The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA IX: GHAQDIET FIL-MOSTA LLUM


IL-FRATELLANZI, minn Francesco Mangion


(p.303) L-istorja tal-fratellanzi tehodna hafna snin lura. Sa minn zmien il-medjuevu l-Knisja bdiet twaqqaf ghaqdiet jew fratellanzi ghal nies ta' kull xorta ta' xoghol jew professjoni. L-eqdem fratellanza gewwa Malta hi dik ta' San Guzepp gewwa r-Rabat, imwaqqfa fl-1345. L-ghan taghhom kien li jqaddsu l-membri spiritwalment, kif ukoll jghinu lil xulxin materjalment (ghajnuna socjali). Kien ikollhom il-knisja jew kappella taghhom fejn il-membri kienu jiltaqghu u jiddiskutu taht it-tmexxija ta' sacerdot u ufficjali maghzula minnhom.


Dawn l-ghaqdiet kienu maghrufa mill-Gran Mastri. Kitba tal-1647 tal-Granmastru Lascaris, tithaddet mill-ghaqdiet tal-argentiera, haddieda, hajjata, skrapan u mastrudaxxi. Dik tal-1708 tal-Gran Mastru Perellos, izzid tal-parrukkieri, haddiema tal-hbula u landiera.


B'digriet tat-12 ta' Marzu 1675 Mons Astirja ordna li f'kull parrocca tigi mwaqqfa l-Fratellanza tal-Imqaddes Sagrament u li l-membri taghhom jakkompanjaw fil-Purcissjoni tat-tielet Hadd ta' kull xahar u jerfghu l-baldakkin u x-xama fit-tmexxija tal-Vjatku lill-morda.


Il-Mosta li saret parrocca fis-sena 1608 ma kellha l-ebda Konfraternita jew ghaqda ta' haddiema bhal dawn li diga semmejna. Izda sa minn qabel is-sena 1658 fil-Mosta kienu diga jezistu l-fratellanzi tas-Santissmu Sagrament u tar-Ruzarju.


(p.304) Fl-istorja tieghu Achille Ferris li kiteb fl-1866 jghid li fil-Mosta kien hawn hames Fratellanzi bit-tnejn li diga semmejna; dik tal-Konsolazzjoni (jew tac-Cintura) li twaqqfet b'degriet fl-1 ta' Dicembru 1721 minn P. Tumas Cervioni, General tal-Ordni ta' S. Wistin, dik ta' S. Guzepp u tal-Qalb ta' Gesu. Fl-1886 twaqqfet dik tad-Duluri.


Dawn is-sitt fratellanzi kienu jzejnu l-Purcissjonijiet b'numru kbir ta' fratelli u l-poplu kien jiehu gost bihom, tant li kull meta jkun hawn purcissjoni n-nies ma kienitx tohrog mir-rahal.


Kull fratellanza kellha l-Prokuratur li kien ikun qassis; is-Surgentin li kellu d-dmir li jiehu hsieb il-hrug u d-dhul tax-xema u fil-purcissjoni t-tqassim sewwa u d-dixxiplina tal-fratelli. Dan kien izomm f'idejh Surgentina speci ta' lasta ta' xi 4 piedi u fuqha pogguta xbiha tal-qaddis padrun. Kull fratellanza kellha tliet Standardi, il-Prim li johrog fil-festi l-kbar, is-Sekond fil-purcissjonijiet l-ohra u t-Terz, fil-funerali; ghandha ukoll Salib u zewg anterni. L-istandardi l-primi li ghadhom jintuzaw sallum huma mill-isbah li hawn Malta.


Sa hamsin sena ilu, n-numru ta' purcissjonijiet, tnehhi dik tal-Gimgha l-Kbira kienu jlahqu hmixtax, sebgha tas-Sagrament u tmienja tal-Madonna u tal-Qaddisin. In-numru tal-Fratelli li jakkompanjaw kien ikun madwar hmistax il-zewg kull fratellanza. Dak iz-zmien il-purcissjonijiet bil-vara kienu jkunu akkompanjati mill-banda.


Illum il-fratellanzi waslu fl-ahhar sieghat tal-agunija taghhom u ma tidher ebda tama li ghad jergghu jirxoxtaw.


Izda dawn il-fratellanzi kellhom il-glorja taghhom ukoll. Ta' kull sena s-sitt Fratellanzi taghna mal-Fratellanzi ta' Malta kollha kienu jissiehbu f'dik il-purcissjoni hekk imsejjha (p.305) ta' San Girgor. Dawk li jerfghu l-istandardi meta kienu jaslu quddiem il-knisja, biex isellmu lis-Sagrament kienu ibaxxu l-istandard ghal tliet darbiet. Kienet purcissjoni li tassew kien fiha x'tara. Fil-1925 din il-purcissjoni giet imnaqqsa u limitata ghall-kunventi u Kapitoli tal-Katidral flimkien mal-Isqof.


Fil-Kungress Ewkaristiku tal-1913, f'purcissjoni li harget minn San Gwann ghall-Furjana, il-Fratellanza tas-Sagrament tal-Mosta akkompanjat mal-Fratellanzi tas-Sagrament ta' Malta kollha. Hekk ukoll sar 25 sena wara fl-1938, u fil-50 Anniversarju tal-1963.


Fl-1930 habat il-XV il-centinarju mill-mewt ta' S. Wistin u f'din ic-cirkostanza kienet saret purcissjoni li harget mill-knisja ta' S. Wistin il-Belt, ghal Furjana li fiha l-Fratellanza tac-Cintura tal-Mosta hadet sehem mal-fratellanzi ta' Malta kollha.


Fl-1920 gheluq l-ewwel 50 sena meta l-Papa Piju IX ghazel lil San Guzepp patrun universali tal-Knisja, l-Fratellanza ta' San Guzepp tar-Rabat stiednet il-Fratellanzi Guzeppini ta' Malta kollha biex jakkompanjaw f'purcissjoni kbira u tal-Mosta kienet minn tal-ewwel li hadet sehem.


Fil-festi cinkwantinarji tal-1948 biex ifakkru l-inkurunazzjoni tal-Madonna ta' San Luqa, inkurunata fl-1898 – f'purcissjoni li harget mill-Katidral tal-Imdina ghal S.Pawl, il-Mosta hadet sehem bi tliet Standardi tal-Madonna. L-istess sar fl-1949 fil-Kungress Marjan it-tliet Fratellanzi tad-Duluri, tar-Ruzarju u tac-Cintura akkumpanjaw fil-processjoni li bdiet mill-Knisja ta' Giezu ghall-Furjana flimkien mal-fratellanzi tal-Madonna ta' Malta kollha.


Fil-vista Pastorali li Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi beda fil-parrocca fis-16 ta' Marzu 1969 fit-tibdil li ghamel, nehha erba' (p.306) purcissjonijiet billi deherlu li hawn hafna fil-parrocca. Il-purcissjonijiet kienu: Madonna Regina, id-Duluri, l-Madonna tac-Cintura u tas-Salib Imqaddes. Il-Festa taghhom baqghet issir xorta wahda fil-Knisja (Iktar fuq il-fratellanzi ara Il-Mosta, Nru. 26, 56 ,58, 65).


M.U.S.E.U.M. (Qasam XL Mosta)


Socjeta tad-Duttrina Nisranija


(p.315) Il-Muzew (MUSEUM ) fil-Mosta nfetah ghall-ewwel darba fis-17 ta' Dicembru 1945. Dan seta' jsir bl-inizjattiva tas-Sur Nikol Caruana billi offra l-lokal fid-dar numru 70, Triq il-Parrocca, sewwa sew wara l-knisja.


L-ewwel membri kienu Censu Ciappara, u Gamri Camilleri li kienu jinzlu kuljum mill-Muzew tan-Naxxar, u Guze Micallef u Carmelo Demartino, refugjati mill-Kottonera.


Billi z-zghazagh ikkonkorrew hafna gie wkoll imsejjah biex jaghti daqqa t'id is-Socju John Delicata, Ii ghalkemm joqoghod il-Mosta kien jattendi fil-Muzew ta' Hal-Balzan.


Fis-27 ta' Jannar 1946, fi zmien l-arcipriet Dun Karm Sciberras, gie mwaqqaf ufficjalment billi l-imsemmi Arcipriet ghamel l-inawgurazzjoni tal-Qasam.


Nhar it-23 ta' Novembru 1946 il-Qasam gie kkonsagrat lill-Qalb Imqaddsa ta Gesu' u l-Qalb bla tebgha ta' Marija mill-Wisq Reverendu Dun Pawl Calleja Ii kien qieghed imexxi l-parrocca flok l-Arcipriet.


Lejliet il-Milied ta' Dicembru 1946, kif isir mill-Muzewijiet kollha, hargu ghall-ewwel darba t-tfal bix-xbiha ta' Gesu Bambin u d-dwal jixghelu, iduru mat-triqat tal-Mosta u jkantaw l-innijiet tal-Milted. Ghal din il-Purcissjoni ghen hafna l-kumitat tal-Kazin tal-banda Nicolo Isouard bili kien jislifna l-lampi tal-mantle u kien jibgnat ragel jiehu hsiebhom.


Barra mit-taghlim tad-dutrina, l-Arcipriet Sciberras (p.316) halla fil-hsieb tas-socjeta tal-Muzew, il-quddiesa tat-tfal tal-Hdud u l-festi kmandati. Din kienet u ghada ssir fis-7.00 a.m. fil-knisja parrokjali u kienu jattendu ghaliha madwar 300 tifel.


Fis-17 ta' Novembru 1946 saret l-ewwel Sajda Muzewmina fl-oratorju Qalb ta Gesu, fejn ghaliha attenda wkoll il-fundatur tal-Muzew, Mons Dun Gorg Preca. Dun Gorg ghamel il-laqgha tad-19 ta' Novembru.


Fis-sena 1948 sar Arcipriet Dun Pawlinu Galea, sacerdot Mosti li kien ilu zmien Arcipriet f'Haz-Zebbug, rahal fejn l-Muzew kien floridu, ghalhekk l-Arcipriet Galea kellu taghrif bizzejjed dwar is-Socjeta. Nhar ta' Hadd fit-3 00 p.m. l-imsemmi l-Arcipriet beda jaghmel il-katekizmu ghat-tfal fil-knisja fejn kienu jattendu bejn 300 u 400 tifel, barra l-bniet. Il-membri tal-Muzew kienu jghinu billi jiehdu hsieb it-tfal subien.


Skont il-pjan regolari tal-Gvern, id-dar tal-Muzew kelIha tigi mwaqqa biex wara l-knisja ssir pjazza. Il-Membri tal-Muzew hadu bicca art cens perpetwu fil-post imsejjah Ix-Xaghra, b'xi mod fix-xaqliba tal-knisja ta' l-lsperanza.


Il-Perit A. Cutugno ghamel il-pjanta. F'dak l-istess zmien kien gie hawn il-Mosta socju tal-Muzew, Karmelo Caruana, li kien miz-Zejtun. Dan kien jifhem fix-xoghal tal-bini u taht id-direzjoni tieghu bdew inaddfu s-sit l-istess membri li, inkuraggiti minnu, ghenu lilu u lis-Sur Giuzeppi Bonnici, il-bennej iqieghdu l-pedamenti.


Ix-xoghol inbeda bla flus fl-idejn. Kull sena bejn Settembru u Ottubru kienu jintbaghtu lil kuIl familja appelli ghall-ghajnuna. Kulhadd kien jibghat dak li jrid. ll-poplu kien (p.318) generuz hafna.


Nhar il-Hadd 12 ta' Gunju 1960 tqeghdet l-ewwel gobla tad-dar mill-Arcipriet P. Galea, li sa dak iz-zmien kien sar monsinjur ghalkemm kien ghadu jmexxi l-parrocca hu.


Il-Muzew tas-subien fil-Mosta Il-Muzew tas-subien fil-Mosta

Is-sular t 'isfel gie nawgurat fis-sena 1967 (22 ta' Ottubru) mill-Eccellenza tieghu l-lsqof Emanuel Galea, fi zmien l-Arcipriet Dun Bartilmew Bezzina.


Fis-7 ta' Lulju 1968 saret ghall-ewwel darba l-purcissjoni tat-tfal ta' l-ewwel tqarbina mill-Muzew ghall-knisja u lura. Dan qatt ma seta' jsir qabel billi l-Muzew l-antik kien vicin wisq tal-knisja u ghalhekk ma kienx possibbli li ssir purcissjoni bhal din.


L-ewwel t'April 1969 tibqa' data kommemorattiva ghall-Qasam, ghax fiha gie jzur il-Qasam l-Eccellenza tieghu Mons. Mikiel gonzi fl-okkazjoni tat-tielet vista Pastorali tieghu fil-Mosta. Fl-indirizz tieghu qal li ha pjacir li ra Qasam bhal dan u awgura li kull pajjiz ikollu qasam bhalu. Heggeg hafna lit-tfal biex ma jfallu qatt id-duttrina lanqas meta jikbru billi dak ikun iz-zmien li l-aktar ikollhom bzonn jitghallmu.


Mill-Hadd 25 ta' April 1971 sal-Hadd 2 ta' Mejju saru festi u laqghat biex jitfakkru l-hamsa u ghoxrin sena mill-ftuh tal-M.U.S.E.U.M. fil-Mosta u fl-istess hin giet inawgurata d-dar kollha. Il-festi spicccaw b'akkademja ad unur ta' Dun Gorg Preca, fundatur tas-Socjeta, taht il-Presidenza ta' Mons. Isqof Gerada.


Il-fini li ghalih il-Fundatur, Dun Gorg Preca waqqaf il-Museum kien biex aktar jinixtered it-taghlim tad-duttrina, ghalhekk fil-Qasam, kuljum jigi mghallem il-Katekizmu liz-zghar u lill-kbar.


(p.319) Iz-zghar jigu ppreparati biex jircievu l-Ewwel Tqarbina u l-Grizma; tfal minn ghaxar snin 'il fuq jibqghu ikollhom lezzjonijiiet kuljum dwar il-Formazzjoni Nisranija.


Dawk it-tfal li juru li 'l quddiem iridu jhaddnu l-hajja tal-Museum, ikollhom lezzjonijiet apposta inkluzi s-Sibtijiet u l-Hdud.


Dawn jinqasmu fi klassljiet imsejha:

  1. Preparatorja - minn 10 sa 12-il sena.
  2. Maghzulin - minn 12 sa 14-il sena.
  3. Aspiranti - minn 14 sa 16 it sena.
  4. Kandidati - minn 16 sa 18-il sena.

Dawk iz-zghazagh imbaghad li juru li jridu jinghaqdu mas-Socjeta, jigu nkorporati Soci.


Is-socjeta tat- Museum, li kif ghidna, il-fini taghha hu t-taghlim tad-duttrina, twassal dan il-messagg bl-ahjar mezzi adattati skond iz zminijiet. Ghalhekk il-Qasam minbarra mill-Librerija, li hi ghad-dispozizzjoni tal-Katekist, hu armat b'numru sabih ta' 'Slides' fuq il-katekizmu, 'Visual Aids', 'Recordings' u mezzi ohra li jghinu lill-katekist jispjega ahjar il-lezzjoni.


Matul is sena, jigu organizzati xi laqghat specjali bhal 'Gimgha Marjana' f'Mejju, Ezercizzi ghat-tfal u ghall-kbar, Rakkont tal-Passjoni (generalment bi 'Slides') matul il-gimghat tar-Randan u laqghat ohrajn simili. Matul l-istagun tas-Sajf, billi l-Museum jibqa' sejjer is-sena kollha, isiru numru ta' 'Quizes' imqassmin bejn iz-zghar u l-kbar, li ghalihom ikun hemm interess kbir.


