Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
Mons. Joe Carabott (Arcipriet tal-Mosta bejn l-1981 u l-2003)
(p.5) San Pawl jaghti taghlim shih dwar il-Knisja bhala l-Gisem Mistiku ta’ Kristu. Fl-ittra tieghu lill-Korintin huwa kiteb: ‘intom il-gisem ta’ Kristu u kull wiehed minnkom bicca minnu’ (I Kor 12:27).
Ma’ xiex nistghu nxebbhuha lill-Parrocca fil-Gisem Mistiku ta’ Kristu li hu l-Knisja? Minhabba li n-numru tal-parrocci huwa kbir hafna - bizzejjed nghidu li f’Malta biss hawn 70 parrocca! Nistghu nxebbhu lill-parrocca ma’ cellula, ghax kif ic-celluli jzommu l-gisem haj, hekk ukoll l-parrocci jaghtu u jzommu hajja lill-Knisja!
Qed infakkru l-400 sena minn mindu l-Mosta twaqqfet bhala parrocca!
Xi tfisser il-kelma ‘Parrocca’?
Il-Parrocca hija komunita ta’ fidili nsara li l-kura pastorali taghhom hija bl-awtorita ta’ l-Isqof Djocesan, afdata f’idejn il-kappillan bhala r-raghaj spiritwali taghhom. Bhala regola dawn l-insara li jiffurmaw parrocca jkunu jghixu f’roqgha art, f’territorju. Izda meta jkun mehtieg jistghu jitwaqqfu parrocci skond il-lingwa, in-nazzjonalita jew ir-rit. F’Malta ghandna Parrocca ta’ Rit Grieg u erba’ Parrocci ghall-Inglizi, Taljani, Francizi u Germanizi.
Fl-1608, l-Isqof ta’ Malta Fra Tommaso Gargallo qata’ lill-Mosta mill-Parrocca tan-Naxxar u nnomina lil Dun Gwann Bezzina bhala l-ewwel kappillan. Matul dawn l-400 sena l-Mosta kellha 27 kappillan li mill-1888 hadu t-titlu ta’ arcipriet. Dan it-titlu jigi moghti mill-Isqof lill-Parrocca ghal xi raguni partikulari. Fil-kaz tal-Mosta, ir-Rotunda hija r-raguni ghala nghata dan it-titlu.
M’hemmx zmien definit kemm kappillan idum f’parrocca, ghax bhalma huwa dritt ta’ l-Isqof Djocesan li jwaqqaf, ixolji jew jibdel il-parrocci, huwa dritt tieghu wkoll (p.6) kemm idum kappillan f’parrocca. L-aktar kappillan li dam fil-Mosta kien Dun Lawrenz Abela li dam 45 sena mill-1697 sa l-1742. Zewg kappillani damu ftit xhur biss: Dun Salv Pace (1758-1759) u Dun Lawrenz Sciberras (1885-1886) ... Jiena nigi t-tmien wiehed fit-tul tal-parrokat: 22 sena mill-1981 sa l-2003!
Il-Kappillan fil-Parrocca
(p.7) Dehra tad-dar parrokkjali tal-Mosta fiz-zminijet tal-lum - wara li giet restawrata sentejn ilu
(p.8) Il-kappella ddedikata lil ‘Marija Omm il-Knisja’ mibnija fiz-Zona Ta’ Mlit flimkien ma’ Centru Pastorali fl-1998.
(p.10) Il-knisja tal-Bidnija li hija ddedikata lis-Sagra Familja. Dan il-villagg pittoresk jaghmel parti wkoll mill-Parrocca tal-Mosta
Il-kappillan mhux il-parrocca, imma s-sacerdot li jigi nominat bhala kappillan ma jkunx qed jircievi biss nomina jew unur, imma jkun qed jitghabba bi dmir, piz u responsabbilta. Il-Ligi tal-Knisja ssemmi diversi obbligi li kull kappillan ghandu jwettaq, fosthom li jrid ikollu r-residenza normali tieghu fil-limiti tal-parrocca.
