The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA XIII: MALTA FI ZMIEN IL-BINI TAL-KNISJA TAL-MOSTA

minn Michael Sant B.A., B.A. (Hons), M.A.


(p.458) Meta l-gzejjer ta' Malta u Ghawdex fl-1798 ghaddew minn taht idejn il-Kavallieri ta' San Gwann ghal taht idejn il-Francizi, u ftit wara, minhabba r-rewwixta tal-Maltin, f'idejn l-Inglizi, missirijietna l-Mostin kienu ghadhom jinqdew bil-knisja l-qadima, dik mibnija mill-gdid taht il-harsien tal-Perit Tumas Dingli u li tlestiet fl-1614. Izda sebh tas-Seklu Dsatax, bil-popolazzjoni tal-Mosta dejjem tikber u tlahhaq mat 3,000 ruh, il-Mostin bdew jahsbu biex ikabbru l-Knisja taghhom, li kienet mhux biss ckienet ghan-nies tar-rahal, imma kienet f'xi bnadi qieghda tiggarraf. Kien madwar is-sena 1812 li xi Mostin giehom dan il-hsieb ghall-ewwel darba. Il-kappillan ta' dak iz-zmien Dun Felic Calleja, lanqas lahqu tarrfulu xi haga li ma qabilx b'ruhu u gismu ma dak il-hsieb nobbli. Imma sena wara, fl-1813, fuq Malta beda ghaddej shab ikrah li garraf ix-xewqat u t-tamiet kollha li kienu twebblu bihom il-Mostin.


U hawn irrid norbot grajjiet il-Knisja tal-Mosta ma grajjiet Artna. Mhux l-ghan tieghi li nitkellem fuq l-istorja tal-knisja. Min irid jitghallem fuq hekk – u mhux Mosti denju min ma jhabbilx rasu fuq grajjiet ir-rahal tieghu – m'ghandux hlief jaqra bir-reqqa x-xogholijiet ta' Dun Edgar Salomone u E.B.Vella fuq il-Mosta flimkien ma xogholijiet ta' hafna kontributuri fil-gazzetta Il-Mosta. L-ghan tieghi hu wiehed: dak li naghtikom l-isfond storiku Malti – politiku, socjali, edukattiv, demografiku, ecc., imma specjalment ekonomiku u hekk tiftiehem ahjar il-grajja ta' fidi u mhabba, ta' tqancic, taqtigh il-qalb u tbatijiet li ghaddew minnhom il-Mostin sakemm raw il-holma taghhom, il-bini ta' (p.459) tempju gdid, isehh tabilhaqq. Jekk insemmi l-fatti ewlenin tat-tlugh ta' dan it-tempju naghmlu incidentalmen u xejn aktar. Naghfas b'mod specjali fuq is-snin bejn l-1833, meta tqieghdet l-ewwel gebla sal-1871, mitt sena ilu, meta saret il-Konsagrazzjoni solenni tat-Tempju.


Semmejt ftit ilu li l-bidla ghall-aghar li giet fuq Malta fl-1813 u li biha batew ukoll il-Mostin. Infisser ruhi. Mal-migja tal-Inglizi f'Malta fl-1800, imma specjalment bejn is-sena 1806 u s-sena 1813, minhabba s-Sistema Kontinentali, li holom biha Napuljun, l-ekonomija ta' Malta u Ghawdex ghaddiet hafna ‘l quddiem. Tassew li l-kummerc tal-qoton ghal barra kien naqas hafna, imma biex ipatti ghal dan ghamlu tajjeb l-infiq tar-rigmenti Nglizi stazzjonati f'Malta u z-zieda kbira fil-kummerc minn Malta, b'kuntrabandu Ngliz ghall-Ewropa t'Isfel, mahkuma mill-Francizi. M'ghandniex xi nghidu l-izjed li marru tajjeb kienu n-nies ta' l-ibliet, imma staghnew ukoll il-bdiewa fl-irhula specjalment ghaliex ic-cereali bdew igibu suq tassew tajjeb. Ma nistaghgbux ghalhekk li l-Mostin f'din l-era tad-deheb ghall-Maltin, ma hassewhomx huma wkoll qalbhom qawwija u herqana li jmiddu ghonqhom ghal hwejjeg kbar.


Imma fl-1813, nerga ntennni, fuq l-ghaziza artna nfirex shab ikrah. L-ewwel xeghlet il-marda qalila tal-pesta, li garret fuq hamest elef ruh, kwazi hamsa fil-mija tal-poplu Malti. Minhabba l-ligijiet tal-kwarantina ta' dak iz-zmien il-kummerc warradi li kellha Malta tista tghid li gie fix-xejn. Il-vapuri ghebu kwazi ghal kollox mill-portijiet ta' gziritna u l-biedja sofriet ukoll bil-prezz tal-qamh jaqa' xi ftit. Imma l-aghar li sofriet il-biedja kien fl-1822 meta l-ewwel Gvernatur ta' Malta Sir Thomas Maitland, halla l-qamh ta' barra jidhol f'pajjizna bla ma jhallas dwana. Biex taghqad it-tkabbir tal-qoton li kien rega habat sa jaqbad bil-mod, ha daqqa kbira meta, wara l-1817, l-Egittu, taht il-habrieki mexxej tieghu Mehemet Ali, rama sewwa b'qoton kotrani u, hdejn dak ta' Malta, irhis. Pajjizna ma setax jikkompeti. (p.460) In-nies tal-irhula u l-bdiewa Maltin kienu rvinati. X'tibni knejjes f'ghaks, bhal dak! Ix-xoghol tar-raba u l-insig fis-snin ta, nghidu ahna, bejn l-1820 u l-1840 ma kienx imhallas aktar minn bejn 1d u 3d kuljum (bil-flus tallum 4m u 1c3) illi wkoll ghal dak iz-zmien, meta l-flus kienu tassew flus, kien hlas fqir hafna ghal xoghol t'gharaq id-demm.


