Il-Mosta: Grajjietha u niesha
Frans Deguara, editur
Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.
Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.
Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-Parrocca tal-Mosta
Joseph G.M. Borg
“U mghobbi bis-salib, hareg lejn l-imkien jghidulu Golgota, fejn sallbuh ...”
(San Gwann, Kap. 19, v.17,18)
(p.87) Meta kien ghadna zghar u konna mmorru nitghallmu d-Duttrina, fost il-mistoqsijiet li kienu jsaqsuna kien hemm dik li tghid: Liema huma l-Misterji ewlenin tal-Fidi Nisranija? Ahna konna nwiegbu flimkien b’dik il-kantaliena nnocenti ta’ tfal li konna li, il-Misterji ewlenin tal-Fidi Nisranija huma tnejn: l-ewwel il-misterju t’Alla Wiehed fi tliet Persuni, maghzulin tabilhaqq minn xulxin li huma l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. It-tieni, il-misterju tal-Fidwa tal-Bniedem imwettqa minn Gesu Kristu l-lben t’Alla bl-lnkarnazzjoni, it-Tbalija u l-Mewt tieghu. Tghallimna wkoll li s-sinjal tan-Nisrani huwa s-sinjal tas-Salib u dan propju jfakkarna fiz-zewg misterji kbar tal-Fidi taghna.
Jerga’ fir-Religjon qaddisa taghna l-ikbar u l-ghezez haga li ghandna hija l-Ewkaristija kemm bhala sagrament kif ukoll bhala sagrificcju. Id-Duttrina Nisranija tghallimna wkoll li s-Sagrificcju tal-Quddiesa huwa l-istess sagrificcju tal-kalvarju, izda minghajr tixrid ta’ demm. Fit-talba li l-qassis jaghmel qabel ma jaghti l-Barka Sagramentali, ifakkarna li dan is-Sagrament ta’ l-ghageb mhux hlief it-tifkira tal-Passjoni ta’ l-Iben t’Alla. Dan kollu jurina kemm hi importanti u ghaziza t-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Kristu fuq l-ghuda tas-Salib, ghal kull Nisrani den ta’ dan l-isem.
L-istess Appostlu San Pawl Missierna, fil-bidunett ta’ l-era Nisranija, fl-ittra tieghu li kiteb lin-nies ta’ Galatja (parti mit-Turkija tan-nofs tal-lum) jghidilhom li b’xejn ma kien jiftahar hlief bis-Salib ta’ Sidna Gesu Kristu, u lill-Korintin ifakkarhom li ma kienx jippriedkalhom ghajr lil Gesu Kristu u ‘l Gesu Kristu Msallab.
(p.88) Zgur li l-kliem ta’ dan l-Appostlu tal-Gnus li jista’ jissejjah it-teologu tal-Passjoni ta’ Kristu kif ukoll tal-Qawmien Tieghu mill-Imwiet, kien matul is-sekli,ta’ ezempju mill-aqwa biex jitrawwem fost l-Insara mhabba kbira lejn is-Salib, imhabba lejn Dak li fuqu bata u miet ghall-fidwa taghna.
Nibet ghalhekk bil-mod, matul is-snin, mal-Knisja kollha l-kult jew id-devozzjoni lejn il-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Gesu Kristu taht hafna forom, b’diversi xejriet, f’pajjizi differenti u fi zminijiet differenti wkoll, l-aktar dawk tal-Medju Evu.
Jinbet f’Malta l-kult tal-Passjoni
F’pajjizna l-kult jew id-devozzjonji lejn il-Passjoni ta’ Kristu jidher li beda jqum sewwa mal-wasla tal-Kavallieri, jigifieri wara l-1530. Il-Kavallieri kienu gabu maghhom minn Rodi zewg relikwi gheziez tal-Passjoni. Dawn kienu skalda mis-Salib veru ta’ Kristu li fuqu kien mislub u xewka mill-kuruna tax-xewk li biha nkurunawh.
Jinghad li din ix-xewka, meta kienet Rodi, ta’ kull sena f’nhar il-Gimgha l-Kbira kienet twarrad. F’Malta, dawn iz-zewg relikwi kienu jigu esposti ghall-qima fil-knejjes konventwali tal-Kavallieri - l-ewwel fil-Birgu u wara fil-Belt Valletta. Dan kien isir nhar il-Gimgha l-Kbira u kienu hafna l-Maltin li kienu jmorru jaghtuhom qima.
