Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
Joseph G. M. Borg
(p.19) Sa mill-1557, fil-knisja ewlenija tat-Tlugh fis-Sema tal-Madonna li kien hemm imwaqqfa fil-Mosta, twaqqaf font tal-maghmudija. Dan kien sar b’ordni ta’ l-Isqof Domenico Cubelles wara zjara pastorali f’dik il-knisja. Huwa l-istess hawt jew fonti, inkorporat mal-fonti tal-maghmudija li hemm illum gewwa r-Rotunda. sewwa sew magenb in-nicca ta’ Santa Marija. Imma dawk li kienu jitghammdu f’dik il-knisja hekk qadima, kienu jitnizzlu bhala mghammdin fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, ghax dak iz-zmien il-Mosta kien ghadha mhix parrocca ghaliha.
Fl-1575, id-Delegat Appostoliku Monsinjur Pietru Dusina zar il-Mosta u ddeskriva dik il-knisja qadima ta’ l-Assunta bhala “wiesgha u xierqa bizzejjed” - knisja li ta’ l-anqas kien ilha wieqfa sa mis-Seklu Hmistax. Mons. Dusina sejjah sahansitra l-Mosta “bhala parrocca,” mhux ghax fil-fatt kienet parrocca, imma ghax kellha knisja kbira mhux hazin li fiha x’aktarx kienu diga jinzammu s-Sagramenti.
L-Ewwel Digriet fl-1608
L-Isqof Tumas Gargallo kien ilu li tafa’ ghajnejh fuq dik il-knisja ta’ l-Assunta, tant li fil-Vista Pastorali tat-30 ta’ Mejju ta’ l-1608 qataghha li l-Mosta kellha ssir parrocca ghaliha. Id-digriet tat-twaqqif tal-Parrocca Mostija hareg nhar is-16 ta’ Settembru 1608, imma minhabba l-oppozizzjoni qawwija tal-Kappillan tan-Naxxar Dun Giljan Borg, id-digriet ta’ l-Isqof Gargallo ma giex esegwit. Minhabba f’hekk il-parrocca Mostija kellha tistenna kwazi sentejn minghajr kappillan.
Intant il-Kappillan tan-Naxxar miet nhar l-14 ta’ Lulju, 1608. Jumejn biss wara, nhar is-16 ta’ Lulju 1608. l-Isqof Gargallo hareg digriet gdid biex jigi esegwit dak ta’ l-1608 ghax hu qatt ma kien bidel il-hsieb fuq id-decizjoni tieghu dwar il-Mosta.
Dun Gwann Bezzina - l-Ewwel Kappillan
(p.20) Bhala l-ewwel Kappillan tal-Mosta nhatar Dun Gwann Bezzina li ghal hafna snin kien diga serva bhala Vici-Parroku tal-Mosta f’isem in-Naxxar. Dan kien ghazlu l-Isqof Gargallo biex imexxi l-Parrocca l-gdida Mostija. Ghalkemm il-lapida li hemm fis-Sagristija bl-ismijiet ta’ dawk li mexxew il-Parrocca taghna tghoddu bhala Mosti ma setghax kien tghammed il-Mosta, ghax il-Mosta bhala parrocca kien ghadha ma tezistix. X’aktarx imma li bhal Mostin ohra ta’ zmienu, seta’ kien mghammed f’dik il-knisja ta’ l-Assunta msemmija fil-Vista ta’ Mons. Dusina, f’isem in-Naxxar. L-ewwel koppja li zewweg kienu Antonio Fenech u Duminka Aquilina nhar id-29 ta’ Lulju 1611. L-ewwel maghmudija li amministra kienet dik ta’ Kola Galea fit-3 ta’ Novembru ta’ l-1611 u l-ewwel funeral li gie rregistrat kien dak ta’ Baskal Galea li ndifen fil-Knisja Parrokkjali nhar it-3 ta’ Mejju 1612.
Il-parrokat tieghu dam ftit izjed minn sitt snin, izda dawn kienu ta’ importanza kbira ghall-Mosta. ghax ghalkemm kien zmien ta’ faqar kbir, il-Kappillan Bezzina haseb biex jibni t-tieni knisja parrokkjali. Ghal dan il-ghan kien qabbad lil Tumas Dingli - l-aqwa arkitett ta’ dak iz-zmien. Huwa ma kellux ix-xorti jaraha lesta ghax lahaq miet wara marda qasira fid-29 ta’ Novembru, 1617.
