidher car kemm hi ghal qalbna din l-arma taghna. Dan ma jistax jonqos ghax, barra li tkattar fina mhabba ikbar lejn rahal twelidna, tfakkarna ghal dejjem f’dak kollu li hu wisq ghaziz u ghal qalb il-poplu Mosti.


Riferenzi

  1. Dizzjunarju Bijo-Biblijografiku Nazzjonali, Rob. Mifsud Bonnici, p.556.
  2. Malta bil-Gzejjer Taghha u li Ghadda Minn Ghaliha, Pietro Paolo Castagna, 1890, Appendix.
  3. Musta – Its Memories and Charms, Rev. Edgar Salomone, 1910.
  4. Musta – Souvenir View Book with Historical Sketches of the Church in English, French and Italian, Rev. Edgar Salomone, 1916.