Jibdew isiru l-purcissjonijiet
Fi zmien il-Kavallieri wkoll bdew il-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira, l-ewwel fir-Rabat ta’ Malta u wara fil-Belt Valletta. Dan kien matul is-Seklu Sbatax. Fis-Seklu Tmintax dawn il-purcissjonijiet twaqqfu fit-tlett ibliet tal-Kottonera - il-Birgu, l-Isla u Bormla, u minn hemm xterdu lejn iz-Zejtun, Haz-Zebbug, in-Naxxar, Hal Qormi u Hal Gharghur. Matul is-Seklu Dsatax dahlu fil-Parrocci ta’ San Gorg t’Ghawdex, Hal Luqa, Hal Ghaxaq u l-Mosta. Matul is-Seklu Ghoxrin il-purcissjonijiet narawhon jixterdu f’Rahal Gdid f’Malta, u f’Ghawdex fin-Nadur, ix-Xaghra, iz-Zebbug, il-Katidral u x-Xewkija.
Id-devozzjoni tal–Via Sagra
Matul is-Seklu Tmintax, lejn tmiem il-hakma tal-Kavallieri, dahlet f’Malta mill-Italja d-devozzjoni lejn il-Via Sagra li xterdet fil-Parrocci kollha tal-Gzejjer taghna. B’hekk id-devozzjoni lejn il-Passjoni kompliet dejjem izjed tikber u tissahhah.
Dwar dan hemm hafna izjed xi nghidu, tant dak li semmejna qisu nida hdejn ix-xita. Imma dan kollu semmejnieh, ghaliex huwa f’dan l-isfond storiku li rridu ninkwadraw l-izvilupp tal-kult jew id-devozzjoni tal-Passjoni gewwa l-Parrocca ghaziza taghna li qeghda ticcelebra r-raba’ centinarju mit-twaqqif taghha.
Il-Kult tal-Passjoni fil-Mosta
(p.89) Nigu issa ghall-Mosta taghna. Il-Mosta giet imwaqqfa f’parrocca ghaliha nhar is-16 ta’ Settembru 1608. L-ewwel hjiel ta’ xi devozzjoni li kellhom missirijietna lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu, jehodna lura lejn is-sena 1686. F’dik is-sena kienet twaqqfet gewwa l-Knisja Parrokkjali tal-Mosta - dik ta’ qabel ir-Rotunda - il-Kumpanija jew is-Sodalita ta’ l-Opra tal-‘Buona Morte,’ komunament maghrufa bhala ‘l-Bwona Morti’ jew ‘l-Agunija’. Din twaqqfet taht il-protezzjoni ta’ Gesu Msallab Agonizzant, ghax kienet propju twaqqfet biex permezz taghha jsir talb waqt l-agunija ta’ dawk miktubin f’din l-opra. Mill-flus ta’ dawk li kienu mitlubin ihallsu dawk li kienu jinkitbu f’din il-Kumpanija, kien isir ukoll quddies ghal ruh l-imsehbin kemm hajjin u kemm mejtin. Din l-Opra kienet twaqqfet b’digriet li kien hareg l-Isqof Fra Davide Cocco Palmieri fis-26 ta’ Novembru 1686 waqt il-Vista Pastorali li kien qieghed jaghmel f’din il-Parrocca.
Ghal madwar tmien snin, l-imsehbin ta’ din l-ghaqda, kienu ghall-ewwel jiltaqghu fl-Artal Maggur tal-Knisja Parrokkjali. Izjed ‘il quddiem, il-membri ta’ din is-Sodalita talbu lill-istess Isqof Cocco Palmieri biex din l-ghaqda qaddisa titwaqqaf fuq l-artal tan-naha tax-xellug tal-maggur li kien iddedikat lill-Madonna tal-Grazzja fejn kellhom il-hsieb jibdlu l-inkwadru u jpoggu minfloku x-xbiha ta’ Gesu Msallab Agonizzant. L-Isqof Cocco Palmieri kien tahom kulma talbu u wettaq dan b’digriet tat-28 ta’ Jannar ta’ l-1695.