Illum, wara tletin sena, tista' tghid li hafna huma dawk li b xi mod kellhom kuntatt mal-Museum, jew billi bhala tfal u zghazagh tghallmu d duttrina, jew kbar semghu xi lezzjonijiet.


(p.320) Qabel ma waqa' l-Muzew l-antik kull nhar ta' Hadd kienu jsiru laqghat fil-Kappella tal-Qasam. Illum dawn il-laqghat qed isiru kull nhar ta' Hadd fil-Knisja ta' San Silvestru.


B'hekk il-Qasam tal-Mosta qed jilhaq il-fini li ghalih infetah u li tieghu jgib l-isem: MAGISTER UTINAM SEGUATUR EVAGELIUM UNIVERSUS MUNDUS li bil-Malti tfisser: Mghallem mhux li kien li d-Dinja kollha timxi fuq l-Evangelju tiehek.”


Il-Muzew tan-nisa


Il-Muzeum tan-nisa infetah fil-Mosta fl-1941 bl-approvazzjoni tal-Arcipriet Dun Karm Sciberras. Billi kien fi zmien il-gwerra, il-membri kienu jiltaqghu kuljum f'diversi djar, sakemm krew post fi Triq l-Oratorju, Sqaq 1.


L-ewwel Superjura kienet Felicita Pisani u fl-1969 lahqet Superjura Guzeppa Bezzina. Fl-1975 akkwistaw post addattat ghat-taghlim tal-kbar u taz-zghar go Triq il-Pont, numru 44.


Is-Socjeta tal-Muzeum li hi maghrufa ghat-taghlim tad-duttrina, f'dan il-qasam ghandha klassijiet li jippreparaw il-bniet ghall-Ewwel Tqarbina, kif ukoll ghall-Grizma ta' l-Isqof. Jorganizzaw ukoll irtiri u Konferenzi, anke permezz ta' Filmini biex iktar ikunu ta' nteress ghall-pubbliku.


IS-SORIJIET FRANGISKANI TAL-QALB TA' GESU


Il-Bidu taghhom


(p.331) Il-Kongregazjoni tas-Sorijriet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu twaqqfet minn Dun Guzepp Diacono fit-18 ta' Ottubru, 1880 fil-Belt Vittorja, Ghawdex. Dan is-sacerdot twajjeb u fervoruz twieled fil-15 ta' Awissu, 1846 u miet fit-22 ta' Gunju, 1924.


Virginia DeBrincat minn Ghawdex fis-sena 1880 kien ghad ghandha biss hmistax-il sena meta dahlet f'ghaqda Ii l-ghan taghha kien li l-membri jitolbu u jahdmu ghat-tpattija lill-Qalb Imqaddsa ta' Gesu. Din is-Socjeta kient tissejjah “It-Tnax-il Kewkba tal-Qalb ta' Gesu.” Dun Guzepp Diacono, il-fundatur, kien ighin lil dawn iz-zghazagh fil-hajja spiritwali taghhom. Virginia tat ruhha ghal dan ix-xogbol gdid. L-ghadd tal-membri taghha beda jizdied u ghalhekk iddecidew li jsiru Kongregazzjoni Religjuza bl-approvazzjoi ta' l-Isqof.


(p.322) Virginia, illi issa kien jisimha Madre Margerita, mimlija b'kuragg u fiducja f'Alla hadet it-tmexxija tal-Kongregazzjoni f'idejha u rnexxielha tirbah kull diffikulta b'wicc il-gid. F'daqqa wahda l-Kongregazzjoni hadet ir-ruh u bdiet miexja 'l quddiem u taghmel progress


Ix-xoghol ta' din il-Kongregazzjoni huwa varju: taghlim fl-iskejjel, kura tal-morda, hidma max-xjuh, maz-zghazagh u ma' l-orfni u ghajnuna lill-Kappillan fil-parrocca. Tant kienu l-membri li dahlu f'din il-Kongregazzjoni li setghu jinxterdu f'pajjizi 'l boghod minn Malta. L-ewwel li marru kienu fil-Grecja u komplew fil-kontinenti kollha: l-Amerika, Awstralja, Etijopja, Brazil, Pakistan, Franza, Ingilterra u f'hafna postijiet fl-ltalja.


Illum mhux biss zghazagh Maltin u Ghawdxin qeghdin ihaddnuha imma wkoll Awstraljani, Taljani, Braziljani, Pakistani u anke Etijopici.


Id-Dahla Taghhom fil-Mosta


Fis-sena 1959 is-sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu li kienu jinsabu fid-dar tal-kongregazzjoni tal-Adorazzjoni fil-Belt kienu jigbru l-karita ghad-dar taghhom mill-Mosta u dahlu b'kumbinazzjoni f'dar fejn kien jinsab marid certu Konti sacordot, Dun Frangisk Saverju Theuma Castelletti, li kellu tiehu hsiebu zghazugha twajba li kienet ilha mieghu ghal hafna snin. Din kienet is-Sinjorina Carmela Agius.


Is-sorijiet, meta raw l-istat gravi ta' dan it-twajjeb sacerdot, weghdu lis-Sinjorina li jmorru jzuruh spiss u jghinuha f'kaz ta' bzonn. Hekk ghamlu u ghaddew hafna ljieli magenb l-imhadda tieghu jikkonfortawh kristjanament. Il-Konti tqanqal ghal dan il-gest ta' karita.


L-imsemmija Sinjorina Carmela ngibdet lejn (p.333) is-sorijiet u, wara l-mewt tal-konti, mill-wirt li hallielha, hasbet biex taghmel opra tajba mhux biss ghal ruh is-sacerdot izda biex tkompli kwazi x-xewqa li kellu f'hajtu li jhalli warajh xi opra ta' karita.


Din is-Sinjorina bdiet tmur ta' spiss l-Adorazzjoni u saret wabda mill-benefattrici taghhom. Fuq il-parir ta' persuni tajba hija, li kienet tghix ukoll il-Mosta, xtaqet li s-sorijiet tal-Kongregazzjona jifthu skola qrib id-dar taghha. Xtrat dar li kienet tinsab vojta quddiemha u tatha lis-sorirjiet ghal dan l-iskop.


Il-Madre Generale, Madre Louisa Busuttil, li dak iz-zmien kienet treggi l-Kongregazzjoni, immexxija mill-ghajnuna divina, li qatt ma naqset u qalet lil Mons. Arcisqof Gonzi jekk setax jitwaqqaf Ospizju ghan-nisa. It-twegiba kienet iva.


Il-kunvent Pax et Bonum fil-Mosta Il-kunvent Pax et Bonum fil-Mosta

Id-dar kienet zghira wisq ghall-kura tax-xjuh. Ghalhekk inxtraw xi djar ohra li kienu madwarha. Ix-xoghol tlesta ghall-habta ta' Marzu, 1961 u d-dar hadet l-isem ta' PAX ET BONUM.


Fl-1968 kienet mill-gdid tinhass il-htiega li din id-dar titkabbair minbabba t-talba kbira ta' hafna anzjani ohra li xtaqu li jintlaqghu hemm mis-sorijiet. Regghet mill-gdid is-Sinjorina Carmela Agius resqet lejn il-Kongregazzjoni bil-generozita taghha u f'qasir zmien il-post kien lest u kapaci jilqa' fih ghadd ta' rikoverati.


L-iskop ta' din id-dar huwa li l-anzjani li jghixu fiha jibqghu jghixu daqs Ii kieku kienu qeghdin go darhom.


L-Appostolat ta' dawn is-Sorijiet


"Hobbu lil xulxin kif habbejtkom jien." It-tbatija tghaqqad liil-bniedem dejjem izjed ma' l-imhabba. Ix-xoghol tas-sorijiet f'din id-dar huwa (p.335) principalment li jiehdu kura tan-nisa anzjani b'dak kollu li ggib maghha l-eta avanzata. Biex wiehed jifhem dan jehtieg li qabel ikun jaf li l-anzjani li jigu fil-PAX ET BONUM x'aktarx huma nies li ghexu hajja komda, nies li kienu kapijiet ta' familja u li jafu x'jigifieri mhabba tal-familja. Jekk dawn l-anzjani jhossu mal-ewwel li d-dar tas-sorijiet hi darhom, allura x-xoghol ta' dawk li jiehdu hsiebhom jehfief xi ftit ghalkemm dejjem jibqa' xoghol li jitlob sagrificcju kbir. Ix-xoghol tas-sorijiet ikun iebes u delikat hafna meta jkollhom lil xi hadd li ma jkunx jista' jidra jew jahseb li hadd ma jridu.


Huwa hawn li s-sorijiet iridu jiehdu tant pacenzja billi jifhmu u jaghdru lil dawn l-erwieh li l-hajja tkun ghamlithom tant difficfli. Is-sorijiet iridu jimlew dak il-vojt li xi drabi tant ihossu tal-ghaziza familja taghhom.


Dawn l-anzjani jircievu l-kura kollha mehtiega f'dak li ghandu x'jaqsam mar-ruh u ndafa personali flimkien ma' xi nursing care li jkollhom bzonn. Pero l-akbar kura hija dik spiritwali billi ghandhom konfessuri ghall-qrar, tqarbin kuljum, Grizma u assistenza spiritwali filwaqt tal-mewt.


Dawn l-anzjani jsibu l-aktar post mistrieh taghhom fil-kappella, li fiha jirringrazzjaw lil Gesu u jattendu ghall-funzjonijiet kollha liturgici. Isiru zewg quddisiet kuljum u jum ta' Adorazzjoni darba fix-xahar. Fiz-zmien tar-Randan isir kors ta' ezercizzi spiritwali ghan-nisa.


L-ghajnuna t'Alla hija kbira u hija l-Id Setghana Tieghu li qeda tghin lis-sorijiet halli jkomplu xoghol hekk tqil u delikat. Huwa ta' sodisfazzjon kbir ghalihom li jistghu jhabirku biex lil dawn l-erwieh iresquhom lejn il-Genna.


Sa mill-bidu li dawn is-sorijiet gew il-Mosta huma (p.336) kienu wkoll dejjem ta' ghajnuna fit-taghlim tad-duttrina tal-parrocca.


IS-SORIJIET TAL-BON PASTUR


Is-sena li ghaddiet, sewwa sew fl-11 ta' Ottubru, is-sorijiet tal-Bon Pastur gew joqoghdu il-Mosta. Kienet ghalihom grajja ta' ferh minhabba l-merhba sabiha li kellhom mill-Mostin.


Id-dar tal-Mosta hija t-tielet dar li ghandhom is-sorijiet f'Malta. Id-dar ta' Hal Balzan giet miftuha fil-1858, u dik tal-Furjana tliet snin ilu. Din il-Kongregazzjoni giet imwaqqfa minn St. M. Euphrasia Pelletier fil-bidu tas-seklu li ghadda, u l-ispirtu taghha ta' merhba, ta' tjubija, u ta' ghajnuna ndividwali lil kulhadd, ghadu jghix fost is-sorijiet sal-gurnata ta' llum.


Bil-prezenza taghhom fil-Mosta, is-sorijiet jixtiequ jkunu t'ghajnuna ghat-tfal, zghazagh, genituri, u familji, u ghal dan l-iskop jixtiequ jpoggu lilhom infushom ghad-dispozizzjond ta' kulhadd.


Fil-prezent, is-sorijiet qeghdin jaghtu s-servizz taghhom lil gruppi ta' tfajliet, nisa mizzewga, jzuru nies li jghixu wahedhom, jzuri familji li jitolbu l-ghajnuna taghhom, jew ikollhom bzonn ta' xi parir. Is-sorijiet jaghtu wkoll taghlim religjuz, u d-dar taghhom hija dejjem miftuha ghal dawk kollha li jixtiequ jzuruhom. Id-dar hija dejjem miftuha ghal dawk l-individwi u gruppi zghar, li jixtiequ jaghmlu uzu minn dan il-post.


L-uniku xewqa tas-sorijtiet hija li jkunu ta' servizz lill-Mostin kollha li jkollhom bzonn il-kollaborazzjoni taghhom.


IL-BOY SCOUTS TAL-MOSTA Minn C.J. Schembri


(p.337) Jista' jinghad minghajr ma wiehed ikun jizbalja li l-Grupp tal-Boy Scouts tal-Mosta huwa l-ewwel fost l-ghaqdiet taz-zghazagh tal-Mosta li beda jabdem fil-parrocca taghna u b'xorti tajba ghadu miexi bil-hidma tiegbu sal-gurnata tallum.


Il-Boy Scouting huwa Moviment Internazzjonali li jahdem fost iz-zgbazagh ta' kull gens u twemmin bil-ghan ewlieni li jaghmel minnhom irgiel tajba u cittadini siewja billi jnissel fihom sens ta' dmir lejn Alla u ta' imbabba lejn pajjizhom: iharreg liz-zghazagh u jghallimhom b'mezzi hfief u metodi semplici biex jistghu jkunu ta' htiega lil ghajrhom u fl-istess hin jizviluppalhom il-personality taghhom bi kwalitajiet tajba li jkattru fihom karattru sod u onest.


Il-Boy Scouts twaqqfu ghall-ewwel darba fl-Ingilterra fis-sena 1908 miill-famuz General Sir Robert Baden-Powell. Mill-bidu tieghu l-Moviment ta' il-Iscouts gie milqugh tajjeb u nghogob hafna minn zghazagh ta' kull xorta, hekk li f'qasir zmien xtered man-nahiet tad-dinja kollha. Anke hawn f'Malta, dan il-Moviment dahal kmieni proprju ftit tas-snin wara li kien twaqqaf. Il-Mosta kienet wahda mill-ewwel parrocci tal-Gzira li gharfet is-siwi edukattiv tieghu u introduciet il-Moviment liz-zaghzagh taghha.


Il-Moviment tal-Boy Scouts dahal fil-Mosta f'Novembru tas-sena 1916 u l-ewwel Boy Scouts tal-Mosta jafu l-bidu taghhom lil Dun Edgar W. Salomone, qassis habrieki minn din il-parrocca li dak iz-zmien kien ukoll Direttur popolari ta' l-Oratorju “Qalb ta' Gesu” tas-subien. L-ewwel Truppa kien jisimha “Mosta Oratory Troop of Boy Scouts” (p.338) u, naturalment, dan ghaliex l-ewwel Boy Scouts tal-Mosta kienu jagmlu bicca integrali minn dan l-istess Oratorju.


L-ewwel Scoutmaster kien is-Sur Censu Borg, teacher Mosti, u Dun Edgar Salomone kien ukoll ic-Chaplain tat-Truppa ghalkemm bhala Direttur ta' l-Oratoirju huwa kellu kontrol shih fuq l-Iscouts u kien responsabbli ghal kura taghhom.


Il-Mosta Oratory Troop of Boy Scouts kienet giet inawgurata formalment fis-7 ta' Jannar 1917. Ic-Cerimonja tal-Ftuh ufficjali saret fl-Oratorju “Qalb ta' Gesu” li dak iz-zmien kien jinsab fid-dhul ta' Triq il-Kungress Ewkaristiku, fid-dar li llum iggib in-Numru 191. Prezemti ghal dik l-okkazjoni kien hemm il-kbarat tal-Boy Scouts Association of Malta, l-awtoritajiet tal-Parrocca tal-Mosta flimkien ma' personalitajiet u hafna mistiednin.


L-ahjar tfal u guvintur tal-parrocca kienu inghaqdu u ssiehbu f'dan il-moviment gdid u ghalhekk il-bidu tal-Boy Scouts tal-Mosta kien wiehed tajjeb mibni fuq sisien sodi u kien joffri awgurju sabieh ghall-gejjieni tat-Truppa taghhom.


