The Mosta Archives Banner

Artisti li hadmu fir-Rotunda tal-Mosta (1) – Antonio Agius

minn Joseph Borg


Il-Mosta: Harga Nru. 3 (2007) Format Gdid


L-artist Antonio Agius L-artist Antonio Agius

(p.45) Antonio Agius twieled il-Birgu fl-1888 u miet il-Gzira fl-1963 fl-ghomor ta’ 75 sena. Trabba, biex inghidu hekk, qalb l-iskultura ghax id-dar qadima li fiha kien joqghod, kienet darba d-dar tal-Prijur ta’ l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Gwann. Din id-dar kienet sewwa sew f’numru 110, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur. Kienet dar imzejna b’hafna skultura li bilfors influwenzat lit-tfajjel Toninu li sa minn ckunitu kellu gibda kbira lejn l-arti ta’ l-iskultura. Tghallem id-disinn u l-iskultura fl-iskola ta’ l-arti li kellu l-Birgu stess is-surmast Sqalli minn Katanja Vincenzo Cardona. Jibqa’ msemmi ghax-xoghlijiet sbieh tieghu ta’ skultura fl-injam u fil-gebla mxerrdin fi knejjes, palazzi u vilel ta’ pajjizna.


Gwarnici godda ghall-Via Sagra.


Wiehed mill-inkwatru tal-Via Sagra Wiehed mill-inkwatru tal-Via Sagra

Hawn insemmu biss dawk ix-xoghlijiet li hadem ghall-Knisja Arcipretali tal-Mosta. Fl-1910 Toni Agius, ghadu zaghzugh, hadem b’success il-gwarnici b’xoghol mill-isbah ghall-kwadri xejn inqas sbieh tal-Via Sagra li writna mill-knisja parrokjali l-qadima. Dan nafuh minn rapport qasir li deher f’gazzetta ta’ dak iz-zmien Malta Taghna tal-15 ta’ Mejju, 1910. Ma ghandna ebda hjiel ta’ kemm sata’ dam biex hadem dawn is-sittax-il gwarnic. Dawk li jiftakru kienu jghidu li kellu kapacita kbira biex iqatta' b'heffa fl-injam jew fil-gebla. B’dan kollu ma nistghux nghidu kemm hadet zmien sewwa din l-opra biex tlestiet ghal kollox.


F’ritratt qadim aktarx ta’ l-1911, mehud ghall-festa ta’ Santa Marija, jidhru l-erba’ gwarnici l-godda tal-Via Sagra ta’ fuq il-Presbiterju. Dawn jidhru minghajr brazzi ghax kienu ghadhom ma sarux. Barra mill-gwarnici, Toni Agius ghamel ukoll id-disinn ghas-sett ta’ brazzi sbieh li jintramaw quddiem il-Via Sagra ghall-festa, li ghadna ingawduhom sal-lum. B’hekk il-Via Sagra kienet issa kompluta u r-Rotunda setghet tiftahar b’opra ohra sabiha.


Il-pedistall tal-Madonna tar-Ruzarju


Il-pedistal tal-Madonna tar-Ruzarju Il-pedistal tal-Madonna tar-Ruzarju

Lejn is-sena 1923, fi zmien il-Prokuratur tal-Fratellanza tar-Ruzarju Dun Gwann Muscat, giet restawrata l-vara antika tal-Madonna tar-Ruzarju. Din l-istatwa kien hadimha fl-istil Barokk tardiv l-iskultur Senglejan imsemmi Pietro Paolo Zahra fl-1742. B’xorti hazina l-istatwa kienu nehhewlha parti mill-maktur imtajjar ta’ madwar rasha. Mill-bqija, l-induratura li biha ndurawha hija mill-aqwa u ghadha sabiha sal-lum.


Il-pedistall aktarx dak originali li kellha l-vara, gie mzejjen bi skultura mill-isbah minn Toni Agius li haseb ukoll ghall-erba’ gastri bil-fjuretti b’kollox tal-kantunieri. Fuq skudett fuq in-naha t’isfel tal-faccata ta’ wara tal-pedistall tidher is-sena 1923. Illum dan il-pedistall nistghu nghodduh bhala opra ohra ta’ dan l-iskultur bravu. Kemm l-istil ta’ l-iskultura kif ukoll iz-zmien li fih saret juru dan.


Il-Monument tal-Gimgha l-Kbira


(p.46) Wara s-success bl-iskultura tassew hajja tal-gwarnici tal-Via Sagra u tal-pedistall tar-Ruzarju, l-imghallem Toni Agius gie mbaghad imqabbad biex jidhol ghal bicca xoghol kbira li kellha twasslu ghall-quccata tal-karriera artistika tieghu. Il-Prokuratur tal-Gimgha l-Kbira Dun Guzepp Vella qabbdu biex jiddisinja u jahdem l-urna l-gdida ghall-korp ta’ Kristu mejjet ghall-monument. Ghal din l-opra kbira kien se jhallas il-benefattur kbir tar-Rotunda s-Sur Karm Dimech, wara Kavallier.


Il-Monument ghaddej mit-toroq tal-Mosta Il-Monument ghaddej mit-toroq tal-Mosta

Dan il-monument famuz, Toni Agius hadmu f’naqra ta’ hanut li kellu quddiem il-bieb principali tal-Birgu mghejjun minn huh li ghenu sahansitra fix-xoghol tad-drapp tal-lama u l-bellus li bihom huwa mzejjen dan il-monument. Minn kull fejn tharislu, tispikka f’dan il-monument dik l-iskultura fina u majestuza ta’ xehta Barokka li xxaqleb lejn ir-Rokoko. Il-figura ta’ Kristu mejjet flimkien mat-tmien angli li jzejnu l-urna huma xoghol sabih fil-kartapesta ta’ l-imsemmi statwarju Ghawdxi Wistin Camilleri.


Jinghad li meta Antonio Agius kien qed jahdem il-monument, inzerta li Dun Gorg Preca kien ghaddej minn hdejn il-hanut ta’ Toni. Dun Gorg kien waqaf ihares mghaggeb lejn ix-xoghol sabih ta’ dan l-imghallem filwaqt li fakkru biex ikompli jaghmlu sabih kemm jista’ jkun, ghax hekk kien jixraqlu l-Feddej taghna l-bnedmin.


Il-monument sewa b’kollox 500 lira. Gie nawgurat u ddahhal trijonfalment gewwa r-Rotunda nhar Hadd il-Palm, 13 ta’ April 1924, b’sodisfazzjon kbir tal-Mostin kollha. Jibqa’ bhala tifkira tal-generozita u l-patrijottizmu tal-Kavallier Carmelo Dimech. Jibqa’ wkoll kapolavur tal-Vittorjozan Antonio Agius, opra tassew kbira kemm fid-disinn u kemm ukoll fl-esekuzzjoni taghha, li kienet sahansitra tant tfahhret mill-Kummissarju tas-Socjeta ta’ l-Arti u Manifattura ta’ Malta.


L-apparat tas-seba’ kapep


Buzzett tal-Kungress Ewkaristiku L-apparat tas-seba' kapep

Kull knisja parrokkjali bit-titlu ta’ Arcipretali kienet tara li ghall-festa titulari jkollha apparat ta’ seba’ kapep, jekk jista’ jkun irrakmati bid-deheb. Dawn kienu u ghadhom, almenu s’issa, principalment jintuzaw ghal waqt l-ghosrien solenni ta’ lejlet u nhar il-festa u ghal matul il-purcissjoni.


Ir-Rotunda taghna kien ilha tgawdi t-titlu ta’ Knisja Arcipretali sa mill-1888 izda sa l-1924 kien ghadhom jintuzaw il-hames kapep sbieh li writna mill-knisja l-qadima. Dawn kienu issa bdew jiqdiemu sewwa ghax kienu ngabu minn Lyons fi Franza fl-1791. Ghalhekk il-prokuratur habrieki li kellha l-knisja dak iz-zmien, Dun Ang Camilleri, beda jara l-bzonn ta’ sett ta’ erba’ kapep godda denji ta’ knisja arcipretali.


Ghal dan il-ghan qabbad lil Antonio Agius biex jaghmel id-disinn ghal dawn il-kapep godda tal-lama bajda. Dawn kienu nhadmu u gew irrakmati bid-deheb mis-Sorijiet Missjunarji Frangiskani ta’ Marija ta’ Hal Balzan. Swew b’kollox 456 lira u zzanznu fil-festa ta’ l-Assunta ta’ l-1925. Illum dawn il-kapep sbieh jinsabu fi stat ta’ htiega ta’ restawr. Dawn jibqghu wkoll, flimkien ma l-opri l-ohra li semmejna, tifkira tal-hila fid-disinn ta’ l-imghallem Toni Agius tal-Birgu.


Bicca xoghol ohra ta’ Toni Agius gewwa l-Mosta, imma m’ghandiex x’taqsam mar-Rotunda, hija l-iskultura fil-gebel li hemm mal-faccata imponenti ta’ Villa Dimech fi Triq il-Kungress Ewkaristiku. Kien is-Sur Karm Dimech, il-benefattur tal-monument, li qabbad lil Agius biex izejjinlu l-faccata tal-villa l-gdida tieghu bi skultura mill-isbah. B’dawn ix-xoghlijiet tieghu fil-Mosta u f’postijiet ohra Toni Agius wera li kien tassew imghallem kemm tad-disinn kif ukoll ta’ l-iskultura fl-injam u fil-gebla.


Riferenzi

  1. L. Zahra, ‘Opra mill-isbah fil-Mosta’, Soc. Fil. Nicolo Isouard, Mosta (1998),
  2. L. Zahra, ‘Arti u Xoghlijiet’, Soc. Fil. Santa Marija, Mosta (2006),
  3. L. Zahra, ‘Il-Monument tal-Knisja Arcipretali tal-Mosta’, Soc. Fil. Nicolo Isouard, Mosta (1999),
  4. Tifkira ghaziza Tas-Sacerdot Dun Ang Camilleri – XVII L-Apparat li zzanzan fil-festa ta’ l-Assunta ta’ l-1925,
  5. K. Sciberras, L-Arti barokka f’Malta (Malta, 2003).
  6. J. Borg, ‘Wirt il-knisja parrokjali l-qadima li kellna’, Socjeta Filarmonika Santa Marija Mosta (2004).