2. Dun Salv Muscat
(p.21) It-tieni Kappillan kien Dun Salv Muscat minn Hal-Lija. Dan kien moghni bid-dottorat kemm fil-ligi civili kif ukoll dik ekklezjastika. Fl-1619 kellu x-xorti jara l-knisja ta’ Tumas Dingli lesta ghal kollox mill-bini. Huwa kien gie mqieghed mill-Isqof Cagliares fis-27 ta’ Marzu, 1618. Miet wara parrokat twil ta’ 29 sena, nhar id-9 ta’ Gunju, 1647.
3. Dun Karlu Schembri
Sittax-il gurnata wara l-mewt ta’ Dun Salv Muscat, l-Isqof Balaguer ghazel lil Dun Karlu Schembri biex ikun it-tielet Kappillan tal-Mosta. Mal-hatra ta’ dan il-Kappillan Mosti, il-festa titulari ta’ Santa Marija hadet xejra ohra u mis-sena 1648 bdiet issir b’solennita akbar. Dan il-Kappillan mexxa l-Parrocca mill-25 ta’ Gunju 1647, sas-sena 1671, meta ceda l-Parrocca lil huh.
3. Dun Ganbatist Schembri
Gara li l-Isqof Astirias qabbad lil Dun Ganbatist Schembri, qassis Mosti iehor biex jiehu r-riedni tal-Parrocca minflok huh. Ma nafux x’kienet ir-raguni dwar dan. Dak li nafu hu li l-Kappillan Gambatist Schembri kompla jmexxi l-Parrocca minn dakinhar li ha l-pussess fil-25 ta’ Marzu 1671 sa l-1675.
4. Dun Karlu Schembri
F’Lulju ta’ l-1675,l-Isqof Astirias rega’ qabbad lil Dun Karlu Schembri biex jerga’ jsir Kappillan tal-Mosta. Kompla jmexxi l-Parrocca sa l-1678. F’dik is-sena stess gie mahtur Kappillan tal-Parrocca ta’ San Gorg Martri ta’ Hal Qormi wara li kien qatta’ b’kollox fuq 27 sena bhala kappillan ta’ hutu l-Mostin. Fi tmiem il-parrokat tieghu sar il-kwadru ta’ l-Assunta minn Pasquale Buhagiar fl-1678.
6. Dun Salv Dimech
Wara Dun Karlu Schembri, l-Isqof Molina hatar lil Dun Salv Dimech bhala Kappillan gdid. Dan kien minn Haz-Zebbug u ha l-pussess f’Gunju ta’ l-1679 u miet fl-4 ta’ Frar, 1697. Matul il-parrokat tieghu twaqqfet fil-Mosta ‘L-Opra tal-Buona Morte’ jew ta’ ‘l-Agunija’ taht il-harsien ta’ Gesu Msallab Agonizzant. Din kienet twaqqfet mill-Isqof Cocco Palmieri nhar is-26 ta’ Novembru, 1686. L-ghan ta’ din l-opra kien li jsir talb specjali quddiem Gesu Sagramentat ghal dawk agunizzanti msehbin f’din l-opra u quddies b’suffragju ghal ruhhom wara mewthom.
7. Dun Lawrenz Abela - il-Kappillan bl-itwal parrokat
(p.22) Dun Lawrenz Abela gie mqieghed bhala Kappillan tal-Mosta mill-Isqof Palmieri fl-14 ta’ Lulju 1697. Dan il-qassis gharef Mosti kien Professur ta’ l-ilsna Lhudi u Gharbi. Miet fit-28 ta’ Frar 1742, wara li ghamel 45 sena jmexxi l-Parrocca tal-Mosta. Ismu jinsab minqux fuq il-lampieri u oggetti ohra tal-fidda li ghadna ngawduhom sa llum fil-knisja taghna, bhala wirt ghaziz tal-knisja parrokkjali li kellna. Il-knisja parrokkjali taghna gawdiet ukoll mill-gid tal-legati li halla dan il-kappillan gharef.
8. Dun Gwann Anglu Sammut
Is-successur tal-Kapillan Abela kellu jkun Mosti iehor. Dun Gwann Anglu Sammut, maghzul mill-Isqof Alpheran. Ha l-pussess fl-20 t’April 1742, u miet fis-26 ta’ Marzu 1758. Gie midfun fil-knisja parrokkjali l-qadima, dik ta’ Dingli, fejn kellu lapida sabiha fuq qabru. Meta nbniet ir-Rotunda, il-lapida li kienet tfakkar lill-Kappillan Sammut poggewha f’nofs il-kappella tal-Kurcifiss b’tifkira ta’ dan il-Kappillan Mosti tas-Seklu Tmintax. Fis-Sagristija ta’ fejn hemm l-artal ta’ Santa Filomena Vergni u Martri niltaqghu wkoll ma’ pittura tieghu ta’ artist mhux maghruf. Fil-bidu tal-parrokat tieghu saret l-ewwel statwa processjonali - dik tal-Madonna tar-Ruzarju. Din hadimha fl-injam l-iskultur Pietro Paolo Zahra fl-1742.