Fl-ewwel zminijiet taghhom l-lscouts tal-Mosta kienu jilbsu uniformi tassew simpatika u ta' lwien imzewqa; qmis hadra skura, shorts blue skuri, maktur celesti mdawwar ma' l-ghonq u, naturalment, dak il-kappell tradizzjonali ta' kulur kannella. Kienet libsa tabilhaqq sabieha u tolqot l-ghajn hekk li kienet taghzel l-Iscouts tal-Mosta mill-ohrajn kolha. Imma mhux biss din il-libsa sabieha kienet taghzel lil tal-Mosta minn scouts ohra. Sa mill-bidu taghhom l-Iscouts tal-Mosta rnexxielhom jiksbu isem tajjeb ghall-imgieba dixxiplinata u ghall-ordni serju f'kull hidma taghhom. F'qasir zmien lahqu livell gholi ta' efficjenza (p.339) fit-taghlim u t-tahrig taghhom. Kienu minn ta' quddiem u maghrufa mid-displays spettakolari li kienu ta' spiss jaghmlu f'rallies u laqghat ohra ta' zminijiethom.


Il-Mosta Oratory Troop kienet fil-bidu taghha mdaqqsa gmielha ghax kienet tghodd 72 il-Boy Scouts. Dawn kienu tfal u zaghzagh fuq ruhhom kollha gejjin minn familji tajba, ta' kondizzjoni socjali diversa u migbura minn nahiet kollha tal-Mosta. L-Iscouts zghar kienu kollha tfal li kienu student f'kulleggi u skejjel sekondarji. Ghalhekk it-taghlim ma kienx problema u l-progress ma kienx difficli. Tant kien hekk li mill-ewwel l-Iscouts tal-Mosta kienu f'kollox meqjusa minn ta' quddiem ghall-hegga u l-hila li kienu juru.


Waqt Rally kbir tal-Boy Scouts ta' Malta kollha li kien sar f'misrah il-Palazza fil-Belt Valletta fil-11 ta' Frar, 1917 l-Arcisqof ta' Malta Monsinjur Dom Mauro Caruana kien bierek solennament il-Bandiera tal-Mosta Oratoru Troop of Boy Scouts quddiem gemgha kbira ta' kbarat u nies.


Il-kunvent Pax et Bonum fil-Mosta Ritratt mehud fl-ahhar tas-snin ta' Mons. Edgar Salomone mal-Group tal-Iscouts tal-Mosta

L-Iscouts tal-Mosta kienu jiehdu l-ispirazzjoni taghhom mic-Chaplain tat-Truppa taghhom Dun Edgar Salomone li, taht il-gwida u l-harsien tieghu, l-Mosta Oratory Troop kisbet fama u rispett. Ghall-ahhar tas-sena 1917 Dun Edgar kien ivvolontarja ruhu ghas-servizz tal-gwerra u ghalhekk kellu jitlaq u jhalli l-Iscouts warajh biex imur iservi bhala kappillan militari fuq il-kamp tal-battalja fil-Balkani. Din kienet telfa kbira ghall-Iscouts tal-Mosta li issa kellhom jimxu izjed ghal rashom. B'danakollu, huma baqghu sejrin b'xogholhom minkejja d-diffikultajiet li ltaqghu maghhom.


Fis-snin ta' wara l-Iscouts kellhom ihabbtu wicchom ma hafna inkwiet sahansitra huma kellhom jissieltu (p.340) ghall-istess ezistenza taghhom. Meta l-Oratorju tqieghed f'dar ohra aktar imwarrba, l-Iscouts inqatghu minnu u krew kamra ghalihom. Imma kienet l-emigrazzjoni ta' l-ewwel ghoxrinijiet li kienet bdiet tharbathom u tnaqqihom.


Il-qaghad u n-nuqqas ta' xoghol gieghel lil hafna mill-Iscouts zaghzagh iharsu lejn pajjizi 'l boghod minn gziritna fejn setghu ifittxu x-xoghol biex jiksbu l-ghajxien taghhom. Hafna Scouts mill-ahjar u l-izjed imhegga fosthom leaders imharrga kellhom jitilqu u jsiefru lejn l-Amerika u l-Awstralja biex hemm jghammru ghal kollox u jghixu hajja gdida.


Minn hawn 'l quddiem kienu zminijiet xejn sbieh ghalll-Iscouts tal-Mosta ghax matulhom iltaqghu ma' hafna tigrib u ghaddew minn bosta tfixkil. Ghal kemm il-sena, it-Truppa baqghet migbura u maghquda u l-Iscouts baqghu sejrin bil-hidma u l-laqghat taghhom taht is-saqaf tal-Headquarters taghhom sakemm, ghall-habta tal-1927, imhabba nuqqas ta' fondi, sfaw minghajr kenn fejn huma setghu jingabru u jithaddtu. Bla post ghalihom, u minghajr laqghat bejniethom, l-Iscouts tal-Mosta bdew issa jixterrdu jitbeghdu dejjem izjed minn xulxin hekk li anke d-dehra taghhom bil-ftit il-ftit naqset ghal kollox u giet fix-xejn.


Ghallkemm ghal xi zmien wara l-Iscouts tal-Mosta ma kellhom imkien fejn setghu jiltaqghu bejniethom, l-ispirtu mheggeg taghhom baqa' dejjem jixghel u jaqbad fihom hekk li ma l-ewwel sforz li ttiehed huma malajr irxuxtaw u hadu dik il-hajja u energija li ghaliha l-iscouts huma tant maghrufa.


Fil-bidu tas-sena 1932, hekk kif il-Kurunell P.R. Worrall lahaq Island Commisioner tal-Boy Scouts ta' Malta, huwa fetah kampanja qawwija ghal qawmien shih tal-Moviment tal-Boy Scouts ma Malta u Ghawdex. Kull belt (p.342) u rahal bdew iwiegbu tajjeb ghal din is-sejba u l-Kurunell Worrall wahhalha f'rasu li ma jhalli xejn nieqes biex igieghel l-Iscouts tal-Mosta jieqfu mill-gdid fuq saqajhom u jergghu jiehdu posthom ma l-Iscouts l-ohra ta' Malta bl-isem tajjeb u l-fama li kellhom fl-imghoddi. U hekk gara ghax fl-iqsar zmien l-Iscouts fil-Mosta regghu qamu, shah u qawwija xejn inqas minn dawk ta' qabilhom.


Il-Group Scoutmaster il-gdid kien is-Sur Carmelo Tabone-Adami, pijunier tal-Mosta Oratory Troop u Scouter antik u ta' esperjenza. Scouters u scouts ohra, kollha anzjani, gew lura biex jghinu fir-riorganizzazzjoni u r-reklutagg tal-grupp il-gdid li fi ftit gimghat tghaqqad u twaqqaf b'demm gdid u zaghzugh.


L-ewwel laqgha saret fid-19 ta' April, 1932 f'garaxx imxattar fil-bidu ta' Triq Gafa fejn l-iscouts bdew dlonk jingabru biex jitghallmu u jitharrgu.


It-Tabib Rosario Mizzi inhatar bhala Patrun tal-Grupp tal-Mosta u dan kellu mieghu kumitat ta' nies ohra maghrufa fil-Mosta biex jghinu fil-bzonnijiet tal-grupp.


Kien is-Sibt wara nofsinhar f'wiehed mill-jiem ta' Gunju 1932, meta saret l-Investitura ta' dawn l-Iscouts godda u kull wiehed minnhom ghamel il-Wedgha solenni tieghu li jobdi u jhares il-Ligi tal-Iscouts. Ic-cerimonja saret fil-berah, fil-Pjazza tal-Knisja tal-Mosta, quddiem gemgha ta' nies. Ghall-okkazjoni kien hemm il-Kurunell Worrall, l-Arcipriet Dun Girgor Borg, it-Tabib Ruzar Mizzi bil-Kumitat tieghu u hafna mistiednin ohra fosthom Sir Percy Everett wiehed mic-Chief Scout Commisioners ta' l-Ingilterra li dak iz-zmien inzerta kien f'Malta.


Dakinhar kienet l-ewwel darba meta l-Iscouts tal-Mosta dehru mill-gdid fil-berah liebsin bl-uniformi taghhom. Kienet l-ewwel parata taghhom minn meta kienu (p.343) regghu ffurmaw ruhhom. L-Island Commisioner kellimhom u ferhilhom quddiem kulhadd talli fi zmien hekk qasir il-Grupp tal-Mosta rnexxielu jingabar u jlahhaq izjed minn 50 boy scouts. Heggighom biex jiksbu s-successi li fl-imghoddi l-iscouts tal-Mosta kienu maghrufa ghalihom.


Dak il-jum stess, quddiem hafna mistiednin, l-Arcipriet bierek il-Grupp u l-Headquarters taghhom. L-ghada li kien il-Hadd, saret Church Parade fil-Knisja Parrokkjali fost il-ferh u l-entuzjazmu ta' l-Iscouts godda.


Il-Grupp baqa' dejjem jikber u jizviluppa. Ghat-tfal izjed ckejknin, fethet il-fergha tal-Wolf Cubs, u ghall-izjed kbar, twaqqfu r-Rovers Scouts. Ghalhekk, il-Grupp tal-Mosta issa kien kiber fl-elementi kollha tieghu. Il-Grupp wiret l-ispirtu antik li bih kienu moghnija l-ewwel scouots u dan deher fir-rieda u fil-herqa li kellhom l-iscouts ta' issa biex izommu u jimxu fit-tradizzjonijiet li kienu ghaddewlhom l-iscouts ta' qabilhom.


Iz-zmien li wara ghaddew minnu l-Iscouts tal-Mosta ma kienx kollu kwiet u sabieh ghax huma ghaddew minn hafna taqlib u waqtiet koroh. Fis-snin taghhom, huma kellhom ighaddu minn inzul u tlieghi u raw hafna tibdil. Fil-bidu tal-1939 l-Iscouts tal-Mosta sabu ruhhom mill-gdid fl-Oratorju Qalb ta' Gesu fejn id-Direttur, Dun Karm Xiberras, kien laqaghhom bil-qalb u tahom l-appogg tieghu. Imbaghad faqqghet il-gwerra u din ghamlet herba minn kollox u fixklet il-hajja ta' kullhadd tant li lanqas l-iscouts ma helsu l-hruxija taghha ghal kollox.


Mal-waqfien tal-gwerra fil-1945, Malta hadet il-hajja mill-gdid u kollox beda riesaq lura ghal postu. Kien ukoll f'dak iz-zmien meta s-Sur Carmelo Schembri li kien il-Group Scoutmaster, mejjun tajjeb minn shabu l-iScouters l-ohra, kien ha hsieb biex jigbor il-Grupp tieghu (p.344) mill-fdal li halliet il-gwerra, jirrijorganizzaha u jaghtiha hajja gdida. Kien sforz tabilhaqq tajjeb li holoq tigdid u qawmien fil-Boy Scouts tal-Mosta u fawwar il-Grupp taghhom b'demm gdid u imlilhom b'hajja ohra.


Minn dak iz-zmien 'l hawn l-Iscouts tal-Mosta ghaddeww minn grajja ghall-ohra, meghdija f'sensiela ta' hidma kontinwa li zammithom migbura u maghquda. Illum, wara 60 sena ta' attivita, il-Grupp tal-Mosta, immexxi bil-ghaqal mill-Group Leader is-Sur Charles Vella, ghadu haj u wieqaf, jahdem u jhares lejn il-gejjieni biex, bhal ma jghid il-motto tal-Boy Scouts, ikun dejjem lest ghal dak kollu li jista' jinqala'.


KAZINI


Il-Banda Nicolo Isouard tal-Mosta, minn C.J. Schembri


(p.361) Il-Banda tal-Mosta hadet il-bidu taghha fis-sena 1869 meta nibtet ix-xewqa qalb il-Mostin biex il-Mosta tilhaq parrocci ohra u titghammar bil-banda taghha. Kien ghalhekk f'din is-sena meta xi qalbiena Mostin imqanqla u mhegga bl-imhabba lejn art twelidham u xewqana li jzommu lil pajjizhom fil-mixja tal-progress, ftahmu u ssiehbu flimkien f'ghaqda bil-hsieb li jwaqqfu Banda fil-parrocca taghhom ghall-gieh u l-kobor ta' pajjizhom.


Kienet xorti tajba ghal kulhadd li nstab il-Mosti Ganni Azzopardi, li dak iz-zmien kien bandist fin-Navy Ingliza, (p.362) biex jiehu f'idejh it-taghlim tal-muzika u jibda jrawwem l-ewwel bandisti. Azzopardi kien imharreg sewwa fil-qasam muzikali. Hu kien wiehed minn familja ta' muzicisti u ghalih il-muzika kienet xoghlu.


Il-hoss u d-daqq tal-banda holoq entusjazmu fost kulhadd, bandisti u ohrajn, u n-nies tal-Mosta kienu allura jistennew bil-herqa li jasal il-jum meta l-banda gdida kienet se tohrog fit-toroq tal-parrocca u tferrahhom bid-daqq brijuz taghha!


Issa gara li l-Kleru u l-poplu Mosti kienu qeghdin jistennew u jhejju bi hrara kbira ghal grajja kbira fl-istorja tal-parrocca taghhom. Il-Knisja l-gdida li kienet ghadha kif tlestiet ftit snin qabel, kienet se tigi kkonsagrata solennement mill-Isqof ta' Malta, Mons. Fra Gaetano Pace Forno.


Il-Banda l-gdida tal-Mosta ma setghetx thalli din l-okkazjoni hekk kbira tghaddi minghajr ma hi wkoll taghti s-sehem taghha.


Kien il-Hadd, 15 t'Ottubru, 1871, jum imqaddes ghall-Mosta kollha, ghax dakinhar kien gie kkonsagrat sollennement it-tempju maestuz taghhom meta dik il-lejla tal-festa, il-Banda l-gdida tal-Mosta fost ferh kbir u ghajjat harget ghall-ewwel darba fil-berah u wettqet il-Programm Inawgurali taghha biex hi tkun tista b'hekk tkompli tkabbar u ssebbah dak il-jum ta' ferh fil-Parrocca Mostija! Ma kinitx le xi semplici koincidenza, l-inqas xi haga accidentali li l-Banda tal-Mosta daqqet ghall-ewwel darba f'dak il-jum ghaziz ghall-Mostin. Kollox kien sar bil-hsieb u bil-ghaqal li thejja minn zmien qabel, u dan kollu sar bhala wirja u xhieda tar-rabta shiha li l-Banda dejjem kellha (p.363) mal-Parrocca tal-Mosta sa mill-ewwel zminijiet taghha.


Wara l-esperjenza ta' l-ewwel program taghha fil-publiku, il-bandisti ghamlu l-kuragg u bhala korp il-Bandi bdiet izjed tissahhah u timxi 'l quddiem fil-hidma taghha. In-nies tal-Mosta wkoll bdew jersqu izjed lejn il-Banda taghhom u l-entusjazmu ghall-banda tqanqal fil-parrocca kollha. Kont tara nies minn kull rokna tal-Mosta jmorru u johonqu l-kazin biex jisimghu l-kuncerti u jigru wara l-banda f'kull okkazjoni li din kienet tohrog iddoqq fit-toroq nhar ta' festi jew f'xi btala ohra.


Ta spiss ghadu jinghad minn fomm ix-xjuh taghna kemm batew u ghamlu sagrificcji l-ewwel bandisti biex irnexxielhom iwaqqfu l-Banda f'dak iz-zmien ta' ghaks u nuqqas! Kienu jithabtu u jhabirku biex jistghu jlahhqu ma' l-istudju u l-lezzjonijiet tal-banda biex imbaghad il-Hadd fil-ghodu jkunu jistghu jaghmlu l-kuncert.