B’tifkira ta’ din il-grajja, ghad baqghalna l-Kurcifiss ta’ l-injam ta’ artist mhux maghruf li kien sar fl-1690 biex izejjen l-artal tal-kappellun tax-xellug tal-Knisja Parrokkjali l-qadima. Illum narawh fis-Sagristija tar-Rotunda, dik ta’ fejn hemm il-bomba, ‘il fuq mill-kaxxarizzi li nsibu hemmhekk.
(p.90) Mis-Seklu Sbatax nghaddu ghas-Seklu Tmintax. Lejn nofs dan is-Seklu bdiet tixtered id-devozzjoni tal-Via Sagra. Din id-devozzjoni nibtel fi hdan l-Ordni Frangiskana, imma kien il-predikatur kbir Frangiskan San Leonardu minn Porto Maurizio li xerridha b’zelu ma’ l-ltalja kollha. Minn hemm xterdet mad-dinja Nisranija u ghalhekk dritt dahlet lil-Gzejjer taghna.
Il-Via Sagra tal-Mosta
Il-‘Via Sagra’ li ghandna fir-Rotunda tal-Mosta hija opra sabiha u wirt mill-izjed ghaziz tal-Knisja Parrokkjali l-qadima li kellna u li ghaliha kienet saret bejn l-1791 u l-1796. B’xorti tajba l-ghaxar kwadri - mit-tielet sat-tnax-il stazzjon - huma xoghol sabih tal-pittur Bormliz Rokku Buhagiar. Minghajr ma nafu ghaliex, l-ewwel, it-tieni, it-tlettax u l-erbatax-il stazzjon pittirhom Antonio Scerri, li xejn ma nafu dwaru, imma li x’aktarx kien xi alliev ta’ Rokku Buhagiar.
L-ewwel zewg kwadri li kienu lesti kienu dawk ta’ l-Ewwel u l-Erbatax-il Stazzjon. Dawn pittirhom Antonio Scerri, tlestew nhar is-7 t’Ottubru 1791, u qamu 25 skud. Fit-28 ta’ Frar 1792 l-istess pittur lesta l-kwadru tat-Tieni u t-Tlettax-il Stazzjon u taghhom kien rega’ ha 25 skud. Bla ma nafu kif u ghaliex l-ghaxar stazzjonijiet l-ohra komplihom Rokku Buhagiar.
(p.91) L-ewwel zewg kwadri li pitter Buhagiar tlestew fit-12 ta’ Mejju 1793, u taghhom ha wkoll 25 skud. Sal-25 ta’ Frar tas-sena ta’ wara, Buhagiar pitter tlieta ohra li qamu 60 skud. Fl-10 ta’ Novembru 1795 lesta kwadru iehor, fid-19 ta’ Mejju 1796 iehor, u fis-6 t’Awwissu ta’ l-istess sena iehor, li taghhom rega’ ha 20 skud il-wiehed. Izda ghal ta’ l-ahhar tnejn li kien pitter, rega’ ghollielhom il-prezz, jigifieri 35 skud il-wiehed. Wiehed kien lest fid-19 t’Awwissu 1796 u l-ahhar wiehed fil-5 t’Ottubru ta’ l-istess sena.
Tigi mbierka fl-1797
Fil-bidunett ta’ l-1797 kienu issa kollha lesti u fid-19 ta’ Jannar ta’ l-istess sena gabu l-permess biex iberkuhom. Nhar il-15 ta’ Jannar 1797 il-Via Sagra tal-Parrocca tal-Mosta giet imbierka mill-Frangiskan Patri Lettur Pier Ferdinandu mill-Kunvent tal-Belt Valletta.
Pero damu jzejnu l-knisja l-qadima 63 sena biss ghax meta mbaghad fl-1860 tlestiet ir-Rotunda, missirijietna riedu li dawn il-kwadri hekk sbieh ikomplu jzejnu l-knisja l-gdida li kienu bnew. Kienet decizjoni tassew ta’ min ifahharha ghax illum il-Knisja Arcipretali taghna tista’ tiftahar b’sett tal–Via Sagra mill-isbah. Ghall-habta ta’ l-1910 din il-Via Sagra kienu sarulha sett ta’ gwarnici b’xoghol mill-isbah fuqhom - opra tal-Vittorjozan Antonio Agius.