9. Dun Salv Pace
Wara Dun Gwann Anglu Sammut lahaq imbaghad Dr Dun Salv Pace, Zebbugi. L-Isqof Rull tah ir-riedni tal-parrocca f’Lulju ta’ l-1758, izda kellu jitlaqhom wara sena biss. Dan gara minhabba li kien titlef kawza minn Ruma ma’ Dr Dun Nerik Audibert li hadlu postu. Sentejn wara, l-Isqof hatru Kappillan tas-Siggiewi.
10. Dr Dun Nerik Audibert
Dr Dun Nerik Audibert kien Senglejan u kien gie maghzul bhala Kappillan tal-Mostin minn Ruma stess. Ha l-pussess fit-8 ta’ Lulju 1759, u dam sa l-1764. Miet hames snin wara u gie midfun l-lsla. Kien l-ewwel fost il-Kappillani tal-Mosta li beda jilbes ir-rukkett u l-muzzetta. Tifkira ta’ zmien il-parrokat tieghu hija l-knisja ghaziza tal-Madonna ta’ l-lsperanza li nbniet fl-1760.
11. Dun Filippu Guglielmu Seychel
(p.23) Ghal xi raguni mhix maghrufa, il-Kappillan Dun Nerik Audibert ceda l-parrocca f’idejn iz-zaghzugh Dun Filippu Guglielmu Seychel min-Naxxar. Dan kien jigi t-tifel ta’ oht il-Kappillan Audibert. L-Isqof Rull tah il-parrocca tal-Mosta f’Jannar ta’ l-1764. Miet qasir il-ghomor fit-22 ta’ Jannar 1771, fl-eta ta’ 39 sena.
12. Dun Salv Saver Bonnici - Kappillan fost l-izjed habrikin
Wara Dun Filippu Seychel, l-Isqof Pellerano hatar lil Dun Salv Saver Bonnici mir-Rabat ta’ Malta. Dahal imexxi l-parrocca fit-30 ta’ Mejju 1771, u minnha hargitu biss il-mewt fis-16 ta’ Jannar, 1794. Habrek biex saret il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali l-qadima nhar is-7 t’April, 1774. Bit-thabrik tieghu wkoll din l-istess knisja fl-1783 staghniet bir-relikwija ta’ l-ghadam shih tal-martri San Pacifiku. Thabat ukoll kemm felah, ghalkemm ma rnexxielux biex ikabbar il-limiti parrokkjali tal-Mosta mhaxkna kif kienet bejn il-limiti kbar tal-Knisja Katidrali u dawk tal-Parrocca tan-Naxxar. Fi zmienu sar ukoll l-apparat l-antik il-prim ta’ hames kapep migjub minn Lyon fi Franza fl-1791.
13. Dun Guzepp Farrugia
Wara l-parrokat twil ta’ 23 sena ta’ Dun Salv Saver Bonnici, l-Isqof Labini baghat lil Dun Guzepp Farrugia mill-Belt Valletta bhala kappillan tal-Mosta. Il-parrokat ta’ dan il-qassis Belti kellu jkun wiehed qasir. Ha l-pussess f’April ta’ l-1794, u baqa’ jmexxi l-erwieh afdati f’idejh sa l-1797 - is-sena li fiha gew imberkin is-sett kwadri tal-Via Sagra mibdijin fl-ahhar snin tal-parrokat tal-Kappillan Bonnici.
14. Dr Dun Felic Calleja - il-Fundatur tar-Rotunda
Bhala kappillan gdid lahaq imbaghad Dr Dun Felic Calleja mwieled iz-Zurrieq fl-1751. Dan il-qassis kien temm l-istudji teologici tieghu gewwa Ruma u kien ghamel l-ewwel quddiesa tieghu gewwa l-Pantheon famuz ta’ din il-Belt Eterna. Fi Frar ta’ l-1797, l-Isqof Labini, minn Kappillan ta’ Hal-Balzan tah f’idejh il-Parrocca tal-Mosta. Mexxa din il-parrocca ghal 36 sena shah u miet ta’ 82 sena nhar l-20 ta’ Frar, 1833.