Il-Banda tal-Mosta bil-Kazin taghha kienet l-ewwel Socjeta Civika li twaqqfet fil-parrocca tal-Mosta. Mill-bidu taghha hi malajr gabret fi hdanha kotra ta' msehbin u minn dejjem giet ippatronizzata mill-ahjar nies tal-pajjiz. Bil-hidma taghha fil-qasam socjali/kulturali, din is-Socjeta kibret f'istituzzjoni mportant fil-parrocca ghax ma kien isir xejn fil-Mosta minghajr ma tindahal il-Banda jew il-Kazin taghha.


Il-Banda ssoktat titjieb kemm fil-ghadd kif ukoll fl-efficjenza muzikali taghha. B'rihet hekk ma damitx ma kisbet popolarita mhux biss fid-distrett ta' madwar il-Mosta imma fl-ibliet ukoll u rhula li ta' spiss kienu jfittxuha ghas-servizzi tajbin li kient taghti.


Fil-hajja twila tal-Banda, niltaqghu ma' hafna ismijiet (p.364) ta' Surmastrijiet-Diretturi antiki u maghrufa li taht it-tmexxija tajba taghhom, il-Banda tal-Mosta ghamlet isem. Insibu li fl-1871, il-Banda kienet taht l-idejn tajba ta' Mro. G. Demajo. Dan is-surmast mexxa l-banda fiz-zminijiet bikrin tal-hajja taghha u, ma ghandniex xi nghidu, kellu bicca xoghol iebsa biex iharrigha sewwa w ipoggiha f'qaghda tajba. Warajh niltaqghu ma' Mro. Nerik Camilleri li fl-1885 kien iriegi l-Banda u taht idejn dan id-direttur ziedet fil-hidma taghha.


Surmastrijiet ohra antiki nsibu lil Mro. Giuseppe Borg li dam imexxi l-Banda mill-1886 sal-1887; lil Mro. G. Micallef li kien Direttur ghal sentejn bejn 1888 u 1890, meta mbaghad inhatar Mro. Spiro Zammit biex mexxa l-Banda fis-snin 1901-1903. Dawn kollha kienu muzicisti serji u maghrufa sewwa fil-qasam tal-muzika f'Malta. Ghalhekk, il-banda tal-Mosta kellha x-xorti li fl-ewwel snin taghha tgawdi mill-frott tal-hila u l-esperjenza ta' dawn il-muzicisti maghrufa.


Sa mill-ewwel snin taghha, il-Banda tal-Mosta bil-Kazin taghha, gawdiet l-appogg tal-ahjar nies li qatt ma naqsu li jghinu fl-amministrazzjoni taghha. Insibu li fl-1887 il-President tal-Banda kien il-Professur Napuljun Tagliaferro I.S.O. Dan il-professur kien imsemmi ghall-gherf li kellu fix-xjenza u kien lahaq Direttur ta' l-Edukazzjoni u wara gie mgholli ghal Rettur ta' l-Universita Rjali ta' Malta. Hu kellu konnessjoni familjari mal-Mosta fejn ta' spiss kien jigi ghall-villegjatura fil-Villa Grech-Mifsud. Barra minn dan, il-Professur Tagliaferro kien ukoll studjuz serju tal-muzika, tant li kien kompozitur ta' xi muzika ballabli.


Kien bu li biddel l-isem ta' din il-banda u ghamilha b'dak li ghadha ggib sal-lum biex jibqa' mfakkar (p.365) il-kompozitur kbir Malti NICOLO ISOUARD.


Fl-1889 inhatar President tal-Banda s-Sur Guze Chetcuti, nisel ta' nies studjuzi Mostin li ghamlu gieh lil art twelidhom f'diversi oqsma akkademici. Dun Gwann Fenech qassis Mosti u habrieki, kien President fl-1903 u warajh fl-1808 lahaq Dr. Pasquale Debono, avukat tal-post. Ghall-habta ta' l-1912, insibu li l-Banda kellha bhala President taghha lil maghruf Dr. Oreste Grech-Mifsud, C.M.G. LL.D., persuna prominent fil-ligi u wiehed mill-izjed avukati mfittxija fil-gzira li dejjem kellu niesu jghixu fil-Mosta fejn dejjem kienu minn ta' l-ewwel li mexxew il-poplu ta' hemm.


Zmien sabih u gejjieni ta' progress kien qieghed jistenna l-Banda Nicolo Isouard meta ghall-habta ta' l-1900 il-banda ghaddiet ghal taht idejn Mro. Anton Miruzzi, surmast imsemmi u direttur ta' bosta baned. Ma' Miruzzi ghamlet furur u kisbet popolarita ikbar, sewwa f'pajjizha kif ukoll mal-barranin; ghalhekk saret izjed imfittxa u ta' spiss kienet tigi kkummissjonata biex taghmel servizzi kull naha ta' Malta.


Is-Surmast Miruzzi halla hafna xoghlijiet sbieh li kien ikkompona waqt li dam iregi l-Banda Nicolo Isouard. Fosthom hemm l-innu Nicolo Isouard u l-Innu Santa Maria, zewg kompozizzjonijiet tassew sbieh li jaghmlu gieh lil dan is-Surmast tant kapaci.


Fis-sena 1906 is-Sur Riccardo Amodeo, neguzjant tal-post u membru attiv tal-Kumitat tal-Banda, irregala ghas-spejjez tieghu, bandalora sabiha rrakmata bid-deheb bi stemma kbira ta' Nicolo Isouard.


Kien ukoll ghal din il-habta, meta kollox kien fl-ahjar tieghu, li l-Banda hadet dehra gdida u sabiha b'ilbies ta' (p.366) uniformi bajda li zzanznet fost il-briju u l-ferh tal-bandisti u ta' dawk kollha li kienu jhobbu l-banda. Issa l-banda kienet mghammra b'dak kollu li kienet titlob u tinhtieg.


Il-Banda Nicolo Isouard kienet attiva hafna f'dawk iz-zminijiet meta ftit li xejn kien hemm attrazzjonijiet ohra. Ma kinitx tigi festa, kbira jew zghira, li ma kontx tara lill-bandisti skjerati fuq iz-zuntier tal-knisja biex imbaghad isemmghu d-daqq brijuz taghhom. Il-Kazin tal-Banda kien ta' spiss jorganizza okkazjonijiet festivi: fieri, tombli, ecc. meta l-banda kienet izzidd l-ghors u l-briju bid-daqq taghha. Wiehed ghadu, kultant, jisma' fuq il-kumittiva u l-isfilati maskerati li l-banda u l-kazin kienu jaghmlu madwar it-toroq u l-pjazez tal-Mosta tul il-granet tal-Karnival. Insomma, il-Banda u l-kazin taghha kienu saru centru ta' hidma u attivita li kienu jzommu l-hajja fil-parrocca.


Bhalma jigri ta' spiss bejn l-ahwa u l-hbieb, sforz il-genn u l-ghawi, beda jinqala' l-ghawg u jinholoq l-inkwiet fost is-shab. Sa minn qabel l-1906 l-ghaqda bejn il-bandisti bdiet ticcaqlaq. Ma damitx ma saret il-firda u jahasra l-banda nqasmet!


Inqala' xi ghelt bejn il-bandisti u spiccat billi xi whud minn dawk li kellhom x'jaqsmu hallew u telqu mill-banda. Din il-bicca kompliet trewwah in-nar li kien ilu jaqbad minn taht u bin-naqra, wasslet ghall-qawmien ta' banda ohra gdida u rivali ghall-qadima. Issa gara li b'zewg baned rivali, iharsu kontinwament lejn xulxin, qamet il-pika u nholoq partit. Fis-sahna tal-pika saru l-abbuzi b'dannu ghal kulhadd. Dan kien zmien xejn sabih ghaz-zewg baned li matulu graw episodji ecitanti u saru incidenti bla sens. Imma mal-moghdija taz-zmien kollox ikkalma u raqad u (p.367) l-Banda taghna regghet mill-gdid sfat wehidha titqabad mal-bidla taz-zminijiet. Ghax kif dejjem intqal, fil-Mosta qatt ma kien hemm wisa' u l-inqas ghan ghal zewg baned.


Ghal darb'ohra l-Banda Nicolo Isouard biddlet l-idejn meta fl-1910 ghaddiet ghal taht it-tmexxija ta' Mro. Ferdinando Camilleri, surmast kapaci li ghadu jissemma ghat-talent muzikali li kellu u ghal hafna kompozizzjonijiet li kiteb fosthom l-Inno alla Beata Vergine Maria li kien jindaqq u jitkanta fid-dahla tal-purcissjoni ta' Santa Marija. Taht Mro. Camilleri l-banda kienet ghadha f'waqtha u kienet tgawdi l-popolarita taghha, ghalkemm iz-zmien kien ga beda juri gejjieni difficli ghal kulhadd.


Issa donnu li r-rota bdiet iddur lura ghall-banda u z-zmien beda jaghti bil-harta lil kulhadd! Ix-xoghol beda jonqos kull fejn thares u l-hajja bdiet tiskarsa ta' kull jum. F'din il-qaghda hazina, hafna mill-haddiema Mostin ghamlu bhal huthom Maltin ohra u bdew issiefru biex ifittxu hobzhom band'ohra. Hafna mill-bandisti kellhom jaqbdu t-triq it-twila biex jaqilghu l-ghajxien taghhom u jghinu lil nieshom. Bil-ftit il-ftit il-Banda bdiet titnaqqar u tiddghajjef kulma tmur.


F'April ta' l-1913 inzamm Malta l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali u l-laqghat tieghu saru fil-knisja Rotunda tal-Mosta. Din kienet grajja kbira mhux biss fl-istorja ta' Malta kattolika imma wkoll ghall-parrocca tal-Mosta li n-nies taghha laqghu lil-kungressisti f'darhom. Il-Mostin mhux biss zejnu l-knisja u t-toroq taghhom ghal din l-okkazjoni kbira imma ghamlu laqgha trijonfali li ma ntesiet qatt, meta fit-23 ta' April, 1913, immexxijin mill-Banda Nicolo Isouard, taw merhba lill-Kardinal Domenico (p.368) Ferrata, Legat tal-Papa u lill-kungressisti l-ohra kollha.


Kien sforz ghall-Banda fiz-zmien li kienet ghaddejja minnu; imma hi kienet ingabret u mtliet tajjeb u rnexxielha tiehu sehem u taghmel is-servizzi kollha taghha mill-bidu sa l-ahhar tal-Kungress.


Kollox baqa' sejjer ghall-ghar minkejja l-isforzi li kienu jsiru. Issa, biex taghqad faqqghet l-ewwel gwerra dinjija li kompliet gharqet il-bicca bil-kruha u l-ghaks li gabet maghha. Safar, gwerra u ghaks – dawn kienu kollha fatturi li jfixklu l-izjed hajja normali u ghalhemm ma setghax ikun li dawn ma kellhomx effett l-izjed serju fuq il-Banda u l-Kazin taghha. U hekk kien, ghax it-telf kontinwu ta' bandisti, allievi u soci flimien man-nuqass serju ta' mezzi, bdew bil-ftit il-ftit johonqu l-banda sakemm gabuha bla sahha, hekk li fis-sena 1914, il-Kazin (li dak iz-zmien kien fejn illum hemm Johnny's Bar – 210 Main Street), sfaxxa u kellu jaghlaq. Dan kien episodju doloruz fl-istorja socjali tal-Mosta. Imma ghalkemm il-banda sfat bla kenn, ma nistghux ngidu li hija ghebet ghal kollox wara l-gheluq tal-kazin taghha. Hija baqghet hajja tissielet mad-destin taghha!


Il-propjeta tal-banda ngabret u ntrefghet taht is-saqaf ta' l-Oratorju “Qalb ta' Gesu” fejn l-izjed qalbiena mill-fdal tal-banda kienu wkoll ta' kull zmien jingabru biex jistghu jkomplu fil-hidma tal-banda taht is-Surmast Mosti Salvu Mifsud.


Kien fl-1923 meta xi bandisti antiki, herqana li jaraw il-banda wieqfa mill-gdid, inghaqdu fi sforz kbir ma ohrajn lura mis-safar, ingabru u bejniethom irnexxielhom iwaqqfu (p.369) mill-gdid il-banda fuq saqajha. Malajr infetah kazin, fejn il-banda dlonk bdiet tikkoncerta ghal darb'ohra. It-taghlim ta' l-allievi beda jitwettaq u f'qasir zmien il-banda regghet hadet il-hajja normali taghha.


Mro. Ganni Vella, muzikant Mosti maghruf, membru ewlieni tal-banda Militari ta' l-Artillerija, u direttur kapaci ta' ghadd ta' baned, ha f'idejh ir-riedni tal-banda u dan ma hax zmien twil biex ghaqqadha u organizzaha kif kien jaf jaghmel.


L-ghadd ta' bandisti u ta' l-allievi kotor gmielu u dak tas-soci kiber izjed bil-ghaggla, tant li kien jinhtieg li tinstab dar ta' wisa' akbar biex tkun tista tigbor lil kullhadd. Ghalhekk, naraw il-banda tohrog mill-kazin li kellha (illum 193 Main Street) biex tidhol u tghammar f'wiehed akbar u izjed xieraq li minnu ma harget qatt aktar.


Kien issa jinhtieg li l-banda tiehu demm gdid u zaghzugh biex tkun tista tiggedded u tissahhah ghall-quddiem. Ghal dan l-ghan Mro. Vella haseb mill-ewwel ghax, bl-ghajnuna kbira ta' l-assistant tieghu is-Sur Giuseppe Camilleri, kien jishaq kemm jiflah fuq l-allievi biex iharrighom tajjeb. Bid-dixxiplina milltari tieghu, hu kien kapaci li f'qasir zmien johrog l-ewwel grupp ta' allievi u bl-isforz wahdieni ta' dawn in-novelli rnexxielu jaghti programm ta' muzika hafifa f'okkazjoni ta' fiera lokali meta sar il-hrug taghhom.


Il-Banda mtliet sewwa biz-zjieda sabiha ta' dawn il-bandisti godda kemm fil-qawwa taghha kif ukoll fl-ghamla. Dan kien ghall-habta tas-sena 1924, meta l-avutat Dr. Albert Magri kien il-Presrident tal-Banda.


(p.370) F'dawk iz-zminijiet il-facilitajiet ghar-rikrejazzjoni pubblika kienu generalment limitati fl-inhawi kollha tal-gzira u ghalhekk il-Kazin tal-Banda, bil-hsieb li jaghti zvog divertent ghal kulhadd, beda jorganizza serati tejatrali. Dawn kienu jsiru fil-miftuh, l-izjed fis-sajf, fil-bitha tal-kazin fejn kien jintrama palk apposta. Dawn is-serati kienu saru popolari hafna; l-atturi kienu jkunu mid-dilettanti tal-kazin u kienu jingiebu wkoll kumpaniji barranin.


Fis-sena 1924 it-tabib Ruzar Mizzi gie maghzul bhala l-President tal-Banda. Dr. Mizzi kien ilu jaghmilha ta' Tabib distrettwali fil-Mosta u ghalhekk kien imdahhal sewwa mal-Mostin. Barra mix-xoghol tieghu professjonali hu kien jiehu nteress kbir fil-hidma socjali u fl-edukazzjoni tan-nies tal-post. Hu kien ihobb il-muzika u l-banda dejjem kienet ghal qalbu.