Bust artistiku ta’ l-Ecce Homo
Xbiha ohra li tfakkarna fil-Passjoni ta’ Kristu u li kienet ukoll ivvenerata fil-knisja l-qadima kienet dik ta’ mezzo bust ta’ l-Ecce Homo skolpit fl-injam f’nicca helwa li tistrieh fuq mensola. Illum din ix-xbiha tinsab fil-Kannierja tar-Rotunda. Sa madwar is-sena 1948 kienet ghadha meqjuma gewwa r-Rotunda u sewwa sew fil-Kappella tal-Madonna tac-Cintura.
Barra minn dan kollu li semmejna ma jidher li kien hemm qatt ebda hjiel ta’ xi purcissjoni li kienet issir b’xi statwa jew ohra tal-Passjoni. Din kienet is-sitwazzjoni tal-Kult jew devozzjoni tal-Mostin lejn il-Passjoni fi hrug is-Seklu Tmintax u l-bidu tas-Seklu Dsatax.
(p.92) Tista’ tghid li sa mill-bidu tas-Seklu Dsatax missirijietna kienu bdew jitwebblu li jibnu knisja parrokkjali gdida. Mill-1833 ‘il quddiem hsiebhom kien biss li xi darba ghad jaraw imwaqqfa r-Rotunda ta’ Grongnet. Insibu ghalhekk li filwaqt li li tnax-il post iehor f’Malta u post iehor f’Ghawdex il-purcissjonijiet tal-Gimgha l-Kbira kienu diga bdew isiru, gewwa l-Mosta, it-twaqqif ta’ din il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira kien ghadu ‘l boghod, ghax l-ewwel kellha tkun imwaqqfa r-Rotunda.
L-ewwel zewg statwi
Ghadda z-zmien u bil-ghajnuna t’Alla u tal-Madonna r-Rotunda giet imwaqqfa wkoll. Kienet ghadha kollha bajda, jigifieri gebel, bla skultura u bla ebda nduratura, b’xi ftit mill-kwadri lesti wkoll u bil-paviment tal-franka, meta gewwa din il-knisja dehru ghall-ewwel darba fostna l-ewwel zewg statwi tal-Gimgha l-Kbira - dik ta’ Gesu fl-Ort tal-Getsemani u l-ohra ta’ Gesu Fflagellat mal-Kolonna - zewg xoghlijiet li rnexxew u li zgur intlaqghu b’ferh min-nies tal-Mosta. Kienu zewg xoghlijiet tal-maghruf statwarju Senglejan Karlu Darmanin li dak iz-zmien kien fl-aqwa tal-karriera tieghu.
Kienet is-sena 1866 u sewwa sew it-30 ta’ Marzu. Ghall-ewwel darba, harget mir-Rotunda l-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira biz-zewg statwi msemmija. Bhala Kappillan, il-Parrocca kellha lil Dun Anton Mallia minn Birkirkara, imma l-bniedem li baqa’ jissemma’ bhala l-fundatur ta’ dik l-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira tal-Mosta kien Girgor Vella, is-Sagristan li kellha r-Rotunda dak iz-zmien.
Kienet purcissjoni li kellha bidu umli, imma li zviluppat u kibret malajr fi ftit snin, hekk li saret zgur wahda mill-izjed purcissjonijiet maghrufin u popolari f’dawn il-Gzejjer taghna.
Jizdiedu aktar statwi
Fl-1869 zdiedu b’sodisfazzjon kbir tal-Mostin zewg vari ohra - dik ta’ Gesu Redentur mghobbi bis-salib u l-grupp statwarju stupend tal-Vara l-Kbira - zewg xoghlijiet ohra, ezemplari mill-aqwa tal-hila ta’ Karlu Darmanin. Minn dejjem inghad li tal-Vara l-Kbira Darmanin kien hadilhom Lm25!
Fl-istess sena li zzanznet il-Vara l-Kbira, tlesta wkoll il-kwadru ewlieni tal-Kappella tas-Salib li juri x-xena tal-Kalvarju bi Kristu Msallab Agonizzant, - xoghol ta’ Ignazio Carlo Cortis u mbaghad bhala l-kapulavur tieghu. Fl-1875 Cortis pitter ukoll b’success il-kwadru laterali ta’ l-istess kappella li juri ‘l Kristu qed jigi mhejji (p.93) ghad-difna. Il-kwadru l-iehor ta’ din il-kappella - xoghol ta’ Giuseppe Bonnici - sar fl-istess zmien u juri l-Agonija ta’ Kristu fil-Getsemani.