(p.24) Fi zmien l-Imblokk tal-Francizi nsibu li dan il-Kappillan kien ir-rapprezentant tal-Mostin. Minhabba f’hekk, il-Gvern ta’ dak iz-zmien kien tah il-midalja tad-deheb ‘Malta Liberata.’ Kellu jkun il-fundatur ewlieni tar-Rotunda ghax kien hu li ghazel il-pjanta ta’ l-arkitett Gorg Grognet de Vasse li lilu fakkritu f’tant memorji sbieh. Ghaliha halla gidu kollu. Hekk kif tlestiet ir-Rotunda - li hu qatt ma ra! - il-fdalijiet tieghu kienu gew trasportati mill-Knisja Parrokkjali l-qadima u midfunin fir-Rotunda, il-knisja li fi xjuhitu holom li jibni. Hawn jinsab jistrieh f’qabar fil-Kappella tal-Madonna tar-Ruzarju fejn ghandu monument li jixraqlu. Gewwa s-Sagristija niltaqghu ukoll ma’ pittura tieghu - xoghol il-pittur Pietru Pawl Caruana.
15. Dun Gammari Schembri - l-ikbar iben li qatt tat il-Mosta
Dun Gammari Schembri lahaq minflok il-Kappillan Calleja li tieghu kien ilu ghaxar snin bhala kugitur. Gie maghzul mill-Isqof Frangisku Saverju Caruana u ha l-pussess fl-10 ta’ Marzu, 1833. Ghal sitta u ghoxrin sena shah hadem bla waqfien biex jara r-Rotunda lesta. Imma jahasra, kien miet ftit xhur biss qabel ma kienu lahqu ghalqu l-koppla ggantija ta’ din it-tielet Knisja Parrokkjali tal-Mostin.
Biex jara kif idabbar il-flus ghall-bini tar-Rotunda, thabat fuq li thabat. Sahansitra kien mar Ruma hu stess u kien imexxielu jaqla’ minghand il-Papa Girgor XVI, Ittra Appostolika, li kienet iggieghel lill-Isqof Publiju Marija dei Conti Sant, li kif imut l-Isqof Caruana, li tieghu kien kugitur, kellu jaghti lill-fabbrika tal-knisja tal-Mosta 3,000 skud (Lm250) fis-sena, zmien ghaxar snin minn dak li ddahhal il-mensa ta l-Isqof.
Miet ta’ 60 sena, nhar it-28 ta’ Settembru 1859, mibki bil-bosta minn hutu l-Mostin. Lir-Rotunda mahbuba ta’ qalbu u tal-Mostin kien taha sahhtu f’hajtu u f’mewtu hallieha werrieta universali tieghu. Difnuh fil-knisja l-qadima, imma hekk kif tlestiet ir-Rotunda, gabu l-fdalijiet tieghu u poggewhom f’qabar fil-kappella tal-Kurcifiss fejn ghandu wkoll monument li tassew jixraqlu. Fis-Sagristija nsibu wkoll pittura tieghu - xoghol il-pittur G. Gallucci.
16. Dun Anton Mallia
(p.25) Fl-24 t’Ottubru 1859,ha r-riedni tal-parroocca f’idejh, il-Karkariz Dun Anton Mallia, missjonant u ghalhekk predikatur mill-aqwa. Kien mahtur bhala Kappillan mill-Isqof Pace Forno. Bhal shabu l-Kappillani l-ohra, beda jilbes il-pellegrina u l-faxxa fuq is-suttana. Thabat kemm felah biex jarma b’dak li kien ta’ htiega mmedjata, knisja monumentali li kienet ghadha kemm inbniet. Habrek, u kellu x-xorti jara r-Rotunda kkonsagrata solennement mill-Isqof Pace Fomo nhar il-15 t’Ottubru, 1871.
Fi zmienu - fl-1866 - harget ghall-ewwel darba l-Purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira, u fl-1868 Salvatore Dimech hadem l-istatwa originali ta’ l-Assunta. Miet fl-1 ta’ Mejju 1876, u difnuh fil-Kappella tal-Kurcifiss fejn ghandu lapida sabiha li turi lis-sultan David imwissi mill-Profeta Natan.
17. Dun Frangisk Camilleri
Wara Dun Anton Mallia lahaq Dun Frangisk Camilleri mill-Mosta. Dan gie maghzul mill-Isqof Scicluna. Huwa ha l-pussess bhala kappillan ta’ hutu l-Mostin f’Settembru 1876. Fi zmien il-parrokat tieghu - sewwa sew fl-1880 - saret il-pittura sabiha ta’ l-abside mill-pittur maghruf Guzeppi Cali. Lejn tmiem il-parrokat tieghu habrek biex ir-Rotunda jkollha orgni famuz li jkun tassew jixirqilha. Dan l-orgni kien izzanzan fit-8 ta’ Settembru 1885, imma l-Kappillan Camilleri ma kellux ix-xorti jarah lest jew jisimghu ghax kien miet malajr ftit xhur qabel, nhar id-29 t’April, 1885. Difnuh fil-Kappella tal-Madonna tar-Ruzarju fejn ghandu lapida li tfakkru kif ukoll kwadru tieghu fis-Sagristija.
