The Mosta Archives Banner

Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha (Malta 1986)

migbura minn E.B. Vella u ohrajn


ZIEDA VI: KAPPILLANI W ARCIPRIETI TAL-MOSTA


Kappilani

  1. (p.265) Il-Wisq Reverendu Dun Gwann Bezzina1, maghzul minn Mons. Gargallo fl-10 ta' Novembru 1610. Miet fid-29 ta' Novembru 1617
  2. Il-W.R. Dun Salv Muscat minn Hal-Lija gharef tal-ligi, maghmul minn Mons. Cagliares fis-27 ta' Marzu 1618. Miet fid-9 ta' Gunju 16472.
  3. Il-W.R.Dr. Dun Karl Schembri mill-Mosta imsejjah minn Mons.Balaguer. Dan mexxa l-parrocca mill-25 ta' Gunju 1647 sas-sena 1671, meta ceda l-parrocca lil huh.
  4. Il-W.R. Dun Gambatist Schembri gie mibghut wara huh minn Mons.Astiria. Ha l-pussess fil-25 ta' Marzu 1671 u baqa jahdem ghall-erwieh tar-rahal sal-1675
  5. Il-W.R.Dr. Dun Karl Schembri, dak stess li kien kappillan qabel Dun Gambatist, li rega ghazlu mill-gdid Mons. Astiria f'Lulju 1675 u dam hawn sal-1678, meta mbaghad f'dik is-sena mar kappillan f'Hal Qormi.
  6. Il-W.R. Dun Salv Dimech minn Haz-Zebbug imqieghed fil-parrocca minn Mons. Molina. Ha l-pusses f'Gunju 1679 u miet fl-4 ta' Frar 1697.
  7. (p.266) Il-W.R.Dr. Dun Lawrenz Abela, mill-Mosta mqieghed fil-parrocca mninn Mons. Cocco Palmieri, fl-14 ta' Lulju 1697. Dan il-kappillan bravu, li kien professur tal-ilsien lhudi u lsien gharbi, miet fit-28 ta' Frar 1742.
  8. Il-W.R. Dun Gwann Anglu Sammut mill-Mosta imsejjah minn Mons. Alpheran ha l-pussess fl-20 t'April 1742, u miet fis-26 ta' Marzu 1758. Dan ghandu l-lapida tieghu fil-kappella tal-kurcifiss gewwa l-knisja l-gdida.
  9. Il-W.R.Dr. Dun Salv Pace, Zebbugi, li Mons. Rull fl-Lulju 1758 tah ir-riedni tal-parrocca li kellu jitlaqhom wara sena meta tilef il-kawza minn Ruma ma Dun Nerik Audibert. Sentejn wara l-Isqof ghamlu kappillan tas-Siggiewi.
  10. Il-W.R.Dr. Dun Nerik Audibert, Senglean li kien maghzul minn Ruma, u ha l-pussess fit-8 ta' Lulju 1759. Dan il-kappillan, li kien l-ewwel wiehed fir-rahal li libes ir-rukkett u l-muzzetta, dam hawn sal-1764. Miet hames snin wara u gie midfun fl-Isla.
  11. Il-W.R. Dun Filippu Gulielmu Seychel, minn Naxxar mibghut minn Mons. Rull, u dahal fix-xoghol tieghu f'Jannar 1764. Miet kmieni ta' 39 sena, fit-22 ta' Jannar 1771.
  12. Il-W.R. Dun Salv Saver Bonnici mir-Rabat mahtur minn Mons. Pellerano biex jiehu hsieb il-parrocca li fiha dahal fit-30 ta' Mejju 1771, u minnha hargitu l-mewt fis-16 ta' Jannar 17943.
  13. (p.267) Il-W.R. Dun Guzepp Farrugia mill-Belt Valletta mibghut minn Mons. Labini biex jiehu l-pussess f'April 1794, u baqa jmexxi l-erwieh tar-rahal sal-1797
  14. Il-W.R.Dr. Dun Felic Calleja, Zurrieqi. Minn Kappillan f'Hal Balzan, Mons. Labini fi Frar 1797 tah f'idejh il-Parrocca tal-Mosta. Miet fl-20 ta' Frar 1833 u meta imbniet ir-Rotunda gismu gabuh fil-kappella tar-Ruzarju tal-knisja l-gdida illi taghha hu kien il-fundatur.
  15. Il-W.R. Dun Gamm Schembri, Mosti, maghzul minn Mons. F. S. Caruana. ha l-pussess fl-10 ta' Marzu 1833, wara li qabel kien ilu ghal ghaxar snin kugitur tal-Kappillan Callejja. Miet fit-28 ta' Settembru 1859, wara hajja ta' xoghol kbir biex ha hsieb il-bini tar-Rotunda. Il-qabar tieghu qieghed fil-kappella tal-Kurcifiss.
  16. Il-W.R. Dun Anton Mallia, missjonant, Karkariz, mahtur minn Mons. Pace Forno biex iriegi din il-parrocca li taghha ha r-riedni fl-24 t'Ottubru 1859. Dan il-kappillan beda jgib bhal shabu l-pellegrina u faxxa fuq is-suttana. Miet fl-1 ta' Mejju 1876, u midfun fil-Kappella tal-Kurcifiss4.
  17. Il-W.R. Dun Frangisk Camilleri, Mosti, maghzul minn Mons. Scicluna. Ha l-pussess f'Settembru 1876 u miet fid-29 t'April 1885. Dan midfun fil-kappella tar-Ruzarju5.
  18. Il-W.R. Dun Lawrenz Sciberras, Zabbari, gie mibghut biex jiehu hsieb il-hidma tal-parrocca, li fiha huwa (p.268) dahal fis-6 ta' Marzu 1886. Id-dawl tal-hajja kien beda jonqoslu il-ghaliex hames xhur wara, fit-22 t'Awissu, gie mahsud mill-mingel tal-mewt. Il-qabar tieghu qieghed fil-Kappella tal-Kurcifiss.