Intant, l-idea tal-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira tant intghogbot minn missirijietna, hekk li wara l-ewwel erba’ statwi li kien ghamlilhom Darmanin, riedu li f’qasir zmien possibbli jkollhom is-sett tradizzjonali komplut. Kien jonqos erba’ vari ohra xi jsiru. Ghal xi raguni jew ohra s-sett ma kompliehx Darmanin bl-eccezzjoni tad-Duluri. Din kienet ta’ Darmanin, imma skond ma jghidu, din ma kinitx intenzjonata ghal mas-sett taghna, ghax fil-fatt kienet xi naqra izghar u ghalhekk mill-ewwel kien hemm il-hsieb li xi darba tinbidel. Il-tliet vari l-ohra li ma kinux ta’ Darmanin u li saru biex jghaqqdu s-sett wara l-1869 kienu dawk ta’ l-Ecce Homo, tal-Veronika u ta’ Kristu Mejjet tal-Monument. Skond ma jinghad, dawn kienu ta’ l-istatwarju Gharawri Kalcidon Mangion li hadem ukoll l-ewwel sett ta’ Arkangli li kellna fil-Kor fuq il-parir tal-famuz pittur Guzeppi Cali.
Jinbidlu xi statwi
Gara izda, li dawn it-tliet vari msemmija, missirijietna bdew jarawhom inferjuri, imqabblin ma’ dawk ta’ Darmanin, ghalhekk insibu li wara 26 sena regghu waqghu ghalih u qabbduh jaghmlilhom il-vari ta’ l-Ecce Homo u l-Veronika, li hadimhom b’success u bl-ikbar sodisfazzjon tal-Mostin fl-1895.
‘Il quddiem kellhom il-hsieb li jibdlu wkoll id-Duluri u jaghmlu wahda taqbel izjed mas-sett, izda din, Darmanin ma lahaqx ghamilha ghax miet fl-1909 ta’ 84 sena. Jinghad li Karlu kellu l-pjanijiet tieghu diga ghal din l-istatwa, izda din saret realta fl-1918 mil-lavrant u dixxiplu tieghu - il-Qormi Karmnu Mallia.
Fl-1924 sar il-Monument famuz li ghandna, disinn u xoghol ta’ l-iskultur ta’ hila tal-Vittorjozan Antonio Agius. Il-korp ta’ Kristu Mejjet u t-tmien angli li jzejnuh huma opra tal-maghruf statwarju Ghawdxi Wistin Camilleri. Dan il-Monument kien hallas ghalih il-benefattur kbir tar-Rotunda - il-Kavallier Carmelo Dimech.
(p.103) L-ahhar zvilupp f’dawk li huma statwi, kienet iz-zieda tal-grupp statwarju tat-Tradiment ta’ Kristu. Din l-istatwa hadet postha mal-kumplament tas-sett fl-1963. Hadimha l-istatwarju Mqabbi Gilormu Dingli li kien joqghod ir-Rabat ta’ Malta u zzanznet nhar Hadd il-Palm, 7 t’April 1963.
Manutenzjoni importanti
Mill-ewwel zewg statwi li saru sa l-ahhar wahda li zdiedet ghaddew 97 sena u mill-ewwel purcissjoni fl-1866 sa din is-sena jkunu ghaddew 142 sena. Nistghu nghidu li tul dawn is-snin kollha li ghaddew, kemm f’dak li hu tizjin u manutenzjoni ta’ l-istatwi nnifishom u kemm f’dawk li huma zviluppi godda fil-purcissjoni, din il-manifestazzjoni tal-Passjoni baqghet dejjem gejja ‘l quddiem.
Saru bil-mod il-bankuni sbieh tal-gewz imzejnin bi skultura u simboli tal-Passjoni. Saru wkoll fost l-ohrajn l-oggetti tal-fidda li bihom huma mzejnin l-istatwi. L-istatwi stess, barra miz-zebgha originali ta’ l-awtur taghhom diga nzebghu tliet darbiet - l-ahhar fosthom fl-1952, meta kien zebaghhom b’sengha, kif ghadhom sa llum il-pittur Rafel Bonnici Cali.