18. Dun Lawrenz Sciberras
Post Dun Frangisk Camilleri hadu ghal ftit zmien biss Dun Lawrenz Sciberras, qassis Zabbari, li dahal ghall-hidma tal-Parrocca fis-6 ta’ Marzu. 1886. Kellu jkun l-iqsar parrokat fl-istorja tal-Parrocca tal-Mosta. Il-Kappillan il-gdid miet biss wara hames xhur u ftit granet milqut mill-marda qerrieda ta’ l-imxija asjatika nhar it-22 ta’ Awwissu, 1886.
Imma kull deni hudu b’gid, ghaliex dan il-Kappillan kien gab mieghu lit-tifel t’ohtu - Dun Ang Camilleri - li kien ghadu qassis zaghzugh. Fuq l-insistenza tal-Mostin (p.26) Dun Ang baqa’ l-Mosta fejn sar Prokuratur tal-knisja. Habrek kemm felah tul hajtu kollha biex izejjen lir-Rotunda b’bosta opri mill-isbah u mill-izjed artistici. Il-Kappillan Sciberras jinsab midfun lil-Kappella tal-Kurcifiss fejn ghandu lapida li ghamlulu b’imhabba t-tfal ta’ ohtu.
19. Dr Dun Pawl Xuereb - l-Ewwel Arcipriet
F’Lulju ta’ l-1887, ha l-pussess tal-Parrocca Dr Dun Pawl Xuereb, Senglean, li gie maghzul mill-Amministratur Buhagiar. Minn Kanonku tal-Kolleggjata ta’ l-Isla, sar Kappillan tal-Qrendi u wara ha f’idejh il-Kolleggjata tal-Birgu. Gholla l-knisja monumentali taghna ghad-dinjita ta’ Knisja Arcipretali b’digriet ta’ l-10 ta’ Lulju, 1888. Fl-1889, gholla r-Rotunda sa l-oghla tarf taghha billi nkurunaha b’dik il-gmiel ta’ lanterna li nbniet bit-thabrik tieghu.
Habrek u halla parti minn gidu biex bih tkun tista’ ssir il-pittura tat-tmien pendenti kbar li jzejnu r-Rotunda. Din saret realta xi snin wara mewtu, mill-pittur famuz Guzeppi Cali, bejn is-snin 1900 u l-1903. Wiehed ghadu jista’ jara l-arma tieghu fuq il-Lunetta tar-Rezurrezzjoni ta’ Kristu. L-Arcipriet Xuereb miet ta’ 50 sena, nhar it-22 ta’ Novembru, 1894. Jinsab midfun fil-Kappella tal-Madonna tac-Cintura fejn hemm ukoll il-monument tieghu fuq qabru. Fis-Sagristija niltaqghu wkoll mal-pittura tieghu - xoghol il-pittur Lazzaro Pisani.
20. Dr Dun Gwann Sarreo
Wara Dr Dun Pawl Xuereb lahaq il-Bormliz Dr Dun Gwann Sarreo, li gie maghzul mill-Isqof Pietru Pace biex ikun it-tieni Arcipriet tal-Mosta. Ha l-pussess tal-Parrocca fid-19 ta’ Settembru 1895, u dam jiehu hsiebha sa Frar ta’ l-1907, meta mbaghad gie msejjah biex jitla’ Kanonku Kapitolari tal-Katidral. L-Arcipriet Sarreo wkoll ghandu l-kwadru tieghu gewwa s-Sagristija liebes ta’ Monsinjur, bhala tifkira tal-parrokat tieghu. Tifkira wkoll ta’ zmienu bhala Arcipriet, (p.27) insibu fost l-ohrajn il-baldakkin il-prim, il-linef, il-lampier il-prim, u l-pittura li saru bit-thabrik tal-Prokuratur li kellu Dun Ang Camilleri.
21. Dun Pawl Mallia
Wara Dun Gwann Sarreo, l-Isqof Pace hatar lil Dun Pawl Mallia mill-Gudja. Dan ha l-pussess fil-11 ta’ Gunju, 1907. Wara 22 sena Arcipriet tal-Mosta huwa nhatar Kanonku Kapitolari tal-Katidral nhar it-13 ta’ Dicembru, 1929. Halla ghal kollox il-Parrocca tal-Mosta fid-9 ta’ Frar, 1930. Baqa’ msemmi ghat-tjubija tieghu specjalment ghall-hlewwa tieghu mat-tfal. Fi zmienu, fost affarijiet ohrajn, sar il-paviment grandjuz bit-thabrik kbir tal-Prokuratur tal-knisja Dun Ang Camilleri, l-id il-leminija li kellu.