Taht Mro. Vella, il-banda ghamlet passi ta' ggant fl-izvilupp taghha. Is-snin ta' wara l-1930 kienu zmien sabih ghall-Banda meta tista tghid li kienet fil-quccata ta' l-istat armoniku taghha.


Kien ukoll f'dan iz-zmien ta' hidma u entusjazmu li zzanznu sett qniepen ghall-Banda li kienu gew moghtija bl-ghajnuna generuza tal-benefattur, is-Sur Salvu Deguara u t-thabrik tal-bandist Antonio Magri u ta' hafna ammiraturi ohra tal-banda. Il-banda kienet issa strumentata tajjeb u armata mill-ahjar, ghalhekk ma kienx jinhtigilha tfittex ghajnuna barranija biex taqdi tajjeb is-servizzi taghha.


L-isem tal-banda Nicolo Isouard rega' kiber u hi akkwistat fama ta' banda mill-ahjar ta' dak iz-zmien ghall-programmi serji li kienet taghmel 'il hawn u 'l hinn. (p.371) Ghalhekk hi kienet wahda mill-izjed baned attivi u popolari. Barra milli kienet iddoqq fil-festi kollha tal-Mosta, kellha wkoll ghadd kbir ta' bliet u rhula fejn ta' kull sena kienet tmur taghmel is-servizzi taghha.


Dr. Ferdinando Calleja, maghruf bizzejjed bhala patrijott Mosti, inhatar President tal-Banda wara li t-tabib Mizzi kien telaq il-kariga fl-1932. It-tabib Calleja kien ilu jinteressa ruhu u jahdem ghall-banda li taghha kien minn dejjem ammiratur u benefattur.


Fit-30 ta' jannar, 1937, il-Gvernatur ta' dak iz-zmien il-General Sir Charles Bonham-Carter u s-Sinjura Tieghu kienu ghamlu zjara ufficjali fil-Mosta. Huma gew milqughin fil-pjazza tal-knisja fejn il-Banda tathom merhba bid-daqq tal-marci taghha. Wara, il-Gvernatur u s-Sinjura Tieghu zaru l-Kazin tal-Banda fejn kienu mistiednin ghal riceviment mill-President u l-Kumitat.


Ghat-tieni darba fil-hajja taghha, il-Banda Nicolo Isouard giet milquta serjament mill-hruxija tal-gwerra meta, fit-12 ta' Gunju, 1940, il-qilla tat-Tieni Gwerra Dinjija waslet sax-xtut tal-gzejjer taghna biex minnhom taghmel herba liema bhalha! Il-qirda li nisslet din il-gwerra gabet konfuzjoni u fixklet ghal kollox il-hajja socjali tal-gzira. Bhal kull banda ohra f'Malta, il-banda Nicolo Isouard tferrxet u kellha, minghajr ma riedet, iccedi u twarrab il-hidma taghha ghax-xoghol u s-servizz tal-gwerra!


Il-kazin tal-banda wkoll gie mibdul f'centru ghar-refugjati u ghalhekk il-Banda u s-Socjeta taghha kellhom, bilfors, jissospendu ghal zmien il-gwerra, l-attivita kollha taghhom. Kien zmien ta' ghawg u ta' biza' ghal kulhadd.


(p.372) Kien ghal din il-habta, fl-eqqel tal-gwerra, meta l-Gvernatur, il-qalbieni Lord Gort, V.C. ghamel zjara ta' malajr fil-Kazin waqt li kien qieghed izur il-Mosta. Hu kien gie milqugh mill-President u minn personalitajiet ohra.


Ma lahqitx spiccat il-gwerra li l-bandisti bdew jingabru kollha herqana li jlaqqghu l-banda. Is-Surmast kien lest li jibda u dlonk bdew isiru l-kuncerti mill-gdid u jitharrgu allievi godda. Il-banda regghet ixxitlet u malajr giet ghalli kienet.


Fil-festi nazzjonali ta' Jum ir-Rebha, il-Banda hadet sehem b'marc kbir u brijuz mat-toroq u l-pjazez tal-Mosta. Dan kien il-preludju ghal hafna xoghol u servizzi ohra hekk kif il-hajja fil-pajjiz giet normali.


Flt-3 ta' Ottubru 1946, is-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard giet ikkonsagrata solennement lill-Qalb Imqaddsa ta' Gesu waqt Quddiesa bi Tqarbina Generali li giet iccelebrata fll-Kazin tal-Banda minn Monsinjur Antonio Buhagiar.


Fl-1946 habat gheluq il-75 sena mit-twaqqif taghha u biex din l-okkazjoni tigi mfakkra saret gimgha ta' festi li matulha nzammu diversi attivitajiet. Il-festi bdew fl-14 ta' Ottubru bit-tberik ta' Bandalora u zewg standardi godda mill-Arcisqof Monsinjur Mikiel Gonzi u nghalqu fl-20 ta' Ottubru bi Programm Muzikali kbir fil-pjazza tar-Rotunda. Dakinhar ukoll il-Gvernatur Sir Francis Douglas kixef lapida ta' tifkira, li tbierket mill-Isqof Emm. Galea fil-prezenza ta' hafna kbarat u mistednin. Quddiesa "de requiae" solenni tkantat fir-Rotunda b'sufragu ghall-erwieh tal-mejtin tal-banda u tal-kazin bhala gheluq il-festi. Kienu festi tassew sbieh, organizzati tajjeb u bil-ghaqal mis-Sur Nikol Muscat, segretarju habrieki tal-Kazin ghal bosta snin.


(p.373) Dawn il-festi kienu gew kombinati mal-festi parrokjali tal-gheluq il-75 sena tal-Konsagrazzjonl tal-Knisja tal-Mosta, grajja tewmija ma' dik ta' l-Inawgurazzjoni tal-Banda Nicolo Isouard.


Is-sena 1947 kienet wasslet lil Mro. Ganni Vella ghall-gheluq il-25 sena li matulhom hu kien mexxa l-Banda Nicolo Isouard bhala Surmast u Direttur taghha. Meta s-Surmast Vella kien ha r-riedni taghha f'idejh, il-Banda kienet imfarrka. Bil-ghaqal u bis-sabar hu gabarha, ghaqqadha u tahha l-hajja mill-gdid. Taht it-tmexxija tieghu, il-banda kibret, qalghet tifhir u kisbet unuri. Ghalhekk, is-Socjeta Nicolo Isouard kollha kienet rikonoxxenti ghal dak li Mro. Vella ghamel ghall-banda. Bhala wirja ta' apprezzament ghal xoghlu fit-23 ta' Novembru, 1947, gheluq il-25 sena tat-tmexxjia tieghu, sar festin bi program muzikali kbir immexxi minnu stess u wara nghata riceviment f'giehu meta nghatawlu hafna rigali b'gharfien ghall-hidma tieghu. Mro. Vella kompla jaqdi l-banda bl-istess zelu ghal bosta snin wara.


Fl-24 ta' Lulju 1949, f'cerimonja helwa sar il-kxif ta' mezzobust tal-kompozitur kbir Malti Nicolo Isouard, imma qieghed fil-bitha tal-Kazin tal-banda. Squadron Leader Wyndham Grech kixef l-istatwa li kienet ippretentata minnu stess.


Biex il-Banda tkun izjed moderna, fls-sena 1949 sar tibdil fis-sistema ta' l-istrumentatura taghha u qalbet minn dik ta' "Corista Vecchia" ghal "Normali".


Meta wara l-koronazzjoni taghha, il-Majesta Taghha r-Regina Elizabetta II ghamlet zjara ufficcjali f'Malta fl-1954, il-Banda Nicolo Isouard kellha l-gieh li sselmilha u tilqaghha bid-daqq taghha waqt li l-Koppja Rjali ghamlu waqfa qasira fil-pjazza biex jilqghu t-tislim u c-capcip tal-Mostin matul il-dawra taghhom ma' Malta fl-4 ta' Mejju, 1954.


(p.374) Fis-16 ta' Frar, 1955 is-socjeta Filarmonika Nicolo lsouard garrbet it-telfa kbira ta' Mro. Ganni Vella li miet wara li kien mexxa l-Banda bl-akbar ghaqal u zelu ghal madwar 33 sena. Is-Surmast Vella kellu karriera muzikali brillanti u kien maghruf hafna fil-qasam muzikali Malti. Jumejn wara l-mewt tieghu, is-Socjeta Nicolo Isouard ghamlitlu funeral kif kien jixraqlu fost l-akkompanjament tad-daqq ta' marci funebri mill-banda mahbuba tieghu u l-luttu ta' ghadd kbir ta' hbieb rapprezentanti ta' baned u nies ohra li kienu gew biex iselmulu ghall-ahhar darba.


Issa l-ghazla ta' Direttur iehor ghall-Banda mill-ewwel waqghet fuq iz-zaghzugh Mro. Anthony Sammut, A, Mus. L.C.M. surmast modern, kwalifikat u mzejjen bl-esperjenza, u l-kapacita fil-muzika. Mro. Sammut kien ga direttur ta' baned ohra u ghalhekk ma sabhiex tqila li jidhol ghal dan ix-xoghol u jzomm il-banda miexja fi zmien li kien ga beda jidher difficli ghall-baned ta' Malta.


Hbieb u bandisti antiki jghixu 'l boghod minn Malta baqgbu jharsu b'imhabba u ghozza lejn il-banda taghhom u ta' spiss jiftakru fiha u jzejnuha bir-rigali. Okkazjoni sabiha grat fit-12 ta' Awissu, 1956, meta l-emigrant, is-Sur J Gatt, f'isem l-Amerikani Mostin ta' Detroit, ipprezenta lill-Banda Bandalora sabiha rrakmata bid-deheb bhala wirja ta' qima lejn il-Banda. Il-prezentazzjoni saret wara li l-Monsinjur Edgar Salomone kien iccelebra quddiesa fil-kazin bi Tqarbina Generali u sar tigdid tal-Konsagrazzjoni tas-Socjeta lill-Qalb Imqaddsa ta' Geau u dik ta' Marija Mmakulata.


(p.375) Minkejja l-problemi u diffikultajiet kagunati mit-tibdil taz-zmien, il-banda baqghet titqabad u tiffronta sidirha ma' hajja gdida. Ghalkemm baqghet tlahhaq mas-servizzi taghha, issa bdiet thoss l-effett qalil ta' l-emigrazzjoni li kien bil-ftit il-ftit itelfilha l-qawwa taghha.


Fil-bidu tas-sena 1956 is-Sur Joseph Cauchi nhatar President tal-banda. Dan kien membru attiv tal-banda u hadem biex timxi 'l quddiem.


Ghall-ewwel darba fil-hajja taghha, il-banda halliet ix-xtut ta' Malta ghal gita fi Sqallija. Il-banda imsiehba minn hafna hbieb, halliet Malta ghal Sirakuza fit-12 ta' Settembru 1958. Giet lura fl-15 ta' l-istess xahar u waqt li damet hemm saritilha laqgha mill-awtorita ta' dik belt u bhala tifkira taz-zjara, il-banda giet ipprezentata b'bandalora zghira. Il-gita kienet tirnexxi izjed kieku ma kienx it-temp hazin li ghamel dakinhar.


Fil-Karnival tas-sena 1959 il-Banda hadet sehem fil-kompetizzjoni u l-isfilata li saru l-belt u harget rebbieha bi premju sabih.


Fl-okkazzjoni tal-festa ta' Santa Marija ta' l-1960 saret zjara lill-Kazin mill-Arcisqof Monsinjur Mikiel Gonzi fuq stedina tal-Kumitat.


Fil-laqgha Generali tal-bandisti li saret fil-bidu ta' Jannar, 1961, il-kittieb ta' din il-grajja kien gie elett, flimkien mal-Kumitat il-gdid, bhala President tal-Banda. (p.376) Dawn ilkoll indahlu ghal hidma kontinwa biex flimkien iharsu l-hajja tal-Banda u jikkonservawlha t-tradizzjonijiet taghha. Ma kienx zmien tajjeb ghall-baned ta' Malta ghax il-marda kiefra ta' l-apatija kienet ga laqghtet il-baned kollha. Bl-ghajnuna ta' kulhadd, specjalment tas-Sinjur Alla, il-Banda taghna zammet fil-wicc minkejja l-burraxki li ltaqghet maghhom u dejjem irnexxielha zzomm u taqdi s-servizzi li hi taghmel ta' kull sena.


Ghal darb'ohra fl-istorja taghha, il-Banda kellha l-festi tal-Karnival li jsiru il-Belt. Fis-sena 1964 dahlet fil-kompetizzjoni tal-Maskri Grotteski u harget rebbieha bit-tietet premju. Fis-sena ta' wara, 1965, il-banda rebhet l-ewwel premju fil-kompetizzjoni tal-Maskri Grotteski u t-tieni premju ghall-Karru Trijonfali.


Fil-15 t' Awissu 1966, Jum Santa Marija, Mr. J. Feldman, Ambaxxatur Amerikan f'Malta, ipprezenta formalment lill-President tal-Banda Standard Amerikan moghti mis-Sur Charles J. Vassallo, Mosti-Amerikan ta' San Francisco, fil-prezenza tieghu nnifsu, ta' hafna shabu Amerikani u ta' kotra ta' mistednin.


Ghal darb'ohra fl-istorja taghha, il-Banda kellha l-gieh li ssellem bid-daqq taghha lir-Regina ta' Malta Elizabbetta II u lid-Duka ta' Edinburgh, meta fis 16 ta' Novembru 1967, huma ghaddew mill-Mosta waqt iz-zjara statali taghhom f'Malta.


Ftit wara l-hatra tieghu bhala Isqof koadjutur ta' Malta l-Arcisqof ta' Malta, Monsinjur Isqof Emm. Gerada, fuq (p.377) stedina tal-President, ghamel zjara lill-Kazin meta fil-15 ta' Awissu, 1968, festa ta' Santa Marija, inghatatlu merhba kbira.


Fis-sena 1968, il-banda nhallet minn tradizzjoni antika u kissret il-monopolju tal-banda li kien minn dejjem f'idejn l-irgiel. Ghall-ewwel darba fl-istorja taghha, il-banda zdiedet bil-bandisti tfajliet, novita li nghogbot min-nahiet kollha u li baqghet sejra fl-interess u ghall-gid tal-banda.


Fl-1971 il-Banda ghalqet mitt sena mwaqqfa. Din il-grajja bilfors tahbat ma' l-anniversarju tal-Konsagrazzjoni tar-Rotunda ghax il-Banda daqqet ghall-ewwel darba fil-pubbliku dakinhar tal-Konsagrazzjoni.


Kien xieraq li din il-grajja storika titfakkar b'ghadd ta' attivitajiet religjuzi, muzikali u socjali.


Il-festi centinarji tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard infethu ufficjalment nhar il-Hadd, 10 ta' Ottubru, 1971, fil-ghodu, b'quddiesa li saret ghall-berah fil-bitha tal-Kazin. Iccelebrah l-Wisq Rev.du Dun Bartilmew Bezzina, Arcipriet tal-Mosta u President Onorarju.


Fil-ghaxija gemgha gmielha ta' personalitajiet maghrufa u nies ohra ngabret biex tassisti ghal cerimonja ta' prezentazzjoni ta' Bandalora Kommemorattiva moghtija lill-Banda mill-hbieb u Mostin ta' San Francisco, California. Ipprezentaha f'isimhom l-Ecc. T. l-Ambaxxatur Amerikan Mr. John C. Pritzlaff Jnr., ircevieha f'isem is-Socjeta l-President (p.378) is-Sur C. J. Schembri u berikha l-Ecc. T. Mons. Emmanuel Gerada, Isqof Koadjutur ta' Malta.