(p.104) Fl-1947 sar is-salib wisq sabih tal-Via Sagra, disinn u xoghol ta’ l-ebanista msemmi - il-Vittorjozan Emanuel Buhagiar. Kienu hallsu ghalih ir-reffiegha tal-Vara l-Kbira u sa ftit snin ilu konna narawh fil-festa ghaziza tal-Via Sagra li kienet issir b’tant solennita gewwa l-Knisja Arcipretali fit-Tielet Hadd tar-Randan.
Matul il-purcissjoni wiehed jista’ jinnota hmistax-il bandalora tal-bellus b’xoghol sabih ta’ rakkmu fihom. Tispikka fosthom dik ta’ l-S.P.Q.R., li nhadmet l-Italja fuq disinn ta’ l-imsemmi Buhagiar.
Purcissjoni aktar spettakolari
Mill-1970 ‘l hawn, il-purcissjoni hadet dehra izjed spettakolari, meta minflok it-tfal, bdew jilbsu l-kbar bhala dawk il-personaggi li jirrapprezentaw dawk il-protagonisti li kellhom l-izjed x’jaqsmu mal-grajja tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Kristu. Id-dehra spettakolari u fl-istess hin serja li joffru dawn il-personaggi tithallat ma’ l-aspett devozzjonali li jaghtu t-tfal liebsin iz-zimarri u l-fratelli, fosthom dawk imghammdin li jkaxkru l-ktajjen wara kull statwa, aktarx b’xi weghda jew bhala penitenza.
L-organizzazzjoni ta’ din il-purcissjoni kienet tista’ tghid minn dejjem kif kien ghadha sa ftit tas-snin ilu f’idejn il-Prokutatur tal-Gimgha l-Kbira. Dan kien ikun qassis mahtur mill-Arcipriet tal-Parrocca, dari mghejjun minn ghadd ta’ sekulari u fi zmienna mill-Kumitat Organizzattiv imwaqqaf apposta u kompost minn sekulari habrieka, b’kollaborazzjoni ma’ l-Arcipriet.
Prokuraturi habrieka
Hawn ma nistghux ma nsemmux il-hidma ta’ diversi prokuraturi habrieka tul dawn is-snin kollha. Zgur li bil-hidma taghhom il-Kult jew devozzjoni lejn il-Passjoni kompla dejjem izjed jikber fostna, u hekk dak li writna minghand dawk ta’ qabilna ahna stajna nghadduh lil dawk ta’ warajna.
Fost tant prokuraturi zelanti nsemmu xi whud. Per ezempju lil Dun Guzepp Vella li fi zmienu sar il-Monument. Insemmu lil Dun Anton Muscat (wara Monsinjur) li fi zmienu sar is-Salib tal-Via Sagra, inzebghu l-vari, tghammru bil-fidda u saru xi bankuni godda u saret ukoll il-bandalora ta’ l-S.P.Q.R. Insemmu lil Mons. Dun Bert Bezzina li fi zmien qasir li dam prokuratur saret l-istatwa tat-Tradiment kompluta b’kollox. Insemmu lil Dun Karm Mifsud li fi zmienu sar ir-restawr tal-Monument u hafna mill-vestwarju tal-Personaggi l-kbar. Nistghu nghidu li Dun Stiefnu Fava kien l-ahhar fost il-prokuraturi li kellha s’issa l-Gimgha l-Kbira tal-Mosta. Fi zmienu saru hmistax-il bandalora tal-bellus irrakkmati bid-deheb, sett ta’ fracen bil-bankuni taghhom, bosta zimarri sbieh u rikki ghat-tfal u n-nicca tant mixtieqa tal-Vara l-Kbira li saret b’sodisfazzjon kbir tal-poplu Mosti.
(p.111) Fl-ahharnett izda mhux l-inqas, insemmu l-generozita ta l-istess reffiegha tal-vari, ta’ tant dilettanti li ghenu u ghadhom jghinu, u tal-poplu Mosti kollu ingenerali f’dawn is-snin kollha li ghaddew.
L-istatwi artistici mzejnin bi fjuri sbieh tar-rebbiegha, ir-reffiegha li kburin igorruhom fuq spallejhom, il-personaggi libsin ilbiesi rikki, it-tfal imlibbsin iz-zimarri, il-fratelli fosthom dawk li jkaxkru l-ktajjen, l-iskawts bil-bugles, il-kor tat-tfal li jkantaw, kif ukoll iz-zewg Baned Mostin - Nicolo Isouard u Santa Marija - li bil-marci funebri taghhom jaghmlu minn din il-purcissjoni devota u popolari wirja ohra ta’ mhabba li hija xhieda qawwija ta’ kemm dan il-poplu Nisrani tal-Parrocca taghna ghad ghandu ghal qalbu t-tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Gesu Kristu, il-Feddej tal-bnedmin kollha.
Aktar xoghlijiet artistici fir-Rotunda
Hawn ta’ min ifakkar f’xi xoghlijiet ohra ta’ l-arti b’konnessjoni mal-Passjoni ta’ Kristu ta’ xbihat li llum naraw fil-Knisja Arcipretali taghna.
Fost dawn insemmu l-Kurcifiss wisq artistiku ta’ l-injam ta’ artist mhux maghruf li jzejjen l-Artal Maggur tar-Rotunda fil-granet tar-Randan.
(p.112) Kurcifiss iehor tal-kartapesta, xoghol ta’ l-istatwarju Wistin Camilleri, huwa l-kurcifiss hekk imsejjah ‘Ta’ l-Ezercizzi’, ghax dari kien jintrama fuq bankun li minn fuqu kienu jigu ppriedkati l-korsijiet ta’ l-ezercizzi tar-Randan.
Insemmu kurcifiss iehor tal-kartapesta, din id-darba xoghol ta’ Lecce, li jintuza fil-funzjoni liturgika ta’ nhar il-Gimgha l-Kbira.
Ta’ min insemmi wkoll il-kurcifissi tas-sitt fratellanzi li ghandna - xoghlijiet ta’ Lecce, ta’ Karlu Darmanin u ta’ Wistin Camilleri.
Zewg kurcifissi zghar imma sbieh huma dawk li mdorrijin naraw fuq l-artal tal-Kor - wiehed tal-fidda fuq l-ebbanu moghti mill-Arcipriet Dun Pawl Xuereb u l-iehor tal-’bisquit’ moghti minn Pacifico Said.
Xi nghidu mbaghad ghal dak il-kurcifiss zghir imma prezzjuz ghax ta’ l-avorju moghti lill-knisja min-Nobbli Markizi Mallia Tabone. Dan narawh go kaxxa tal-hgieg antika gewwa s-sagristija.
Ma nistghux ma nsemmux is-salib tal-Kleru l-prim tal-fidda, eleganti u maestuz fis-semplicita tieghu. Dan kien sar ghall-knisja parrokkjali l-qadima fl-1810. Kien ordnat li jsir mill-Isqof Labini u mhallas mill-qassis Mosti Dun Marin Galea u kien sewa’ 1,000 skud!
(p.113) Fl-ahharnett insemmu z-zewg kwadri li ghandna fir-Rotunda li juru x-xena tal-kalvarju u li huma t-tnejn ta’ valur artistiku kbir. Dawn jinsabu t-tnejn fis-sagristija ta’ fejn hemm il-bomba.
L-ewwel wiehed juri ‘l Kristu qed jigi mnizzel mis-salib - xoghol attribwit lil Antoine de Favray u hemm min jghid li hu ta’ l-iskola ta’ Mattia Preti. Dan kien gie regalat lill-knisja mill-Markizi Mallia Tabone.
It-tieni kwadru juri ‘l Madonna bi Kristu mejjet fi hdanha - kwadru famuz maghdud bhala xoghol ta’ l-iskola Genoviza tal-bidu tas-Seklu Sbatax. Dan kien moghti lill-Knisja Arcipretali mill-Familja Gollcher.
Dawn ix-xbihat kollha li semmejna li jzejnu l-knisja taghna zgur li jkomplu jkabbru f’dawk kollha li jemmnu, il-kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu li ahna writna minghand dawk ta’ qabilna u li wiehed jittama li jghaddi ghal dawk li ghad jigu warajna.
Bidu kwiet li nbidel f’kult devozzjonali
Kif rajna, il-kult jew id-devozzjoni lejn il-Passjoni tal-Mulej beda bhal nar bati jnemnem meta missirijietna waqqfu l-Opra ta’ l-Agunija taht il-protezzjoni ta’ Kristu Msallab fl-1686. Dak in-nar bati sar fjamma meta twaqqfet fostna d-devozzjoni tal–Via Sagra fl-1797. Il-fjamma saret huggiega meta fl-1866 harget mill-knisja monumentali taghna l-ewwel purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira. Jalla dik il-huggiega ma tintefa qatt fostna. Jalla l-Passjoni ta’ Kristu tkun dejjem f’mohhna, fuq fommna, fuq qalbna, fil-hajja u fil-punt tal-mewt.
(p.114) Bdejna bil-kliem mehud mill-Evangelju ta’ San Gwann li jfakkarna fl-ahhar vjagg ta’ Gesu Mghobbi bis-Salib minghand Pilatu sal-kalvarju. Kliem li joqghod tajjeb hafna ghall-vjagg taghna. Ghaddejna ghal vjagg iehor fl-istorja tal-Parrocca taghna, qasir ukoll, b’taghrif dwar l-izvilupp tad-devozzjoni ta’ missirijietna lejn il-Passjoni ta’ Kristu f’din il-Parrocca taghna.
Il-Kult tal-Passjoni dejjem jikber
Generalment b’parrocca ahna mdorrijin nifhmu l-knisja parrokkjali li hi c-centru ta’ kull parrocca. Izda l-kelma parrocca tfisser propjament dik il-komunita ta’ Nsara li jghixu f’post determinat ta’ djocesi mmexxija minn kappillan jew arcipriet f’isem l-Isqof tad-Djocesi. Dak li semmejna kien l-aktar dwar l-izvilupp tad-devozzjoni lejn il-Passjoni kif dehret matul is-snin fil-Knisja Parrokkjali u Arcipretali taghna - ic-centru tal-Parrocca.
Izda b’sodisfazzjon kbir nistghu nghidu, li fi zmienna aktar milli fl-imghoddi, il-kult lejn il-Passjoni hareg ‘il barra mill-bibien tal-knisja parrokkjali u wasal fid-djar ta’ hafna mill-membri tal-komunita Nisranija taghna. Kemm tfal, zghazagh u kbar jintilfu jarmaw is-settijiet ta’ vari tal-Gimgha l-Kbira gewwa l-kenn ta’ djarhom! Tista’ ssejjahlu fenomenu ta’ zmienna l-uzanza li dahlet f’pajjizna li tara kulfejn tmur wirjiet sbieh ta’ vari tal-Passjoni gewwa Kazini, centri tal-Knisja u f’postijiet pubblici ohra. Kemm saru u ghadhom isiru drammi tal-Passjoni fi swali ta’ teatrini! Kemm imwejjed ta’ l-appostli jkun hemm ghall-wiri! Kemm pageants. Kemm u kemm nies huma nvoluti f’dan kollu li qed isir! Ghall-grazzja t’Alla, il-Parrocca taghna mhix nieqsa minn dawn l-inizjattivi qaddisa li jkomplu jzejnu l-kultura taghna ta’ pajjiz Nisrani.
L-ikbar sodisfazzjon ghalina jkun meta fil-jiem gheziez tal-Gimgha Mqaddsa naraw ir-Rotunda ghaziza taghna, mimlija nies jattendu ghall-funzjonijiet sbieh li jfakkru l-ahhar jiem tal-Mulej f’din l-art. F’din il-wirja ta’ mhabba u devozzjoni lejn il-Passjoni ta’ Kristu jinghaqdu l-parrocci kollha fil-Gzejjer Maltin u Ghawdxin. Maghqudin mal-Knisja Universali b’devozzjoni nfakkru l-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt ta’ Kristu Sidna - il-Feddej taghna lkoll.
Naghlqu billi nitolbu lill-Marija Addolorata bil-kliem ta’ l-awtur tas-Sekwenza celebri ta l-iStabat Mater u lill-Madonna nghidulha:
Omm Qaddisa, isma’ talbna,
Dawk il-pjagi stampa f’qalbna
T’lbnek Gesu Msallab.
(Kitba mehuda minn tahdita li l-awtur innifsu ta fir-Razzet tal-Markiz Mallia Tabone, nhar l-Erbgha 7 ta’ Marzu, 2007)
Kapitli ohra mill-ktieb
- Introduzzjoni
- Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
- L-Isqof Tumas Gargallo
- Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
- Il-Mosta - 400 sena Parrocca
- Dun Felic Calleja (1748-1833)
- Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
- Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
- Min huma l-Mostin?
- ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
- Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
- Il-Gvern Lokali fil-Mosta
- Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
- Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
- Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
- Minghand l-Ghaqdiet Mostin
- Immagini Mostin