Imma l-Mostin kellhom qalbhom qawwija u minkejja z-zminijiet koroh, ma qatghux qalbhom. Fuq il-pjanta tal-Arkitett Malti, Gorg Grognet de Vasse, li kif naqraw kien siefer ma Napuljun l-Egittu wara li l-General Franciz kien ha lil Malta fl-1798, il-Mostin bdew jahsbu mhux biex ikabbru u jsewwu l-knisja l-qadima bhal ma kien mahsub qabel, imma biex jibnu wahda gdida, ir-Rotunda li ghandna llum. Il-kappillan Calleja sinjur minn daru, ta' ghall-bini tal-Knisja s-somma ta' 16,000 skud jew £1,333 (kienu ghadhom jigru fl-idejn il-flus tal-Kavallieri sa dak iz-zmien). Jekk niftakru kemm kienu baxxi l-pagi fl-irhula, kif semmejna, naraw kemm kienet kbira l-ghotja tal-Kappillan. Imma minkejja dis-somma kollha kien hemm nies tar-rahal li ppruvaw ibiddlu fehmet il-kappillan u fissrulu t-toqol tal-bicca xoghol, biex ma nghidx ukoll l-impossibilta ta' dak li l-Mostin kienu dehlin ghalih. Waqt li nghollu l-gieh u nbierku l-hidma tal-kappillan, li ma qatax qalbu, ma nistghux, meta nafu l-qaghda ekonomika mwieghra ta' Malta dak iz-zmien, ma nissimpatizzawx ma dawk li ma kellhomx qalbhom qawwija daqs haddiehor.


Sadattant, biex nergghu ghall-qaghda f'Malta, l-ekonomija ta' gziritna kienet daqqa titjieb xi ftit u daqqa tiehu xejra ghall-aghar. Mill-1826 ‘l quddiem wara li tnehhiet il-kwarantina mposta fl-1813 fuq il-kummerc minn Malta, dan rega beda jiehu r-ruh. Naraw li waqt li fl-1826 dahlu fil-portijiet taghna 115,000 tunnellata, dahlu 390,000 tunnellata fl-1842.


L-industriji lokali, izda, ma setghu qatt jiehdu r-ruh u ma kenux jahdmu izjed minn 1,000 f'xoghol tal-gebel, xoghol (p.461) tad-deheb u filugranu, xoghol tal-ghamara, xoghol tat-trizza, brim ta' sigarri u hekk.


Kien it-tkabbir tal-qoton, li ghalkemm bhal m'ghidna kien mar lura, kien ghadu jhaddem l-aktar nies f'Malta u Ghawdex. Insibu li fl-1842 kwart tal-Maltin u l-Ghawdxin kienu ghadhom ighixu hazin hazin b'dan ix-xoghol. U l-Gvern (Ingliz) ta' dak iz-zmien ftit kien ihabbel rasu kemm ix-xoghlijiet pubblici – tqeghid ta' toroq, bini ta' djar, sptarijiet, fran u xi knisja – jistghu jtaffu qaghda ekonomikament hazina.


Biex taghqad xi “hidma tan-Natura” ma naqsitx biex tkompli taghfas fuq dahar l-imsejken haddiem Malti, nghidu ahna, tixrida tal-kolera fl-1837 li din id-darba garret ‘il fuq minn 4,000 ruh u fl-1840 – 41 nixfa kbira li kompliet faqqret lill-bidwi Malti u gaghlitu jhalli pajjizu u jemigra lejn ix-xtut ta' l-Afrika ta' Fuq, bhalma kienet id-drawwa dak iz-zmien.


Izda halli ma nigrux izzejjed u nergghu ghall-knisja tal-Mosta. Il-kappillan Calleja, imbezza li l-pjanta ta' Grognet setghet forsi ma tahdimx fil-prattika, talab lill-Gvernatur Ponsonby ghall-ghajnuna. Dan ghazel Kummissjoni t'erba periti militari u civili, u dawn mhux talli approvaw il-pjanta ta' Grognet imma talli fahhru l-gherf u l-hila li kien wera.


U z-zmien beda ghaddej gmielu u thejjijiet lahqu l-aqwa hidma. Izda l-Kappillan Calleja ma kellux ix-xorti li ghall-inqas jara titqieghed l-ewwel gebla tar-Rotunda, ghax il-mewt hafnitu fi hdanha fi Frar ta' l-1833. Lahaq Kappillan floku l-Mosti Dun Gammari Schembri u kien ftit xhur wara, fit-30 ta' Mejju 1833 li tqieghdet l-ewwel gebla tal-Knisja tal-Mosta.


Kienet festa mill-isbah. Qieghed l-ewwel gebla d-delegat ta' l-Arcisqof F. S. Caruana, il-Vigarju Generali tad-Djocesi. Il-Gvernatur Ponsonby u kbarat ohra kienu prezenti ghac-cerimonja. Din ma kenitx l-ewwel u lanqas (p.462) l-ahhar migja l-Mosta tal-Gvernatur. Mhux biss dan; insibu li biex ighin fix-xoghol tal-knisja, Ponsonby gieli baghat il-Mosta krejnijiet u taghmir iehor tal-hadid biex jithaffef ix-xoghol tal-bini.


U hekk, taht il-perizja ta' Grognet u l-hila tal-bennej Mastru Ang Gatt, il-bini mexa ‘l quddiem gmielu hekk li sa l-1841 kien ga tlesta terz mill-gholi tal-knisja. Izda biex jitkompla x-xoghol kienu jinhtieghu flus u aktar flus. Il-Mostin ghenu kemm felhu izda ftit kien hemm x'taghsar dak iz-zmien. Is-Sema izda ipprovda ghax ‘l quddiem il-Papa Gregorju XVI baghat Bolla lill-Arcisqof ta' wara Caruana, Mons Publio Maria dei Conti Sant, biex dan jaghti lill-Parrocca tal-Mosta, is-somma ta' 3,000 skudi (£250) fis-sena. U hekk ix-xoghol tal-bini ma waqaf qatt.


Nergghu issa ghall-qaghda fi gziritna. Is-snin ta' bejn l-1842 u l-1845 kienu snin mhux mill-aghar. Il-kummerc kiber, il-Gvern tghallem jonfoq il-flux f'xoghlijiet pubblici, il-kera ta' l-art tal-Gvern rohos bi kwart, wara n-nixfa gew snin milwiema u hekk il-hajja fl-ibliet u l-irhula tjiebet xi ftit.


Imma donnu ma hamilx. Is-snin 1846-47, maghrufa bhala s-“Snin tal-Guh”, gew fuq Malta wkoll. Nixfa kbira, qamh ftit li xejn, l-ikel joghla b'izjed minn tletin fil-mija, ghaks kbir ma Malta kollha. Mis-sena 1848, is-sena tar-Rivoluzzjoni fl-Ewropa, u ghal xi snin wara, il-livell tal-hajja f'Malta ntrefa xi ftit, l-aktar ghax l-gholi tal-hajja gie ghan-normal u ghax il-Gvern intefa ghall-bini ta' xogholijiet pubblici, fosthom fosos tal-qamh.


U meta l-qaghda ekonomika habtet tehzien xi ftit, gietna tajba ghax faqqghet il-Gwerra tal-Krimea (1853-56). Tidher haga stramba, izda hu minnu, li bhala regola, Malta fl-ahhar zewg sekli, dejjem gawdiet ekonomikament bil-gwerra jew bit-theddida tal-gwerra, u l-kuntrarju batiet fi zmenijiet twal ta' paci.


Zmien il-gwerra tal-Krimea kien zmien ta' risq ghal (p.463) Malta. L-infiq tas-suldati Inglizi, Francizi, Torok u ohrajn f'Malta, kiber ghal erba darbiet daqs qabel, it-Tarzna faret bin-nies, u t-talba ghall-ikel kienet hekk kbira li d-dhul mir-raba kiber bejn wiehed u iehor b'hamsin fil-mija. Veru li xi familji li jghixu bil-paga fissa batew, imma mill-bqija nistghu nghidu li Malta u Ghawdex kienu ilhom ma jaraw gid hekk kbir minn zmien il-gwerra kontra Napuljun hamsin sena qabel.


Meta spiccat il-Gwerra tal-Krimea, naqas il-qliegh kullimkien u l-qaghda tgharrqet xi ftit, izda mhux ghal kollox. Is-snin bejn l-1859 - 65 kienu snin tajba fuq Malta. L-inkwiet fl-Italja, is-Sirja u l-Grecja, flimkien mat-tellieqa fl-armamenti navali bejn l-Ingilterra u Franza, gabu xoghol kbir fil-portijiet u t-tarznar ta' Malta.


Il-Gvern nieda sensiela ta' xoghlijiet pubblici ohrajn, fosthom is-suq tal-Belt, it-Teatru Rjal u l-Isptar tal-Mard tal-Mohh. Imma l-izjed li gawdew f'dan iz-zmien kienu l-bdiewa u n-nies fl-irhula.


Billi fl-Amerika kienet faqqghet Gwerra Civili (1861-65) bejn l-Istati ta' Fuq u dawk t'Isfel, it-tkabbir tal-qoton kien sfratta ghal kollox. Hekk riedu l-Maltin. Regghu armaw bil-qoton u s-swieq dinjija kienet tant tajba li l-prezz tieghu tela ghal hames darbiet daqs li kien qabel. In-nissiega biss hadu daqqa ta' harta, ghax kulhadd beda jesporta l-qoton kif jingabar u le jahdmu f'xoqqa f'Malta. Kien f'dan iz-zmien infatti li n-nisa tad-dar bdew jintefghu ghax-xoghol tal-bizzilla.


Is-snin li semmejna, u l-izjed dawk ta' l-1859-60 kienu snin storici ghall-Mosta wkoll. F'Settembru ta' l-1859 miet il-Kappillan Schembri, ftit qabel ma seta jara mitmum il-bini tal-knisja. Lahaq floku x-xahar ta' wara Dun Anton Mallia u fis-16 ta' Frar 1860, il-Kappillan il-gdid gie mqabbad mill-Arcisqof Gejtanu Pace Forno biex ibierek il-knisja l-gdida.


Dakinhar stess, Sibt il-Karnival il-Mostin bdew ihottu (p.464) l-knisja l-qadima li kienet ghadha gol-gdida u fi zmien ghaxart ijiem lestew ix-xoghol ghal kollox. Fil-11 ta' Marzu ta' l-istess sena tqaddset l-ewwel quddiesa solenni fil-knisja u l-Isqof Pace Forno kanta Te Deum quddiem knisja mballata.


Knisja bla qniepen qisha gisem bla ruh, u ghalhekk il-Mostin hasbu ghal dawn ukoll. Fid-29 ta' Dicembru 1864, tbierket u tghammdet il-qanpiena l-kbira, “Maria Assunta”. Issa kien jonqos biss li jitkompla x-xoghol sekondarju tal-knisja, u hekk insibu li fil-15 t'Ottubru 1871, saret il-Konsagrazzjoni solenni tar-Rotunda mill-Arcisqof Pace Forno.


Huwa sew sew ic-centinarju ta' din il-grajja tad-deheb fl-istorja tal-Mosta li ahna fakkarna bl-ikbar sollennita fl-1971. Il-holma tal-Mostin, ix-xewqa kienet sehhet tabilhaqq.


F'Malta izda, is-snin ta' wara l-1865, nghidu ahna sa tnax-il sena wara, xejn ma kienu mill-ahjar. Fis-sena 1865 intemmet il-Gwerra civili fl-Amerika, rega beda jitkabbar il-qoton u l-Maltin tilfu s-suq tieghu. Fl-istess sena faqqghet epidemija ohra tal-kolera, li ghalkemm ma garritx aktar minn 47 ruh f'kull elf xorta ziedet l-ghawg fii gziritna. Il-prezzijiet tal-ikel gholew minn barra u Malta m'ghandniex xi nghidu, intlaqtet ukoll. Biex taqghad il-kummerc mar lura u ghalkemm il-Gvern ghamel li seta il-hajja specjalment tal-haddiem saret infern. In-natura kien jonqos taghmel taghha kif fil-fatt ghamlet. Is-snin bejn l-1865-67 kienu snin ta' nixfa kbira li hallew il-kampanja Maltija tbikkik thares lejha. Meta mbaghad fl-1869 infetah il-Kanal tas-Suez zdied il-kummerc u mhabba wkoll li kienet sena bin-newba, il-livell tal-hajja f'Malta tjieb xi ftit. Imma ma jdamx wisq u fis-snin bejn l-1873 u l-1874, bejn ghax il-flotta Ngliza demet nieqsa minn Malta u bejn ghax regghet ghamlet nixfa kbira, il-hajja Maltija fl-ibliet u l-irhula tgharrqet aktar milli kienet. Wara l-1875 insibu, bhas-soltu l-gid u ghaks, it-tlajja u (p.465) l-inzul fl-ekonomija ta' Malta. Imma dan mhux fl-orbitu tieghi biex insemmih illum. Irrid biss nasal sa mitt sena ilu, is-sena 1871, dik marbuta mal-Konsagrazzjoni Solenni tal-Knisja tal-Mosta.