Id-Dar Parrokkjali fil-Mosta ggib l-indirizz: 15, Triq il-Knisja, u tinsab biswit ir-Rotunda. Ta’ min ifakkar li ghall-ewwel id-dar parrokkjali kienet tasal sal-Mahzen ta’ l-Armar. Kien fi zmien l-Arcipriet Dun Girgor Borg (1930-1942) li sar tibdil strutturali kbir fid-dar parrokkjali bi pjanti godda li tawha dehra sabiha u struttura komda.
Il-Ligi tal-Knisja tigbor id-dmirijiel tal-kappillan taht tliet ufficcji: li jghallem, iqaddes u jmexxi lill-fidili fdati f’idejh. Ghal kull ufficcju hemm imsemmija mhux biss dik li hi linja generali, imma wkoll dettalji partikulari. U meta u ghax dawn id-dmirijiet jitwettqu, il-Parrocca tissahhah!
Fil-Parrocca nitghallmu...
(p.9) Kopja ta’ bullettin diga mibdul wara t-Tqarbina (infatti huwa ta’ kulur iehor)
(p.9) ... is-snin ittimbrati fuq wara tal-kopja ta’ bullettin - juru li kien uzat mit-2 t’April 1962 sas-6 t‘April 1969
Il-kappillan ghandu l-obbligu li jizgura li l-Kelma ta’ Alla tasal ghand ir-residenti kollha fil-Parrocca tieghu. Dan isehh permezz ta’ l-Omelija fil-Hdud u fil-Festi kif ukoll bit-taghlim tal-Katekizmu. Il-kappillan ghandu jiehu kura specjali ghall-edukazzjoni nisranija tat-tfal u taz-zghazagh, iwassal l-Ispirtu ta’ l-Evangelju pemezz ta’ hidmiet u attivitajiet li jghinu l-gustizzja socjali, ma jittraskurax lil dawk nieqsa mill-prattika religjuza u jwassal il-messagg nisrani sahansitra lil dawk li ma jistqarrux il-fidi kattolika.
(p.8) Tifrah tosserva kif fil-medda ta’ 400 sena saru hidmiet u ttiehdu inizjattivi fil-Mosta li zgur ghenu hafna l-edukazzjoni nisranija fil-parrocca. Sa ma twettqet ir-riforma liturgika mill-koncilju Vatikan II, il-kappillan biss kien obbligat jaghmel l-omelija nhar ta’ Hadd u fil-Festi - li normalment kienet issir fl-ewwel quddiesa fil-ghodu kmieni, sahansitra fl-4.00 a.m.! Kull nhar ta’ Hadd fil-ghaxija mbaghad il-kappillan kellu l-obbligu li jaghti lezzjoni ta’ katekizmu fil-knisja parrokkjali ghal kulhadd. Dan waqaf meta bdiet il-Quddiesa ta’ fil-ghaxija.
It-taghlim lit-tfal u liz-zghazagh organizza ruhu permezz ta’ l-Oratorji u l-Oqsma tal-Museum. Meta l-Parrocca tal-Mosta kompliet tikber gew organizzati u nbnew Centri tad-Duttnna f’diversi Zoni tal-Parrocca. Ghalhekk illum, il-Mosta ghandha tmien Centri tad-Duttrina.
It-taghlim ghall-Adulti kiber u ssahhah permezz ta’ l-Ghaqdiet Kattolici, tal-Movimenti Ekklezjali, tal-Gruppi ta’ Talb u ta’ Studju li jinsabu mxerrdin mal-Mosta kollha.
Kontribut kbir ghall-edukazzjoni nisranija taw u ghadhom jaghtu l-iskejjel lit-tfal u studenti zghazagh bil-lezzjonijiet tat-Taghlim nisrani u attivitajiet liturgici li jsir sahansitra fl-istess skejjel.
M’hemmx ghalfejn nghidu li l-prezenza. id-direzzjoni u l-ghajnuna kollha tal-kappillan f’din il-hidma kateketika parrokkjali huma indispensabbli.
Fil-Parrocca nitqaddsu...