Ta’ min isemmi wkoll, li dan l-Arcipriet kellu x-xorti kbira li jilqa’ gewwa r-Rotunda l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ta’ l-1913. Gewwa s-Sagristija wiehed jista’ jara l-kwadru tieghu liebes ta’ Monsinjur.
22. Dun Girgor Borg
Lejlet Santa Marija ta’ l-1930 ha l-Parrocca f’idejh Dun Girgor Borg mill-Mosta. Kien predikatur maghruf u baqa’ msemmi ghad-dixxiplina u l-indafa li kien izomm fit-tempju. Fi zmienu, barra minn xi opri li saru fil-knisja, inbniet mill-gdid id–‘Domus Curialis’ - id-dar fejn joqghod kull Arcipriet. Kellu x-xorti jara mitmuma u nawgurata l-bicca xoghol kbira ta’ l-iskuItura u l-induratura tal-koppla.
Diga marid, kellu izda l-isfortuna jisma’ b’ghafsa ta’ qalb li bomba kienet nifdet il-koppla tar-Rotunda. Miet fit-2 ta’ Gunju 1942, u gie midfun fil-Kannierja tar-Rotunda. Fil-Kappella tal-Madonna tar-Ruzarju ghandu lapida li tfakkru u ma jonqosx il-kwadru tieghu gewwa s-Sagristija - xoghol il-pittur Guze Briffa.
23. Dun Karm Sciberras
(p.28) Wara Dun Girgor Borg, l-Isqof Dom. Mauro Caruana rega’ ghazel Mosti iehor biex imexxi l-Parrocca. Dan kien Dun Karm Sciberras, sacerdot umli u mill-iktar zelanti, li kien diga wera x’jiswa meta fost hafna sagrificcji rnexxielu jibni l-Oratorju Qalb ta’ Gesu, bhala post izjed addattat u modern ghat-taghlim tad-Duttnna ghat-tfal subien u l-formazzjoni taz-zghazagh. Kien ha l-pussess nhar l-10 ta’ Frar, 1945. Kellu quddiemu t-taqlib u t-tifrik kemm spiritwali kif ukoll materjali ta’ dak li kienet gabet il-gwerra. Barra l-hsarat morali, kellu jsewwi l-hsarat li garrbet il-Knisja Areipretali matul il-hbit mill-ajru tad-9 t’April, 1942.
Dun Karm dam Arcipriet sa l-1948, is-sena li fiha zzanznet l-istatwa titulari ta’ Santa Marija kif modifikata minn Censu Apap. Lanqas kellu biss ix-xorti li jpoggilha hu madwar rasha l-istellarju l-gdid tad-deheb li hu fittex li jingabar minn fost il-Mostin. Minhabba marda qalila li hakmitu kellu jirrizenja f’Novembru ta’ l-1948. L-Arcisqof Gonzi dritt ghollieh ghad-dinjita ta’ Monsinjur Onorarju tal-Katidral. Miet fit-23 ta’ Mejju 1950, u jinsab midfun fil-Kannierja tar-Rotunda. B’tifkira tieghu sarlu kwadru li wiehed jista’ jara fis-Sagristija - xoghol tal-pittur Giglio.
24. Dun Pawlinu Galea
Ghat-tielet darba wara xulxin, ha l-Parrocca f’idejh Mosti iehor - Dun Pawlinu Galea. Minn Arcipriet ta’ Haz-Zebbug, l-Arcisqof Gonzi baghtu Arcipriet ta’ hutu l-Mostin. Ha l-pussess fil-5 ta’ Novembru, 1948. Kien predikatur mill-aqwa u lehnu fil-Kor kien izejjen il hafna funzjonijiet li kien ghadhom isiru fi zmienu.
L-ewwel opra li ghamel ghar-Rotunda kien id-damask. Hu stess hallas minn butu ghall-pavaljun tal-bellus li jintrama fl-arkatura tal-Kor fuq il-kwadru la’ l-Assunta. Ismu jidher ukoll fuq xi messali tal-fidda li naraw f’Jum Santa Marija.