Semmejna l-ekonomija ta' Malta. Imma, tghiduli, kif kienu jghixu missirijietna? X'kienu jieklu? X'kienu jilbsu? Xi kemm kienu jaqilghu? Inghidilkom fil-qosor. L-ewwel haga, bhalma nafu, kienet drawwa li l-gharajjes aktarx jizzewgu kmieni w ikollhom hafna wlied. Bejn wiehed u iehor familja tipikament Maltija kien ikollha bejn sebat u ghaxart itfal li minnhhom hamsa mill-inqas kienu jghixu. Ikla ta' haddiem normali kienet tkun ta' daqs ratal hobz tax-xghir jew tal-mahlut, ftit haxix, nitfa gobon, erba zebbugiet u naqra zejt, ghagin u darba kultant, xi huta jew frotta. In-nisa u t-tfal kienu jieklu n-nofs ta' dan. L-ilbies kien mill-ifqar, dejjem tax-xoqqa ta' Malta, u kont trid taghmel weghda biex tara zarbun f'saqajn il-haddiem. Hafna drabi l-familja kien ikollha taqsam kamra wahda jew tnejn fid-dar jew razzett, u kulhadd tista tghid, kien jorqod fuq it-tiben. ta' sikwit anqas flus ghall-kera ma kien ikollhom il-familji u ta' l-irhula hafna drabi kienu jgibu d-demel biex ikun jista jithallas il-kera bih. Il-hobz kien gholi hafna fil-prezz ghal dak iz-zmien, ftit oghla minn 2d (8m) ir-ratal, li jekk inqabbluhom max-xelin kuljum jew inqas li, bejn wiehed u iehor, kien jaqla haddiem fir-rahal, jew iz-zewg xelini kuljum li bejn wiehed u iehor kien jaqla haddiem tas-sengha (daqshekk kien idahhal Mast'Ang Gatt), naraw li kien prezz gholi mmens. Mhux talli l-hobz dak iz-zmien ma kienx suddisdjat imma talli kien intaxxat bl-ikrah. Meta l-familja twarrab il-flus ghall-hobz u ghall-hajja, kwazi ma kien jibqa xejn. Jekk imbaghad jifdal xi sold kien aktarx iservi biex il-familja dduq affarijiet ta' lussu bhall-inbid, il-kafe, l-ispirti u t-tabakk, u wkoll jaghtu xi haga ghall-knisja. U dan meta l-qaghda f'Malta kienet tkun tajba. Meta (p.466) titwiegher, meta ma kienx ikun hawn xoghol, l-ghaks ifaqqas. L-istituzzjonijiet ta' Karita, li dak iz-zmien kienu mmexxija mill-Gvern (qishom is-Servizzi Socjali tallum), kien ikollhom jahdmu bla nifs. It-tallaba, dejjem kotrana f'Malta, kienu jizdiedu.


Imma hafna drabi xejn ma kien ikun bizzejjed u fi snin ta' ghaks kbir, inghidu ahna mill-1845-47, l-1865-68 u l-1873-74; l-imsejken haddiem kien ikollu jghix biss bil-harrub u, biex ma jmutx bil-guh, tghallem isum ghal gurnata shiha u ma jduq xejn hlief darba biss. Il-bidwi li kellu r-raba tieghu forsi ma kienx ibati l-guh daqs haddiem iehor, imma mbaghad nafu xi tbatija kien ighaddi minnha biex jahdem bicca raba mis-sebh sad-dlam. U tahsbux li l-popolin biss dak iz-zmien ma kinex imhallas tajjeb. In-nies ta' l-iskola wkoll kienu jaqilghuha u jikluha hazin hazin. Bizzejjed inghidilkom li fl-1835 l-aqwa professur fl-Universita ma kienx imhallas aktar minn £M25 fis-sena. Sadattant, skandlu kbir, kif narah jien, il-Gvernatur ta' Malta kellu salarju ta' £5,000 fis-sena u ftit wara meta forsi l-Inglizi sthaw naqra, nizzluhulu ghal £4,000 biss. Ma nistaghgbux ghalhekk, wara dan kollu li rajna, li l-hajja tal-Malti kienet wahda ta' ghaks, hmieg, injoranza, mard ta' kull xorta u kull haga mistmella ohra. Allahares ma kenitx il-knisja biex issabbar l-imgarrab f'dak iz-zmien! Izda anki mitt sena ilu u izjed, sinjuri kien hawn ukoll, x'aktarx negozjanti. Dawn, m'ghandniex xi nghidu, qajla kienu jafu x'inhu ghaks, x'jigifieri tghix fil-bzonn. Qatt ma hassew il-htiega li jitilqu x-xtut ta' Malta, hlief ghan-negozju u ghal xi safra sabiha. Kienu medhijin bil-politika u l-kultura li ghall-poplu taghna dak iz-zmien x'aktarx li ma kienu ifissru xejn. Imma minn dawn is-sinjuri ftit kellna fil-Mosta, u mill-ftit li kellna, niftahru nghidu, kien hemm uhud li qatt ma harsu ikrah lejn il-fqar; uhud li kienu jaraw ‘l Alla fil-proxxmu taghhom.


(p.467) Tawwalt ftit izzejjed fuq il-qaghda ekonomika ta' Malta u l-hajja li kienu jghixu missirijietna fi zmenijiet hekk storici ghall-Mostin. Imma nisthajjel taqblu mieghi li dak li l-Inglizi jsejhu bread and butter kien jolqot lill-poplu taghna wisq aktar fil-laham il-haj minn interessi politici, kulturali, rikrejattivi u hwejjeg bhal dawn. Biss xi haga fuq hekk ta' min ighid ukoll. Imma l-ewwel nixtieq insemmi xi xejriet demografici li laqtu lil Malta fis-seklu dsatax.


Meta gew l-inglizi f'Malta l-popolazzjoni ta' dawn il-gzejjer ma kenitx tlahhaq aktar minn 100,000 ruh, il-bicca l-kbirta fqar ighixu f'nahat rurali. Sa l-1813, meta gie Malta l-ewwel Gvernatur, Maitland u meta l-Mostin twebblu ghall-ewwel darba bit-tkabbir jew il-bini ta' knisja gdida, il-popolazzjoni ta' Malta telghet ghal madwar 110,000. Fl-1837 kien hawn madwar 120,000 ruh li minhabba l-kolera ta' l-1837 u l-emigrazzjoni lejn ix-xtut tal-Mediterran, li kienet bdiet tinhass sewwa, naqset ghal madwar 116,000 ruh (935 kull mil kwadru) fl-1842, meta sar l-ewwel censiment ufficjali f'Malta. Minn hemm ‘il quddiem il-popolazzjoni kotrot, madwar 123,000 fl-1871, is-sena tal-konsagrazzjoni tal-Knisja. Haga naturali, in-nies tal-Mosta zdiedu wkoll, sakemm mit-3,000 ruh li semmejna fil-bidu, kibru ghal fuq it-8,000 ruh li ghandna llumm.