(p.11) L-Arcipriet Dun Joe Carabott (illum Mons.) - it-tmien wiehed bhala tul ta’ Parrokat. Mexxa l-Parrocca tal-Mosta ghal 22 sena shah bejn l-1981 u l-2003. Hawn jidher waqt il-Quddiesa Pontifikali tal-25 anniversarju ta’ l-lnkurunazzjoni fl-10 t’Awwissu, 2000
(p.12) L-Arcipriet (illum Mons.) Joe Carabott iqieghed l-ewwel gebla fir-restawr tar-Rotunda f’Ottubru 1992. Jidhru wkoll mix-xellug: is-Sur N. Vassallo, J. Falzon, K. Mifsud u L. Quattromani
(p.12) Il-faccata tar-Rotunda kif kienet tidher waqt ir-restawr estensiv li sarilha bejn il-25 t’Ottubru, 1992 u d-29 ta’ Lulju, 1996 mill-kumpanija ta’ Vassallo Builders. Ta’ din il-bicca xoghol difficli, l-Arcipriet Carabott kien gie pprezentat bid-Diploma ta’ l-Unur minn ‘Europa Nostra’ fl-1 ta’ Marzu, 1998
(p.9) Il-Ligi Kanonika tobbliga lill-kappillan jiehu hsieb li l-Ewkarislija tkun ic-Centru tal-migemgha nisranija fil-Parrocca. Hu ghandu jara li l-fidili jikbru lil-hajja nisranija permezz tas-Sagramenti u li jersqu ta’ spiss ghall-Qrar u ghat-Tqarbin. Il-kappillan ghandu wkoll iwassalhom jitolbu kemm lil-familja kif ukoll billi jghixu u jiehdu sehem fil-Liturgija. Il-kappillan ghandu jmexxi l-Liturgija fil-Parrocca tieghu u obbligat jghasses kontra xi abbuzi.
Sa 40 sena ilu, il-kappillan kellu mezz prattiku biex jghasses: il-bulletlin! Dan kien biljett mill-Parrocca li kulhadd (minbarra t-tfal) irid jiehu mieghu l-knisja darba fi Zmien il-Ghid u jipprezentah meta jitqarben. Dak il-hin stess kien jircievi biljett iehor bhala certifikat li tqarben fi Zmien il-Ghid. Ma nhassx aktar il-bzonn ta’ dan il-kontroll, ghalkemm baqa’ l-obbligu tat-Tqarbina fi Zmien il-Ghid!
(p.10) Ir-Rotunda bla dubju toffri l-ahjar ghal Liturgija hajja u komunitarja! Tul medda ta’ 400 sena wiehed jifhem li ma jistax ikun li ma jsirx tibdil. Dan it-tibdil sehh kemm mill-gosti u l-esigenzi tan-nies, kemm bl-inizjaltivi tal-kappillani wiehed wara l-iehor u fuq kollox bit-tigdid li gab fil-Liturgija l-Koncilju Vatikan II.
Ir-Rotunda toffri struttura li ma tfixkel lil hadd biex isegwi u jiehu sehem fic-celebrazzjonijiet, minbarra li fiha wiehed isib taghmir mill-ahjar, orgni mill-aqwa, kleru numeruz u Piccolo Clero organizzat, korijiet stabbiliti, nies involuti fl-organizzazzjoni: ghall-indafa, fl-ordni, fis-servizzi... (Nota personali: mhux ghalxejn li smajt kummenti mill-isbah minn vizitaturi barranin li ccelebraw fir-Rotunda. In-Nunzju Appostoliku Mons. Jose Sebastian Laboa kien ihobb jghid li huwa jqis lir-Rotunda bhala l-Katidral tieghu tant kien jiehu gost jiccelebra fostna!)
Imma mhux ir-Rotunda biss! Ghall-qdusija tal-Komunita Nisranija fil-Mosta ghenu l-hafna knejjes u kappellel imxerrdin mal-Parrocca fejn jigi ccelebrat quddies, jinghata servizz ta’ Qrar, issir Adorazzjoni u Talb bl-inizjattiva ta’ sacerdoti u lajci, minn San Anton sa Ta’ Wejda, mill-Agostinjani sa Sant’Andrija u l-Bidnija, minn San Anard sal-Pax et Bonum ... Fi Triq il-Kostituzzjoni hemm kappella miftuha ghall-pubbliku, li jiehdu hsiebha s-Sorijiet tal-Bon Pastur, fejn Gesu Ewkaristija huwa espost ghall-Adorazzjoni l-jum kollu.
Fil-Parrocca ningabru f’Komunita...
Haga normali li nirreferu ghall-kappillan bhala “il-Missier Spiritwali tal-Parrocca”. Naturalment dan hu biss titlu, imma li ghandu tifsira qawwija, ghax il-Parrocca hija familja wahda li l-kappillan irid jigbor madwaru, jghaqqad, imantni u jeduka... bhala missier!
Il-Ligi Kanonika tinsisti fuq il-kappillan li jkun jaf lill-fidili fil-kura tieghu u hemm obbligi u suggerimenti ta’ x’ghandu jaghmel, fosthom: izur lill-familji u meta jkun il-kaz jghin, ifarrag, iwissi... Ghandu dmirijiet ohra x’jaqdi mal-morda u mal-moribondi, mal-fqar ta’ hafna xorta, ma’ l-gharajjes u koppji mizzewwgin. Bhala ezempju nsemmu: irid izomm aggornati r-registri parrokkjali tal-Maghmudijiet, Grizma ta’ l-Isqof, Zwigijiet u Funerali li jsiru fil-Parrocca. Ghandu obbligu li nhar ta’ Hadd u fil-Festi joffri l-quddiesa tieghu ‘pro populo’ jigifieri ghall-bzonnijiet tal-familja parrokkjali tieghu u fi Zmien il-Ghid ibierek id-djar kollha tal-Parrocca.
Wiehed jifhem li l-kappillan ma jistax ilahhaq ma’ dan ix-xoghol wahdu u ghalhekk ghandu bhala l-ewwel ghajnuna l-Presbiterju Parrokkjali, jigifieri l-grupp ta’ sacerdoti, kemm dawk li huma mieghu fil-hidma kollha li jissejjhu Vicijiet kif ukoll dawk li jaghtu s-sehem taghhom fil-Parrocca li jissejjhu Awziljarji. Il-kappillan ghandu jsejjah ukoll il-Kunsill Parrokkjali ffurmat minn lajci li ghandhom interess fil-hidma parrokkjali.
Is-sistema tax-xoghol u l-forom dejjem jinbidlu maz-zmien u bhalma gara f’hafna oqsma ohra ta’ xoghol, f’kull Ufficcju Parrokkjali ghandek issib il-kompjuter u bih il-kappillan jista’ jzomm rekords tal-familji bid-dettalji u informazzjoni mehtiega u dan jghin lill-kappillan ikun jaf dejjem ahjar il-Parrocca tieghu.
Fl-Ufficcju Parrokkjali ssib ukoll is-sigill, jew kif nafuh it-timbru. Dan iservi biex juri li d-dokument hareg mill-Ufficcju Parrokkjali. Interessanti huma r-registri qodma - u l-eqdem wiehed ghandu 400 sena! - u dawn jinzammu fl-Arkivju ta’ kull parrocca.
(p.12) Naghlqu b’dak li hu materjali: il-Finanzi!... l-ugigh ir-ras ta’ kull missier fil-familja! Il-kappillan irid ikollu l-flus biex ilahhaq ma’ l-ispejjez kurrenti ta’ hlasijiet, pagi, kontijiet, festi, tiswijiet, ilbies, manutenzjoni... Il-Komunita Parrokkjali taghmel l-offerti u l-kappillan jamministra l-finanzi flimkien ma’ Kumitat Finanzjarju.
X’fadal? Il-kappillan ghandu dritt ghal granet ta’ mistrieh, kemm dak spiritwali fi granet ta’ irtir, kif ukoll vaganza li ma ttulx aktar minn xahar fis-sena.
Ghal kappillan ukoll hemm ir-regola li ghandu jirrizenja meta jaghlaq il-75 sena. Biss, il-kappillani jigu u jmorru wiehed wara l-iehor ghax il-kappillan mhux il-Parrocca! ... il-Parrocca tibqa’ miexja ... kif gara f’dawn l-400 sena fil-Mosta.
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma l-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin