The Mosta Archives Banner

Il-Mosta: Grajjietha u niesha

Frans Deguara, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta

Manwel D. Schembri


(p.115) Jekk tidhol fir-Rotunda maestuza taghna, f’wahda mill-ghodwiet li taf taghtina r-rebbiegha, mill-ewwel tilqghek id-dehra maestuza ta’ l-gholi u l-kobor tal-binja ta’ dan it-tempju, imdawwla mix-xemx Maltija li tinfed it-tambur mis-sillax-il tieqa kbira li jifirdu l-ewwel ordni mill-koppla nnifisha. U hekk kif tibda tidra d-dwal zgur tintebah bil-pitturi sbieh, kollhom kuluri u movimenti li jsebbhu l-hitan tat-tempju mhux biss ghax jirrapprezentaw xeni u avvenimenti mill-isbah imma wkoll ghax jghinu biex isahhu l-karattru marbut mat-twemmin Nisrani li jinhass jidwi mar-Rotunda kollha kemm hi.


F’dan is-Santwarju ghaziz ddedikat lill-Assunta nsibu 51 bicca pittura, 41 minnhom taz-zejt fuq it-tila, stirata fuq tilari ta’ l-injam, 9 taz-zejt diretti fuq il-gebla, u wahda fuq ir-ram. Ilkoll huma xoghol ta’ pitturi Maltin marbutin mas-sekli XVII, XVIII u XVIX. Il-Mostin minn dejjem fittxew li jqabbdu l-ahjar u l-aqwa pitturi ta’ zmienhom biex izejnu t-tempji taghhom. U qed nghid tempji ghax qabel ir-Rotunda ta’ Grognet (1774-1862), il-Mostin kellhom kapulavur iehor ta’ Tommaso Dingli - arkitett li halla ismu minqux fl-istorju glorjuza ta’ l-artkitettura Maltija. F’din il-knisja, kien hemm tmien pitturi ta’ Stefano Erardi (1630-1716) - pittur Malti li haddem b’sengha kbira l-idjoma Barokka1 fil-knejjes Maltin. Il-Mostin, ghax kienu jemmnu fil-valur artistiku taghhom u kienu jghozzuhom, anke meta bnew ir-Rotunda riedu li l-pitturi ta’ Erardi jsibu ruhhom b’xi mod fil-knisja l-gdida. Tnejn minnhom sabu posthom fir-Rotunda, u s-sitta l-ohra fis-sagristija taghha. Dawk li hemm fis-sagristija huma San Kozma, San Lawrenz, San Stiefnu, San Damjan, id-Duluri, Alla l-Missier, u z-Zwieg Mistiku ta’ Santa Katerina. Dawk li sabu ruhhom fir-Rotunda huma l-kwadri titulari tal-kappelluni ta’ San Bastjan u tac-Cintura.


L-ewwel uniformi tal-Kazin Santa Marija Mosta.


L-Assunta ta’ Pasquale Buhagiar

(xi snin ilu nstab li minflok hi xoghol Stefano Erardi)


L-ewwel uniformi tal-Kazin Santa Marija Mosta.(p.118) L-Assunzjoni ta’ Marija – l-aktar pittura ghaziza li ghandna fir-Rotunda – xoghol ta’ Pasquale Buhagiar fl-1678. Kien it-titular ukoll fil-knisja ta’ Tommaso Dingli, u ghalhekk fl-1864 saret il-modifikazzjoni mill-pittur Salvatore Barbara

(p.117) Imma l-aktar pittura ghaziza li ghandna fir-Rotunda huwa zgur il-kwadru tilulari li juri l-Assuzjoni ta’ Marija fis-Sema bir-Ruh u l-Gisem. Dan sar fl-1678 minn Pasquale Buhagiar,2 u kien il-kwadru titulari fil-knisja ta’ Tommaso Dingli. Meta mbaghad tlestiet ir-Rotunda, il-Mostin — ghax kienu marbutin ma’ din ix-xbieha sabiha ta’ l-Assunta - riedu li r-Rotunda zzomm l-istess kwadru titulari u ghalhekk fl-1864 saret il-modifikazzjoni mehtiega mill-pittur Salvatore Barbara biex issa setgha jitpogga fil-gwarnic gdid taghha skolpit fil-gebel li jispicca bin-nofs tond fuq.3 Fil-knisja l-qadima, kellu forma rettangolari u minhabba f’hekk li kellha ssir l-alterazzjoni.4


Jidher li Pasquale Buhagiar ried li jpingi l-misteru ta’ l-Assunzjoni b’mod li jkollu tifsira mhux biss artistika, imma wkoll Marjologika. Il-wicc zaghzugh ta’ Marija jikkuntrasta bil-qawwi ma dak li kienu jsostnu l-Kontra-Riformisti, li kienu jghidu li Marija kellha z-zmien meta temmet hajjitha fuq din l-art, u Ludovico Carracci (1555-1619) - pittur minn Bologna - meta pitter l-Assunzjoni (1603) lil Marija pingieha mdahhla gmielha fiz-zmien.5


L-ewwel uniformi tal-Kazin Santa Marija Mosta.(p.119) Il-kwadru titulari tal-Assunta kif narawh illum bil-kuruna tad-deheb, djamanti u hagar prezzjuz - grajja li sehhet fl-10 t’Awwissu 1975, kif ukoll bl-istellarju tad-deheb u djamanti li tpogga b’tifkira ta’ l-istess Inkurunazzjoni 25 sena wara

Il-wicc helu kollu dija ta’ l-Assunta fil-kwadru titulari jidher li diga qed igawdi l-vizjoni beatifika ta’ Alla l-Imbierek, li tidher qed tigi mtellgha fis-sema minn qatgha ta’ angli, kbar u zghar. Marija tinsab bil-qeghda fuq shaba, liebsa l-kuluri tradizzjonali tal-blu skur u roza mill-isbah. Idejha t-tnejn miftuhin donnha qed tara ghal darb’ohra lil Binha, din id-darba fil-glorja tal-Genna. L-izolament taghha, fil-parti ta’ fuq tal-kwadru, jindika s-singularita tal-privilegg ta’ l-Assunzjoni bir-ruh u l-gisem.


Fil-parti t’isfel tal-kwadru, nistghu nghidu fit-tieni nofs, jidhru l-Appostli mdawwrin mal-qabar vojt. Fuq quddiem nett insibu l-figuri statweski ta’ San Pietru u San Pawl li jingharfu mis-simboli marbutin maghhom fl-ikonografija nisranija: ic-cwievet ma’ Pietru u x-xabla u l-ktieb ma Pawlu. Il-qabar jidher wiehed merfugh mill-art, u jidher ukoll wiehed mill-Appostli jzomm bi hlewwa kbira f’idejh warda li nibtet fil-qabar vojt.


Illum dan il-kwadru jinsab inkurunat b’kuruna ta’ deheb fin, imzejna bi djamanti u hagar prezzjuz. L-Inkurunazzjoni sehhet nhar l-10 t’Awwissu 1975, minn Mons. Mikiel Gonzi, Arcisqof ta’ Malta, b’digriet datat 12 ta’ Dicembru 1973, tal-Qdusija Tieghu l-Papa Pawlu VI. Hamsa u ghoxrin sena wara, fl-10 t’Awwissu 2000, ras l-Assunta Nkurunata giet imdawwra bi stellarju tad-deheb u djamanti biex jixhdu li dak li sehh 25 sena qabel, ghadu mizmum b’ghozza f’qalbna l-Mostin.