Il-Banda daqqet marci brijjuzi mat-toroq tal-Mosta u saru laqghat u attivitajiet socjali u muzikali, parties ghat-tfal ta' l-ex-bandisti.


Il-Hadd, 17 ta' Ottubru, 1971, kien jahbat gheluq il-festi kbar b'tifkira tal-anniversarji tal-Konsagrazzjoni tal-knisja u tal-Banda. Fil-ghodu kellu jaghmel il-Pontifikal l-Emm. T. il-Kardinal Corrado Ursi, Arcisqof ta' Napli. Dakinhar, il-Kleru u l-Poplu tal-Mosta riedu jaghtuh tislima specjali.


Saritlu dimostrazzjoni kbira qabel ma dahal fir-Rotunda ghal dik il-funzjoni storika. Il-Banda Nicolo Isouard xeghlet in-nies bid-daqq tal-marci ferrieha sakemm wasslitu sal-knisja fejn ghamel Pontifikal mill-aqwa.


Wara l-Pontifikal ingabru ghadd ta' personalitajiet fil-Kazin tal-Banda biex jiehdu sehem f'cerimonja ta' kxif ta' lapida li kellha tfakkar il-festi li saru f'gheluq l-ewwel mitt sena tal-Banda.


Kienu prezenti l-E.T. il-Gvernatur Generali Sir Anthony Mamo u Lady Mamo, l-Emm. T. il-Kardinal Corrado Ursi, l-E.T. l-Isqof Emm. Galea, Vigarju Generali flimkien ma' l-Arcipriet, Kleru, socji u mistednin ohra, fosthom mistednin ta' ghaqdiet tal-baned.


(p.379) Fid-diskors ta' merhba, is-Sur Carmelo Schembri, President, fost l-ohrajn ferah lil Sir Anthony Mamo talli nhatar l-ewwel Gvernatur Generali Malti u rringrazzjah talli accetta l-istedina li saritlu biex jikxef il-lapida f'dik il-grajja storika. Irringrazzja wkoll lill-Emm. T. il-Kardinal Corrado Ursi talli, bil-prezenza tieghu u ghax kien ser ibierek lapida kommemorattiva, kompla gholla l-gieh li kien mess liI dik l-okkazjoni.


Sir Anthony Mamo, Gvernatur Generali, fisser l-ghozza kbira li ghandu ghall-kazini tal-baned u, ghalhekk, ried jaqsam fil-ferh tas-socji fic-celebrazzjonijiet centinarji. Kien ghalhekk ukoll li kien qed jilqa' bil-ferh l-istedina tal-President tal-Banda biex jikxef il-lapida.


Capcip u sparar inghaqdu flimkien hekk kif il-Gvernatur Generali kixef il-lapida. L-Emm. T. il-Kardinal Corrado Ursi mbaghad berikha.


Fl-ghaxija, il-Banda esegwiet programm vokali u strumentali taht it-tmexxija tas-Surmast A. Sammut A. Mus. L.C.M. fil-pjazza tal-Mosta. Bosta kienu l-ghaqdiet u l-individwi li pprezentaw rigali lill-Banda ghall-okkazjoni waqt dan il-programm. Il-lejla nghalqet bil-loghob tan-nar tradizzjonali tal-festa Maltija.


Il-Banda dahlet fit-tieni seklu tal-hajja taghha bi spirtu gdid u b'hegga kbira fil-hidma taghha biex tkompli tissielet mad-diffikultajiet tal-hajja moderna.


Fl-4 ta' Settembru, 1973, il-Banda kienet mistiedna mill-Kumitat Festi Nazzjonali biex tiftah il-Festi Nazzjonali (p.380) tal-Assedju l-Kbir fil-Belt. Sar programm ta' marci f'Kings Way, illum Triq ir-Repubblika, u programm ta' muzika klassika fi Pjazza Regina.


Jekk fl-1971 is-Socjeta Nicolo Isouard fakkret bil-kbir ic-centinarju tat-twaqqif taghha u tal-Konsagrazzjoni tal-knisja, tat kontribut ferm akbar fl-1975 minhabba x-xejra tal-Festi tal-Inkurunazzjoni.


Barra d-diversi marci, fit-8 ta' Awissu l-Banda hadet sehem shih fl-Akademja Muziko-Letterarja li saret fir-Rotunda. Jum l-Inkurunazzjoni, l-10 ta' Awissu, fil-ghodu, il-Banda allegrat lin-nies minn fuq iz-zuntier hekk kif dawn kienu qeghdin jistennew Iit-tfal ta' l-Ewwel Tqarbina jingemghu mid-diversi centri tad-duttrina. Fil-ghaxija, wara l-funzjoni storika ta' l-Inkurunazzjoni, daqqet l-Innu l-Kbir ta' l-Assunta tas-Surmast Antonio Miruzzi u l-Innu ta' l-Inkurunazzjoni tas-Surmast Anthony Sammut.


Nhar Santa Marija fil-ghodu l-Banda Nicolo Isouard daqqet marci brijuzi waqt dimostrazzjoni kbira li saret mill-Mostin lill-Kardinal Corrado Ursi, Arcisqof ta' Napli, li gie biex jaghlaq il-festi ta' l-Inkurunazzjoni.


Wara l-Pontifikal solenni u c-cerimonja li fiha l-Kardinal libbes curkett f'wiehed mis-swaba tal-vara ta' Marija Assunta, inghata riceviment fil-Kazin tal-Banda, fejn mar biex jikxef lapida dwar is-sehem kbir taghha fil-festi ta' l-Inkurunazzjoni.


F'diskors ta' merhba, is-Sur C. J. Schembri, sellimlu mhux bhala mistieden strangier izda bhala habib illustri. (p.381) Il-Kardinal Ursi wiegeb ghad-diskors u l-merhba billi qal li l-poplu Mosti kien issa sar ghaziz ghalih u ntrabat ma qalbu minhabba din it-tieni laqgha li saret ftit snin wara l-ewwel wahda fl-1971. Qal li l-Mostin, bhan-nies ta' gensu specialment bhan-nies tal-Italja meridjonall minn fejn gej hu kienu nies twajba u ta' qalb kbira li taf thobb.


Il-Kardinal tkellem serjament fuq il-festi kbar Ii kienu wasslu ghail-Inkurunazzjoni tax-Xbiha ghaziza ta' l-Assunta u spicca jheggeg lill-poplu Mosti biex taht il-kuruna prezzjuza li pogga fuq rasha, ighaqqad il-qawwiet kollha tieghu u jibqa' fidil lejn din il-Vergni Mqaddsa, Omm Alla. Il-Kardinal kien aktar qabel osserva li ha gost jisma' l-kliem tal-President meta qal Ii l-Inkurunazzjoni kellha thalli sinjali li ma jithassrux. Kienu kliem li semaghhom minn fomm rapprezentant sekulari tal-Poplu t'Alla.


Il-Kardinal imbaghad kixef u bierek il-lapida fost l-entuzjazmu ta' kulhadd. Din qieghda mal-faccata tal-Kazin tal-Banda.


Imma l-Banda kien ghadha ma lestietx il-programm kollu taghha. Fl-ghaxija nizlet l-istatwa ta' l-Assunta bid-daqq ta' innijiet religjuzi akkompanjata mill-kant tat tfal. Hekk kienet soltu taghmel fl-antik.


Il-Banda Nicolo Isouard baqghet attiva sal-lum, taghti programmi, iddoqq marci f'irhula u bliet ohra u torganizza attivitajiet kulturali u socjali ghall-membri taghha.


(Nhar it-Tlieta, 20 ta' Settembru 1977, il-Banda Nicolo Isouard tilfet lis-Sur C. J. Schembri, wiehed mill-aktar presidenti habrieka li kellha).


Il-Kazin Santa Marija


(p.382) M'hemmx dokumenti storici li juru meta nfetah is-St. Mary Club imma l-fehma hi li kien jezisti kif inhu llum ghal madwar dawn l-ahhar mitt sena. Nafu wkoll li kien hemm pika bejn il-banda ta' dan il-kazin u l-banda “Nicolo Isouard”.


Fl-1934, gemgha rgiel qatghuha li jergghu jqajmu l-kazin taht il-presidenza tas-Sur Andre Scicluna bil-ghan li jtejbu l-livell tal-festa. Dik il-habta l-kazin ma kien xejn attiv u bniedem wiehed biss kien jintlemah jifthu. Imma membri ma kenux jidhru fih.


Il-kamra li tidhol fiha mill-bieb li jinsab in-naha t'isfel tal-kazin inkriet lil gemgha rgiel. Issejhet Camera di Lettura. Il-membri kienu kwazi kollha qassisin, ghalliema, tobba w ohrajn ta' l-istess livell kulturali.


Fl-1940, il-kazin waqqaf il-hidma tieghu bhala tali u laqa' fi hdanu disa' familji refugjati mit-Tliet Ibliet ghal matul il-gwerra.


F'Gunju ta' l-1943, il-kazin tbattal mir-refugjati u rega' ha l-hajja tieghu propja ta' kazin.


Fl-1951, il-kazin kien jilqa' wkoll lil Mosta Athletic F.C. Sa mill-1972, il-Girl Guides ilhom jiltaqghu f'dan il-post wara li nghataw permess biex juzaw is-sala ghal-laqghat.


L-Arcipriet Dun Karm Sciberras talab lill-kumitat tal-kazin fl-1947 biex jiehu jsieb jorganizza l-festi kollha ta' barra ta' Santa Marija. Il-kumitat accetta u kiseb success biex b'hekk irnexxielu jissodisfa lil kulhadd. Dan l-arrangament spicca meta l-Arcipriet Sciberras irtira.


L-ewwel direttur spritwali kien Dun Guzepp Borg.


Il-Kazin Santa Marija - Parti 2

(peress li dan il-ktieb ta' E.B. Vella kien rega gie ppubblikat fl-1986, xi ftit qabel il-Banda Santa Marija regghet giet imwaqqfa fl-istess sena, kien hemm vojt fl-istorja tal-Banda minhabba dan l-izvilupp. Ghaldaqstant inhasset il-htiega ta' din iz-zieda fl-2020 grazzi ghal Mario Calleja B.Ed.Hons, bandist mal-istess banda sa mill-bidu tar-rifondazzjoni taghha)


L-ewwel uniformi tal-Banda Santa Marija

Huwa maħsub li is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta twaqqfet fis-sena 1900 wara li kien hemm numru ta’ membri u bandisti li nfirdu mill-każin l-ieħor. F’dan iż-żmien il-banda kienet magħrufa bhala  ‘Circolo Unione’ u kienet taħt it-tmexxija ta Mro. Antonio Miruzzi. Insibu dokumentat li fis-sena 1903 is-sede tal-Għaqda Santa Marija, li f’dan iż-żmien insibu referenza għaliha bħala ‘Casino Santa Maria’, kien jinsab f’numru 103, Strada Rjali. Nota taħt il-firma tal-president Cesareo Chetcuti, tgħid li d-direzzjoni ta’ dan il-kumitat kompost minn president, segretarju, kaxxier u direttur, jilqgħu membri ġodda fi ħdan din l-għaqda bi ħlas ta’ miżata. Din l-istess informazzjoni insibuha wkoll għas-sena 1905 fejn nafu wkoll li parti mill-ispejjeż tax-xogħol tal-gwarniċun tar-Rotunda tħallsu mill-president Cesareo Chetcuti tal-‘Casino Santa Maria’.


Mro. Giuseppi MicallefMro. Giuseppi Micallef

Fil-‘Malta Taghna’ tal-1905 insibu li l-Banda Santa Marija kienet diġà mwaqqfa u stabbilità sew, tant hu hekk, li matul l-istess sena din il-banda tal-Mosta tat diversi servizzi mużikali fil-publiku kemm fil-Mosta kif ukoll barra mill-Mosta. F’din is-sena il-banda għaddiet taħt it-tmexxija ta’ Mro. Giuseppe Micallef. Fost is-servizzi mużikali li kellha nsibu dak tat-23 ta’ Lulju fejn il-Banda esegwiet programm mużikali fil-pjazza tal-Mosta. F’dan il-programm il-banda esegwiet il-marċ Core ed Arte ta’ D. Barbara, l-overture Masaniello ta’ Auber, l-opra Aida ta’ Verdi, il-kavatina Barbiere ta’ Rossini, il-valz El Turia ta’ D. Granado u l-polka Aux Frendchaft ta’ Liebig. Il-Banda Santa Marija għalqet il-programm mużikali bid-daqq tal-innu  ‘L-Unione’ u l-God Save the King.


Insibu dokumentat ukoll li f’din l-istess sena, 1905, il-Banda Santa Marija daqqet fil-festa ta’ Marija Addolorata ċċelebrata f’San Pawl il-Baħar. Rapport ieħor fuq il-gazzetta Malta Tagħna tat-23 ta’ Settembru 1905 jindika wkoll li l-Banda Santa Marija daqqet programm mużikali fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tad-Duluri fil-Mosta.


Is-sena 1906 ġabet magħha xi ftit tal-inkwiet. Jidher ċar li f’dan iż-żmien iż-żewġ baned Mostin kienu impikati sew ma’ xulxin tant hu hekk li fil-festa ta’ San Ġużepp tal-istess sena,  fis-saħna tal-piki, seħħew l-incidenti. Jingħad li l-kwistjoni kollha bdiet fuq min miż-żewg baned kellu d-dritt għall-preċedenza. Tant saħnu l-irjus li, billi ma setax jintlaħaq kompromess, il-purċissjoni ta’ dik is-sena kienet tħassret.


Il-Muzew tas-subien fil-MostaReklam li deher f'Malta Taghna' tal-Programm muzikali li kellu jittellgha mill-Banda tal-Mosta "Santa Marija" nhar it 23 ta' Lulju 1905 mill-4 u nofs 'l quddiem fil-pjazza tar-rahal taht is-Surmast Direttur Mro. Giuseppe Micallef.

Intant fil-bidu tas-sena 1907 il-Banda Santa Marija li kienet għadha taħt it-tmexxija ta’ Mro. Micallef, esegwiet programm mużikali fil-pjazza tal-Mosta. Fl-1908 nsibu li tħallset is-somma ta’ 5 liri ta’ żewġ servizzi mużikali li għamlet fis-7 u 8 ta’ Settembru għall-festa tal-Vitorja fin-Naxxar. Ta’ min jgħid li Mro. Giuseppe Micallef kellu sehem kbir in konnessjoni mal-banda Peace tan-Naxxar, waqt li din il-banda kienet ukoll tagħti xi servizzi fil-Mosta. J.F. Caruana jgħarrafna li Mro. Micallef, fl-1910, kien għadu surmast direttur tal-Banda Santa Marija waqt li jgħid ukoll li kien ikkompona l-marcia sinfonika ‘La Giovane Turche’ għall-istess Banda Santa Marija tal-Mosta.


Fil-Guida Generale tal-1920 niltaqgħu mal-banda Santa Marija bl-isem ta’ ‘L-Assunta’ u li bħala direttur mużikali tagħha kellha lil Mro. Antonio Miruzzi. Insibu li s-sede tal-banda kien f’numru 179, Triq il-Kungress Ewkaristiku, waqt li bħala president tagħha kellha lis-Sur Giovanni Schembri. Is-segretarju kien Carmelo Gatt u kaxxier lil Vinċenz Mifsud. Fl-istess Guida Generale tas-snin ta’ wara nsibu l-Każin tal-Għaqda Mużikali ‘L-Assunta’ baqa’ fl-istess lok u s-surmast kien Antonio Miruzzi. Fl-1923 insibu president lil Cesareo Chetcuti, Anġlu Gatt kaxxier, u lil Pietru Camilleri bħala direttur ġenerali. L-istess sors għas-sena 1925 juri lil Cesareo Chetcuti president, Pietru Camilleri segretarju u Angelo Grech bħala kaxxier.