Mat-twarrid tal-popolazzjoni bdiet tinhass sewwa l-htiega tal-emigrazzjoni, specjalment fis-snin tal-ghaks. Imma dak iz-zmien la kien hawn Dipartiment tal-Emigrazzjoni u lanqas organizzazjoni u l-ghajnuna mill-gvern li ghandna llum. Sikwit l-imsejken haddiem kien ikollu jfendi ghal rasu u jara jsibx xi mirkeb li fuqu seta jahdem ghall-passagg aktarx lejn l-Afrika ta' Fuq – l-Algerija, Tunis, Tripoli u l-Egittu. Drabi ohra l-haddiem gas-safar kien jerhi ruhu f'idejn nies biex imexxuh u mhux l-ewwel darba li dahku bih. Maltin kien hemm li hadmu, stinkaw u marru tajjeb. Ohrajn giethom hazina u qrabathom (p.468) jew hbiebhom kellhom jaghmlu tajjeb biex igibuhom lura. Hu mahsub li sa tmiem is-Seklu XIX kien hemm ‘il fuq minn 50,000 Malti msiefer u n-numru ‘l quddiem baqa' dejjem jizdied.


Il-tkattir tal-popolazzjoni wassal ukoll ghall-izvilupp ta' l-ibliet u l-irhula Maltin. Fl-1800 it-tifsila ta' Malta kienet semplici hafna – l-ibliet ta' madwar il-port ghalihom, u l-bqija medda wahda ta' rhula w eghlieqi. Ftit kienu ghadhom in-nies li jghammru qrib ix-xtut u n-nahat imwarrba ta' Malta u Ghawdex. Izda fi zmien l-Inglizi bdew jinbnew dawk l-inhawi sotto-urbani ta' madwar il-Port, il-Hamrun, Santa Venera, il-Marsa, Rahal Gdid u fin-naha l-ohra l-Imsida, il-Gzira, Tas-Sliema u San Giljan. Il-popoloazzjoni tal-Belt Valletta, il-Furjana u t-Tliet Ibliet kibret u lahqet l-aqwa taghha ghal nofs is-seklu XIX, u mbaghad bdiet tbatti gmielha. L-irhula qodma, il-Mosta fosthom, baqghu jikbru dejjem, izda bil-mod. Imma l-imkejjen sotto urbani li semmejna mtlew bin-nies f'qasir zmien. Tas-Sliema, per ezempju, li fl-1833 ma kenitx ghajr post ckejken ta' villeggjatura ghas-sinjuri ta' l-ibliet, kienet ga saret belt sa l-1900. L-istess haga nistghu nghidu ghal San Giljan, il-Gzira, l-Imsida u Tal-Pieta. Dawn in-nahat tghammru x'aktarx mill-klassi medja Maltija, nies professjonali u tan-negozju. Il-haddiema ta' l-id intefghu n-nahat l-ohra tal-port u billi minn dejjem il-haddiem iwelled aktar mis-sinjur, il-popolazzjoni ta' dawn l-ibliet telghet b'kejl fenomenali. Sadanittant imkejjen bhal San Pawl il-Bahar, Marsaxlokk, Birzebbuga u Wied il-Ghajn bdew ibiddlu xejrithom minn ghamajjar tas-sajjieda ghal imkejjen ta' villeggjatura w ukoll ta' oqsma residenzjali permanenti. Kien f'dak iz-zmien ukoll, meta kienet qed titlesta l-Knisja tal-Mosta, li nahat agrikoli bhall-Mellieha, l-Imgarr, il-Manikata u z-Zebbiegh bdew jiehdu s-sura li ghandhom illum. L-ippjanar ta' l-ibliet u t-tqeghid ta' toroq kien ga dak iz-zmien qed iwegga ras il-Gvern u l-poplu.


(p.469) U la semmejna l-agrikoltura, xieraq inghidu xi haga aktar fuq hekk. Ma ninsewx li dak iz-zmien il-kotra tal-Mostin kienet tghix mir-raba. Fuq it-tkabbir tal-qoton u l-qamh ga ghidna xi haga. Fi zmien l-Inglizi l-biedja f'Malta rat taqlib kbir u mhux dejjem b'success. Qabel l-1848 dahlu f'Malta t-tkabbir tal-patata, il-kultivazzjoni tac-cawsli bil-hsieb li jitghajjex id-dudu tal-harir, u esperimenti ohra, li hlief it-tkabbir tal-patata nistghu nghidu li ma rnexxewx. Wara l-1840 il-Gvern haseb biex iqassam lill-bdiewa, b'cens nominali, l-art ‘l hinn mill-Mellieha, art li llum il-bidwi hafna minnha telaqha ghal kollox. Il-Gvern haseb ghat-toroq li ghadna ngawdu sallum, u sar attentat biex jittella l-ilma minn gol-blat. Kien lejn it-tmiem is-Seklu XIX li l-bidwi Malti beda jifhemm il-gid li seta jikseb mit-tkabbir tad-dwieli, wahda mis-sisien qawwija tal-biedja fi zminijietna. Kien zmien is-Seklu XIX, ukoll, li s-silla bdiet titkabbar kotrana f'Malta, li l-frott u l-haxix bdew igibu suq tajjeb, kif dahlu l-baqar f'Malta u bil-mod bdew jonqsu l-moghoz.


Nghid kelma fuq il-kommunikazzjonijiet u t-trasport dak iz-zmien. Tassew li m'hemmx wisq x'wiehed ighid. Meta l-Inglizi gew Malta l-istat tat-toroq, jekk tista ssejhilhom hekk, kien mill-aghar, qajla tajbin ghall-hmar u z-ziemel. L-Inglizi wessghu toroq u qatghu ohrajn ghal ghan militari; toroq ohrajn imbaghad bhalma ghandna, saru biex jilhqu mkejjen agrikoli godda. Mill-bqija ma sar xejn izjed. L-asfalt f'Malta dahal tista tghid fis-Sekllu XX, u whud minna ghadhom jiftakru t-toroq ta' Malta kollhom hotob, trab, hmieg u dlam. Il-mezzi tat-transport kienu dawk li tatna n-natura, hlief ghall-karrettun innifsu. Il-Ferrovija ma dahlitx f'Malta qabel 1883 u ma tantx irnexxiet, anqas. It-tram u l-karozzi tan-nar gew imbaghad wisq wara dan. Sakemm tlestiet il-Knisja tal-Mosta, nistghu nghidu bla tlaqliq, li s-sistema tad-drenagg u ta' l-ilma fil-kanen li ghandna llum, ghalkemm il-Gvern kien (p.470) ga holom bihom, kienu ghadhom fuq il-karti u kellhom idumu xi ftit.


Ftit kienu n-nies fid-XIX il seklu li kienu jhabblu mohhom bil-politika. Din kienet hobz ghall-'intelligenti'; ghall-haddiem il-problema ewlenija kien hux se jkollu biex jitma l-familja l-gurnata ta' wara. Imma, b'danakollu, il-grajjiet kostituzzjonali ta' Malta huma ta' interess ukoll. Fl-1814, bl-Ewwel Trattat ta' Parigi, Malta saret Kolonja Ngliza, xejn differenti minn kolonji mirbuha u mhux moghtija minn raghaj il-poplu f'idejn il-hakkiema. Faru bil-korla l-kotra tal-mexxejja Maltin, imma x'setghu jaghmlu? Nies kolti u patrijottici bhal Sciberras, Mitrovich u ohrajn haqquha kemm felhu ghall-gharfien kostituzzjonali ta' Malta u fl-1835, sentejn wara t-tqeghid ta' l-ewwel gebla tal-Knisja tal-Mosta, Malta nghatat kostituzzjoni taghha. Kienet fqira ghall-ahhar ghax l-Inglizi kienu jqisu lil Malta bhala fortizza biss u mhux ta' min jafda lil Maltin bi drittijiet kostituzzjonali, imma dejjem kien bidu ghall-inqas. Wara hafna protesti u tahqiq iehor, Malta nghatat kostituzzjoni naqra ahjar fl-1849, fi zmien il-Gvernatur Kattoliku O'Ferral. Ghall-inqas b'dil-kostituzzjoni, barra r-rapprezentanti ufficjali, insibu ideja ckejkna ta' rapprezentanza eletta mill-poplu. U sa meta tlestiet u tbierket il-Knisja tal-Mosta fl-1871, Malta kienet ghadha taht dil-forma ta' gvern. Il-kostituzzjonijiet ohrajn tal-1887, l-1903, l-1921, l-1947 u l-1964 ma nistghux immissuhom hawnhekk. Inghid biss li bhall-istorja ekonomika ta' Malta, l-istorja kostituzzjonali kellha alternattivament il-waqtiet sbieh u koroh taghha.


Kittieb Ingliz Nassau William Senior, kiteb fl-1856 illi ‘tara hafna zaghzagh Maltin … ighaddu hinhom fil-hwienet tal-kafe, jiddiskutu l-politika u jhejju kostituzzjonijiet liberali ghal meta Malta tkun Repubblika Indipendenti…' imma ftit nistghu nehduh bis-serjeta lil dal-kittieb. Wahdiet kienu dawk il-Maltin mehdijin bil-politika u r-raguni ewlenija kient mhux biss li mohhom kien fuq il-pappa u mhux (p.471) l-impappa, bhalma ghidna, imma wkoll minhabba l-livell baxx ta' edukazzjoni dak iz-zmien. Illum, ghall-grazzja t'Alla, ftit huma dawk li fadal ma jafu jaqraw u jiktbu xejn. Imma fiz-zmenijiet li qed insemmu kien xort'ohra. Il-Kavallieri kienu hallewna lura wisq fl-edukazzjoni tal-poplu, u l-Inglizi fl-ewwel snin taghhom, ftit taw it-taghlim tal-kotra. Forsi kien jaqblilhom ihalluna fl-ghama u l-injoranza. L-Universita xejn ma kienet fuq sisien sodi, u t-taghlim fi skejjel primarji tal-Gvern, dik tal-Belt Valletta u fl-1829 ma nsibux hlief tlieta. Is-sistema uzata fl-iskejjel kien mill-ifqar: ghalliema ta' l-isem, kotba dghajfa, flus ghat-taghlim tal-poplu mill-inqas. Inghidu ahna l-Gvern kien jonfoq biss £572 fl-1813 u s-somma telghet sa £1,350 fl-1836. Imma wara l-1833, specjalment bit-thabrik ta' Sarah Austin, il-mara ta' wiehed mill-Kummissarji Rjali mibghuta f'Malta dis is-sena, il-livell ta' l-edukazzjoni ghola xi ftit. It-taghlim fl-iskejjel Elementari sar bla hlas; il-Gvern beda jonfoq izjed ghall-edukazzjoni ghola xi ftit. It-taghlim ta' l-Ingliz ha spinta ‘l quddiem u numru akbar ta' skejjel bdew kulma jmorru jinbnew, hekk li nsibu ghaxart iskejjel minn dawn fl-1841.


L-izjed li mxiet il-quddiem l-edukazzjoni f'Malta kien fi zmien id-Direttur Kanoniku Pullicino, jigifieri mill-1850 ‘l quddiem. Pullicino kien ghadu Direttur ta' l-Edukazzjoni fl-1871 meta saret il-Konsagrazzjoni tar-Rotunda. Bniedem gharef, habrieki u zelanti, Pulicino ghamel li seta' ghall-edukazzjoni tal-kotra, anke jekk il-metodi centralizzati tieghu jidhru llum hafna antikwati u kien hemm nies fi zmienu li kkritikaw bl-ahrax l-idejat tieghu. Izda billi dak iz-zmien kont tmur l-iskola jekk trid, u billi whud kienu jfesfsulu lill-haddiem li ‘l uliedu ahjar ma jghallimhom xejn skola, ix-xoghol ta' Pullicino u ohrajn kien hafna drabi jisfa' fix-xejn. Tistaghgbux jekk fl-1851 ghaxra fil-mija biss (p.472) tal-poplu Malti u Ghawdxi kienu jafu jiktbu u jaqraw u dal-proporzjon ma zdiedx wisq sa l-1871. Il-bennej tal-Knisja tal-Mosta, Mast'Ang Gatt, kien wiehed minn dawk in-nies li ghalkemm forsi mohhom jilhqilhom, ma kellhomx il-hila jaqraw jew jiktbu anqas kelma wahda.


Tassew li trid tkun taf l-iskola biex taqra l-gazzetta, izda huwa wkoll veru li wiehed jitghallem l-iskola biex ghall-inqas jaqra gazzetta. Sa l-1839, sitt snin wara t-tqeghid ta' l-ewwel gebla tal-knisja tal-Mosta, f'Malta ma kienx hawn liberta ta' l-istampa jigifieri ma setghux bil-ligi jistampaw gazzetti hlief dik ufficjali, il-Gazzetta tal-Gvern, li ghadha tohrog sallum. Il-Maltin kienu mcahhdin minn jedd li l-Inglizi kienu ilhom jgawdu zmien. Mn'Alla kienet il-Kummissjoni rjali ta' l-1835, li ga semmejna, u s-suggerimenti siewja li ghamlu, ghax Malta nghatat il-Liberta ta' l-Istampa. Izda, qabel sar dan, tghidx kemm kien hemm petizzjonijiet, protesti u kontra protesti. Min riedha l-liberta ta' l-istampa u min ma ridhiex. Il-Maltin liberali, dawk li xtaqu li Malta jkollha kostituzzjoni xierqa riduha, u fehmu li setghu juzaw il-kelma miktuba ghal ghanijiet ta' propaganda. It-Taljani eziljati f'Malta riduha ukoll il-liberta ta' l-istampa biex permezz taghha jkunu jistghu isemmghu lehinhom ma l-erbat irjieh. Hawn irrid inghidilkom li sa l-1860, jigifieri sa meta l-Italja nghaqdet tista tghid ghal kollox f'pajjiz wiehed, f'Malta kien hawn hafna ezuli taljani, specjalment Sqallin, jahdmu kontra l-hakma tal-Papa, tal-Burboni u ta' l-Awstrija fl-Italja u favur l-ghaqda ta' dak il-pajjiz taht mexxej Taljan. Dan kien johloq f'Malta konfuzjoni shiha. Dnub jahasra li m'ghandnix zmien nidhol f'dil-haga hawnhekk. Intenni illi dawn l-ezuli kienu favur li tinghata stampa hielsa lill-Maltin. Imma l-awtoritajiet tal-Knisja, kemm f'Malta kemm barra, kienu kontra ghax bezghu li, jekk tinghata l-liberta tal-istampa, jinfethu attakki horox kontra l-Papa, l-Isqfijiet kif ukoll il-kleru. Kienu wkoll kontra l-istampa hielsa f'Malta gvernijiet illiberali bhal dawk ta' l-Awstrija, (p.473) tal-Burboni u ta' l-istati tal-Papa. Imma, kif ghidna, il-helsien ta' l-istampa nghata fl-1839 ‘il quddiem, ghalkemm ftit kienu n-nies li jafu jaqraw f'Malta nsibu ruxxmata gazzetti bit-Taljan, bl-Ingliz u xi wahda wkoll bil-Malti, gazzetti bhall-Malta Times, il-Portafoglio Maltese, il Mediterraneo, the Malta Mail, L-Osservatore Maltese, il-Hatar u ohrajn. M'hemmx ghalfejn wiehed ighid li dak iz-zmien bhal llum – il-polemiki ma kienux jonqsu.


Il-gazzetti stampati bit-taljan, bl-Ingliz u l-Malti jqanqluni nghid xi haga fuq fuq dwar il-kwistjoni tal-lingwa f'Malta. Pajjizna ckejken u ghalhekk l-influwenzi barranin f'Malta facilment isibu art tajba u jifirxu gheruqhom. L-Arab tawna lingwa gdida, bazikament il-Malti li ghandna llum. U meta tkeccew l-Arab u gew in-Normanni u ‘l quddiem nies ohra mill-Ewropa ta' Taht, bdew idahhlu l-ilsien taghhom ukoll. Mal-migja tal-Kavallieri qabad sewwa t-Taljan, l-ilsien ufficjali tal-Ordni. Il-kotra tal-Maltin, m'ghandniex xi nghidu, baqghu jithaddtu bil-Malti, imma l-klassi ghonja, il-klassi l-pulita bdiet tuza t-Taljan biex titkellem u biex tikteb bih. Il-Francizi ftit damu Malta u ghalhekk qajla influwenzaw ilsienna. Ghall-bidu li gew l-Inglizi f'Malta kienu kuntenti jinqdew bl-ilsien ufficjali, it-taljan, imma bil-mod il-mod bdew ideffsu l-Ingliz fl-Edukazzjoni, fl-Amministrazzjoni u fil-Qrati. B'hekk bdiet taqtigha harxa ghas-supremazija bejn it-taljan u l-Ingliz, u izjed ‘il quddiem, il-Malti. Sal-1878, jigifieri sa meta l-Knisja tal-Mosta kien ilha gmielha li tlestiet u tbierket, il-glieda kienet ghadha ma qellitx ghal kollox, u ghalhekk missirijietna l-Mostin ftit setghu habblu rashom f'dak iz-zmien fuq lingwa u mhux lingwa. Imma ‘l quddiem mhux il-Mostin biss, imma l-Maltin kollha, kbarat u m'humiex, riedu jew ma ridux, sabu ruhhomn fl-eqqel tat-taqbida fuq il-lingwa. Imma sa meta nbniet il-Knisja, iz-zmien ta' Keenan, Savona, (p.474) Mizzi, Strickland u ohrajn kien ghadu xi ftit ‘il boghod. Izda l-ewwel sinjali tan-nar kienu ga feggew u t-Taljan f'Malta kien diga qed jaqaghlu rixu waqt li l-Ingliz kien gmielu qed jidhollu ‘l gewwa. Ilsienna, il-Malti kien ghad fadallu x'jistenna imma fl-ahhar kellu jasal jum ir-rebha tieghu wkoll.


Fadalli biss opportunita nghid xi haga fuq ir-relazzjonijiet bejn Knisja u Stat fiz-zmien li qed nitkellmu fuqu. Il-paci dejjem tajba u l-glied fil-pajjiz, anki bejn Gvern u Knisja, ma jaghmel gid lil hadd. B'xorti tajba nistghu nghidu li fi zmien l-Inglizi, ghallinqas sa meta tlestiet il-knisja tal-Mosta, ir-relazzjonijiet bejn Knisja u Stat qatt ma kienu hziena. Rari kienet tqum xi wahda u qatt ma kienet ittul. L-Inglizi mohhom jilhqilhom u meta naqra naqra dahlu Malta ghal kollox, ma waqghux fin-nasba li kienu dahlu fiha l-Francizi, jigifieri qaghdu attenti li ma jmorrux jifthula mal-Knisja u b'hekk idawwru lill-Maltin kontra taghhom. L-Inglizi kienu jafu s-sahha tal-Knisja f'Malta u ghalkemm xtaqu jaqtghulha l-abbuzi u l-privileggi zejda, dan m'ghamluhx f'salt, bhall-Francizi, imma l-ilma jilhaq joqghod. L-ewwel Kummissarji Nglizi kollha weghduna li jharsu d-drittijiet tal-Knisja f'Malta. L-ewwel Gvernatur, Maitland xtaq kieku seta jnezza lill-Knisja minn hafna privileggi, izda qaghad attent li ma jqanqalx hama zzejjed u, hlief li ddikjara l-Katidral ta' San Gwann bhala propjeta tal-Gvern, m'ghamilx wisq izjed. Xtaq ukoll inehhi lill-Knisja f'Malta l-privilegg anakronistiku li kellha, li taghti kenn lil nies imfittxa mil-ligi, imma dal-privilegg tnehha biss fl-1828 fi zmien il-Gvernatur Ponsonby. Izda kien fi zmien Maitland li ghaddiet il-ligi tal-“manumorta” (Mortmain's Law). Din saret ghaliex il-Knisja f'Malta kienet kisbet hafna art u jahasra kienet qed thalliha mejta. Bil-ligi li ghaddiet, il-Knisja kellha (p.475) tiddisponi mill-art li jhallulha fi zmien sena (illum emendata ghal sentejn), jew inkella l-art taqa' f'idejn l-Istat. Il-knisja ma laqghethomx hazin dawn il-ligijiet li semmmejna. Fi zmien Hastings, il-Gvernatur ta' qabel Ponsonby kien qam agha kbir ghax xi Protestanti kienu qeghdin iqassmu b'xejn il-Bibbja Protestanta f'Malta. Imma l-inkwiet ma damx ma ssewwa. Privilegg zejjed li kellha l-Knisja f'Malta u li tnehha wkoll fi zmien Ponsonby fl-1828, kien id-dritt li l-Knisja jkollha l-qrati taghha. Minn dik is-sena ‘l quddiem kulhadd , inkluz il-kleru, seta jittella quddiem il-Qrati ta' l-Istat. L-Arcisqof biss gie mehlus minn dan il-privilegg li ghadu jgawdi sallum (illum 1980 dan spicca wkoll)


L-aktar li riedu jaqtghu fil-laham il-haj l-Inglizi kien fejn jolqot l-ghazla ta' l-Isqof u rjus ohra tal-Knisja f'Malta. Kienet drawwa fi zmien l-Ordni mhux biss li l-Isqof ta' Malta jkun aktarx barrani, imma wkoll li dan jintghazel bi privilegg mir-Re ta' Napli. L-Inglizi dil-haga ma riduhiex. Fl-1807, meta miet l-Isqof Labini, l-Inglizi uzaw l-influenza taghhom biex jintghazel Arcisqof Malti, Mons Mattei. Minn dak iz-zmien ‘l hawn l-isqfijiet ta' Malta kienu dejjem Maltin. Dan ma kienx bizzejjed. Meta miet Mattei fl-1829 l-Inglizi ghafsu fuq il-Papa biex dan inehhi l-privilegg ta' l-ghazla ta' l-Isqof lir-Re ta' Napli u jaghtih lilhom. Hekk sar, ghalkemm ‘il quddiem saru arrangamenti godda u l-Inglizi zammew biss id-dritt tal-'veto'. Fl-1831 l-Inglizi raw kif ghamlu u ghat-talba taghhom il-Papa qata lid-Djocesi ta' Malta minn dik ta' Palermo u ghamilha Djocesi ghaliha. Kollox ma kollox nistghu nghidu li Knisja u Stat imxew harir bejniethom. Inkwiet kien hemm, bhal meta l-Gvernatur Stuart fl-1847 fettillu ma jhallix tbahrid nhar Hadd il-Karnival; bhal meta (p.476) kien mahsub li tinghata l-liberta ta' l-Istampa; bhal meta l-Arcisqof Caruana gaghluh fil-Kunsill tal-Gvern ta' l-1835, jiehu gurament ta' lejalta lejn il-Gvern Protestant ta' l-Ingilterra; bhal meta l-Gvern kien qed ibiddel il-ligi kriminali u xtaq jistma lill-Knisja Kattolika mhux izjed minn dik Protestanta. Imma qatt ghallinqas sa l-1871, is-sena importanti ghalina l-Mostin, ma qamu rwiefen qawwija li gabu firda bejn Knisja u Stat bhalma gara f'xi pajjizi ohra.


Nieqfu hawnhekk u nispiccaw, kif bdejna, bil-Mosta. Bil-konsagrazzjoni tal-knisja fl-1871, il-kbir kien ghadda imma kien ghad fadal l-intietef x'isiru. Fi zmien l-Arcipriet Camilleri, Xiberras, Xuereb, Sarreo, Mallia u l-ohrajn ta' warajhom, sar l-altari ta' l-irham, tqieghdu l-inkwadri fil-kappelli, gew iddekorati bid-deheb il-hitan tal-knisja, inxtraw qniepen ohra, twahhal l-arlogg tal-knisja, saru s-sedji fil-kor, izznaznet l-istatwa ta' l-Assunzjoni u statwi ohrajn, inxtara l-orgni waslu l-istatwi tal-Passjoni, tlestiet il-lanterna, inxtraw il-lampier il-kbir u l-linef, inksiet l-art tal-knisja bl-irham u mitt bicca xoghol ohra li kollha sebbhu u ghanew it-tempju tar-Rotunda. Kollox b'gharaq u demm missirijietna Mostin.


F'dak iz-zmien kollu minn fuq Malta ghaddew grajjiet kbar; grajjiet li ghanew jew faqqru dil-gzira, li ferrhu jew nikktu lill-Maltin uliedha. Dak li ghaddew minnu missirijietna l-Maltin nistghu naghrfuh u nifhmuh ahjar jekk inzommu quddiem ghajnejna dak li ghaddew minnu hutna l-Mostin. U ntenni li hu dmir ta' kull wiehed minna li jghozz it-tifkira ta' l-imghoddi halli jkun jista jiftakar illum li hu nisel Mosti u nisel Malti.


Kapitli ohra mill-ktieb