Arciprieti

  1. Il-W.R.Dr. Dun Pawl Xuereb, Senglean, ha issa l-pussess tal-parrocca f'Lulju 1887 wara l-ghazla tieghu mill-Amministratur Buhagiar. Miet ta' hamsin sena fit-22 ta' Novembru 1894. Dan midfun fil-kappella tac-Cintura6.
  2. Il-W.R.Dr. Dun Gwann Sarreo, Bormliz, gie maghzul minn Mons. Pietru Pacfe u ha l-pussess fid-19 ta' Settembru 1895. Dan fi Frar 1907 gie imsejjah biex jitla Kanonku Kapitolari tal-Katidral.
  3. Il-W.R. Dun Pawl Mallia, Gudjan, gie mahtur minn Mons.Pace. Ha l-pussess fil-11 ta' Gunju 1907 u wara tregija ta' fuq 22 sena, fit-13 ta' Dicembru 1929 gietu l-ahbar li kien imtella Kanonku Kapitolari. Halla ghal kollox il-parrocca fid-9 ta' Frar 1930 u ha l-pussess fil-Katidral sitt ijiem wara7.
  4. Il-W.R. Dun Girgor Borg8 mill-Mosta ha l-parrocca f'idejh lejliet S.Marija 1930. Fi zmienu twaqqfet id- “Domus Curialis” fejn joqghod kull Arcipriet. Kellu d-dispjacir li fi zmienu bomba nifdet il-Koppla tal-Knisja, fid-9 (p.269) t'April 1942. Miet fit-2 ta' Gunju 1942 u jinsab midfun fil-Kannierja.
  5. Il-W.R. Dun Karm Sciberras mill-Mosta wkoll, gie maghzul mill-Isqof Dom Mauro Caruana biex imexxxi l-Parrocca. Dan ha l-pussess il-Hadd 10 ta' Frar, 1943. Hadem b'zelu ghal-gid tal-erwieh. Fost hwejjeg ohra jibqa msemmi ghall-bini tal-Oratorju Qalb ta' Gesu. Halla r-riedni tal-Parroccaa fl-1948 minhabba sahhtu. Gie mlahhaq Monsinjur Kapitolari Onorarju u miet fit-23 ta' Mejju 19509.
  6. Il-W.R. Dun Pawlinu Galea, mill-Mosta wkoll, minn Arcipriet ta' Haz-Zebbug, l-Arcisqof Mikiel Gonzi baghtu Arcipriet tal-Mosta. Ha l-pussess fil-5 ta' Novembru 1948. Bhal kull Arcipriet iehor hadem biex il-Parrocca timxi ‘l quddiem spiritwalment. Fost hwejjeg ohra habrek biex isir id-damask, il-bankun ta' S.Marija u l-kisi tal-koppla minn barra bir-ram. F'Mejju tal-1960 inhatar Kanoniku Kapitolari tal-Katidral10.
  7. Il-W.R. Dun Bartilmew Bezzina (minn Hal Gharghur), gie mibghut minn Mons. Arcisqof Gonzi, mill-Parrocca ta' Hal Safi, biex jiehu l-pussess tal-Parrocca tal-Mosta nhar it-13 t'Awissu 1960. Zgur li jibqa imsemmi ghall-Inkurunazzjoni tal-Kwadru tal-Assunta; ghall-Appostli tal-Portiku u l-kumplament tal-bini fuq in-naha ta' wara tal-knisja fuq disinn originali ta' Grognet.

Noti

  1. Dan il-kappillan Mosti, qabbad lill-perit Tumas Dingli biex jibni l-Knisja l-Qadima
  2. Skond il-Kav. Joseph Borg, wara t-tieni Kappillan lahaq il-Wisq Reverendu Dun Gorg Galea mill-Mosta (3 ta' Lulju 1637 – 1647).
  3. Fi zmienu saret il-Konsagrazzjoni tal-Knisja l-Qadima. Bit-thabrik tieghu giet fostna r-Relikwija ta' San Pacifiku Martri. Thabat biex ikabbar il-limiti tar-rahal.
  4. Fi zmien dan il-Kappillan saret il-konsagrazzjoni tar-Rotunda; saret l-istatwa titolari ta' Santa Marija, u harget ghall-ewwel darba l-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira.
  5. Fi zmienu sar l-orgni famuz li ghandna fil-Knisja.
  6. Kien l-ewwel Arcipriet, fi zmienu saret il-lanterna tal-Knisja u habrek biex issir il-pittura tal-lunetti.
  7. Fi zmienu fost affarijiet ohra, sar il-paviment tar-rham bit-thabrik tal-Prokuratur Dun Ang. Camilleri, u dan l-Arcicpriet kellu x-xorti jilqa' fil-Parrocca, il-Kungress Ewkaristiku tal-1913.
  8. Dawn iz-zidiet huma mehudin minn Il-Mosta, Nru. 13. Ghall-iktar taghrif fuq Dun Girgor ara Il-Mosta, Nru. 10.
  9. Iktar taghrif ara Il-Mosta, Nru. 61 u 62.
  10. Il-Mosta, Nru. 13.

Kapitli ohra mill-ktieb