Il-Lunetti ta’ Giuseppe Cali


Pittur Guzeppi Cali(p.120) Giuseppe Cali – dettall minn pittura ta’ Edward Caruana Dingli

(p.120) Bejn l-arkaturi l-kbar li jserrhu fuq l-arkitrav li jistrieh fuq il-kolonni li jintroducu l-kappelluni insibu tmien lunetti kbar, kollhom kulur, b’kompozizzjonijiet irpuzali u spjegati - xoghol tal-pittur Giuseppe Cali (1846-1930). Dawn huma l-oghla pitturi li nsibu fir-Rotunda llum, u kif jixraq dawn juru episodji mit-Testment il-Gdid - tmien waqtiet importanri mill-hajja tas-Sinjur Taghna Gesu Kristu. Imma taht kull wahda minn dawn ix-xeni, hemm profeta tat-Testment il-Qadim b’referenza ghall-kwotazzjoni turi l-vers u l-kapitlu, fejn dan il-profeta kien tkellem b’mod li jista’ jittiehed ghall-avveniment li jidher fuqu.


It-tmien episodji mpingija, flimkien mal-profeti ta’ tahthom huma dawn:

  • It-Twelid ta’ Gesu - bil-Profeta Izaija,
  • L-Epifanija tal-Mulej - bis-Sultan Profeta u Salmista David,
  • It-Tfajjel Gesu jiddisputa mad-Dutturi - il-Profeta Goel,
  • Gesu mdawwar bl-Appostli - il-Profeta Geremija,
  • Il-midinba tahsel saqajn Gesu - il-Profeta Sultan Salamun,
  • Gesu jqajjem mill-mewt lil bin l-armla ta’ Najm - il-Profeta Ezekjel,
  • Id-dahla ta’ Gesu trijonfanti f’Gerusalemm - il-Profeta Zakkarija,
  • Il-Qawmien ta’ Gesu mill-mewt - il-Profeta Sofonija.6

Dan ic-ciklu marbut mal-hajja ta’ Gesu jidher li sar bi studju ta’ min issuggerixxa lil Cali dawn l-episodji. Ir-referenza taht kull profeta turi r-reqqa li biha kull avveniment kellu jitpinga b’referenza wkoll ghat-Testment il-Qadim. Din ir-rabta ntima bejn iz-zewg Testmenti ta’ l-Iskrittura Mqaddsa, ikonografikament tidher ukoll permezz ta’ l-id il-leminija merfugha tal-profeta Izaija (mit-Testment il-Qadim) li grafikament tibqa’ diehla fix-xena tat-Twelid (mit-Testment il-Gdid) - gest li juri l-ghaqda bejn iz-zewg Testmenti - kif dak imwieghed, sehh bil-migja ta’ Kristu l-Feddej. Ta’ min ighid ukoll li l-kwotazzjoni taht kull profeta hija mehuda mill-Vulgata - il-verzjoni Latina tal-Bibbja - uzata sar-riforma liturgika li saret wara l-Koncilju Ekumeniku Vatikan II (1962-1965). Din il-Vulgata hija t-traduzzjoni Latina mil-lingwi Bibblici li saret minn San Gilormu.


L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.121) It-Twelid ta’ Gesu u l-Profeta Izaija taht
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.121) L-Epifanija tal-Mulej u s-Sultan Profeta u Salmista David
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.122) It-Tfajel Gesu jiddisputa mad-Dutturi u l-Profeta Goel
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.122) Gesu mdawwar bl-Appostli u l-Profeta Geremija
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.123) Il-midinba tahsel saqajn Gesu u l-Profeta Sultan Salamun
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.123) Gesu jqajjem mill-mewt lil bin l-armla ta’ Najm u l-Profeta Ezekjel
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.124) Id-dahla ta’ Gesu trijonfanti f’Gerusalem u l-Profeta Zakkarija
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.124) Il-Qawmien ta’ Gesu mill-mewt u l-Profeta Sofonija


Il-pitturi fil-Lunetti kollha li naraw fir-Rotunda llum - kollha saru bejn l-1900 u l-1903 minn Giuseppe Cali - kien hallas ghalihom il-Kappillan Senglean Dr Dun Pawl Xuereb. Kienu swew 25 lira il-wahda, u l-arma ta’ dan il-kappillan tidher fil-Lunetta tal-Qawmien. Hemm aneddotu li jghid li darba, waqt li Giuseppe Cali kien gej mill-Belt, ghamlu ghalih il-hallelin, serquh u dam jahsibha qabel rega’ gie lejn il-Mosta ikompli x-xoghol! Hafna xjuh kont nismaghhom jghidu li Cali kien imur jiehu xi pinta (p.125) nbid fil-hwienet tal-pjazza, u hemm kien ihazzez xi skizzi ta’ wcuh li mbaghad kienu jsibu ruhhom fil-pitturi tieghu. Forsi bla ma nafu, inkunu qed inharsu lejn xi hadd minn niesna l-Mostin tal-qedem meta nitfghu harsitna lejn il-lunetti ta’ Cali!


L-Istorja tal-Madonna


Hekk huma maghrufin it-tmien kwadri li jidhru fuq it-tmien bibien - uhud minnhom finta — li jduru mal-knisja u jinsabu bejn il-kolonni korinti li jimmarkaw il-bidu u t-tmiem tal-kappelluni, tad-dahla tal-Kor u dik tad-dahla tal-bieb ta’ barra - l-Istorja tal-Madonna. U hekk hu ghax grafikament jirrakkuntaw l-istorja ta’ Ommna Marija. Dawn ukoll, bhal ta’ qabilhom, jidher li qabel inghazlu s-suggetti li kellhom jirrapprezentaw, sar studju biex jigu pprezentati l-punti saljenti tal-hajja tal-Vergni Marija.


Il-Kwadri juru dawn ix-xeni:

  • Il-Madonna mhabbra mill-profeti,
  • L-Immakulata Kuncizzjoni,
  • It-Twelid ta’ Marija,
  • Il-Prezentazzjoni taghha fit-Tempju,
  • It-Thabbira ta’ l-Anglu,
  • Iz-Zjara ta’ Marija lil Qaribitha Elizabbetta,
  • Il-Purifikazzjoni taghha fit-tempju,
  • Il-Mewt ta’ Marija.7

Interessanti li minn dawn l-episodji hemm tnejn biss li huma mit-Testment il-Gdid - it-Thabbira ta’ l-Anglu li Marija kellha tkun Omm il-Feddej, u z-Zjara lil Elizabbetta - l-unici tnejn li tpittru minn Giuseppe Cali.


Raffaele Caruana (1820-1886), hadem is-sitta l-ohra. L-ewwel wahda, dik tal-profeti naturalment tittratta t-Testment il-Qadim, waqt li l-Immakulata Kuncizzjoni kien ghadha kif giet ipproklamata Domma tal-Fidi, fit-8 ta Dicembru, 1854 ftit izjed minn 25 sena qabel mill-Beatu Papa Piju IX. L-ohrajn ittiehdu mill-kitbiet Apokrifi, kitbiet pjetuzi u devozzjonali li m’humiex kotba ispirati, u allura l-valur taghhom ma jistax jitqabbel mal-kotba Bibblici. Imma xorta wahda, fejn tidhol l-istorja, dawn jistghu jkunu, wara li jigu mgharbula tajjeb, fonti tajba ta’ informazzjoni.


Iz-zewg kwadri ta’ Cali huma tassew fini u mirqumin u ta’ min wiehed jiflihom bir-reqqa. Anke t-Twelid u l-Mewt ta’ Marija - xoghol Raffaele Caruana - huma kwadri ta’ pregju mhux zghir u ta’ min wiehed jaghtihom daqqa t’ghajn tajba. Dawn il-kwadri nhadmu bejn l-1882 u l-1883.


Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-Mosta(p.126) Il-Madonna mhabbra mill-profeti
Pittura ta' Marija Immakulata fir-Rotunda tal-Mosta(p.126) L-Immakulata Kuncizzjoni
Pittura twelid ta' Marija fir-Rotunda tal-Mosta(p.127) It-Twelid ta’ Marija
Pittura prezentazzjoni tal-Madonna fir-Rotunda tal-Mosta(p.127) Il-Prezentazzjoni taghha fit-Tempju
L-istatwa tal-ort fil-Gimgha l-Kbira tal-Mosta(p.128) It-Thabbira ta’ l-Anglu
Pittura zjara ta’ Marija lil qariba Elizabetta fir-Rotunda tal-Mosta(p.128) Iz-zjara ta’ Marija lil qariba Elizabetta
Pittura purifikazzjoni tal-Madonna fir-Rotunda tal-Mosta(p.129) Il-Purifikazzjoni taghha fit-tempju
Pittura mewt tal-Madonna Rotunda tal-Mosta(p.129) Il-Mewt ta’ Marija


Il-kwadri tal-kappelluni


(p.130) Il-kappelluni tar-Rotunda fihom numru ta’ artisti rrapprezentati - ilkoll artisti Maltin li kienu fost l-ahjar ta’ zmienhom, jekk mhux l-ahjar! Kull kappellun fih artal u fuq l-artal hemm il-kwadru titulari tal-kappellun. Fil-gholi mal-gnub ta’ kull artal hemm zewg kwadri laterali, u allura fil-kappelluni se nsibu sitt gruppi ta’ tliet pitturi-il wiehed, b’kollox 18-il pittura - 6 titulari u 12 laterali. It-titulari tal-kappelluni fihom 318 cm. gholi b’l86 cm. Wisgha, waqt li dawk laterali fihom 153 cm. gholi, bi 316 cm. wisgha.


Il-Madonna tar-Ruzarju


Titular Kappellun Ruzarju, Rotunda Mosta, Guzeppi CaliTitular: (p.131) Il-Madonna tar-Ruzarju, xoghol Giuseppe Cali fl-1870 u li kien propju l-ewwel wiehed ikkummissjonat lilu ghall-knejjes.

Se nduru kontra l-arlogg, u nibdew bil-Kappellun tar-Ruzarju fuq ix-xellug tal-presbiteiju - in-naha maghrufa bhala tal-Vangelu. Il-pitturi f’dan il-kappellun huma lkoll xoghol mill-isbah ta’ Giuseppe Cali. Dik tal-Madonna tar-Ruzarju hija importanti hafna fl-istorja ta’ l-artist ghax kienet propju l-ewwel wahda li giet ikkummissjonata lilu ghall-knejjes. Saret fl-1870 u fethet it-triq ghal Call biex jibda sensiela twila ta’ pitturi sagri ghall-knejjes taghna. Il-Madonna bil-qeghda fuq is-shab, b’rasha kemmxejn immejla fuq naha wahda, tfakkrek f’dik il-Madonna ta’ l-Anglu Kustodju li nsibu fil-Katidral ta’ l-Imdina - xoghol ta’ Pietro Gagliardi (1809-1890).8 Id-dawl li hiereg minn wara ras il-Vergni, il-purtiera hamra mizmuma f’postha mill-kerubin, San Duminku u Santa Katerina ta’ Siena jircievu l-kuruna minn idejn il-Madonna u l-Bambin, u l-grupp ta’ tliet puttini - bil-qeghda isfel fil-kwadru - kollha jaghtu sens ta’ qdusija u serenita lix-xena kollha. Din kienet l-ewwel kummissjoni ghal Call ghall-knejjes u allura wiehed (p.132) jista’ jifhem izjed ghala dik il-finezza kollha tat-tapit, tal-gilju, tal-ktieb u tal-kelb f’riglejn San Duminku!


Pittura Duminku jippriedka kontra l-erezija tal-Albigensi, Rotunda Mosta, Guzeppi CaliXellug: (p.132) San Duminku jippriedka kontra l-erezija ta’ zmienu, dik ta’ l-Albigensi, xoghol Guzeppi Cali.

Pittura Santa Katerina ta’ Siena tipprova tikkonvinci lill-Papa Girgor IX jerga’ lura lejn Ruma, Rotunda Mosta, Guzeppi CaliLemin: (p.130) Santa Katerina ta’ Siena tipprova tikkonvinci lill-Papa Girgor IX jerga’ lura lejn Ruma minn Avignon, xoghol Guzeppi Cali.

lz-zewg pitturi laterali ghal din il-kappella gew ikkummissjonati lil Cali tlettax-il sena wara, fl-1883. Wahda turi lil San Duminku jippriedka kontra l-erezija ta’ zmienu, dik ta’ l-Albigensi, u l-ohra turi lil Santa Katerina ta’ Siena tipprova tikkonvinci lill-Papa Girgor IX jerga’ lura lejn Ruma minn Avignon. Naturalment hawnhekk is-suggett bhal dak tat-titular mhux bibbliku, imma mehud mill-istorja tal-Knisja. Id-dettalji f’dawn il-kwadri huma mill-isbah, it-tfajjel b’sebghu f’halqu, id-damask ta’ mal-hajt, l-art ta’ l-irham!9


San Pawl


Titular Kappellun San Pawl, San Pawl mwaqqgha miz-ziemel, Rotunda Mosta, Salvatore BarbaraTitular: (p.133) Il-Konverzjoni ta’ San Pawl fejn naraw l-Appostlu tal-gnus imwaqqa’ minn fuq ziemel waqt li Gesu qed ikellmu minn fuq shaba, ispirat mill-Atti ta’ l-Appostli (9:3-4), xoghol Salvatore Barbara mill-Belt Valletta fl-1864.

Dan il-kappellun fit-titular fih il-Konverzjoni ta’ San Pawl, bl-Appostlu tal-gnus imwaqqa’ minn fuq ziemel abjad mizmum minn suldat, waqt li Gesu jidher qed ikellmu minn fuq shaba. F’dawk laterali wiehed jara l-fejqan ta’ missier Publiju, u l-qtugh ir-ras ta’ San Pawl.


San Pawl ifejjaq lill-missier San Publiju, Rotunda Mosta, Salvatore BarbaraXellug: (p.134) Il-fejqan ta’ missier Publiju, ispirata wkoll mill-Atti ta’ l-Appostli (28:8), xoghol Salvatore Barbara.

Qtugh ir-ras ta' San Pawl, Rotunda Mosta, Salvatore BarbaraLemin: (p.134) Il-qtugh ir-ras ta’ San Pawl, gejja mit-tradizzjoni u kitbiet ta’ Ewsebju ta’ Cesarea tat-III u r-IV seklu, xoghol Salvatore Barbara.

L-ispirazzjoni tal-konverzjoni mehuda dirett mill-Atti ta’ l-Appostli (9:3-4) waqt li dik tal-fejqan mehuda wkoll mill-Atti 28:8. Dik tal-martirju gejja mit-tradizzjoni u anke mill-kitbiet ta’ Ewsebju ta’ Cesarea li kiteb fit-III u r-IV seklu.


Dawn it-tliet pitturi f’din il-kappella saru minn Salvatore Barbara mill-Belt Valletta u kien gie kkummissjonat fl-1864 minn Ganbatist Mifsud, avukat joqghod il-Mosta. Ta’ min jghid li fil-knisja l-qadima fuq l-artal ta’ San Pawl kien hemm San Pawl f’Malta bil-miraklu tal-lifgha - xoghol ta’ Filippu Dingli li ghadu jinsab fis-sagristija tar-Rotunda.


Il-Madonna tac-Cintura


Madonna tac-Cintura, Rotunda Mosta, Stefano ErardiTitular: (p.135) Il-Madonna tac-Cintura, xoghol mill-isbah ta’ Stefano Erardi fl-1677 u li kien fil-knisja l-qadima.

(p.134) Dan huwa wiehed mill-isbah kappelluni tar-Rotunda. It-titular huwa xoghol ta’ Stefano Erardi (1630-1716) li kien fil-knisja l-qadima u l-Mostin rieduh fir-Rotunda. Erardi kien pitter din il-Madonna tac-Cintura fl-1677. 1l-Madonna bil-Bambin wieqaf f’hogorha tant huma sbieh! Gesu qed ihares lejn nanntu Sant’Anna b’San Gwakkin warajha. San Guzepp jinsab in-naha l-ohra tal-kwadru. Isfel imbaghad hemm zewg figuri mponenti ta’ Santu Wislin u t’ommu Santa Monika. Wara Santu Wistin hemm profil ta’ San Nikola ta’ Tolentinu, u wara Santa Monika hemm profil (p.136) tassew hlejju ta’ Santa Katerina ta’ Lixandra. Huwa xoghol eminentement barokk, b’hafna personaggi f’qaghdiet differenti, imma bl-ebda mod ma jtellfu mill-unita tal-kwadru shih.


Kellu jitkabbar biex jinzamm fir-Rotunda fejn ghadu sa llum, u biex ma jintmess xejn minn ta’ Erardi - ir-restawratur — zied it-tila mad-dawra kollha u waqt li halla x-xoghol ta’ Erardi fin-nofs pinga kolonna b’arkata fuqha, b’anglu u purtiera biex hekk zied il-pani ta’ fuq u l-gnub, kif ukoll tapit isfel.


Il-mewt ta' Santu Wistin, Rotunda Mosta, Guzeppi CaliXellug: (p.136) L-ahhar mumenti qabel il-mewt tad-Duttur kbir tal-Knisja Santu Wistin (li grat fl-430), xoghol Guzeppi Cali fl-1883.

Il-kwadri laterali huma xoghol ta’ Giuseppe Cali, il-mewt ta’ Santu Wistin sar fl-1883 u juri l-ahhar mumenti ta’ dan id-Duttur kbir tal-Knisja. Santu Wistin miet fit-28 t’Awwissu, AD 430. Id-dettalji ta’ l-abbati iswed, tal-gandlier bix-xemgha taqbad, tac-censier ghadu jdahhan, bil-ktieb ghadu miftuh fuq il-legiju - kollha juru l-hila kbira ta’ Cali biex juri d-dettall. Il-kuluri - l-ahmar, l-ahdar u d-deheb - jidhlu tajjeb fis-sollennita ta’ dan il-mument sagru fejn il-qaddis sejjer jiltaqa’ mal-Hallieq.


Il-vizjoni ta’ Santa Monika, anglu jhabrilha l-Konverzjoni ta' binha Santu Wistin, Rotunda Mosta, Guzeppi CaliLemin: (p.137) Il-vizjoni ta’ Santa Monika fejn l-anglu qed ihabbar il-konverzjoni ta’ binha dak li kellu jkun Santu Wistin, xoghol Guzeppi Cali.

Il-kwadru parigg dan juri l-vizjoni ta’ Santa Monika fejn l-anglu qed ihabbar il-konverzjoni ta’ Santu Wistin lill-ommu. Cali kien jaf li dan seta’ jigi misthajjel li huwa rapprezentazzjoni tal-Lunzjata, u biex ma jhalli ebda dubju, pinga kwazi f’monokromu, il-maghmudija ta’ Santu Wistin minn San Ambrog. L-ilbies tqil ta’ Monika, u l-hwejjeg fini ta’ l-anglu juru ghal darb’ohra l-hila fl-esekuzzjoni tal-panniggi ta’ Cali.


San Bastjan


Santu Rokku, Santa Rosalia u San Bastjan, Rotunda Mosta, Stefano ErardiTitular: (p.138) Dan it-titular maghruf bhala ‘San Bastjan’ propjament fih tliet qaddisin, San Bastjan, Santa Rokku u Santa Rozalija, xoghol Stefano Erardi fl-1676 u kien ukoll fil-knisja l-qadima.

(p.137) Dak li ghalina l-Mostin huwa l-Kappellun ta’ San Bastjan, fit-titular hemm tliet qaddisin - San Bastjan, Santu Rokku u Santa Rozalija. Dan ukoll huwa xoghol ta’ Stefano Erardi u kien ukoll fil-knisja l-qadima. Sar fl-1676 fuq kummissjoni ta’ Gio Maria Galea, sena wara li l-pesta kienet qerdet hafna minn niesna. Forsi ghalhekk intaghzel dan il-grupp ta’ qaddisin ghax t-tlieta huma protetturi tal-pesta. Gie mizjud b’faxxa ta’ tila fuq u ohra isfel bil-kuluri skuri li ma jirrapprezentaw xejn hlief spazju ikbar.


Il-qaddisin jidhru fuq sfond skur - fl-istil ta’ Jose Ribera (159l-1652), pittur Spanjol li ghamel hafna xoghol fl-Italja fejn kien maghruf bhala Lo Spagnoletto.


Fin-nofs jidher Santu Rokku, liebes l-ahdar b’mantar kannella dehbi. Hdejh ghandu l-kelb li l-leggenda tghid li kien igiblu l-hobz kuljum kemm dam marid bil-pesta. Fuq il-lemin tidher Santa Rozalija - inkurunata bix-xandri waqt li fuq in-naha l-ohra jidher San Bastjan b’idejh marbutin wara, ferut bil-vlegeg.


Santu Rokku jamministra l-ahhar sagramenti lil moribond tal-pesta, Rotunda Mosta, Rafel CaruanaXellug: (p.139) Santu Rokku jamministra l-ahhar sagramenti lil moribond tal-pesta, waqt li f’idu jzomm kurcifiss. Fl-isfond tidher ix-xena li ssegwi lil din, jigifieri l-moribond mejjet jingarr ghad-difna, xoghol Rafel Caruana.

San Bastjan qed jiddefendi l-Kristjanezrnu quddiem l-lmperatur Dijoklezjanu, Rotunda Mosta, Rafel CaruanaLemin: (p.139) San Bastjan qed jiddefendi l-Kristjanezmu quddiem l-lmperatur Dijoklezjanu, xoghol Rafel Caruana fl-1866.

Fil-kwadru laterali naraw lil San Bastjan qed jiddefendi l-Kristjanezmu quddiem l-Imperatur Dijoklezjanu. Sar minn Raffaele Caruana (1820-1886) fl-1866. Dan kien l-istess Raffaele li pinga sitta mill-kwadri ta’ ‘l-Istorja tal-Madonna.’ Dan il-kwadru juri l-qorti ta’ l-imperatur, u Caruana donnu uza d-daqs tal-personaggi li kien qed juza fl-istorja! Meta gie ghall-kwadru laterali l-iehor li ghamlu Caruana wkoll madwar l-istess zmien fl-1866, iktar resaq lejn id-daqsijiet tal-kwadri laterali l-ohrajn. F’dan it-tieni kwadru laterali fil-kappellun ta’ San Bastjan (p.139) naraw lil Santu Rokku jamministra l-ahhar sagramenti lil moribond tal-pesta. F’idu ghandu kurcifiss, u fl-isfond tidher ix-xena li ssegwi lil din - il-moribond, issa mejjet, qed jingarr ghad-difna. Caruana hawn jipprova juza l-kuluri tat-titular, u ghalhekk dan il-kwadru jidhol tajjeb max-xoghol ta’ Erardi.


San Guzepp


(p.141) F’dan il-kappellun insibu t-titular u wiehed mil-laterali li huma bibblici. L-iehor, naturalment, jiehu spunt mill-verita universali tal-mewt.


Zwieg ta’ San Guzepp ma’ Marija, Rotunda Mosta, Guzeppi BonniciTitular: (p.140) Iz-zwieg ta’ San Guzepp ma’ Marija, xoghol Guzeppi Bonnici fl-l859 f’Ruma waqt li kien qed jistudja taht Tommaso Minardi

It-titular juri z-zwieg ta’ Guzeppi ma’ Marija. Ghalkemm iz-zwieg ma jissemmiex b’mod esplicitu fil-vangeli, San Mattew fl-ewwel kapitlu, vers 24, jghidilna li wara li qam mir-raqda, ghamel kif kien ghamarlu l-anglu u ha lil Marija b’martu. Dan il-kwadru huwa xoghol ta’ Giuseppe Bonnici (1834-1900) fl-1859 f’Ruma fejn kien qed jistudja taht Tommaso Minardi (1787-1871). Fih jidher San Guzepp, xwejjah, qed jiehu b’martu lil Marija, daqsxejn ta’ tfajla, quddiem is-Sacerdot tat-tempju. ‘Il fuq mill-mistednin jidhru l-angli.


Il-mewt ta’ San Guzepp, Rotunda Mosta, Salvatore BarbaraXellug: (p.142) Il-mewt ta’ San Guzepp, xoghol ta’ Salvatore Barbara, xoghol fl-istil tan-Nazzareni, moviment gdid fl-arti ta’ dak iz-zmien.

Il-kwadru laterali - li juri l-mewt ta’ San Guzepp - huwa xoghol ta’ Salvatore Barbara. Huwa xoghol li jirrifletti l-idjoma purista - xoghol fl-istil tan-Nazzareni - moviment gdid fl-arti ta’ dan iz-zmien li kien jimpurtah biss li jqanqal devozzjoni. Il-kwadri ta’ dan il-kappellun hallsuhom tliet ahwa sacerdoti, ilkoll Chetcuti - Guzeppi u Glormu, it-tnejn monsinjuri, u Salvu.


Il-Familja Mqaddsa tistrieh waqt il-harba lejn l-Egittu, Rotunda Mosta, Guzeppi BonniciLemin: (p.141) Ritratt: (p.141) Il-Familja Mqaddsa tistrieh waqt il-harba lejn l-Egittu, (Mt 2:14), xoghol ta’ Guzeppi Bonnici wkoll fl-1866. .

Il-kwadru laterali l-iehor - li juri l-Familja Mqaddsa tistrieh waqt il-harba lejn l-Egittu, (Mt 2:14) - huwa wkoll xoghol ta’ Bonnici li sar fl-1866. Kwadru li ma fihx movimenti, imma jirradja serenita kbira.


L-Agunija


Pittura Gesu msallab, Rotunda Mosta, Ignatius CortisTitular: (p.143) Gesu msallab, kapulavur ta’ Ignatius Cortis fl-1869, Nazzarenu iehor li f’mohhu kellu biss li jqanqal devozzjoni

Dan il-kappellun huwa bibbliku kollu kemm hu. It-titular huwa kapulavur ta’ Ignatius Cortis (1826-1900) - Nazzarenu iehor li f’mohhu kellu biss li jqanqal devozzjoni. L-istil jixbah hafna lil dak ta’ Masaccio fit-Trinita tieghu fil-knisja ta’ Santa Marija Novella f’Firenze.10 B’eleganza mistika Gesu jidher imsammar mas-salib. Il-kuluri huma sobriji u l-atmosfera wahda tqila. Marija, donnha dell, tirrapprezenta l-umanita kollha. Il-figuri l-ohrajn huma statweski. Lil Kristu donnok tisimghu jitlob mahfra lill-Alla l-Missier ghal min sallbu. Castagna jiddata dil-pittura ghas-sena 1869 u jqisha bhala l-aqwa bicca xoghol ta’ Cortis.


Pittura il-lamentazzjoni fuq Kristu mejjet, Rotunda Mosta, Ignatius CortisXellug: (p.144) Il-lamentazzjoni fuq Kristu mejjet, filwaqt li Ommu Marija b’idejha miftuhin hdejh, bil-personaggi kollha mbikkma, xoghol Ignatius Cortis ukoll fl-1875.

Kwadru laterali f’dan il-kappellun juri lamentazzjoni fuq Kristu mejjet. Din bibblika wkoll, (Gn 19:40), saret mill-istess Cortis fl-1875. Hija xena mimlija pathos. Marija b’idejha miftuhin lejn Binha mejjet jispjegaw kollox. Kulhadd imbikkem. Il-kulur ta’ l-ilbies mhux mitigat, imma dan donnu izjed izid fis-serjeta ta’ l-avveniment. Hemm figura femminili mitfugha fl-art qrib riglejn Gesu mejjet tesprimi l-atmosfera kiebja tax-xena kollha.


L-agunija ta’ Gesu fl-Ort tal-Getsemani, Rotunda Mosta, Guzeppi BonniciLemin: (p.144) L-agunija ta’ Gesu fl-Ort tal-Getsemani, ikkonfortat minn zewg angli (Lq 22:43), xoghol Guzeppi Bonnici.

Il-kwadru laterali l-iehor juri l-agunija ta’ Gesu fil-Getsemani, ikkonfortat minn zewg angli (Lq 22:43) ghalkemm Luqa jsemmi anglu wiehed. Dan huwa xoghol ta’ Giuseppe Bonnici minn Senglea, li kien kontemporanju ta’ Cortis, u bhalu kien tharreg taht Tommaso Minardi f’Ruma. Hawnhekk, il-kuluri vivaci jnaqqsu hafna mill-effett tad-diqa, u fil-boghod jidhru l-Appostli reqdin.


Il-messagg mill-kappelluni


Meta wiehed ikun dar bir-reqqa l-pitturi fil-kappelluni tar-Rotunda - 18 b’kollox - wiehed mill-ewwel jintebah li l-ispirazzjoni ta’ dawn il-kwadri gejja jew mill-Bibbja jew mid-devozzjoni popolari li dejjem flimkien mantnew il-fidi fl-insara madwar id-dinja, u mhux inqas f’Malta u fil-Mosta permezz tal-knejjes taghha.


L-Arzella tal-Kor


Pittura arzella kor, Rotunda Mosta, Guzeppi Cali(p.145) Giuseppi Cali kien ikkummissjonat biex ipingi l-arzella tal-Kor fl-1880. Din kella tkun pittura fuq il-hajt ezatt fuq l-Assunta ta’ Pasquale Buhagiar. U ghalhekk Cali ghazel li jpingi l-lnkurunazzjoni fl-arzella, peress li l-mewt ta’ Marija kienet diga qeghda fl-istorja tal-Madonna

Fl-1880, Giuseppi Cali kien ikkummissjonat biex ipingi l-arzella tal-Kor. Din kellha tkun pittura fuq il-hajt - bhal-Lunetti - li kellha tigi ezatt fuq l-Assunta ta’ Pasquale Buhagiar. U ghalhekk ma tantx kien hemm ghazla x’suggett kellu jigi rrapprezentat.


Fl-ikonografija tradizzjonali marbuta ma’ l-Assunzjoni,11 generalment kien ikun hemm tliet rapprezentazzjonijiet fuq xulxin: isfel nett il-Mewt tal-Madonna, jew kif kienet maghrufa bhala d-Dormizzjoni, fin-nofs l-Assunzjoni, u fuq nett, l-inkurunazzjoni ta’ Marija mit-Trinita. Kien ghalhekk li Cali ghazel li jpingi l-Inkurunazzjoni fl-arzella. Il-Mewt ta’ Marija kienet diga qeghda fl-Istorja tal-Madonna.


Ghal din l-inkurunazzjoni, Cali pogga l-Ispirtu s-Santu f’forma ta’ hamiema bajda fuq fin-nofs. Fuq il-lemin pinga lill-Alla l-Missier, b’idu merfugha jbierek lill-Vergni; u n-naha l-ohra lil Gesu bil-kuruna f’idejh lest biex jinkuruna lill-Ommu Sultana tas-Sema. Kemm wara l-Missier, kif ukoll wara Gesu hemm qatgha angli.


(p.146) Fin-naha t’isfel ta’ l-arzella fuq il-lemin, Cali pinga erba’ qaddisin – Gwanni l-Battista, Guzeppi, David u Mose. In-naha l-ohra biex jibbilancjaw perfettament il-kompozizzjoni jidhru zewg profeti tat-Testment il-Qadim flimkien ma’ anglu allegoriku li qed jinfed ras is-serp ta’ l-Eden.12


Il-kuluri wzati huma pastel, u jikkuntrastaw hafna ma’ l-imnatar tqal tal-profeti u l-qaddisin. B’hekk it-trilogija ta’ l-Assunta - il-Mewt, l-Assunzjoni u l-Inkurunazzjoni - issa hija shiha!


Il-Via Sagra


Via Sagra 13-il stazzjon, Rotunda Mosta, Antonio Scerri(p.147) It-Tlettax-il Stazzjon: Il-Gisem ta’ Gesu jitnizzel mis-salib - xoghol Antonio Scerri fl-1792

L-ahhar ciklu pittoriku fir-Rotunda tal-Mosta huwa marbut mat-triq bis-salib minghand Pilatu sal-Kalvarju - il-Via Sagra. Dawn huma serje ta’ 14-il kwadru li jirrapprezentaw lill-Gesu minn x’hin gie kkundannat sa ma difnuh.


Is-sett li naraw illum fir-Rotunda saru bejn l-1791 u l-1796 — jigifieri 49 sena wara l-ezortazzjoni tal-Papa Benedittu XIV fl-1742 biex il-knejjes kollha jizzejnu b’din id-devozzjoni.


Fir-Rotunda llum insibu l-14-il stazzjon li kien hemm fil-knisja l-qadima imma fi gwarnic differenti. Il-pitturi saru minn zewg pitturi kontemporanji - Antonio Scerri, li dwaru ma nafu kwazi xejn, u Rocco Buhagiar (1715-1805). Scerri pinga erba’ stazzjonijiet waqt li Buhagiar pinga l-ghaxra l-ohra. Illum dawn il-pitturi jinsabu fi gwarnic ta’ l-injam, indurat fuq stil barokk li nhadem minn Antonio Agius qrib l-1921.


L-istazzjonijiet juru dawn ix-xeni:

  1. Gesu kkundannat ghall-mewt,
  2. Gesu jitghabba bis-salib,
  3. L-Ewwel waqgha,
  4. Gesu jiltaqa’ m’Ommu Marija,
  5. Gesu mghejjun minn Xmun ic-Cirinew,
  6. Il-Veronika tixxotta wicc Gesu,
  7. It-Tieni waqgha,
  8. Gesu jiltaqa’ man-nisa ta’ Gerusalem,
  9. It-Tielet waqgha,
  10. Gesu mnezzgha minn hwejgu,
  11. Gesu msammar mas-salib,
  12. Gesu jmut fuq is-salib,
  13. Il-Gisem ta’ Gesu jitnizzel mis-salib,
  14. Gesu jigi midfun f’qabar gdid.

(p.147) Antonio Scerri hadem fuq l-ewwel u l-ahhar stazzjon fl-1791. Is-sena ta’ wara, lesta t-tieni u t-tlettax-il stazzjon. Hadem b’dan il-mod biex meta jiddendlu jkunu qed jimlew il-parti ta’ quddiem tal-knisja billi l-I u l-XIV kienu t-tnejn fuq il-presbiterju waqt li t-II u t-XIII gew ezatt warajhom. Ma nafux ghaliex l-ghaxar stazzjonijiet l-ohra pittirhom Rocco Buhagiar (1715-1805).


L-istil ta’ Scerri huwa eminentement barokk. Insibu hafna personaggi - ilkoll awtonomi, u f’qaghdiet ghalihom wahedhom, imma fl-istess hin dawn ma jfarrkux l-unita tal-kwadru. Ezempju ta’ dan insibu l-ewwel stazzjon li huwa verament dinamiku - kulhadd qed jaghmel xi haga! Pilatu b’sebghu qed jipponta lejn il-qassisin Lhud li ma jidhrux fil-pittura, is-suldat bl-elmu wara Gesu qed donnu jimbuttah, waqt li l-iehor qed jigbed il-habel marbut ma jdejn Gesu. Gesu, min-naha tieghu, jidher imnikket imma seren, jidher ukoll qed jitfa’ l-pass. Fuq quddiem, l-iskriba qed jikteb is-sentenza ta’ Pilatu waqt li iehor qed ihejji l-ghodda ghall-krucifissjoni - il-martell, l-imsiemer, it-tnalja u l-bqija. L-ahmar u l-blu li liebes Gesu jiddominaw kromatikament il-kwadru kollu. Il-perspettiva tinholoq billi l-personaggi jsibu posthom wiehed iktar ‘il gewwa mill-iehor waqt li anke d-daqs taghhom jghin hafna.


It-II, it-XIII u l-XIV-il stazzjon - ilkoll ta’ Antonio Scerri - izommu dejjem ma’ din l-iskema, bl-element barokk prezenti l-hin kollu.


L-ghaxar stazzjonijiet l-ohra huma lkoll ta’ Rocco Buhagiar (1715-1805). L-element neo-klassiku fihom huwa dejjem prezenti: in-numru ta’ personaggi f’kull kwadru huwa dejjem ristrett b’accent qawwi fuq il-protagonisti, il-kuluri principali wzati huma dawk primarji, kwazi dejjem jghajtu u keshin. Forsi l-bidla fil-pittur - minn Scerri ghal Buhagiar - saret ghax il-Mostin riedu li jimxu fuq dak li kien ghaddej fid-dinja artistika ta’ zmienhom, u ghalhekk il-barokk ta’ Scerri bdew iqisuh bhala xi haga ta’ l-imghoddi. Ezempju car ta’ dan huwa t-VIII Stazzjon, fejn Gesu jiltaqa’ man-nisa ta’ Gerusalemm. Il-figuri centrali huma Gesu u mara b’zewg uliedha. Mara ohra u xi suldati jinsabu fl-isfond, donnhom (p.148) fid-dell tal-kwadru. Il-kuluri ahmar u blu jiddominaw. Il-figuri jidhru kwazi mqasqsin, ilkoll mifrudin b’mod determinanti mill-ohrajn - kollox jipponta lejn l-elementi neo-klassici li Buhagiar kien qed jahdem bihom.


Via Sagra l-10 u t-12 il stazzjon, Rotunda Mosta, Rocco Buhagiar(p.148) L-Ghaxar u t-Tnax-il Stazzjon: Gesu mnezzgha minn hwejgu u Kristu msallab bejn zewg hallelin - xoghol Rocco Buhagiar (1715-1805)

Stazzjon interessanti f’din is-serje ta’ ghaxra minn Buhagiar huwa t-Tnax-il Stazzjon - Kristu msallab bejn zewg hallelin. Tolqtok mill-ewwel id-dehra caravaggesca ta’ dan il-kwadru fejn tezisti distinzjoni cara bejn l-irqajja’ mdawwlin u dawk fid-dlam. Il-chiaroscuro huwa distint. Kull figura ghandha laqta dawl li jghaddi sbrixx fuqha, waqt li l-wicc imnikket ta’ Marija Maddalena hija l-aktar parti mdawwla. Kull figura hija maqtugha ghaliha u fl-istess hin l-insieme johloq espozizzjoni drammatika. L-isfond huwa sempliciment dlam. Allavolja l-gisem mejjet imdendel mas-salib mhux l-iktar parti mdawwla tal-kwadru, xorta wahda dan jiddomina x-xena kollha. Il-fatt li l-hallelin imsallbin wiehed fuq kull naha tas-salib ta’ Gesu ma jiffaccjawx lil min ihares lejn il-kwadru, inaqqas hafna mill-importanza taghhom. It-tliet igsma kwazi nudi msallbin fihom element qawwi romantiku, u jirrendu l-atmosfera kollha sobrija, kwieta u fl-istess waqt eleganti. Il-hemda tal-mewt tinhass tirrenja fil-kwadru kollu.


(p.149) Taht is-salib - Marija, Gwanni u l-Madalena jiffurmaw bazi solida ghall-kompozizzjoni kollha. Wicc Marija huwa t-tieni l-aktar roqgha mdawwla tal-kwadru, biex b’hekk tinghata importanza kbira lis-sofferenza fis-skiet - tema wzata hafna mill-pittur romantiku, (u anke mill-kittieba jekk nigu f’dan!). Hemm accent qawwi u l-inhawi mudlama, imma ghal darb’ohra l-kuluri primarji - l-ikhal, l-ahmar u l-isfar — ghalhemm immewwtin xi ftit isibu posthom hawn ukoll.


Dan il-kwadru huwa uniku fl-esekuzzjoni tieghu,meta tqisu mad-disgha stazzjonijiet l-ohra. Il-mod delikat li bih Buhagiar pinga l-igsma kwazi nudi fuq is-slaleb jikxef element romantiku13 qawwi, waqt li l-esekuzzjoni drammatika bl-uzu tad-dawl u d-dell tfakkrek fil-pittur Spanjol Jose Ribera (159l-1652) u f’Michelangelo Merisi, maghruf bhala Caravaggio (157l-1610).


Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaI. Gesu condannato a morte
Gesu kkundannat għall-mewt
Antonio Scerri (1791)
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaII. Gesu caricato della croce
Gesu mgħobbi bis-salib
Antonio Scerri (1792)
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaIII. Gesu caduto la prima volta
Gesu jaqa' għal-ewwel darba
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaIV. Gesu incontra la sua S.S. Madre
Gesu jiltaqa' m’ommu Marija
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaV. Gesu ajutato dal Cireneo
Gesu mghejjun minn Xmun ic-Cirinew
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaVI. Gesu asciugato dalla Veronica
Gesu xxuttat mill-Veronica
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaVII. Gesu caduto la seconda volta
Gesu jaqa' għat-tieni darba
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaVIII. Gesu consola le donne di Gerusalemme
Gesu jiltaqa' man-nisa ta’ Ġerusalemm
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaIX. Gesu caduto la terza volta
Gesu jaqa' għat-tielet darba
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaX. Gesu spogliato ed abbeverato di fiele
Gesu mnezza minn ħwejjgu u mghoti jixrob il-mirra
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaXI. Gesù inchiodato sulla croce
Gesu msallab mas-salib
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaXII. Gesu morto sulla croce
Gesu jmut fuq is-salib
Roccu Buhagiar
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaXIII. Gesu deposto dalla croce
Gesu mnizzel minn fuq is-salib
Antonio Scerri (1792)
Pittura l-Madonna mhabbra mill-profeti fir-Rotunda tal-MostaXIV. Gesù deposto nel sepolcro
Gesu midfun fil-qabar
Antonio Scerri (1791)


Sagrificcju Divin


Dan l-ahhar ciklu pittoriku li nsibu fir-Rotunda, huwa fil-fatt l-eqreb wiehed lejn in-nies li jidhlu fil-knisja. Jinsabu mdendlin ftit ‘il fuq minn gholi ta’ bniedem u allura huma l-iktar milhuqin u l-iktar facli li wiehed jiflihom. Dawn juru l-qofol tal-hajja ta’ Sidna Gesu Kristu fuq din l-art, is-sagrificcju tieghu nnifsu ghall-Fidwa tal-Bniedem. Il-qlubija taghhom lejn min ihares lejhom tkompli tghin biex dak li jirrapprezentaw iktar jigi meditat f’qalb u f’ruh dawk kollha li jemmnu. Ir-rabta tal-Mostin mal-Via Sagra turi wkoll ir-rabta ma’ dinhom li haddnu b’ghozza bhal ghamlu missirijiethom qabilhom.


Il-Qalb ta’ Gesu


Forsi din hija l-inqas pittura maghrufa fir-Rotunda taghna. Tirrapprezenta lill-Qalb ta’ Gesu. Impingija fuq ir-ram. Tinsab fuq il-bieba tat-Tabernaklu ta’ l-artal tal-Kor, li ta’ min ifakkar li dan kien l-artal maggur tal-knisja l-qadima ta’ Tommaso Dingli. Hija rapprezentazzjoni hajja ta’ dak li kull nisrani jemmen li jinsab fit-tabernaklu - Sidna Gesu Kristu bil-gisem, id-demm, ir-ruh u d-divinita.


Il-Pittura li ghadha hemm imma mghottija!


Via Sagra l-10 u t-12 il stazzjon, Rotunda Mosta, Rocco Buhagiar(p.150) Abbozz bil-kulur ta’ wahda mill-pitturi li tinsab mohbija taht iz-zebgha griza bejn it-twieqi tat-tambur tar-Rotunda

Via Sagra l-10 u t-12 il stazzjon, Rotunda Mosta, Rocco Buhagiar(p.150) Abbozz monokromu tat-tieni pittura li tinsab mohbija taht iz-zebgha griza bejn it-twieqi tat-tambur tar-Rotunda.

Dawn ir-ritratti kien ghaddihomli l-iskultur Rabti Frans Galea (illum mejjet) meta konna nghallmu flimkien f’dak li kien Gann Frangisk Abela Upper Lyceum, l-Imsida.

