The Mosta Archives Banner

Il-Mosta: Grajjietha u niesha

Frans Deguara, editur

Pubblikazzjoni tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta f'gheluq l-400 sena (1608-2008) bhala Parrocca.


Dan il-ktieb interessantissimu jinxtara mill-Kazin Nicolo Isouard. Din il-verzjoni digitali taf fiha xi differenzi mill-original minhabba problemi waqt l-iskanjar li minhabba r-rizorsi limitati ma kellix cans nivverifika ghal kollox u hi raguni ohra ghala wiehed ghandu jmur dirett ghall-ktieb meta jigi biex jiehu riferenzi minnu.


L-Isqof Tumas Gargallo

Victor B. Caruana


L-Isqof Tumas Gargallo(p.12) L-Isqof Tumas Gargallo, kif jidher f’pittura li saret fi zmienu u li tinsab fis-sagrestija tal-Knisja tal-Gizwiti fil-Belt Valletta

(p.13) Bis-sahha ta’ l-Isqof Tumas Gargallo u bir-ragun kollu ghax kien hu li fis-16 ta’ Settembru 1608 hatar lill-Mosta bhala parrocca ghaliha mill-matrici tan-Naxxar. Mons. Tommaso Gargallo twieled f’Barcellona, Spanja, u kien gie mahtur Isqof ta’ Malta fil-11 t’Awwissu, 1578. Huwa dam imexxi l-Knisja f’dawn il-gzejjer ghal 36 sena.


It-twaqqif formalment ta’ istituti kjerici mill-Papa Pawlu III, wittiet it-triq biex il-Gizwiti jigu Malta. Zewg membri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann - Fra Tumas Gargallo (li wara lahaq Isqof ta’ Malta) u Fra Catiliano Casati - thabtu hafna biex dan isehh. L-Isqof Gargallo u l-Gran Mastru ta’ l-Ordni ta’ San Gwann, Jean de La Cassiere, li kien mil-Lingwa ta’ Averna, xejn ma kienu jaraw ghajn m’ghajn u sikwit kienet tqum xi kwistjoni bejniethom.


L-arma tal-Isqof Tumas Gargallo(p.14) L-arma ufficjali ta’ l-Isqof Tumas Gargallo, impittra minn Mro. Vittorio Xerri, li kien organista tar-Rotunda madwar mitt sena ilu. (Gentilment misluf min-neputi tieghu, Mro. Giuseppe Fenech, li wkoll kien organista tar-Rotunda u li kien fil-knisja meta ntlaqtet mill-bomba Germaniza)

Il-Gran Mastru La Cassiere (1572-1581) mhux ma’ l-Isqof Gargallo biss kellu xi jghid, izda wkoll ma’ numru kbir ta’ Kavallieri, waqt li ghamel zmien popolari ma’ ohrajn. Il-Kavallieri ghogbithom il-generozita kbira tieghu meta rregala zewg xwieni godda tal-gwerra armati minn kollox lill-Ordni. Kien hu li hallas u bena l-Knisja Konventwali ta’ l-Ordni, u waqqaf ukoll il-famuz sptar immexxi mill-Ordni. Fl-istess hin haduha qatta bla babel kontrih, meta kkontrolla certi abbuzi li kienu qed isiru f’dan l-isptar, ghamel (p.14) regoli stretti hafna ma’ dawk li kienu jaghmlu l-kontijiet konnessi ma’ l-istess Ordni, irriforma t-Tribunal tal-Kastellan, kif ukoll rega’ nforza l-osservanza ta’ regoli antiki ta’ l-Ordni l-aktar iebsa.


Il-Granmastru Jean de La Cassiere(p.14) Il-Gran Mastru Jean de La Cassiere, mil-Lingwa ta’ Averna, li dam f’din il-kariga mill-1572 sa l-1581, li kellu hafna kwistjonijiet ma’ l-Isqof Tumas Gargallo

Fl-ahhar qamet wahda kbira, billi biex l-Isqof jimxi fuq ir-rakkomandazzjonijet tal-Koncilju ta’ Trento, ried li jpoggi taht is-setgha tieghu lill-imsehbin kollha ta’ l-Ordni. Hu ried ukoll illi l-qassisin - li whud minnhom kienu anke membri fl-Ordni - anke jekk ikunu qed jamministraw is-sagramenti jew jaqdu dmirhom fil-parrocca taghhom ikunu ghal kollox taht il-gurisdizzjoni tieghu. Izda l-Gran Mastru dan ma ried icedieh qatt. Wara hafna kwistjonijet. Gargallo kellu jbaxxi rasu u jmur kontra dak li ddikjara l-Koncilju.


Qabel ma Mons. Dusina telaq minn Malta, kien ordna li kellu jitwaqqaf seminarju fil-Birgu. Jekk ma jinstabx post hemm, kellu jitwaqqaf fil-Belt Valletta. Dusina kellu jiffinanzja dan is-seminarju minn taxxi li jingabru minn benefizzji. Dusina kien qed jagixxi fuq ordnijiet tal-Koncilju ta’ Trento. Sa 15-il sena wara, l-Isqof Gargallo kien ghadu ma waqqfux.


L-iskrivanija tal-Isqof Tumas Gargallo(p.15) L-iskrivanija (jew bureau) li kien juza l-Isqof Tumas Gargallo, irrestawrata u mizmuma f’kundizzjoni tajba hafna u li tinsab f’kollezzjoni privata. F’nofsha tidher l-arma tieghu sabiha nterzjata. Jidhru wkoll xi affarijiet personali tieghu bhas-salib u l-klamar tal-fidda

Intbghatet ittra iebsa mill-awtoritajiet tal-Knisja f’Ruma, biex jitwaqqaf dan is-seminarju minghajr aktar telf ta’ zmien. Fil-21 t’April 1591, Gargallo laqqa’ s-sinodu. Waqt dan is-sinodu hareg id-digriet tat-twaqqif tas-seminarju, u hawn regghu qamu l-kwistjonijiet. L-oggezzjoni kienet it-taxxi fuq il-benefizzji li kienu qed idahhlu l-qassisin.


Bi ftehim mal-Gizwiti, kien ta art tal-Kurja u fuqha nbena l-’Collegium Melitense.’ Dik li llum nafuha bhala l-Universita l-Qadima, fejn wiehed ghadu jista’ jara binja mill-isbah, u kif setghu jammiraw dawk l-eluf li zaruha fl-ahhar ‘Notte Bianca’ li giet organizzata f’Ottubru 2007. Il-ftuh ta’ dan il-Kullegg sar fit-12 ta’ Novembru, 1592. L-Isqof Tumas Gargallo kellu kontra qalbu jabbanduna ghal kollox it-twaqqif tas-seminarju, kif ordnat mill-Koncilju ta’ Trento.


Il-klamar u s-salib tal-fidda tal-Isqof Tumas Gargallo(p.15) Il-klamar tal-fidda li kien ihobb juza l-Isqof Tumas Gargallo, u s-salib tal-fidda mastizz tieghu ukoll, li fuqhom it-tnejn tidher imnaqqxa l-arma ufficjali tieghu

Il-Grizma ta’ l-Isqof ma kinitx issir regolari f’Malta ghax l-isqfijiet tal-bidu jew qatt ma gew Malta, jew gew ftit li xejn, u generalment kienu jghixu fi Sqallija. Tumas Gargallo sab li hafna ma kinux jiftakru jekk ircevewhiex. Ghalhekk ordna li kellu jinzamm registru li fih jitnizzlu dawk li jkunu rcevew il-Grizma ta’ l-Isqof. Ordna wkoll li l-Grizma tinghata kull meta jkun hemm Vizta Pastorali.


(p.16) Hawn ta’ min jghid, li waqt li l-Isqof Tumas Gargallo mexxa l-knisja ta’ Malta ghal 36 sena, il-Gran Mastru Jean De La Cassiere mexxa dawn il-gzejjer ghal disa’ snin biss. It-tnejn ghamlu hafna gid fl-oqsma rispettivi taghhom. Izda La Cassiere - ghalkemm fost affarijiet ohra - hallielna l-Kon-Katidral ta’ San Gwann u s-Sagra Infermeria, ma tantx spicca tajjeb.


Id-digriet li bih l-Isqof Tumas Gargallo waqqaf il-Mosta bhala parrocca(p.16) L-ewwel zewg pagni tad-digriet li permezz tieghu l-Mosta giet dikjarata bhala Parrocca awtonoma u b’hekk inqalghet mill-matrici tan-Naxxar

Fl-1581 il-Kavallieri rribellaw kontrih, gie mitfugh il-habs fil-Forti Sant’Anglu u minfloku kien inhatar Fra Maturino De Locust Romegas bhala Gran Mastru. Meta l-Papa Gregorju Xlll semgha b’dan, baghat il-Vigarju Appostoliku f’Malta biex jivverifika x’kien qed jigri. Dan kien Mons. Gaspare Visconte Auditor Di Rota, li wara li ghamel ftit zmien f’Malta, ha mieghu f’Ruma kemm lil La Cassiere kif ukoll lil Romegas.


Huma gew iggudikati mill-qorti ta’ Ruma, u La Cassiere ma nstabx hati ta’ l-akkuzi li l-Kavallieri ribelli kienu ressqu kontrih. Il-Papa ra li kien innocenti, fahhar it-tmexxija tieghu u rega’ hatru bhala Gran Mastru. Izda La Cassiere tant kien mar lura minn sahhtu meta kien fil-habs, li bl-istess inkwiet ntefa’ fis-sodda marid hafna f’Ruma u miet ftit wara, fl-1582. Hemmhekk sarlu funeral kbir u ndifen fil-knisja ta’ San Luigi Dei Francesi.


Id-digriet li bih l-Isqof Tumas Gargallo waqqaf il-Mosta bhala parrocca(p.17) Il-lapida sabiha biex tfakkar l-Isqof Tumas Gargallo u li tinsab fuq qabru fil-knisja tal-Gizwiti fil-Belt Valletta

L-Isqof Tumas Gargallo waqqaf diversi parrocci f’Malta. Fid-29 ta’ Mejju 1592, huwa hareg id-digriet tal-parrocca ta’ Hal Kirkop. iddedikata lil San Leonardu. Fl-istess data huwa waqqaf il-parrocca ta’ Hal Tarxien taht il-harsien ta’ (p.18) Sidtna Marija Annunzjata. F’Novembru 1598, huwa waqqaf il-parrocca ta’ l-Imqabba taht it-titlu ta’ l-Assunzjoni tal-Vergni Marija. Qabel ma l-Imqabba saret parrocca, huwa waqqaf hemmhekk il-Fratellanza tar-Ruzarju fid-29 ta’ Frar, 1596. Sentejn wara huwa ddikjara lil Hal Safi bhala parrocca ghaliha, iddedikata lil San Pawl.


Fl-1600 l-Isqof Gargallo kien rega’ fetah knisja fl-Imqabba li Mons. Dusina kien ghalaq qabel ma telaq minn Malta. Din kienet il-knisja tal-Vizitazzjoni, li fl-1686 twaqqghet u minflokha nbniet il-knisja parrokkjali. Fis-16 ta’ Settembru 1608, l-Isqof Gargallo hareg id-digriet li jifred il-Mosta mill-Matrici tan-Naxxar. Pero dan gie esegwiet fl-1610 ghax l-Kappillan tan-Naxxar, Dun Giljan Borg, ma ried jaccatah b’xejn. Fis-16 ta’ Lulju 1610. Huwa waqqaf formalment il-parrocca ta’ Hal Gharghur, iddedikata lil San Bartilmew. Insibu toroq imsemmija ghalih fil-Mosta, f’Hal Gharghur u f’Hal Tarxien.


Id-digriet li bih l-Isqof Tumas Gargallo waqqaf il-Mosta bhala parrocca(p.18) Il-Parrocca tal-Mosta twaqqfet mill-Isqof Gargallo fis-16 ta’ Settembru, 1608. Dan ir-ritratt ittiehed nhar il-Hadd, 16 ta’ Settembru 2007, qabel il-ftuh tac-celebrazzjonijiet tar-Raba’ Centinarju mit-twaqqif tal-Parrocca.

L-Isqof Gargallo kien wiehed mill-Isqfijiet li kien jaghmel hafna vizti pastorali, u li dejjem kien jinsisti biex il-knejjes jinzammu fi stat tajjeb. Kemm dam Isqof ta’ Malta laqqgha zewg sinodi - l-ewwel wiehed fl-1591 u l-iehor fl-1610. Huwa miet fl-10 ta’ Gunju 1614, u kif inhu xieraq jinsab midfun fil-knisja tal-Gizwiti fil-Belt Valletta.


Hajr specjali lill-kittieba u studjuzi ta’ l-istorja - is-Sur John Sare u s-Sur Tony Terribile - li tawni l-ghajnuna taghhom ghal dan l-artiklu.





Kapitli ohra mill-ktieb

  1. Introduzzjoni
  2. Il-Parrocca fi hdan il-Knisja Kattolika Universali
  3. L-Isqof Tumas Gargallo
  4. Il-Kappillani u l-Arciprieti li kellha l-Parrocca tal-Mosta
  5. Il-Mosta - 400 sena Parrocca
  6. Dun Felic Calleja (1748-1833)
  7. Zvilupp tad-Devozzjoni jew Kult lejn il-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu fil-parrocca tal-Mosta
  8. Pitturi fir-Rotunda tal-Mosta
  9. Min huma l-Mostin?
  10. ‘Il-Musta’ ssir ‘Mosta’
  11. Il-Mosta fil-Kamra tad-Deputati
  12. Il-Gvern Lokali fil-Mosta
  13. Ir-rabta tas-Socjeta Filarmonika Nicolo Isouard mal-Parrocca tal-Mosta
  14. Aspett u Impenn Pulizjesk Mosti
  15. Eroj Socjali: Xi Mostin ta’ l-Imghoddi u Hidmiethom
  16. Minghand l-Ghaqdiet Mostin
  17. Immagini Mostin