Fl-1931 insibu bħala president lis-sur Andrea Scicluna – persuna maħbuba u rispettata ħafna  mill-Mostin. Ġamri u Manuel Vella, Nazzareno u Ġużeppi Sammut, Karmelo Catania, Elia Mifsud, Salvu Calleja u Ġużeppi Falzon kienu membri fil-kumitat il-ġdid li baqgħu attivi għal ħafna snin. Tant hu hekk li dan il-kumitat indaħal biex jibda jieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal-festa ta’ Santa Marija ġewwa l-Mosta bi ġbir ta’ flus matul is-sena u bl-armar u tiżjin fit-toroq.


Il-Muzew tas-subien fil-MostaIl-faccata tal-Kazin tal-Banda Santa Marija armata ghall-festa. Tidher fil-gallarija l-Assunta li s-Soci kienu kkummisjonaw bil-hsieb li titwaqqaf fil-pjazza f'gheluq l-400 sena tar-rahal bhala parrocca fl-2008.

Fi Frar tal-1940 il-każin kien ġie rekwizizzjonat mill-gvern biex fih jiġu akkomodati refuġjati li ġew mill-Kottonera joqogħdu l-Mosta matul il-gwerra. Wara 3 snin, propju fil-11 ta’ Ġunju 1943, il-każin reġa’ għadda mill-ġdid għand il-kumitat. F’dan il-perjodu, għalkemm is-Soċjetà baqgħet attiva però ma jidhirx li huwa l-istess għall-Banda.


Fil-laqgħa ġenerali tal-21 ta’ Jannar 1956, it-tabib Frans Vella nħatar president tas-Soċjetà, G. Vella segretarju u Ġamri Vella Kaxxier. Il-Każin beda kull ma jmur jiġi aktar attrezzat. Meta miet it-tabib Vella fl-1965, is-Sur Carmelo Galea nħatar president u dam f’din il-kariga sal-1979. F’dan iż-żmien bdew jiġu organizzati diversi attivitajiet, bħall-diskussjonijiet, lekċers u riċevimenti tal-okkażjoni. Fil-laqgħa ġenerali tat-3 ta’ Marzu 1980 inħatar kumitat ġdid għas-Soċjetà Santa Maria fuq statut li kien għadu kemm ġie approvat. Il-Maġġur Joe Vella ġie propost bħala president ad vitam iżda fl-14 ta’ Frar 1985 inħatar president is-sur Alex Vella filwaqt li l-Maġġur Joe Vella ġie maħtur president onorarju għal omru. Is-Soċjetà bdiet kull ma tmur torganizza aktar ruħha, żdiedu l-membri u l-kumitati raw uċuh ġodda. Is-sala tal-każin bdiet tinkera għat-tiġijiet u magħmudijiet.  F’dan l-istess żmien beda jinħass il-vojt kbir li kien hemm nhar l-Assunta filgħodu għalhekk beda jberren f’moħħ il-kumitat li jerġa’ jwaqqaf mill-ġdid il-Banda tas-Soċjetà.


Kien propju nhar il-31 ta’ Marzu 1985 meta saret laqgħa ġenerali straordinarja li għaliha kienu preżenti 11-il membru u 57 soċi fejn fiha ġie emendat statut u ġie deċiż li s-Soċjetà tieħu l-isem ta’ ‘Filarmonika Santa Marija’, li tiġi organizzata u tinżamm Banda, u li l-ħatra tal-kumitat tibda ssir kull sentejn. Il-laqgħa kienet spiċċat b’applaws kbir u bil-ħruq ta’ sfafar u musketterija.


Il-Banda Santa Marija mwaqqfa mill-gdid fl-1986Il-Banda Santa Marija taht Mro. Ronnie Debattista fl-1986.

Kien fil-Ġimgha l-Kbira, f’Marzu tal-1986, meta ‘l-banda l-ġdida’ għamlet l-ewwel dehra tagħha fil-publiku. L-ewwel surmast kien Mro. Ronnie Debattista, dan dam f'din il-kariga għal seba' snin fejn wara ġie maħtur is-Surmast Pawlu Busuttil li dak iż-żmien kien Assistent Surmast.


Kienu saru ċelebrazzjonijiet kbar u tħejja programm ta’ attivitajiet speċjali nhar id-9 ta' Awwissu tal-1986 biex jiġi mfakkar it-twaqqif mill-ġdid tal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija. Dan l-avveniment ġab miegħu fervur u entużjażmu ġdid illi influenza pożittivament il-ħajja soċjali u kulturali tal-Mosta.


L-impenn ewlieni kien il-parteċipazzjoni tal-banda fil-purċissjoni tal-Ġimgha l-Kbira bid-daqq ta' marċi funebri u bis-sehem attiv fil-festi esterni ta' Santa Marija. Il-Banda bdiet ukoll toħroġ għal servizzi barra mill-Mosta fosthom insibu s-servizz ta’ daqq ta’ innijiet Marjani fil-festa tal-Madonna Addolorata f’San Pawl il-Baħar u bid-daqq ta’ marċi brijużi fil-festa ta’ San Ġużepp ġewwa Ħaż-Żebbuġ fost oħrajn.


Fi ftit żmien il-banda stabbiliet ruħha bħala waħda mill-ewlenin tal-gżejjer Maltin. Tant hu minnu li propjament fit-28 ta’ April 1989 il-Banda Santa Marija tal-Mosta kienet giet fl-ewwel post fil-konkors tal-baned Maltin. Dan kien sar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena tal-Indipendenza. Kienu ħadu Sehem il-Baned: Beland taż-Żejtun, Santa Marija tal-Qrendi, Santa Katarina taż-Żurrieq, San Mikiel Żabbar, Nicolò Isouard u l-Filarmonika Santa Marija tal-Mosta. Kienu saru festeġġamenti kbar hekk kif ġriet l-aħbar li din il-Banda tal-Mosta, li dak iż-żmien kienet għadha qas għalqet it-3 snin mit-twaqqif tagħha, rebħet dan il-konkors hekk prestiġjuż.


Fabbrika tan-Nar tal-Banda Santa Marija fil-BidnijaIl-fabbrika tan-nar tas-Socjeta fil-Bidnija

Is-sena 1991 tibqa’ mfakkra għall-ftuħ tal-fabbrika tan-nar tal-istess Soċjetà f’Wied Qannotta limiti tal-Bidnija. Kien tħejja programm speċjali tal-okkażjoni propju fl-1 ta’ Awwissu tal-istess sena. L-impenn tal-logħob tan-nar għall-festa ta’ Santa Marija ġewwa l-Mosta issa beda jinqasam bejn iż-żewġ Soċjetajiet Pirotekniċi Mostin.


Id-9 ta' Awwissu baqa’ jitqies bħala "Jum il-Filarmonika Santa Marija" u kull sena jiġi kkommemorat bid-daqq ta' programm vokali u strumentali ġo pjazza Rotunda u logħob tan-nar. Marċi oħra jsiru lejliet u nhar l-Assunta u daqq ta' innijiet matul il-purċissjoni. Attrazzjoni ewlenija li żiedet mal-briju u allegrija, li tat ħajja ġdida liċ-ċelebrazzjonijjet esterni u li saret l-aktar attività mlewna u popolari hija l-marċ li jsir filgħodu nhar il-15 ta' Awwissu. Dan isir kull sena bl-inizzjattiva tal-istess Soċjetà. Kien beda fl-1984 fuq l-inizzjattiva tal-membri tas-Soċjetà Santa Marija u maż-żmien kiseb popolarità kbira tant li mill-1986, is-sena tat-twaqqif mill-ġdid tal-Banda, sal-lum baqa’ jsir, ta kull sena, mill-Banda u l-partitarji tal-istess Soċjetà Filarmonika Santa Marija.


L-ewwel uniformi tal-Banda Santa MarijaIl-Banda Santa Marija tal-Mosta rebbieha tal-konkors tal-Baned fl-1989

Fis-sena 1998 ġiet imwaqqfa s-Sezzjoni Żgħażagħ ‘tal-Istilla’, kif bdiet tiġi mlaqqma l-istess banda minn dakinhar. Dawn urew ix-xewqa li jibdew jagħtu l-kontribut tagħhom fl-organizzazjonijiet ta’ kompetizzjonijiet tal-biljard u jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom fil-marċ ta’ filghodu, b’armar ġdid, nhar il-15 ta’ Awwissu.


Fis-sena 2005 s-Soċjetà Filarmonika Santa Marija ċċelebrat bi kbir il-100 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. Saru numru ta’ attivitajiet imferxa tul is-sena kollha biex jikkomemoraw dan l-avveniment. Ta’ importanza kbira kien it-tisbieħ tal-każin li ngħata derha ġdida. Fil-preżent is-surmast direttur tal-Banda Santa Marija hu Mro. Ray Sciberras.


Il-Kumitat ċentrali, Kummissjoni Banda, is-sezzjoni Piroteknika, is-sezzjoni Żgħażagħ tal-Istilla, Kummissjoni kultura u attivitajiet soċjali flimkien mas-Surmast direttur, assistent Surmast, għalliema tal-mużika, bandisti u allievi, qatt ma naqsu mill-ħeġġa u l-ħidma tagħhom li ma taqta’ xejn, biex jaraw lil din is-Soċjetà timxi dejjem aktar ‘il quddiem u tkun minn ta’ quddiem nett għall-ġid tal-Mosta.


Riferenzi

  • Il-bidu u l-ewwel żminijiet tas-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta,’ - Grazio A. Grech - Ex Annalibus Mustae, Editur: George Cassar.
  • Is-Soċjetà Filarmonika Santa Marija tal-Mosta l-Bidu u it-twaqqif mill-ġdid tal-Banda,’ - J. Grech -  Il-Każini tal-Baned ta’ Malta u Għawdex.
  • Is-Soċjetà Santa Marija minn għaqda soċjali għal Soċjetà Filarmonika,’  - J.J. Camilleri - Ex Annalibus Mustae. Editur: George Cassar.

IL-MOSTA FOOTBALL CLUB minn Hector Muscat


It-team tal-football tal-Mosta fl-1972 It-team tal-football tal-Mosta fl-1972. Kien team kollu Mosti hlief ghal Toni Grech it-tieni bil-wieqfa mil-lemin li kien mill-Belt. Il-goaler, l-ewwel wiehed bil-wieqfa mix-xellug, Victor Galea s-Simba (li wara sar aktar maghruf bhala l-Marvic minhabba l-hanut taz-zebgha) u ta' fejnu Alessio Sammut il-Bambolin mietu f'Settembru '19 ftit aktar minn gimgha boghod minn xulxin (Ritratt u nformazzjoni miksuba minn kummenti fuq facebook).

(p.383) Ghalkemm l-interess fil-football fil-Mosta nistghu nghidu li beda matul il-gwerra 1914 - 1918, il-Mosta ma rnexxilhiex ikollha l-ewwel tim taghha fl-M.F.A. qabel is-sena 1935. Naturalment, qabel din is-sena, timijiet fil-Mosta kien hemm, imma qatt ma kienu organizzati tajjeb u qatt ma dahlu fil-kompetizzjonijiet tal-M.F.A.


Fl-1935, il-Mosta dahhlet l-ewwel tim f'kompetizzjoni tal-M.F.A. Huma hadu parti fil-4th Division, kif regghu ghamlu fis-sena ta' wara. Imbaghad kien hemm zmien li, ghalkemm isem il-Mosta United F.C. kien jidher fl-M.F.A. League Tables, dan ma kienx il-veru tim tal-Mosta. Il-Mosta United F.C. ta' dik il-habta kien tim ta' qabda zghazagh minn tas-Sliema li dahlu fil-4th Division tal-M.F.A. taht isem it-tim tal-Mosta. Il-veru tim tal-Mosta laghab biss loghbiet friendly.


Imbaghad fl-1938 tlesta l-Mosta Football Ground, illum maghruf bhala l-Creasy Ground u l-futbol fil-Mosta rega' ha l-hajja. Matul l-1937-38 u 1938-39, il-Mosta kellhom tim li, ghalkemm rega' ma hax sehem fil-League tal-M.F.A., kien b'sahhtu bizzejjed biex izomm u anke jirbah lill-uhud mit-timijiet fis-2nd u fit-3rd Divisions tal-M.F.A.


Fl-1939-40, il-Mosta United F.C. bidlu dan l-ewwel isem taghhom u bdew jissemmew bhala l-Mosta Rovers F.C. Kienu jiehdu sehem fit-3rd Div. li kieku ma kienx ghal kwistjoni li nqalghet bejn it-3rd Div. Clubs u l-Management (p.384) tal-Mile End Ground, fejn suppost li kellu jintlaghab il-loghob kollu tat-3rd Div. Dik is-sena t-3rd Div. League ma nzammx u l-Mosta Rovers kellhom ghal darb'ohra jikkuntentaw bi friendlies li, madankollu, kienu numeruzi hafna u wkoll kontra timijiet mill-aqwa tas-2nd u t-3rd Divisions u tas-Servizzi.


Nies li hadmu bis-shih fil-kumitati tal-football tal-Mosta ta' qabel il-gwerra kienu t-Tabib Frans Vella, li bejn l-1938 tista' tghid sa meta miet fl-1964, kemm bhala President kif ukoll bhala Medical Officer tal-kazin, ghamel l-almu kollu tieghu ghall-Mosta F.C. L-istess jinghad dwar is-Sur Karm Spiteri, illum fl-Amerika; is-Sur Guzeppi Caruana, Spiru Zammit, dan kemm bhala membru tal-kumitat kif ukoll bhala player; il-Kaptan Grech, li jigi n-nannu tal-goalkeeper Tony Grech; is-Sur Billy Ebejer, li miet l-Awstralja; is-Sur Manwel Gatt; is-Sur Jimmy Galea, dan ukoll ghen fil-kumitat kif ukoll bhala player. Sinjur iehor li hadem hafna ghall-football Mosti f'dawk iz-zninijiet u anke wara l-gwerra kien is-Sur Pupull Calleja, li kien ukoll l-ewwel Council Member tal-Mosta F.C. meta nbidlet il-kostituzzjoni tal-M.F.A.


Players ta' dawn l-istaguni ta' qabel il-gwerra kienu l-goalkeepers Karmenu Frendo (Cincell) u Fredu Grima, Spiru Zammit, l-ahwa Kelinu u Ganni Xikluna, Pawlinu Buhagiar, Mose' Deguara (Il-Gambarell), Karmnu (Il-Muccu), Jimmy Galea, Salvu Zerafa, Gakbu, Lippu, Guzeppi Grech u ohrajn li wiehed ma jistax joqghod isemmihom wiehed wiehed daqskemm huma kotrana fl-ghadd.


Meta l-Italja dahlet fil-gwerra fl-1940, il-football organizzat f'Malta, bl-eccezzjoni tas-Sliema Wanderers u t-timijiet (p.385) tas-Servizzi, waqaf. F'dawn is-snin ukoll, il-Mosta laghbu friendlies u mal-Mosta, minhabba l-evakwazzjoni mill-ibliet, laghbu players li wara l-gwerra kisbu fama fost dawn insibu lill-ahwa Whelpdale u lil Harry Ear. Meta l-blitz fuq Malta beda jonqos l-M.F.A regghet organizzat il-kompetizzjonijiet u fl-1943-44 insibu lill-Mosta rapprezentata fit-3rd Div. mill-Mosta Olympics. Dawn il-Mosta Olympics kellhom hajja qasira ghax ikkompetew fit-3rd Div. fl-istagun 1944-45 fl-ahhar hargiet taghhom.