(p.29) Fost affarijiet ohra u bil-ghajnuna tal-Prokuratur Dun Salv Magro - l-id il-leminija tieghu - habrek biex sar il-bankun artistiku ta’ Santa Marija, li kien mahsub li ghandu jsir sa minn zmien l-Arcipriet ta’ qablu. Ried jaghmel ukoll pedistall tal-fidda lil Santa Marija u kien diga hareg jigbor ghalih, izda gara li l-parti mwerqa ta’ fuq tal-koppla htigilha li tinkesa malajr b’qoxra tar-ramm, u ghalhekk l-idea tal-pedistall kellha titwarrab.
Baqa’ jmexxi l-Parrocca sa Mejju ta’ l-1960, meta mbaghad inhatar Monsinjur tal-Katidral. Miet fil-21 ta’ Dicembru, 1982. Jinsab midfun fic-Cimiterju tal-Mosta. Fis-Sagristija ghandu l-kwadru tieghu li fih jidher bhala Monsinjur - xoghol il-pittur Taljan Mario Caffaro Rore.
25. Dun Bartilmew Bezzina - l-Arcipriet ta’ l-Inkurunazzjoni
Wara Dun Pawlin, l-Arcisqof Gonzi hatar imbaghad lil Dun Bartilmew Bezzina minn Hal Gharghur, sacerdot twajjeb u ezemplari. Minn Kappillan ta’ Hal Safi tah f’idejh il-Parrocca tal-Mosta. Ha l-pussess nhar it-13 t’Awwissu, 1960. Beda biex b’festi mill-isbah, fakkar l-gheluq il-50 sena mill-Kungress Ewkaristiku ta’ l-1913. Fost hafna affarijiet ohra habrek biex saru l-istatwi ta’ l-Appostli li jzejnu l-portiku tar-Rotunda. Ha hsieb li jinbena l-frontispizju ta’ fuq il-faccata ta’ wara tal-Knisja Arcipretali.
Fakkar ukoll b’solennita gheluq il-100 sena mill-Konsagrazzjoni tar-Rotunda fl-1971. Fuq kollox jibqa’ msemmi minhabba l-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari ta’ l-Assunta - grajja wisq ghaziza ghall-Mostin - li sehhet fl-10 t’Awwissu, 1975. Fl-1981 inhatar Monsinjur tal-Katidral, imma xorta baqa’ jghix fostna l-Mostin. Tifkira tal-parrokat tieghu hija l-istatwa ta’ San Bartilmew l-Appostlu tal-portiku - il-qaddis t’ismu - li hu stess kien ghogbu jhallas ghaliha. Il-pittur maghruf Mario Caffaro Rore, sa minn meta kien ghadu Arcipriet fostna, hejjielu l-kwadru tieghu. Fl-1997 il-Kunsill Lokali tal-Mosta tah l-Onorificenza ta’ ‘Gieh il-Mosta’ - unur li kien jixraqlu tassew.
24. Dun Joe Carabott
(p.30) Wara l-Arcipriet Bezzina, ha l-Parrocca f’idejh Dun Joe Carabott miz-Zejtun. Minn Arcipriet tas-Siggiewi, l-Arcisqof Mercieca hatru biex ikun l-Arcipriet gdid tal-Mosta. Ha l-pussess nhar l-1 ta’ Novembru, 1981. Dam 22 sena Arcipriet u ra l-Parrocca taghna dejjem tikber u tikber tant li matul il-parrokat tieghu habrek biex il-Mosta jkollha zoni parrokkjali godda filwaqt li tibqa’ parrocca wahda. Iz-zoni parrokkjali gewwa Sant’Andrija, f’Ta’ Mlit u f’Santa Margerita jibqghu jiftakru l-hegga pastorali ta’ dan l-Arcipriet. Kellu ghal qalbu hafna l-vokazzjonijiet sacerdotali u heggeg kemm felah biex il-Parrocca ma tkun nieqsa qatt mis-sacerdoti.
Qatt ma halla barra l-bzonnijiet tar-Rotunda tul il-parrokat tieghu, jispikka fuq kollox ix-xoghol kbir ta’ restawr li sar fuq il-faccata u l-koppla tal-Knisja Arcipretali. Fakkar huwa wkoll gheluq il-25 sena mill-Inkurunazzjoni, bit-tqeghid ta’ stellarju tad-deheb imzejjen b’hagar prezzjuz madwar ir-ras nkurunata ta’ l-Assunta. Fl-2003, l-Arcisqof Mercieca hatru Monsinjur tal-Katidral, izda hu xorta wahda ried li jibqa’ joghqod fil-Parrocca taghna. B’rikonoxxenza tal-hidma tieghu fost il-Mostin, il-Kunsill Lokali tal-Mosta tah l-Onorificenza ta’ ‘Gieh il-Mosta’ fl-2003.