Minn dejjem kien hemm ix-xewqa li l-vojt li hemm bejn is-sittax-il tieqa fit-tambur li fuqu tistrieh il-koppla jimtela b’pittura li tkompli zzejjen it-tempju taghna. Din ix-xewqa bdiet tinqata’ fi zmien l-Arcipriet Dun Girgor Borg. Dan, f’nofs is-snin 30 tas-seklu XX kien qabbad lill-pittur Karkariz Guzeppi Briffa, li ghex bejn l-1901 u l-1987, biex jaghti bidu ghal din il-bicca xoghol.14 Kien beda minn fuq il-kappella ta’ San Bastjan u kien diga mela zewg spazji bejn it-twieqi u kien diga hazzez it-tielet spazju. Kien ghamel kompozizzjonijiet ta’ angli kbar, ferhanin, izommu mazzettuni ta’ fjuri u frott. Imma kien hemm min ix-xoghol deherlu li mhux se jaqbel mal-lunetti ta’ Cali, u x-xoghol waqaf. Damet hemm sa l-1948, (p.150) meta sar Arcipriet Dun Pawl Galea. Fuq parir ta’ Vincenzo Bonello, ironikament l-istess wiehed li kien issuggerixxa li din il-bicca xoghol titwettaq minn Briffa, il-pitturi lesti thassru. Meta jiena kont intervistajt lil Ganni Bonnici, Mosti bhalna, illum skultur ewlieni f’pajjizna, qalli li xi hadd kien tellghu hemm fuq biex jghinu jobrox dawn il-pitturi.15 Qalli li thassarhom, dawk il-kuluri sbieh, u lil min kien mieghu pperswadih biex jghattuhom biz-zebgha flok joborxuhom. “Forsi xi darba jergghu jinkixfu!” kien qalli Ganni Bonnici b’ghajnejh ileqqu. Haga li ghad tista’ ssir, ghax la ghadhom hemm, ghadhom ikkonservati ghal dawk li forsi xi darba jindenjaw ruhhom jergghu jaghtu d-dawl lil opra li illum tinsab mohbija.


Kienu saru attentati ohrajn mill-Arcipriet Dun Bartolomeo Bezzina, illum Monsinjur, darba ma’ pittur Taljan Mario Caffaro Rore, u darb’ohra ma’ Emvin Cremona. Dan ta’ l-ahhar kien ghamel erba’ abbozzi li juru titli mil-Litanija tal-Madonna. Imma baqa’ma sar xejn.


Gheluq


Il-51 bicca pittura li nsibu jzejnu r-Rotunda taghna16 fihom pregju u siwi kbir. Il-fenomenu tal-litterizmu huwa marbut l-aktar f’Malta maz-zmien ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, meta s-siwi tat-taghlim beda jsir iktar maghruf. Il-knejjes insara sa mill-bidu, dejjem kellhom fihom rapprezentazzjonijiet pittorici li l-iskop taghhom kien li jressqu lill-Insara iktar qrib lejn Alla li jemmnu fih. Il-pitturi kienu jitqiesu bhala “l-Bibbja tal-Fqir” ghax permezz taghhom, in-nies komuni kienu jistghu “jaqraw” il-kitbiet sagri.


(p.151) Il-pregju artisliku tal-pitturi fir-Rotunda huwa evidenti, u l-ghazla ta’ l-aqwa esponenti artistici ta’ zmienhom mill-Mostin biex izejnu t-tempju taghhom twassal ghall-gabra interessanti u varjata ta’ l-izvilupp ta’ l-arti Maltija principalment tas-Sekli XVII, XVIII, XIX u XX.


Is-sorsi li minnhom xorbu l-artisti biex tawna x-xoghol taghhom kienu primarjament tnejn: L-Iskrittura Mqaddsa u d-Devozzjoni Popolari. Dan juri kif anke l-arti pittorika kompliet mantniet lil missirijietna fil-fidi taghhom. Il-Mostin ta’ qabilna, b’qima, b’ghozza u b’devozzjoni sinciera, zejnu d-dar t’Alla, iddedikata lill-Assunta, biex komplew iseddqu fihom twemminhom, li xorbu minn ta’ qabilhom.


Kull meta nidhlu fir-Rotunda taghna - anke illum, 400 sena minn mindu l-Mosta nhatret Parrocca fl-1608 iddedikata lill-Assunzjoni ta’ Marija fis-Sema bir-Ruh u l-Gisem - waqt li nitghaxxqu bl-ilwien u bir-rapprezentazzjonijiet pittorici, bibblici u devozzjonali, li hallewlna bil-kuluri taz-zejt, fuq il-hitan jew fuq il-tila, il-pitturi tas-sekli li ghaddew, ghandna nifhmu wkoll is-sens qawwi ta’ fidi u rabta mat-Twemmin Nisrani li kellhom il-Mostin ta’ qabilna. Minn qalbna nroddulhom hajr, u naghmlu hilitna kollha biex dan il-patrimonju artistiku u religjuz inwassluh bla mittiefes lil ta’ warajna.


Biblijografija

  1. Candlish Louise, Art - A World History, (2002) Dorling Kindersley, London, pg. 252-293.
  2. Schembri Manwel D., Min Pitter il-Kwadru Titulari ta’ l-Assunta Meqjum fir-Rotunda tal-Mosta, fi Schembri Manwel D. (Editur), Mustensia Vol II (2007), Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta (1871), pg. 89-93.
  3. Borg Joseph GM., Dawra mar-Rotunda, il-Knisja Arcipretali tal-Mosta, f’Cassar George & Borg Joseph GM., Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom, matul iz-zminijiet, (2007) Kunsill Lokali Mosta, Malta, pg.257.
  4. Schembri Manwel D., Il-Kwadru ta’ l-Assunta (1678) meqjum fir-Rotunda tal-Mosta, fi Schembri Manwel D., (Editur), Mustensia Vol I (2002), Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta (1871), pg. 169-171.
  5. Bugeja Gerard, The Rotunda and Its Artistic Treasures, in Scerri Louis J. (Editor), Mosta: The Heart of Malta, (1996), Midsea Publications & Vassallo Builders Group, pg. 89.
  6. Borg Joseph GM., Dawra mar-Rotunda, il-Knisja Arcipretali tal-Mosta, f’Cassar George & Borg Joseph GM., Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom, matul iz-zminijiet, (2007) Kunsill Lokali Mosta, Malta, pg. 267.
  7. Borg Joseph GM., Dawra mar-Rotunda, il-Knisja Arcipretali tal-Mosta, f’Cassar George & Borg Joseph GM., Il-Mosta, il-Mostin u r-Rotunda taghhom, matul iz-zminijiet, (2007) Kunsill Lokali Mosta, Malta, pg. 266.
  8. Bugeja Gerard, The Rotunda and Its Artistic Treasures, in Scerri Louis J. (Editor), Mosta: The Heart of Malta, (1996), Midsea Publications & Vassallo Builders Group, pg. 93.
  9. Schembri Manwel D., Qatt tajt Kashom dawn?, fi Schembri Manwel D. (Editur), Mustensia Vol I (2002), Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard, Mosta (1871) pg. 127-129.
  10. Hasting Julia, Crocefissione, (2005) Phaidon Press Ltd. Italia, pg. 56-57.
  11. Murray Peter & Linda, Oxford Dictionary of Christian Art, (1996), Oxford University Press, pg. 39-40.
  12. Gen 3:15.
  13. Mayer Ralph, Art Terms and Techniques, (Second Edition, 1991), Harper Collins Publishers, New York, pg. 358.
  14. Borg Joseph G.M., Dawra madwar ir-Rotunda tal-Mosta (2007) f’Cassar G & Borg Joseph G.M., opus citatus.
  15. Borg Joseph G.M., Dawra madwar ir-Rotunda tal-Mosta (2007) f’Cassar G & Borg Joseph G.M., opus citatus.
  16. Dawn ma jinkludux in-numru ikbar ta’ pitturi ohrajn li nsibu fis-sagristiji ta’ l-istess Rotunda tal-Mosta.



Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni
  2. Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
  3. L-Isqof Tumas Gargallo
  4. Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
  5. Il-Mosta - 400 sena Parrocca
  6. Dun Felic Calleja (1748-1833)
  7. Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
  8. Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
  9. Min huma l-Mostin?
  10. ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
  11. Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
  12. Il-Gvern Lokali fil-Mosta
  13. Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
  14. Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
  15. Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
  16. Minghand l-Ghaqdiet Mostin
  17. Immagini Mostin