Fl-1945-46, il-Mosta regghu ma hadux parti fit-3rd Div ta' l-M.F.A. imma ghal darb'ohra laghbu hafna friendlies. Imbaghad fl-1946-47 il-Mosta, din id-darba taht l-isem ta' Mosta Athletic regghu dahlu fit-3rd Div. Dan kien l-ewwel stagun tax-Schreiber Sports Ground u l-Mosta, permezz tal-Minors taghhom, hadu parti fil-loghba inawgurali ta' dan il-ground u rebhu lill-Minors ta' Birzebbuga 2-0.


L-ewwel goal f'kompetizzjoni li gie skurjat fix-Schreiber S.G. skurjah Lolly Xikluna f'din il-loghba: Lolly iktar tard mar mal-Valletta F.C. F'dan l-istagun il-Mosta Athletic gew ir-raba' fis-Sezzjoni taghhom, li kien fih sitt timijiet. Dawn it-timijiet, flimkien mal-Mosta Athletic, kienu t-tielet tim tal-Hibs (Rebbieha tas-Sezzjoni), Valletta, it-tieni tim ta' Haz-Zabbar, ir-Rabat u l-Kalkara.


Imma mbaghad gew f'taghhom fin-K.O. Competition meta, wara li eliminaw it-tieni tim tal-Marsa 4-1 u t-tielet tim tal-Valletta 2-0 wara draw ta' 0-0, huma telghu fis-Semi-Finali kontra l-Hibs III u kien biss wara tliet loghbiet kontra dawn li huma nqalghu mill-kompetizzjoni.


L-istagun ta' wara, 1947-48, il-Mosta regghu spiccaw (p.386) il-League f'nofs il-klassifika, imma gew Final kontra Hibs III fin-K.0. tat-3rd Div. Anki din is-sena l-kwistjoni bejn il-Hibs u l-Mosta ma nqatghetx mill-ewwel ghax l-ewwel Final spjccat draw 1-1. Fir-Replay, il-Hibs rebhulna 2-1.


Fl-istagun ta' wara, 1948-49, inholqot vakanza fis-2nd Div. u l-M.F.A. ghazlet lill-Mosta Athletic biex timla dan il-vojt. Mill-1948 sa l-ahhar ta' l-istagun 1962-63, il-Mosta dejjem baqghet fis-2nd Div. Matul dawn il-hmistax-il stagun fis-Second, il-Mosta l-aktar li gew qrib xi unur kien darbtejn u fiz-zewg okkazjonijiet waslu sal-Final tan-K.0. tat-Tieni Divizjoni. L-ewwel Final, dik ta' l-istagun 1957-58 kontra l-Marsa, kienet mgharrqa bil-mewt tragiku ta' J. Sant, il-Faust, membru tal-kumitat mill-aktar habrieka. Il-Mosta kollha kienet bil-viztu u mhux aktar minn xi ghoxrin Mosti attendew ghall-Final li tlifna 3-1. Il-Final l-ohra kienet fl-istagun 1961-62 kontra Rabat, li ergajna tlifna 1-0.


Fit-tmiem ta' l-istagun 1962-63, waqajna ghall-ewwel darba fit-Tielet Divizjoni wara Relegation Decider kontra r-Rainbows. Ghamilna zewg staguni fit-tielet Divizjoni u mbaghad gie l-ewwel unur mirbuh mill-Mosta F.C. meta rbahna c-Championship tat-3rd Div. fl-istagun 1964-65. L-istagun ta' qabel, 1963-64 il-Mosta kienu gew Final fit-3rd Div. K.O. fejn tilfu kontra Senglea 1-0. Fl-istagun 1964-65, il-Mosta F.C rebhu wkoll ic-Championship tal-Minors.


Fl-1965-66 il-Mosta rebhu c-Championship tas-2nd Div Reserves wara Decider kontra St. George's. Fl-1967-68, il-Mosta F.C regghu waqghu ghat-tieni darba fit-3rd Div. L-1968-1969 kien l-ahjar stagun ghall-Mosta F.C. sa dak iz-zmien. Huma rebhu l-Promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni, ir-Reserves Championship tat-3rd Div. u anke s-Section “C” tal-Minors.


(p.387) 1967-70. Mill-gdid fit-Tieni Divizjoni il-kumitat ta' dak iz-zmien ghamel attentat serju biex ghall-ewwel darba fl-istorja tal-football tal-Mosta jtella' t-tim fl-ewwel Divizjoni. Kisbu t-transfer ta' Tony Calleja u Frankie Zammit mill-Valletta F.C. u ta' Lino Falzon mill-Wanderers flimkien ma xi players ohra: in-nefqa kienet 'l fuq mmn £M1,200. L-attentat ghall-“First” falla u s-sena ta' wara, jigifieri fl-1970-71, il-Mosta F.C. flimkien mar-Rabat kienu nizlu fit-Tielet Divizjoni li ma kienx ghax l-M.F.A. giebet l-ghadd ta' timijiet fl-Ewwel u t-Tieni Divizjoni ghal ghaxra.


Fil-bidu tal-istagun 1971-72, il-kumitat il-gdid hatar lill-maghruf ex-player ta' Malta u l-Furjana, Tony Cauchi bhala Coach. Bil-hidma tieghu u bil-koperazzjoni u hegga mill-players, bit-thabrik tal-kumitat u l-appogg ta' numrukbir ta' supporters, il-Mosta F.C. kien l-uniku tim mill-erbgha li gew salvati mir”-“relegation” permezz tad-decizjoni ta' l-M.F.A. li ma regghux waqghu - mhux hekk talli spiccaw fir-raba' post fost ghaxar timijiet. L-istagun ta' wara, 1972-73, il-Mostin kellhom tamiet qawwija li jaraw it-tim taghhom jirbah il-promozzjoni imma ntilef kollox meta tilfu maz-Zurrieq lejn l-ahhar tal-League.


Ghall bidu ta' l-istagun 1973-74 hafna kienu l-Mostin li qatghu qalbhom mill-Ewwel Divizjoni. Imma kien hemm min irrealizza li jekk it-tim ma jithabatx ghall-ewwel zewg postijiet seta' jispicca jithabat biex ma jaqax fit-Tielet Divizjoni. Beda gej ir-rebh, il-players, coach, kumitat u supporters ziedu l-kuragg u fl-isforzi taghhom. U fl-ahhar, wara aktar minn 39 sena football, il-Mosta rnexxielha titla' fl-Ewwel Divizjoni.


Dan l-unur il-Mosta F.C. gawdewh sena wahda, ghax sakemm qed tinkiteb din l-istorja t-tim qed jilghab fit Tieni Divizjoni. (p.388)


Unuri tal-Mosta F.C.
3rd Div. Champions u Promotion: 1964-65
3rd Div. Runners-up u Promotion: 1968-69
2nd Div.

Runners-up u Promotion: 1973-74
2nd Div. Reserves: Champions: 1965-66
2nd Div. Reserves: Champions flimkien ma' St. Joseph: 1973-74
Minors: Sec B Champions: 1957-58
Minors: Sec B Champions: 1972-73
Minors: Sec C Champions: 1964-65
Minors: Sec C Champions: 1968-69

Fatti dwar il-Mosta F.C.

  • L-ewwel Mosti li qatt laghab fl-Ewwel Divizjoni: Karm Spiteri (Marketta) mal-Hibs v St. George's fl-istagun (1946-47).
  • L-ewwel Mosti li qatt intghazel ghal Malta: L. Falzon vs. Danimarka (Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej) u vs. Norvegja fl-istagun 1961-62; l-uniku player Malti li laghab ghal Malta minghajr qatt ma kien laghab fl-Ewwel Divizjoni.
  • L-ikbar rebha tal-Mosta F.C. fit-Tieni Divizjoni: vs. St. Andrew's: 8-0 (1951-52).
  • L-ikbar telfa: 2nd Div. vs. Vittoriosa Stars: 0-9 (1950-51); vs. Marsa: 0-9. (p.389)
  • Mosta F.C. kien it-tim li l-aktar dam minghajr ma tela' jew waqa' f'Divizjoni: 1948-1963 (15-il stagun).
  • Mosta F.C. kien it-tim li, flimkien ma' Birzebbuga Minors, zanzan ix-Schreiber S.G. (1946 - rebah 2-0).
  • Lolly Xikluna tal-Mosta kien l-ewwel player li skorja fix-Schreiber S.G. f'loghob kompetittiv.

IL-MOSTA CYCLING CLUB minn C. Agius


Il-Mosta Cycling Club twaqqaf fis-17 ta' Settembru, 1953 bl-inizjattiva ta' Ganni Sammut (illum ass. surmast fl-iskejjel Governattivi) flimkien ma' Angelo Fenech. Il-bicca l-kbira tal-membri kienu wkoll membri tal-Mosta Boy Scouts Group u minhabba f'hekk il-Club kellu l-permess li jzomm il-laqghat tieghu fil-Headquarters tal-Iscouts. L-ispirtu Scoutesk kien jirrenja fil-Club, tant li l-Club ghazel b'motto tieghu l-istess motto tal-Group li huwa “Onwards”. Il-Headquarters tal-iscouts kien dak iz-zmien fl-Oratorju “Qalb ta' Gesu” u wara f'Nru. 90, Eucharist Congress Road. Minn hemmhekk il-Club mar ghal rasu u wara li ghamel xi zmien jiltaqa' fil-John Magri Cycle Store, f'135, Eucharistic Congress Road, mar jokkupa l-post “Sydney” f'Constitution Street minn fejn mar f'154, Main Street, fejn ghadu sal-lum.


Il-kunvent Pax et Bonum fil-Mosta Cilisti Mostin lejn cirka s-sena 1965. Ritratt mehud mill-ktieb 'Musta - Rahal Twelidi' p.145 ta' David Debono

Ganni Sammut kien l-ewwel Segretarju tal-Club u fl-istess hin kien iharreg lic-ciklisti taghna li kienu jiehdu (p.390) sehem ma' ciklisti ohra minn inhawi ohra ta' Malta u ma' dawk tas-Servizzi Inglizi fil-ftit tigrijiet li kienu jigu organizzati fuq art ta' l-istess Servizzi. Il-Club kien stabilixxa isem tajjeb permezz tac-ciklisti li rawwem, fosthom Jim Gatt, W. Gatt, F. Falzon (li l-Inglizi kienu laqqmuh “Flying Frankie”), Joe u Jimmy Galea u Paul Sammut. Imma fl-1958, bl-emigrazzjoni f'daqqa ta' hafna mic-ciklisti tieghu, il-Club iddghajjef hafna. Sal-lum l-emigrazzjoni baqghet kull tant zmien taghti lil dan il-club daqqa fil-laham il-haj, ghalkemm mhux hekk qawwija daqs dik tal-1958. Imma billi l-iskop tal-Club ma kienx biss tigrijiet, dan baqa' jorganizza hargiet rikrejattivi u edukattivi, “Standard runs”, u attivitajiet ohra li zammew lill-Club maghqud u dejjem ihares 'il quddiem.


Il-Club baqa' dghajjef ghal zmien twil f'dawk li huma tigrijiet, imma tigrijiet ftit li xejn kienu qed isiru ghaliex, minhabba sentenza tal-Qorti dwar incident li kien gara zmien qabel waqt tigrija, il-Kummissarju tal-Pulizija ma tax aktar permessi ghal tigrijiet tar-roti fit-toroq pubblici. F'Dicembru tal-1960, imbaghad, giet iffurmata l-Malta Cycling Association bil-Mosta Cycling Club bhala l-ewwel Club affiljat maghha. Din mill-ewwel bdiet tahdem biex terga' takkwista l-permessi mehtiega ghat-tigrijiet fit-toroq. Il-Pulizija ikkoperaw hafna u fl-ahhar instabet soluzzjoni biex dawn it-tigrijiet isiru fuq cirkwiti ta' bejn 7 u 8 mili fejn it-toroq ikunu maghluqa ghal kull traffiku iehor.


L-ewwel wahda minn dawn it-tigrijiet saret fis-7 ta' Ottubru, 1962 fuq il-korsa tad-Dwejra. Fl-1963, il-Kummissarju tal-Pulizija ta permess ghal erba' tigrijiet fit-toroq u (p.391) n-numru ta' permessi baqa' jizdied kull sena sakemm fl-1973 il-permessi saru hdax u baqghu jinghataw kull sena.


IL-KUNSILL CIVIKU TAL-MOSTA


(p.396) L-idea li jitwaqqaf Kunsill Civiku fil-Mosta, ghalkemm kienet f'mohh hafna Mostin li kellhom il-Mosta ghal qalbhom, harget fil-berah bil-qawwa ta' lehen li jfisser u jghaqqad xewqat il-Mostin permezz ta' editorjal fi Il-Mosta f'Dicembru, 1966 - Jannar, 1967.


L-lnizzjattiva li biha twaqqaf dan il-kunsill haditha s-Socjeta Filarmonika “Nicolo' Isouard” taht il-Presidenza tas-Sur C.J. Schembri. Kumitat provizorju ltaqa' ghall-ewwel darba fil-Kazin “Nicolo' Isouard” nhar il-Hadd, 20 ta' Ottubru. 1968. lr-raguni kienet li jinhatru l-ufficjali u r-rapprezentanti tal-ghaqdiet kostitwiti.


L-istatut, li kien ga' thejja, kien ifisser kemm l-ghanijiet tal-Kunsill Civiku kif ukoll min kienu dawk in-nies li jintghazlu bhala membri tieghu.


L-istatut kien approvat. L-ghan ewlieni kien li l-membri jiehdu hsieb l-interessi tal-Mosta u l-Mostin billi jressqu suggerimenti u ilmenti quddiem l-awtoritajiet koncernati. Dawn il-membri kienu jirraprezentaw l-ghaqdiet kollha stabbiliti, sew civili kif ukoll religjuzi, tal-Mosta.


Kemm dam jiffunzjona l-Kunsill kellu diversi successi b'risq il-Mostin. Kien hemm ukoll zewg attivitajiet li kellhom l-iskop il-wiehed li jxandar taghrif fuq il-Mosta ma' Malta u l-iehor li jghaqqad lill-Mostin biex jifhmu l-wirt ta' missirijiethom.


Hekk, ghall-okkazjoni tal-festa ta' Santa Marija ta' l-1969, sar programm fuq it-televizjoni Maltija u iehor fuq (p.397) ir-Rediffusion. Hafna minn dawk li hadu sehem fihom kienu membri tal-Kunsill.


Bejn it-2 u s-7 ta' Ottubru, 1971 saret Mosta Week organizzata mill-Kunsill. Kienet tinkludi wirja tal-fotografija, tahdita lill-istudenti Mostin, wirja ta' slides fuq postijiet storici fil-Mosta, diskussjoni fuq is-suggett Lejn Mosta Ahjar, lecture fuq Il-Hajja f'Malta fi Zmien il-Bini tar-Rotunda u konkors ta' essays.


Billi dawn il-Kunsilli jew Kumitati Civici baqghu ma gewx rikonoxxuti mill-Gvern, uhud minnhom mietu, ohrajn naqqsu hafna mill-attivitajiet u l-laqghat taghhom u nahsbu li l-Kunsill Civiku tal-Mosta, milli jidher gralu l-istess.


Riferenzi

  • Il-Mosta, Dicembru 1966 - Jannar 1967.
  • Il-Mosta, Frar - Marzu 1969.
  • Il-Mosta, Awissu - Settembru 1969.

Kapitli ohra mill-ktieb