27. Dun Mario Tong
Illum il-Parrocca ghaziza taghna tinsab f’idejn Dun Mario Tong - sacerdot minn Rahal Gdid li qatta’ l-ewwel snin tal-hidma sacerdotali tieghu f’xoghol pastorali kemm f’Gibilta kif ukoll wara, xi snin fl-Amerika. Minn Kappillan tal-parrocca Karkariza ta’ San Guzepp Haddiem l-Arcisqof Mercieca hatru biex ikun l-Arcipriet ta’ l-ikbar Parrocca ta’ l-Arcidjocesi.
Ma’ l-Arcipriet Tong u mmexxijin minnu bl-ghajnuna t’Alla u t’Ommna Marija Mtellgha s-Sema dehlin biex infakkru kif jixraq gheluq (p.31) l-400 sena mit-twaqqif tal-Parrocca Mostija. Nhar is-16 ta’ Settembru 2007, fil-ftuh ta’ dawn il-festi centinarji, l-Arcipriet habbar li fost affarijiet ohra, fi hsiebu jaghti bidu ghax-xoghol tar-restawr tant bzonnjuz taz-zuntier. Maz-zuntier hemm l-istatwi ta’ Santa Marija u San Guzepp li ghandhom jinbidlu fi tnejn tal-bronz u li ghalihom diga nstabu benefaturi.
Wiehed jawgura lill-Arcipriet Dun Mario Tong li jkompli dejjem izjed jahdem ghall-gid spiritwali ta’ l-erwieh fdati f’idejh f’din il-Parrocca u jkompli jahdem wkoll b’risq ir-Rotunda ghaziza taghna l-Mostin.
Gheluq
Bdejna b’Parrocca ta’ madwar 900 ruh u spiccajna b’wahda ta’ madwar 19,000 ruh. Bdejna b’naqra ta’ knisja li nbidlet f’wahda sabiha ta’ Tumas Dingli u spiccajna bil-knisja li ghandna llum - opra tassew sabiha u monumentali ta’ Grognet. Il-Mosta qatt ma harset lura.
Kellna b’kollox, tul dawn l-erbgha sekli li ghaddew 27 parrokat immexxijin minn 26 bejn kappillani u arciprieti. Dan gara minhabba fil-kaz ta’ dak ‘il wiehed minnhom li kien irrizenja, imma wara xi snin kien rega’ ha l-Parrocca f’idejh. Hadmu lkoll dawn ir-rghajja spiritwali, kif diga rajna, biex f’kull zmien tul dawn is-snin kollha jzejnu c-centru tal-Parrocca li hi l-knisja - l-ewwel parrokkjali u wara arcipretali. Imma fuq kollox hemm il-hidma taghhom pastorali li hadd ma jista’ jkejjel. Il-gid spiritwali li xerdu jafu u jippremjah biss Alla - l-imhallef gust. Jalla li fuq l-ezempju ta’ dawn il-kappillani u l-arciprieti li kellna s’issa, jkollna ghalli gej Parrocca dejjem isbah. Parrocca dejjem ahjar, Mosta Nisranija, Mosta dejjem taht il-harsien ta’ Marija Mtellgha s-Sema u Sultana taghna.
15 t’Ottubru, 2007.
Referenzi
- Musta - It’s Memories and Charms - Rev. Edgar W. Salomone, 1911 – List of Parish Priests, pp.16-17.
- Storja tal-Mosta bil-Knisja Taghha, migbura minn E.B. Vella u Ohrajn - Verzjoni riveduta ta’ l-Original - 1930 u biz-zidiet sa l-1984, pp.265-269, 296-302.
- Storja ta’ Malta fi Grajjiet il-Knisja, 1996, Alexander Bonnici OFM Conv. – Il-Mosta u l-Parrocca f’Gieh l-Assunta, pp.118-123.
- Il-Mosta fi Zmien il-Hakma tal-Kavallieri ta’ San Gwann - Michael A Sant, 1996, pp.8-10, 13-16.
- ‘Il-Mosta’ April/Mejju 1967 - Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta, J. Borg, pp.3,7.
- Lapida ta’ l-irham tal-Kappillani u l-Arciprieti li hadu hsieb il-Parrocca tal-Mosta tinsab fuq in-naha tal-lemin ta’ l-artal ta’ Santa Filomena gewwa s-Sagristija.
- Lapidi sepolkrali li hemm fir-Rotunda fil-Kappelli tal-Kurcifiss, tar-Ruzarju, u tac-Cintura li jfakkru xi Kappillani u Arciprieti li kellha l-Parrocca taghna – (dawn qalibhomli mil-Latin ghall-Malti Dun Karm Mifsud).
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma l-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin